RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux iktar minn tnax -il xahar

25.1.2007 - (COM(2006)0487 – C6‑0330/2006 – 2006/0162(CNS)) - *

Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Bernadette Bourzai

Proċedura : 2006/0162(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0006/2007
Testi mressqa :
A6-0006/2007
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux iktar minn tnax -il xahar

(COM(2006)0487 – C6‑0330/2006 – 2006/0162(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0489)[1]

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37, paragrafu 2 tat-Trattat KE, skond liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0330/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali (A6‑0006/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinforma lill-Parlament jekk ikollu l-intenzjoni li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jimmodifika l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 5

(5) Sabiex ikun jista' jittejjeb kif jaħdem is-suq waħdieni ikun jaqbel li tiġi organizzata l-kummercalizzazzjoni tal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux aktar minn tnax-il xaħar, hekk li din il-kummerċjalizzazzjoni tkun trasparenti kemm jista' jkun. Dan jippermetti organizzazzjoni aħjar tal-produzzjoni korrispondenti tiegħu. Biex dan iseħħ ikun jeħtieġ li tiġi ppreċiżata d-denominazzjonijiet tal-bejgħ li jridu jintużaw minn kull lingwa ta' l-Istati Membri fil-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam taċ-ċanga ta' mhux aktar minn tnax-il xaħar. B'hekk jittejjeb l-aċċess tal-konsumaturi għall-informazzjoni.

(5) Sabiex ikun jista' jittejjeb kif jaħdem is-suq waħdieni, ikun jaqbel li tiġi organizzata l-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux aktar minn tnax-il xahar, hekk li din il-kummerċjalizzazzjoni tkun trasparenti kemm jista' jkun. Dan jippermetti organizzazzjoni aħjar tal-produzzjoni korrispondenti tiegħu. Biex dan iseħħ, ikun jeħtieġ li jiġu ppreċiżati d-denominazzjonijiet tal-bejgħ li jridu jintużaw minn kull lingwa ta' l-Istati Membri fil-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux aktar minn tnax-il xahar jew ta' prodotti tal-laħam tagħhom għall-konsum tal-bniedem . B'hekk jittejjeb l-aċċess tal-konsumaturi għall-informazzjoni.

Emenda 2

Premessa 12

(12) Jeħtieġ ukoll li jkun hemm l-identifikazjoni bħala' laħam taċ-ċanga ta' mhux aktar minn tnax-il xagħar, skond l-ittra korrispondenti tal-kategorija ta' oriġini tagħhom, kif ukoll indikazzjoni ta' l-età ta' l-annimali meta nqatel, fuq it-tikketta li titwaħħal fuq dan il-laħam.

(12) Jeħtieġ ukoll li jkun hemm l-identifikazjoni bħala laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux aktar minn tnax-il xahar, skond l-ittra korrispondenti tal-kategorija ta' oriġini tagħhom, permezz tad-denominazzjoni tal-bejgħ, kif ukoll permezz ta' l-indikazzjoni ta' l-età ta' l-annimali meta nqatlu, fuq it-tikketta li titwaħħal fuq dan il-laħam. Dawn l-indikazzjonijiet għandhom jidhru wkoll fid-dokumenti kummerċjali.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' kjarezza, hemm bżonn li kemm fuq it-tikketti tal-laħam u kemm fuq id-dokumenti kummerċjalijikun hemm l-informazzjoni li ġejja: l-ittra ta' l-identifikazzjoni, id-denominazzjoni tal-bejgħ u l-età ta' meta jkun inqatel l-annimal.

Amendement 3

Premessa 13

(13) L-operaturi li jixtiequ jtemmu d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ stabbilit fir-Regolament preżenti minn informazzjoni volontarja oħra, għandhom ikunu jistgħu jagħmlu dan skond il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament (KE) No 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jwaqqfu sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ta' l-ifrat u dwar l-ittikkettar tal-laħam u l-prodotti tal-laħam u t-tneħħija tar-Regolament tal-Kunsill (KE) No 820/97.

(13) L-operaturi li jixtiequ jtemmu d-denominazzjonijiet tal-bejgħ stabbilit fir-Regolament preżenti minn informazzjoni volontarja oħra, bħal per eżempju t-tip ta' ikel, għandhom ikunu jistgħu jagħmlu dan skond il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jwaqqfu sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ta' l-ifrat u dwar l-ittikkettar tal-laħam u l-prodotti tal-laħam u t-tneħħija tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97.

Amendement 4

Premessa 14

(14) Sabiex ikun garantit l-użu korrett ta' informazzjoni fuq it-tikketta skond dan ir-Regolament, id-dejta li tagħmel possibbli l-korrettezza ta' l-informazzjoni fuq it-tikketta li għandha tkun ivverifikata, għandha tkun irrekordjata fl-istadji kollha tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni.

(14) Sabiex ikun garantit l-użu korrett ta' informazzjoni fuq it-tikketta skond dan ir-Regolament, id-dejta li tagħmel possibbli l-korrettezza ta' l-informazzjoni fuq it-tikketta li għandha tkun ivverifikata, għandha tkun irrekordjata fl-istadji kollha tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni. Madanakollu, parti minn din l-informazzjoni tista' ma tingħatax fl-istadju meta l-prodott ikun fornut lill-konsumatur finali.

Emenda 5

Premessa 15a (ġdida)

(15a) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawn ikunu implimentati Dawn il-penali għandhom ikunu proporzjonati iżda disważivi b'mod suffiċjenti. Huma jistgħu jvarjaw minn ittikkettar mill-ġdid jew minn li l-prodotti jiġu rritornati jew saħansitra li l-prodotti jinqerdu għal kollox

Emenda 6

Artikolu 1 paragrafu 1 subparagrafu 2

Dan għandu japplika għal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux aktar minn tnax -il xahar, prodotti fil-Komunità jew impurtati minn pajjiżi terzi.

Dan għandu japplika għal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux aktar minn tnax -il xahar, maqtula wara .....*, sew jekk il-laħam ikun prodott fil-Komunità u sew jekk ikun impurtat minn pajjiżi terzi.

___________

* Data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti.

Emenda 7

Artikolu 1, Paragrafu 2

2. Ir-regolament preżenti japplika mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) nru 1208/81 tal-Kunsill.

2. Ir-Regolament preżenti japplika mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) nru 1183/2006 tal-Kunsill ta' l-24 ta' Lulju 2006 dwar l-iskala tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta' karkassi ta' annimali ta' l-ifrat adulti.

______________

*ĠU L 214 ta' l-4.8.2006,, p. 1."

Amendement 8

Artikolu 1, Paragrafu 3

3. Ir-regolament preżenti ma japplikax għal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux aktar minn tnax -il xahar li għandhom denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta li kienet irreġistrata skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) nru 510/2006.

3. Ir-regolament preżenti ma japplikax għal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux aktar minn tnax -il xahar li għandhom denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta li hija rreġistrata skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) nru 510/2006.

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li jkun ippreċiżat il-qafas tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini jew l-indikazzjonijiet ġeografiċi futuri.

Amendement 9

Article 2

Għall-iskop ta' dan ir-Regolament "laħam" ifisser il-karkassi kollha, laħam bl-għadma jew mingħajra, imqatta' jew le miksuba minn l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux aktar minn tnax -il xahar, friski, iffrizati jew iffriżati f'temperatura iktar baxxa u rrilevanti minn jekk il-laħam hux ippakkjat jew le.

Għall-iskop ta' dan ir-Regolament "laħam" ifisser il-karkassi kollha, laħam bl-għadma jew mingħajrha, imqatta' jew le maħsuba għal konsum tal-bniedem, miksuba mill-annimali ta' l-ifrat ta' mhux aktar minn tnax -il xahar, friski, iffrizati jew iffriżati f'temperatura iktar baxxa u rrilevanti minn jekk il-laħam hux ippakkjat jew le. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament preżenti japplikaw ukoll għall-prodotti ppreparati, pproċessati jew imsajra li jkollhom kontenut ta' laħam.

Amendement 10

Artikolu 3

Mill-mument minn meta jinqatlu, l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux aktar minn tnax -il xahar, għandhom ikunu kklassifikati mill-operaturi, taħt il-kontroll ta' l-awtorità kompetenti msemmija f'Artikolu 8, paragrafu 1, f'waħda mill-kategoriji msemmija f'Anness I.

Mill-mument minn meta jinqatlu, l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux aktar minn tnax -il xahar, għandhom ikunu kklassifikati mill-operaturi, taħt il-kontroll ta' l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 8, paragrafu 1, f'waħda mill-kategoriji msemmija f'Anness I. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji bil-ħsieb li jiggarantixxu l-osservazzjoni tad-dispożizzjoni preżenti.

Ġustifikazzjoni

Ma għandhomx ikunu implimentati miżuri ġodda, minflok, jistgħu jintużaw l-istess dispożizzjonijiet bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 16 tar-Regoli ta' Proċedura (KE) nru 1760/2000.

Emenda 11

Artikolu 4 paragrafu 1 subparagrafu 1

1. Il-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux aktar minn tnax -il xahar għandhom ikunu kkummerċjalizzati biss fid-diversi Stati Membri skond id-deskrizzjoni (deskrizzjonijiet) tal-bejgħ imsemmija fl-Anness II stabbilit għal kull Stat Membru.

1. Il-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux aktar minn tnax -il xahar għandhom ikunu kkummerċjalizzati biss fid-diversi Stati Membri skond id-denominazzjoni (denominazzjonijiet) tal-bejgħ imsemmija fl-Anness II stabbilit għal kull Stat Membru. Din id-denominazzjoni għandha tidher fid-dokumenti kummerċjali kollha.

Emenda 12

Artikolu 4, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2 a Ir-regolament preżenti japplika biss meta l-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' iktar minn tmien xhur huwa kkummerċjalizzat bħala tip ta' laħam differenti minn dak ta' l-"annimali ta' l-ifrat" (jew it-terminu ekwivalenti għal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat adulti fil-lingwi l-oħra tal-Komunità).

Ġustifikazzjoni

F'ċerti Stati Membri, ċerti speċi ta' annimali ta' l-ifrat huma mrobbija b'tali mod li jikbru malajr sabiex tkun massimizzata l-kwalità tal-laħam. F'ċerti każi, l-annimali jkollhom inqas minn 12 -il xahar meta jinqatlu, jiġifieri, huma ma jkunux koperti minn din il-proposta. Għalhekk, il-laħam ta' dawn l-annimali huwa b'mod ċar laħam ta' annimali adulti u ma għandux il-karatteristiċi tal-vitella roża, tal-vitella bajda jew ta' vitella mhux imrobbija fuq il-ħalib. Rigward il-laħam ta' annimal adult, huwa għandu jkollu tikketta li tgħid li hu "laħam ta' annimal ta' l-ifrat" u għandu jkun kopert mir-regolamenti relatati ma' l-ittikkettar u t-traċċabilità tal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat adulti u mhux mir-regolamenti partikolari li jikkonċernaw lill-vitella.

Emenda 13

Artikolu 5, paragrafu 1, parti introduttorja

1. Mingħajr ħsara għal Artikolu 3, paragrafu 1, tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ta' l-Artikoli 13,14 u 15 tar-Regolament (KE) nru 1760/2000, f'kull stadju tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, l-operaturi għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja fuq it-tikketti tal-prodotti tal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux aktar minn tnax-il xahar:

1. Mingħajr ħsara għal Artikolu 3, paragrafu 1, tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ta' l-Artikoli 13,14 u 15 tar-Regolament (KE) nru 1760/2000, l-operaturi għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja fuq it-tikketti tal-prodotti tal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux aktar minn tnax-il xahar:

Amendement 14

Artikolu 5, paragrafu 1, punt a)

a) -ittra ta' l-identifikazzjoni tal-kategorija kif definita fl-Anness I tar-Regolament preżenti,

a) l-ittra ta' l-identifikazzjoni tal-kategorija kif definita fl-Anness I tar-Regolament preżenti f'kull stadju tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni ħlief fil-punt meta l-prodott ikun fornut lill-konsumatur finali,

Emenda 15

Artikolu 5, paragrafu 1, punt b)

b) id-denominazzjoni tal-bejgħ skond l-Artikolu 4 tar-Regolament preżenti,

b) id-denominazzjoni tal-bejgħ skond l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, f'kull stadju tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni,

Amendement 16

Artikolu 5, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1 a L-informazzjoni stabbilita f'paragrafu 1, punti a), b) u c) tidher ukoll fid-dokumenti kummerċjali kollha.

Amendement 17

Artikolu 5 paragrafu 2 subparagrafu 2

L-indikazzjoni ta' l-informazzjoni stabbilita f'paragrafu 1, punt a) tista' ma tkunx obbligatorja sakemm ikun assigurat li x-xerrej ikollu informazzjoni korretta.

imħassar

Emenda 18

Artikolu 7, paragrafu 2, punt a)

a) l-indikazzjoni tan-numru ta' l-identifikazzjoni u d-data tat-twelid ta' l-annimali;

a) l-indikazzjoni tan-numru ta' l-identifikazzjoni u tad-data tat-twelid ta' l-annimali unikament fil-livell tal-biċċerija;

Amendement 19

Artikolu 8, Paragrafu 1

1. Qabel l-[1 ta' Lulju 2007], l-Istati Membri għandhom jaħtru lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti li huma responsabbli għall-kontrolli relatati ma' l-applikazzjoni tar-Regolament preżenti u jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

1. Qabel l-...*, l-Istati Membri għandhom jaħtru lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti li huma responsabbli għall-kontrolli uffiċjali relatati ma' l-applikazzjoni tar-Regolament preżenti u jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

_______________

* Data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti.

Emenda 20

Artikolu 9a (ġdid)

Artikolu 9a

 

Penali

 

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-penali li għandhom jiġu applikati fejn il-kontrolli magħmula jikxfu nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi. L-Istati Membri għandhom jagħrfu lill-Kummissjoni b'dawn id-dispożizzjonijiet mhux aktar tard mill-...*, u għandhom jgħarfuha bi kwalunkwe emenda li tkun saret f'dan ir-rigward mingħajr dewmien.

________

*Tnax -il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda 21

Artikolu 10, Paragrafu 2

2. L-emendi għal Annessi I u II jistgħu jsiru skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999.

imħassar

Emenda 22

Anness I, paragrafu 1, punt A)

A) Kategorija X : annimali ta' l-ifrat ta' tmien xhur jew inqas

A) Kategorija V : annimali ta' l-ifrat ta' tmien xhur jew inqas

Ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija: X;

Ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija: V;

Ġustifikazzjoni

L-għażla ta' l-ittri X u Y jistgħu jkunu sors ta' konfużjoni mas-sess ta' l-annimal. Għalhekk jidher l-għażla ta' l-ittri V u Z tidher aktar xierqa.

Emenda 23

Anness I, paragrafu 1, punt B)

B) Kategorija Y : annimali ta' l-ifrat ta' iktar minn tmien xhur imma ta' mhux iktar minn tnax -il xahar

B) Kategorija Z : annimali ta' l-ifrat ta' iktar minn tmien xhur imma ta' mhux iktar minn tnax -il xahar

Ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija: Y.

Ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija: Z.

Emenda 24

Anness II, punt A), parti introduttorja

A) Għal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat tal-kategorija X :

A) Għal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat tal-kategorija V :

Emenda 25

Anness II, punt B), parti introduttorja

B) Għal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat tal-kategorija Y :

B) Għal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat tal-kategorija Z :

  • [1]  Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.

NOTA SPJEGATTIVA

X'inhuwa għoġol?

Kulħadd jaqbel li għoġol huwa annimal żgħir mill-ispeċi ta' l-annimali ta' l-ifrat. Ir-risposta tidher evidenti meta wieħed ikun qed jirreferi għall-annimal ħaj iżda hija inqas evidenti meta wieħed jitkellem dwar il-laħam tal-"vitella" u meta wieħed jikkunsidra l-ikel u l-età tal-qtil ta' l-annimal minħabba li l-użanzi tat-trobbija u tal-konsum huma differenti ħafna bejn l-Istati Membri.

F'ċerti pajjiżi, bħal Franza per eżempju, l-għoġġiela jingħataw ħalib u prodotti tal-ħalib bħala magħlef u jekk annimal jinqatel meta jkollu iktar minn sitt xhur, it-terminu ta' laħam tal-"vitella" ma jkunx jista' jintuża iktar iżda jrid jintuża t-terminu "laħam ta' annimal ta' l-ifrat żgħir". F'pajjiżi oħra bħal Spanja, kważi l-annimal kollha jingħataw ċereali ssuplimentati bl-għalf tal-bhejjem biss bħala magħlef u t-terminu 'ternera' (vitella) japplika sa erbatax -il xahar.

Fil-qosor, fl-Unjoni Ewropea wieħed jista' jiddistingwi żewġ gruppi ta' pajjiżi :

-il-maġġoranza (fi kważi l-Istati Membri kollha, u speċjalment fi Franza, l-Ġermanja, l-Italja u l-Belġju), fejn it-terminu 'vitella' huwa użat għal annimali maqtula qabel tmien xhur u li l-magħlef tagħhom huwa ħalib

- il-minoranza (bħal Spanja u d-Danimarka) fejn dan it-terminu jkompli jintuża sa tnax u anke erbatax -il xahar u fejn l-annimali jingħataw ċereali bħala magħlef.

Fl-Olanda, it-tieni l-akbar produttur tal-vitella, jeżistu ż-żewġ kategoriji fl-istess ħin. Hemm il-kategorija tal-'vitella bajda' li tirrapreżenta l-maġġoranza l-kbira tal-produzzjoni (madwar 85% tat-total) u li tuża l-ewwel sistema ta' trobbija, u l-kategorija f'minoranza ta' 'vitella roża', li bdiet tidher mill-bidu tat-1980s u li tuża t-tieni sistema ta' trobbija.

Għal kuntrarju, wieħed għandu jinnota li fil-leġiżlazzjoni Ewropea, hemm applikat il-limitu ta' tmien xhur speċjalment sabiex tiġi ddeterminata l-eliġibilità ta' l-annimali għal qatla.(Artikolu 130 tar-Regolament 1782/2003).

Raġunijiet għal proposta tal-Kummissjoni

Il-magħlef użat u l-età li fiha l-annimali huma maqtula għandhom impatt fuq il-karatteristiċi tal-laħam f'dak li jirrigwarda t-togħma, t-tenerezza u l-kulur.

Għoġol li jingħata ħalib biss huwa għoġol monogastriku u minn meta jibda jiekol ċereali (bħal tiben u ħuxlief) dan isir annimal li jixtarr. Minħabba li l-ħalib ma fihx ħadid li hu essenzjali għal produzzjoni taċ-ċelluli ħomor u sabiex jagħti l-kulur lil-laħam - jista' jkun hemm produzzjoni ta' laħam li jvarja fil-kulur minn abjad għal roża, skond kemm ikunu żdiedu elementi mal-magħlef.

Kif tenfasizza l-Kummissjoni Ewropea, "ġeneralment ma tkun saret l-ebda riferenza la għat-tip ta' magħlef li l-annimali jkunu rċevew, u lanqas għall-età ta' dawn ta' l-aħħar fil-mument tal-qtil" u grazzi għal mod kif it-termini huma tradotti, l-operaturi u l-konsumaturi ħafna drabi jsibu prodotti differenti mibjugħa bl-istess deskrizzjoni.

Kif tenfasizza l-Kummissjoni, "prattika bħal din għandha t-tendenza li tfixkel il-kummerċ u tingoraġġixxi l-ħolqien ta' kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni inġusta. Għalhekk, hija għandha effett dirett fuq it-twaqqif u l-iffunzjonar ta' suq wieħed."

Barra minn hekk, l-istudji juru li t-terminu 'vitella' hija deskrizzjoni tal-bejgħ li togħlli l-valur tal-prodott u li dan it-terminu qed jintuża minn xi operaturi sabiex jiksbu prezz fis-suq ogħla b'mod sinifikanti meta jbigħu laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat żgħar b'karatteristiċi organolettiċi (organoleptic)differenti ħafna.

Barra minn hekk, mal-ħruġ mill-biċċeriji, wieħed josserva differenza fil-prezz ta' bejn 2-3 Euro kull kilo bejn il-laħam ta' l-annimali ta' inqas minn tmien xhur u dawk ta' bejn it-tmienja u t-tnax -il xahar. Il-gwadan huwa ta' bejn 60% u 70% li f'xi każijiet jitla' saħansitra għal 100% u dan ivarja skond il-kwalità, l-istaġun u l-fatturi ekonomiċi.

Is-sitwazzjoni tal-laħam tal-vitella fl-UE

Il-produzzjoni Ewropea fl-2005 telgħet għal ftit aktar minn 800 000 tunnellata (piż ekwivalenti tal-karkassi). Madanakollu, 85% ta' din il-produzzjoni hija kkonċentrata f'ħames Stati Membri biss: Franza = 30 %, l-Olanda = 25 %, l-Italja = 18 %, il-Belġju u l-Ġermanja = 6 %.

Jekk il-produzzjoni hija kkonċentrata ħafna, il-konsum huwa akbar minħabba li Franza u l-Italja weħidhom biss jirrapreżentaw kważi 70% tal-konsum Ewropew tal-vitella. Skond l-estimi ta' l-OFIVAL, il-konsum individwali tal-vitella fi Franza tela' fl-2005 għal 4,53 kg għal kull abitant u għal 3,87 fl-Italja filwaqt li għall-Unjoni Ewropea kollha, il-konsum kien ta' 1,70 kg għal kull persuna. (1,98 fl-UE-15).

Il-kummerċ ma' pajjiżi terzi għalissa huwa relattivament dgħajjef għalkemm jeżisti potenzjal.

Fuq livell intra-komunitarju, il-kummerċ huwa prattikament kostrett għal esportazzjonijiet mill-Olanda li jammontaw għal bejn wieħed u ieħor 200 000 tunnellata fis-sena. L-Italja hija s-suq ewlieni għall-esportazzjonijiet mill-Olanda, li jammontaw għal 43.2% tat-total fl-2005, segwita mill-Ġermanja u Franza li jilħqu l-20,5% u d-19,7% rispettivament. Filwaqt li Franza tagħmel ċertu ammont ta' esportazzjoni, l-iktar lejn is-suq Taljan, l-esportazzjonijiet tagħha huma relattivament modesti u irregolari.

Il-Proposta tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni għamlet il-proposta tagħha b'reazjoni għat-talbiet ta' numru ta' Stati Membri u tas-settur Ewropew tal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat u tal-vitella għal regolamenti aktar ċari.

Il-Kummissjoni qed tipproponi li għandu jkun hemm deskrizzjonijiet tal-bejgħ stabbiliti skond l-età li fiha annimal jinqatel. Din hija meqjusa bħala kriterju suffiċjenti u aktar faċli biex jiġi kkontrollat milli skond il-magħlef li l-annimali jkunu ingħataw. Hija tipproponi l-ħolqien ta' żewġ kategoriji u l-użu ta' ittra sabiex jiġu identifikati : X għall-annimali li jinqatlu bejn 0 u 8 xhur u Y għall-annimali li jinqatlu bejn 9 u 12 -il xahar. Għall-ewwel kategorija, it-terminoloġija tad-deskrizzjoni tal-bejgħ għandha tkompli tkun "vitella". Għat-tieni kategorija, għandha tiġi użata terminoloġija differenti (jeune bovin, vitellone, jungrindfleisch, etc.) ħlief fis-suq intern ta' erba' pajjiżi (id-Danimarka, il-Greċja, Spanja u l-Olanda), fejn minħabba drawwiet u tradizzjonijiet kulturali, it-terminu "vitella" jista' jkompli jiġi użat.

It-terminu 'vitella' jew kwalunkwe deskrizzjoni oħra ta' bejgħ stabbiliti fil-proposta ma jistgħux jibqgħu jintużaw fl-ittikkettar ta' laħam ta' annimali ta' aktar minn tnax -il xahar.

L-operaturi li jixtiequ jżidu mad-deskrizzjonijiet tal-bejgħ stabbiliti f'din il-proposta informazzjoni oħra mhux obbligatorja, jistgħu jagħmlu dan.

Għal raġunijiet ta' konsistenza, u sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta' kompetizzjoni inġusta, il-laħam impurtat minn pajjiżi terzi għandu wkoll ikun suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' din il-proposta tar-Regolament.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Għal ħafna żmien saru sforzi sabiex jinstab mod kif jiġu introdotti fl-UE, ir-regolamenti standardizzati dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux aktar minn tnax -il xahar. Fi Franza l-ewwel xogħlijiet saru fil-bidu tad-90s iżda din il-ħidma twaqqfet mill-kriżi tal-BSE u reġgħet inbdiet fl-2000. Għalhekk, ir-'rapporteur' tagħkom tilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, li għamlet xogħol eċċellenti f'dan il-qasam sabiex tinstab soluzzjoni oriġinali u bbilanċjata.

L-istandardizzazzjoni hija meħtieġa sabiex tintemm sitwazzjoni li qed twassal għal kompetizzjoni inġusta u anke sabiex jiġi evitat li s-suq isir frammentat bħala konsegwenza tal-miżuri mittieħda fuq livell nazzjonali bħal fil-każ tad-digriet Taljan li jillimita l-użu tat-terminu 'vitella' għal-laħam ta' annimali ta' inqas minn 8 xhur b'piż massimu ta' 185kg. Il-miżura ġiet sospiża wara li l-Kummissjoni resqet il-proposta tagħha, iżda huwa perfettament possibbli li, jekk il-proposta taqa', jistgħu joħorġu inizjattivi simili.

Filwaqt li l-objettiv huwa li tingħata prijorità lid-deskrizzjonijiet tal-bejgħ li japplikaw fil-pajjiżi konsumaturi, ir-'rapporteur' tagħkom tapprova d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li jiġu esklużi l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini mill-iskop tar-regolament, li jippermettu lil dawn il-prodotti speċifiċi ħafna, li għalihom japplikaw rekwiżiti speċifiċi, li jkomplu jużaw id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ tagħhom kullimkien. Ir-'rapporteur' tilqa' wkoll il-fatt li l-operaturi għandhom il-possibiltà li jżidu informazzjoni fuq it-tikketti, li ttihom l-għażla li jipprovdu informazzjoni addizzjonali li huma jqisu li żżid il-valur tal-prodotti tagħhom, bħal per eżempju it-tip ta' magħlef użat.

Madanakollu, iridu jiġu ċċarati numru ta' punti. Skond ir-'rapporteur', in-nuqqas ewlieni fil-proposta jikkonsisti f'li ma hemm l-ebda penali previsti. Għalhekk għandha tkun stabbilita dispożizzjoni li tippermetti lill-Istati Membri jimponu penali proporzjonati u disważivi fl-eventwalità li jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-regoli stabbiliti.

Il-proposta tal-Kummissjoni hija riżultat tal-kompromess delikat li ħa ħafna żmien biex intlaħaq. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi eskluża kwalunkwe deroga oħra li tista' twassal għal kumplikazzjoni tal-proposta kollha.

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux iktar minn tnax -il xahar

Referenzi

COM(2006)0487 – C6‑0330/2006 – 2006/0162(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

5.10.2006

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI
12.10.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI
12.10.2006

 

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

ENVI
3.10.2006

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Bernadette Bourzai
3.10.2006

 

Eżami fil-kumitat

21.11.2006

18.12.2006

24.1.2007

 

 

Data ta' l-adozzjoni

24.1.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

-

-

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Katerina Batzeli, Thijs Berman, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, Dumitru Gheorghe Mircea Coşea, Joseph Daul, Albert Deß, Carmen Fraga Estévez, Lutz Goepel, Bogdan Golik, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Elisabeth Jeggle, Heinz Kindermann, Albert Jan Maat, Diamanto Manolakou, Mairead McGuinness, Rosa Miguélez Ramos, Neil Parish, Radu Podgorean, María Isabel Salinas García, Agnes Schierhuber, Willem Schuth, Czesław Adam Siekierski, Brian Simpson, Csaba Sándor Tabajdi, Marc Tarabella, Witold Tomczak, Kyösti Virrankoski, Andrzej Tomasz Zapałowski, Janusz Wojciechowski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Bernadette Bourzai, Hynek Fajmon, Gábor Harangozó, Zdzisław Zbigniew Podkański, Armando Veneto

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2))preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Jorgo Chatzimarkakis, Wiesław Stefan Kuc

Data tat-tressiq

25.1.2007

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...