RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-Politika ta' l-Impjiegi ta' l-Istati Membri
25.1.2007 - (COM(2006)0815 – C6‑0036/2007 – 2006/0271(CNS)) - *
Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Jan Andersson
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-Politika ta' l-Impjiegi ta' l-Istati Membri
(COM (2006)0815 – C6‑0036/2007 –2006/0271 (CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM (2006)0815)[1],
– wara li kkunsidra Artikolu 128(2) tat-Trattat KE, li bis-saħħa tiegħu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0036/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6‑0008/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex javżah jekk ikollu l-intenzjoni li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-intenzjoni li jemenda sostanzjalment proposta tal-Kummissjoni ;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u l-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament.
| Test propost mill-Kummissjoni | Emendi mill-Parlament |
Emenda 1 Premessa 3(a) ġdida | |
|
|
3a. Il-Parlament Ewropew għandu jingħata ż-żmien neċessarju, u f’kull eventwalità mhux inqas minn ħames xhur, biex jilħaq l-irwol konsultattiv tiegħu, kif stipulat fl-Artikolu 128(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, waqt ir-reviżjoni sħiħa tal-Linji Gwida għall-Impjiegi, li hi prevista fl-2008. |
Ġustifikazzjoni | |
Din it-talba tikkonsidra li l-Linji Gwida ta’ l-Impjiegi 2008 jistgħu jibdlu b’mod sostanzjali u, għal din l-okkazzjoni, il-Parlament Ewropew għandu jingħata ż-żmien neċessarju biex jimplimenta bi sħiħ l-irwol konsultattiv tiegħu, kif stipulat fl-Artikolu 128(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. | |
- [1] Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-rapporteur għal opinjoni u l-koordinaturi tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali ddeċiedew li jressqu biss “emenda proċedurali” b’referenza għad-dritt tal-Parlament għal konsultazzjoni proprja dwar il-Linji Gwida għall-Impjiegi li jmiss. Din it-talba tikkonsidra li l-Linji Gwida ta’ l-Impjiegi 2008 jistgħu jibdlu b’mod sostanzjali u, għal din l-okkazzjoni, il-Parlament Ewropew għandu jingħata ż-żmien neċessarju biex jimplimenta bi sħiħ l-irwol konsultattiv tiegħu, kif stipulat fl-Artikolu 128(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Beda fl-2005 bir-reviżjoni ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona, iċ-ċiklu l-ġdid ta' tmexxija għal tliet snin, li jġib flimkien il-Linji Gwida għall-Impjiegi (EGs) u l-Linji Gwida għall-Politika ta’ l-Ekonomija Wiesgħa (Broad Economics Policy Guidelines - BEPGs), jippermetti lill-Istati Membri biex jimmodifikaw il-programmi ta' Liżbona nazzjonali biex jakkomodaw sitwazzjonijiet nazzjonali tagħhom.
Din is-sena, evalwazzjoni tal-programmi ta’ riforma nazzjonali mill-Kummissjoni turi li l-impjieg qed jiżdied u l-qagħad qed jonqos. Madankollu, it-tkabbir tal-produttività u l-kwalità tax-xogħol jibqgħu inqas mill-ħtiġijiet ta’ l-Ewropa. Fil-fatt, minkejja li r-Rapporti ta' l-Implimentazzjoni juru li l-Istati Membri ħadu ħafna mill-passi neċessarji biex jimplimentaw il-programmi, ftit Stati Membri biss adottaw “strateġija integrata għax-xogħol ibbażata fuq iċ-ċiklu tal-ħajja”. Aktar sforzi huma meħtieġa biex jolqtu l-mira li ntlaħaq qbil dwarha s-sena li għaddiet, li għal kull żagħżugħ li jitlaq l-iskola jew l-università jiġi offrut xogħol, taħriġ jew miżura oħra ta’ impjegabilità fi żmien sitt xhur minn meta jkun spiċċa bla xogħol. Id-differenzi bejn is-sessi jibqgħu wkoll wiesgħin u d-disponibilità ta’ faċilitajiet bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu ta' fejn jieħdu ħsieb it-tfal ('affordable child care') għadha problema f’bosta Stati Membri u għalhekk hu aktar diffiċli li wieħed jirrikonċilja l-ħajja tax-xogħol u dik privata. Barra minn hekk, l-Istati Membri qed juru progress limitat dwar l-immodernizzar tal-leġiżlazzjoni tagħhom dwar il-ħarsien ta’ l-impjieġi.
B’kunsiderazzjoni ta’ din is-sitwazzjoni inġenerali, ir-rapporteur għal opinjoni jemmen li l-Parlament Ewropew jista' jtejjeb il-kontribuzzjoni tiegħu għal tmexxija aħjar ta’ l-istrateġija ta’ Liżbona jekk iż-żmien neċessarju (u mhux anqas minn ħames xhur) jingħata lill-PE biex jimplimenta bi sħiħ l-irwol konsultattiv tiegħu fit-tfassil ta’ linji gwida li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw fil-politiki tagħhom għall-impjieġi. Aktar minn hekk, b’kunsiderazzjoni li l-istituzzjonijiet tal-Komunità, inkluż il-Parlament Ewropew, li issa huwa meħtieġ li jkun aktar assertiv fl-indikazzjoni tal-punti ta' dgħjufija fil-programmi ta’ riforma ta’ l-Istati Membri, il-PE jista' jkollu rwol aktar estensiv fil-monitoraġġ tal-progress ta' l-Istati Membri. Fir-rigward ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal pajjiż, il-kwistjonijiet li l-PE jista’ jqajjem huma liema ċirkustanzi u f’liema forma rakkomandazzjoni magħmula nazzjonalment tista’ tkun l-aktar użu. Bħala wieħed mill-parteċipanti ewlenin fil-proċess politiku, il-Parlament Ewropew għandu wkoll s-setgħa politika li jintensifika l-isforzi tiegħu biex itejjeb il-kwalità tad-dibattitu publiku dwar riforma ekonomika u għal promozzjoni ta’ l-impjieg.
PROĊEDURA
|
Titolu |
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-Politika ta' l-Impjiegi ta' l-Istati Membri |
||||||
|
Referenzi |
COM(2006)0815 – C6-0036/2007 –2006/0271(CNS) |
||||||
|
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
12.1.2007 |
||||||
|
Kumitat responsabbli |
EMPL |
||||||
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni |
FEMM |
ITRE |
ECON |
|
|
||
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija |
FEMM |
ITRE |
ECON |
|
|
||
|
Koperazzjoni aktar mill-qrib |
Le |
|
|
|
|
||
|
Rapporteur(s) |
Jan Andersson 13.12.2006 |
|
|||||
|
Rapporteur(s) preċedenti |
|
|
|||||
|
Proċedura ssimplifikata - data tad-deċiżjoni Data tad-deċiżjoni |
22.11.2006 |
||||||
|
Bażi legali kkontestata |
|
|
|
||||
|
Allokazzjoni finanzjarja emendata |
|
|
|
||||
|
Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali |
|
||||||
|
Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat tar-Reġjuni - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
|
||||||
|
Eżami fil-kumitat |
23.1.2007 |
|
|
|
|
||
|
Data ta' l-adozzjoni |
24.1.2007 |
||||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
38 0 0 |
|||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Andersson, Alexandru Athanasiu, Roselyne Bachelot-Narquin, Jean-Luc Bennahmias, Iles Braghetto, Philip Bushill-Matthews, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Derek Roland Clark, Luigi Cocilovo, Jean Louis Cottigny, Proinsias De Rossa, Richard Falbr, Carlo Fatuzzo, Ilda Figueiredo, Joel Hasse Ferreira, Roger Helmer, Stephen Hughes, Ona Juknevičienė, Jan Jerzy Kułakowski, Jean Lambert, Raymond Langendries, Elizabeth Lynne, Mary Lou McDonald, Thomas Mann, Mario Mantovani, Ana Mato Adrover, Maria Matsouka, Csaba Őry, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Pier Antonio Panzeri, Jacek Protasiewicz, José Albino Silva Peneda |
||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Françoise Castex, Richard Howitt, Gabriele Stauner, Patrizia Toia, Georgios Toussas, Tadeusz Zwiefka |
||||||
|
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Herbert Bösch, Pedro Guerreiro |
||||||
|
Data tat-tressiq |
25.1.2007 |
|
|||||
|
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... |
||||||