RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-15 ta’ Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta’ l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta’ l-Avjazzjoni
31.1.2007 - (COM(2005)0579 – C6‑0403/2006 – 2005/0228(COD)) - ***I
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Jörg Leichtfried
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta ghal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-15 ta’ Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta’ l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta’ l-Avjazzjoni
(COM(2005)0579 – C6‑0403/2006 – 2005/0228(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0579)[1],
–
wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0403/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0023/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Huwa tal-fehma li l-ammont ta' riferenza indikat fil-proposta leġiżlattiva għandu jkun kompatibbli mal-limitu ta' fuq ta' intestatura 1a tal-qafas finanzjarju plurijennali l-ġdid (l-MFF) u mad-dispożizzjonijiet tal-punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u dwar it-tmexxija finanzjarja tajba[2],
3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tikkonsultah jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Text proposed by the Commission | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 PREMESSA 2 A (ġdida) | |
|
(2a) Ikun xieraq li l-Kummissjoni teżamina sa liema punt ikun xieraq li fil-ġejjieni jiġu trasferiti lill-Aġenzija setgħat marbuta mal-kontroll tal-konformità mar-regoli komuni fil-qasam tas-sikurezza ta’ l-avjazzjoni ċivili. |
Ġustifikazzjoni | |
Ikun jagħmel sens li tiġi involuta l-Aġenzija, b’mod partikulari f’dawk l-oqsma li huma relatati kemm mas-sikurezza teknika tat-trasport bl-ajru kif ukoll mas-sikurezza ta’ l-ajru. | |
Din l-emenda tirrifletti l-vot tal-Parlament fl-ewwel qari fil-15 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sikurezza ta’ l-avjazzjoni ċivili. | |
Emenda 2 PREMESSA 10 A (ġdida) | |
|
(10a) Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005* jimponi dazju fuq l-Aġenzija biex tikkomunika t-tagħrif kollu li jista’ jkun rilevanti biex tiġi aġġornata l-‘lista s-sewda’ Komunitarja. Jekk l-Aġenzija tirrifjuta li toħroġ ċertifikazzjoni lil kumpanija ta’ l-ajru skond it-termini ta’ dan ir-Regolament, trid tgħaddi t-tagħrif kollu li fuqu kien ibbażat dan ir-rifjut sabiex isem il-kumpanija ta' l-ajru jkun jista’ jiddaħħal, jekk ikun meħtieġ, fil-‘lista s-sewda’ Komunitarja.
* Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji ta’ l-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija ta’ l-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE. |
Ġustifikazzjoni | |
Fl-interess tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, ikun xieraq li jkun hemm rabta bejn iċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji ta’ l-ajru u l-projbizzjoni ta’ dawk impoġġija fil-lista s-sewda Komunitarja. | |
Emenda 3 PREMESSA 16 A (ġdida) | |
|
(16a) L-Istati Membri huma mistiedna jiżguraw li l-baġits ta’ l-awtoritajiet nazzjonali u l-ħlasijiet u d-drittijiet li jiġbru jitnaqqsu skond it-trasferiment tar-responsabilitajiet lill-Aġenzija. |
Ġustifikazzjoni | |
Ikun xieraq li l-flus li se jiffrankaw l-Istati Membri b’riżultat tat-trasferiment ta’ setgħat lill-Aġenzija jingħaddew kollha kemm huma lill-konsumaur, u mhux jintużaw biex jittejbu l-baġits nazzjonali. | |
Emenda 4 ARTIKOLU 1, PUNT 2. PUNT (A) Artikolu 3, punt (f) (Regolament (KE) Nru 1592/2002) | |
(f) ‘entità kwalifikata’ tfisser korp akkreditat li jista’ jagħmel xogħol ta’ ċertifikazzjoni taħt il-kontroll u r-responsabbiltà ta’ l-Aġenzija jew ta’ awtorità nazzjonali ta’ l-avjazzjoni; |
(f) ‘entità kwalifikata’ tfisser korp (tħassir) li jista’ jagħmel xogħol ta’ ċertifikazzjoni taħt il-kontroll u r-responsabbiltà ta’ l-Aġenzija jew ta’ awtorità nazzjonali ta’ l-avjazzjoni; |
Ġustifikazzjoni | |
Entità kwalifikata hija diġà koperta mir-responsabilità ta’ l-Aġenzija jew ta' l-Awtoritajiet Nazzjonali ta’ l-Avjazzjoni u għaldaqstant m’għandhiex bżonn akkreditament. | |
Emenda 5 ARTIKOLU 1, PUNT 2, PUNT (B) Artikolu 3, punt (j), punt (i) (Regolament (KE) Nru 1592/2002) | |
(i) ajruplan: - b’massa tat-tlugħ massima ċċertfikata li tisboq 5.700 kg jew; - b’konfigurazzjoni massima approvata ta’ passiġġieri bil-qiegħda ta’ aktar minn 9 jew; - iċċertifikat biex jopera b’ekwipaġġ minimu ta’ mill-inqas 2 bdoti jew; - mgħammar b’magna(i) turbojet jew iktar minn magna turboprop waħda; jew |
(i) ajruplan: - b’massa tat-tlugħ massima ċċertfikata li tisboq 5.700 kg jew; - b’konfigurazzjoni massima approvata ta’ passiġġieri bil-qiegħda ta’ aktar minn 19 jew; - iċċertifikat biex jopera b’ekwipaġġ minimu ta’ mill-inqas 2 bdoti jew;
|
Ġustifikazzjoni | |
Inġenju ta’ l-ajru li jeħtieġ aktar minn bdot wieħed jitqies bħala kumpless. Bl-istess mod, 19-il post għall-passiġġieri huwa eżattament il-limitu għal meta jkun meħtieġ assistent tal-kabina u għalhekk dan huwa limitu naturali biex wieħed jimponi rekwiżiti aktar elaborati rigward l-organizzazzjoni. | |
Jeżisti riskju kbir li jekk jiġi limitat l-aċċess għal teknoloġija speċifika tinħoloq barriera fil-ġejjieni għad-dħul ta’ teknoloġija ġdida, b’inqas perikli u b'inqas ħsara għall-ambjent u jiġi limitat it-tkabbir ta' l-avjazzjoni ġenerali fl-Ewropa. Mill-aspett ta’ tħaddim, huwa bil-wisq eħfef biex tħaddem magna żgħira bil-ġett milli magna kbira bit-turboġett. | |
Emenda 6 ARTIKOLU 1, PUNT 2, PUNT (B) Artikolu 3, punt (k) (Regolament (KE) Nru 1592/2002) | |
(k) ‘operazzjoni għar-rikreazzjoni’ tfisser kwalunkwe operazzjoni mhux kummerċjali b’inġenji ta’ l-ajru mħaddma b’magni mhux kumplessi; |
(k) ‘operazzjoni b’inġenji ta’ l-ajru żgħar’ tfisser kwalunkwe operazzjoni mhux kummerċjali b’inġenji ta’ l-ajru żgħar; |
Ġustifikazzjoni | |
Operazzjonijiet għal kollox "għar-rikreazzjoni” jirrappreżentaw biss parti marġinali mill-operazzjonijiet mhux kummerċjali kollha ta' l-avjazzjoni ġenerali li jsiru permezz ta' inġenji ta’ l-ajru żgħar. It-terminu “ajruplan kumpless” jintuża biex jindirizza affarijiet li jvarjaw bil-kbir minn avjazzjoni rikreattiva/personali/żgħira għal avjazzjoni li tirrikjedi organizzazzjoni u ġestjoni kumplessi. | |
Ikun xieraq li l-approvazzjoni ta’ din l-emenda tiġi interpretata bħala l-bdil tat-terminu “operazzjoni għar-rikreazzjoni” u “inġenji ta’ l-ajru mħaddma b’magni mhux kumplessi” fit-test kollu kemm hu. | |
Emenda 7 ARTIKOLU 1, PUNT 2, PUNT (B) Artikolu 3, punt (n a) (ġdid) (Regolament (KE) Nru 1592/2002) | |
|
(na) ‘inġenju ta’ l-ajru żgħar’ tfisser inġenju ta’ l-ajru: - b’massa tat-tlugħ massima li ma tisboqx l-2000 kg; - b’massimu ta’ 5 postijiet għall-passiġġieri. |
Ġustifikazzjoni | |
Bħalissa t-terminu “ajruplan kumpless” jintuża biex jindirizza affarijiet li jvarjaw bil-kbir minn avjazzjoni rikreattiva/personali/żgħira għal avjazzjoni li tirrikjedi organizzazzjoni u ġestjoni kumplessi. Dan mhux għaqli, għax minn banda jista’ jfisser impożizzjoni ta’ miżuri insuffiċjenti fuq inġenji ta’ l-ajru impenjattivi ħafna li jintużaw b’liċenzja għar-rikreazzjoni, filwaqt li mill-banda l-oħra jista’ jikkumplika żżejjed operazzjonijiet li jkunu jinvolvu biss persuna waħedha. | |
Emenda 8 ARTIKOLU 1, PUNT 5 Artikolu 6a, paragrafu 7 (Regolament (KE) Nru 1592/2002) | |
7. Hi u tistabbilixxi r-regoli tat-twettiq msemmija fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni trid tagħti attenzjoni speċifika biex dawn jirriflettu l-aqwa u l-aktar prassi moderni fil-qasam tat-taħriġ ta’ bdoti u li jippermettu li jkun hemm reazzjoni immedjata biex jiġu stabbiliti l-kawżi ta’ aċċidenti u inċidenti serji. |
7. Hi u tistabbilixxi r-regoli tat-twettiq imsemmija fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni trid tagħti attenzjoni speċifika biex dawn jirriflettu l-aqwa u l-aktar prassi moderni, u l-progress xjentifiku u tekniku fil-qasam tat-taħriġ ta’ bdoti u li jippermettu li jkun hemm reazzjoni immedjata biex jiġu stabbiliti l-kawżi ta’ aċċidenti u inċidenti serji. |
Ġustifikazzjoni | |
Meta tiġi żviluppata leġiżlazzjoni għall-implimentazzjoni rigward il-ħruġ tal-liċenzji għall-bdoti, ikun xieraq li jingħata kas tad-dejta teknika u xjentifika kollha rilevanti u li hi l-iktar reċenti. | |
Emenda 9 ARTIKOLU 1, PUNT 5 Artikolu 6b, paragrafu 3 (Regolament (KE) Nru 1592/2002) | |
3. Operaturi li jiżvolġu operazzjoni mhux kummerċjali ta’ inġenji ta’ l-ajru kumplessi mħaddma bil-magni għandhom jiddikjaraw il-kapaċità u l-mezzi tagħhom li jattwaw ir-responsabbiltajiet marbuta ma’ l-operazzjoni ta’ l-inġenji ta’ l-ajru. |
3. Operaturi li jiżvolġu operazzjoni mhux kummerċjali ta’ inġenji ta’ l-ajru kumplessi mħaddma bil-magni għandhom jippreżentaw dikjarazzjoni li tixhed il-kapaċità u l-mezzi tagħhom li jattwaw ir-responsabbiltajiet marbuta ma’ l-operazzjoni ta’ l-inġenji ta’ l-ajru. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda hija koerenti ma’ l-emenda għall-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu ġdid 6 b, li għandha l-għan li jkun hemm dikjarazzjoni iktar speċifika b’kontenut aktar preċiż. Kliem vag wisq jista’ joħloq il-problemi ma’ l-EASA | |
Emenda 10 ARTIKOLU 1, PUNT 5 Artikolu 6b, paragrafu 4 (Regolament (KE) Nru 1592/2002) | |
4. Ekwipaġġ tal-kabina involut fit-tħaddim ta’ l-inġenji ta’ l-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u (c) għandu jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness IV. Huma għandu jkollhom attestazzjoni u ċertifikat mediku xierqa għall-operazzjoni li jiżvolġu. |
4. Ekwipaġġ tal-kabina involut fit-tħaddim ta’ l-inġenji ta’ l-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u (c) għandu jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness IV. Dawk involuti f’operazzjonijiet kummerċjali għandu jkollhom attestazzjoni kif spjegat inizjalment fil-punt (d) ta’ l-OPS 1.1005 kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1899/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili1 (UE OPS); tali attestazzjoni tista’ tinħareġ minn operaturi approvati jew minn organizzazzjonijiet tat-taħriġ, fid-diskrezzjoni ta’ l-Istat Membru. ___________ 1 ĠU L 377, 27.12.2006, p. 1. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha l-għan li ttejjeb ir-rutini tas-sikurezza fl-ogħla livell possibbli u għal livell uniformi u li tippermetti ċ-ċaqliq ħieles ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina fl-UE. Kemm l-operazzjonijiet ta’ l-ajru (parti 7b ta’ l-Anness IV) kif ukoll il-kundizzjoni medika tajba għandhom ikunu koperti, mhux biss fl-interess tal-passiġġieri iżda wkoll ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina nnifsu. Ikun xieraq li l-istudju dwar il-limitazzjonijiet tal-Ħinijiet tat-Titjiriet ikopri wkoll l-ekwipaġġ tal-kabina. | |
Emenda 11 ARTIKOLU 1, PUNT 5 Artikolu 6b, paragrafu 5, punt (d) (Regolament (KE) Nru 1592/2002) | |
(d) il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għas-sorveljanza u l-ispezzjoni ta’ l-operaturi msemmija fil-paragrafu 3. |
(d) il-kontenut u l-mezz ta’ l-attestazzjoni tad-dikjarazzjonijiet li jridu jsiru mill-operaturi, li huma memmija fil-paragrafu 3, u l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għas-sorveljanza u l-ispezzjoni rigward l-operazzjonijiet speċifiċi deskritti fid-dikjarazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tirreferi għar-rekwiżiti aktar speċifiċi fejn jidħlu l-kontenut ta’ l-attestazzjonijiet u l-mod kif jinħarġu (ara l-emenda għall-punt 3 ta’ dan l-artikolu 6 b). |
Emenda 12
ARTIKOLU 1, PUNT 5Artikolu 6 b, paragrafu 5, punt (e) (Regolament (KE) Nru 1592/2002)
(e) il-kundizzjonijiet ta’ ħruġ, żamma, emenda, limitazzjoni, sospensjoni jew revoka ta’ l-attestazzjoni ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina msemmija fil-paragrafu 4. |
(e) il-kundizzjonijiet ta’ ħruġ, rikonoxximent reċiproku, żamma, emenda, limitazzjoni, sospensjoni jew revoka ta’ l-attestazzjoni ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina msemmija fil-paragrafu 4. |
|
Ġustifikazzjoni
L-attestazzjoni qed issegwi d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali, u huwa l-inqas livell ta’ prova li wieħed ikollu kwalifika. L-ekwipaġġ tal-kabina għandu sehem importanti, anki għal raġunijiet ta' sigurtà, u konsegwentement ikun xieraq li jkun imħarreġ u kwalifikat; ċertifikazzjoni minn entità indipendenti, għalhekk, hija aktar xierqa. Dan jippermetti wkoll li jkun hemm rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina u b’hekk tikber il-mobilità tal-ħaddiema.
Emenda 13
ARTIKOLU 1, PUNT 6Artikolu 7, paragrafu 1 a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 1592/2002)
|
1a. Jekk Stat Membru jew l-Aġenzija jiksbu tagħrif li jipprova li ċertifikat maħruġ minn Stat Membru ieħor ma jkunx jikkonforma ma’ dan ir-Regolament jew mad-dispożizzjonijiet tat-twettiq tiegħu b'mod li jkun jista' jhedded serjament is-sikurezza, għandhom minnufih jgħaddu s-sejbiet tagħhom lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. |
|
Ġustifikazzjoni
Meta joħroġ tagħrif li jqajjem dubji dwar il-validità taċ-ċertifikati maħruġa minn Stat Membru, dan it-tagħrif għandu jingħadda malajr kemm jista’ jkun sabiex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri korrettivi jew jiġu imposti pieni jekk ikun meħtieġ.
Emenda 14 ARTIKOLU 1, PUNT 7, PUNT (A) Artikolu 8, paragrafu 2 (Regolament (KE) Nru 1592/2002) | |
(a) il-paragrafu 2 huwa sostitwit minn dan li ġej: "2. Sakemm issir l-adozzjoni tar-regoli tat-twettiq imsemmija fl-Artikoli 5(5) u 6a(6), u bla preġudizzju għall-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament, ċertifikati li ma jistgħux jinħarġu bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament jistgħu jinħarġu fuq il-bażi tar-Regolamenti nazzjonali applikabbli. |
(a) il-paragrafu 2 huwa sostitwit minn dan li ġej: “2. Il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru jew ta’ Aġenzija, tista’ tagħti bidu għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(4) sabiex ikun deċiż jekk ċertifikat maħruġ skond dan ir-Regolament effettivament ikunx jikkonforma miegħu u mar-regoli tat-twettiq tiegħu.
F’każ li ma jkunx hemm konformità jew f’każ ta’ konformità li ma tkunx effettiva, il-Kummissjoni għandha titlob lil min ikun ħareġ iċ-ċertifikat biex jieħu azzjoni korrettiva u miżuri ta’ salvagwardja xierqa, bħal-limitazzjoni jew is-sospensjoni taċ-ċertifikat. Aktar minn hekk, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 m’għandhomx jibqgħu japplikaw għaċ-ċertifikat mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri.
2a. Meta l-Kummissjoni jkollha biżżejjed evidenza li tkun ittieħdet azzjoni korrettiva xierqa minn min ikun ħareġ iċ-ċertifikat, li għalih hemm riferenza fil-paragrafu 2, biex jindirizza l-każ ta’ nuqqas ta’ konformità jew ta’ konformità mhux effettiva u li ma jkunx għad hemm il-bżonn tal-miżuri ta’ salvagwardja, għandha tiddeċiedi li d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ikunu japplikaw għal dan iċ-ċertifikat. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw mid-data tan-notifika ta’ din id-deċiżjoni lill-Istati Membri.
2b. Sakemm issir l-adozzjoni tar-regoli tat-twettiq imsemmija fl-Artikoli 5(4), 6a(6) u 6c(4), u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 57(4) ta’ dan ir-Regolament, iċ-ċertifikati li ma jistgħux jinħarġu skond dan ir-Regolament jistgħu jinħarġu fuq il-bażi tar-regolamenti nazzjonali applikabbli.
2c. Sakemm issir l-adozzjoni tar-regoli tat-twettiq imsemmija fl-Artikolu 6b(5), u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 57(4) ta’ dan ir-Regolament, iċ-ċertifikati li ma jistgħux jinħarġu skond dan ir-Regolament jistgħu jinħarġu fuq il-bażi tar-regolamenti nazzjonali applikabbli jew, fejn ikun applikabbli, fuq il-bażi tar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KEE) Nru 3922/1991.
2d. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) 2111/05 u għar-regoli ta’ l-implimentazzjoni tiegħu.” |
Emenda 15 ARTIKOLU 1, PUNT 9 Artikolu 9 a (Regolament (KE) Nru 1592/2002) | |
1. Entitajiet kwalifikati li jagħmlu xogħol ta’ ċertifikazzjoni speċifiku skond il-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni applikabbli f’isem l-Aġenzija, jew f’isem l-Istati Membri meta dawk ta’ l-aħħar jagħmlu xogħol ta’ ċertifikazzjoni fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Anness V u għandhom juru li għandhom l-organizzazzjoni u l-għarfien espert neċessarju. Dawn il-kapaċitajiet u mezzi għandhom ikunu rikonoxxuti permezz tal-ħruġ ta’ akkreditazzjoni mill-Aġenzija.
|
Meta jallokaw xogħol speċifiku ta’ ċertifikazzjoni lil entità kwalifikata, l-Aġenzija jew l-awtorità nazzjonali ta’ l-avjazzjoni kkonċernata għandha tiżgura li tali entità tkun tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Anness V. |
2. Fir-rigward ta’ entitajiet kwalifikati, l-Aġenzija għandha: (a) tagħmel hi stess jew permezz ta’ awtoritajiet nazzjonali ta’ l-avjazzjoni, spezzjonijiet u verifiki ta’ l-entitajiet li hi takkredita; (b) toħroġ u ġġedded l-akkreditazzjonijiet; (c) temenda, tillimita, tissospendi jew tirrevoka l-akkreditazzjoni ta’ l-entità relevanti meta l-kundizzjonijiet li taħthom tkun inħarġet mill-Aġenzija ma jkunux għadhom jiġu sodisfatti, jew jekk l-entità kkonċernata tonqos milli tissodisfa l-obbligi imposti fuqha minn dan ir-Regolament jew mir-regoli tat-twettiq tiegħu. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Jekk l-entità tikkonforma ma’ l-Anness V, ikunu sodisfatti r-rekwiżiti neċessarji kollha. |
Emenda 16
ARTIKOLU 1, PUNT 12Artikolu 11a, paragrafi 1 sa 3 (Regolament (KE) Nru 1592/2002)
1. Meta l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 11 tkun ingħatat minn persuna naturali fuq bażi volontarja, ir-rapporti m’għandhomx jiżvelaw is-sors ta’ tali informazzjoni. |
1. Meta l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1) tkun ingħatat minn persuna naturali fuq bażi volontarja lill-Kummissjoni jew lill-Aġenzija, is-sors ta’ tali informazzjoni m’għandux jinkixef. Meta t-tagħrif ikun ġie fornut lil awtorità nazzjonali, is-sors ta’ tali tagħrif għandu jitħares skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali. |
|
2. Bla preġudizzju għar-regoli tal-liġi penali applikabbli, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jibdew proċeduri fir-rigward ta’ ksur mhux premeditat jew aċċidentali tal-liġi li jkun ġie għall-attenzjoni tagħhom biss għaliex kien ġie rrappurtat skond dan ir-Regolament u r-regoli tat-twettiq tiegħu. |
2. Bla preġudizzju għar-regoli tal-liġi penali applikabbli, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jibdew proċeduri fir-rigward ta’ ksur mhux premeditat jew aċċidentali tal-liġi li jkun ġie għall-attenzjoni tagħhom biss għaliex kien ġie rrappurtat skond dan ir-Regolament u r-regoli tat-twettiq tiegħu. |
|
Din ir-regola m’għandhiex tapplika f’każi ta’ negliġenza serja. |
Din ir-regola m’għandhiex tapplika f’każi ta’ negliġenza serja. |
|
3. F’konformità mal-proċeduri definiti fil-liġijiet u l-prassi nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegati li jipprovdu informazzjoni għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-regoli tat-twettiq tiegħu ma jkunux suġġetti għal xi preġudizzju mill-prinċipal tagħhom, ħlief f’każijiet ta’ negliġenza serja. |
3. Bla preġudizzju għar-regoli applikabbli tal-liġi penali, u b’konformità mal-proċeduri definiti fil-liġijiet u l-prassi nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegati li jipprovdu informazzjoni għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-regoli tat-twettiq tiegħu ma jkunux suġġetti għal xi preġudizzju minn min iħaddimhom. Din ir-regola m’għandhiex tapplika f’każi ta’ negliġenza serja. |
|
Emenda 17 ARTIKOLU 1, PUNT 7 A (ġdid) Artikolu 16 a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 1592/2002) | |
|
(17a) Jiddaħħal l-Artikolu 16a, li ġej: |
|
“Artikolu 16a |
|
Multi
1. Meta tkun qed tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(c), l-Aġenzija tista’:
(a) timponi multi fuq il-persuni u fuq l-intrapriżi li tkun ħarġitilhom ċertifikat hi stess fejn, bi ħsieb jew bi traskuraġni, ikunu nkisru d-dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-regoli tat-twettiq tiegħu;
(b) timponi, fuq il-persuni u fuq l-intrapriżi li tkun ħarġitilhom ċertifikat hi stess, ħlasijiet penali perjodiċi, ikkalkulati mid-data stabbilita fid-deċiżjoni, sabiex iġġiegħlhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jew tar-regoli tat-twettiq tiegħu.
2. Il-multi u l-ħlasijiet penali perjodiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dissważivi u proporzjonati kemm mal-gravità tal-każ kif ukoll mal-kapaċità ekonomika ta' min ikun ikkonċernat u li f'ismu jkun maħruġ iċ-ċertifikat, filwaqt li jingħata kas partikulari tal-punt safejn is-sikurezza tkun ġiet kompromessa.
3. Deċiżjonijiet meħuda skond il-paragrafu 1 m’għandhomx ikunu ta’ natura tal-liġi kriminali.
4. L-ammont tal-multi miġbura mill-Aġenzija għandu jitnaqqas mill-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 48(1)a.
Il-Kummissjoni għandha tadotta, b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 54(3), ir-regoli għat-twettiq ta’ dan l-Artikolu, u tispeċifika b’mod partikulari:
(a) id-dispożizzjonijiet tar-regoli tat-twettiq li l-ksur tagħhom għandu jkun suġġett għall-applikazzjoni ta’ multa u ta’ ħlas penali perjodiku;
(b) l-ammont massimu ta’ multi u ħlasijiet penali perjodiċi;
(c) il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ multi u ħlasijiet penali perjodiċi, inklużi l-kriterji biex jiġi ffissat l-ammont.
6. Meta tistabbilixxi l-kriterji biex jiġi ffissat l-ammont tal-multi, il-Kummissjoni għandha tagħti kas tad-dħul tal-persuni u ta’ l-intrapriżi li fuqhom jiġu imposti.” |
Ġustifikazzjoni | |
Ikun xieraq li l-EASA jkollha l-possibilità li timponi ħlasijiet penali f’każ li organizzazzjoni jew persuna ma tikkonformax mar-rekwiżiti. | |
Emenda 18 ARTIKOLU 1, PUNT 18 A (ġdid) | |
|
(18a) Fl-Artikolu 20 jiżdied il-paragrafu 1a, li ġej: |
|
"1a L-Artikolu 12(2)(e) u l-Artikolu 82(3)(e) tal-Kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej m’għandhomx japplikaw qabel 36 xahar wara d-data tar-reklutaġġ ta’ l-istaff temporanju u ta’ l-istaff kuntrattwali.” |
Ġustifikazzjoni | |
L-esperjenza ta’ l-Aġenzija mis-sena 2000 ‘l hawn rigward ir-reklutaġġ uriet li r-reklutaġġ ta’ proporzjon apprezzabbli (bejn wieħed u ieħor 10%) ta’ l-istaff kwalifikat ħafna u meħtieġ malajr falla biss minħabba r-rekwiżiti lingwistiċi li jridu jissodisfaw l-impjegati tal-Komunitajiet Ewropej, minħabba li għalkemm bosta kandidati kellhom għarfien tajjeb ħafna ta’ l-ilsien li bih taħdem l-Aġenzija (l-Ingliż), ma kellhomx biżżejjed għarfien ta’ lsien Komunitarju ieħor. Dan ixekkel b’mod sustanzjali lill-EASA meta tiġi biex twettaq xogħlha. B’konsegwenza ta’ dan, teżisti l-ħtieġa ta’ perjodu xieraq ta’ tranżizzjoni li matulu l-impjegati kkonċernati jkunu jistgħu jieħdu posthom fl-EASA u jiksbu l-kapaċitajiet fl-ilsna mitluba sa meta jidħlu fis-seħħ ir-rekwiżiti dwar l-ilsna. | |
Emenda 19 ARTIKOLU 1, PUNT 19, PUNT (A), PUNT (1) | |
(b) jadotta r-rapport annwali ġenerali fuq l-attivitajiet ta’ l-Aġenzija u jibagħtu sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta’ l-Awdituri u lill-Istati Membri; u waqt li jaġixxi f’isem l-Aġenzija, għandu jibgħat kull sena lill-awtorità tal-baġit kull informazzjoni relevanti għar-riżultat tal-proċeduri ta’ valutazzjoni; |
(b) jadotta r-rapport annwali ġenerali fuq l-attivitajiet ta’ l-Aġenzija u jibagħtu sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta’ l-Awdituri u lill-Istati Membri; u waqt li jaġixxi f’isem l-Aġenzija, għandu jibgħat kull sena lill-awtorità tal-baġit kull informazzjoni relevanti għar-riżultat tal-proċeduri ta’ valutazzjoni u b'mod partikulari informazzjoni b'rabta ma' l-effetti jew mal-konsegwenzi ta' bidliet fid-dmirijiet attribwiti lill-Aġenzija; |
Ġustifikazzjoni | |
Bidliet fil-lista tad-dmirijiet ta' aġenzija spiss ħafna jaffettwaw il-volum tar-riżorsi meħtieġa. Sabiex l-awtorità baġitarja tkun tista' tevalwa jekk rikjesta għal riżorsi addizzjonali tkunx tista' tiġi ġġustifikata, jeħtiġilha tikseb stampa ċara ta' kalunkwe bidla fil-mandat ta' aġenzija. | |
Emenda 20 ARTIKOLU 1, PUNT 20, PUNT (A) Artikolu 25, paragrafu 1 (Regolament (KE) Nru 1592/2002) | |
1. Il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru u rappreżentant tal-Kummissjoni. Għal dan il-għan, il-Kunsill għandu jaħtar rappreżentant minn kull Stat Membru kif ukoll sostitut sabiex jirrappreżenta lil-membru fl-assenza tiegħu/tagħha. Il-Kummissjoni għandha taħtar ukoll ir-rappreżentant tagħha u s-sostitut. Il-mandat għandu jkun ta’ ħames snin. Dan il-mandat se jkun jista’ jiġġedded darba. |
Il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru u rappreżentant tal-Kummissjoni li għandhom jintgħażlu skond l-esperjenza rikonoxxuta tagħhom fil-qasam ta’ l-avjazzjoni ċivili u skond il-kapaċitajiet maniġerjali tagħhom. Għal dan il-għan, il-Kunsill, wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew, għandu jaħtar rappreżentant minn kull Stat Membru kif ukoll sostitut sabiex jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu/tagħha u li m’għandux ikun involut fit-twettiq ta’ dan ir-Regolament u tar-regoli adottati għat-twettiq tiegħu. Il-Kummissjoni għandha taħtar ukoll ir-rappreżentant tagħha u s-sostitut. Il-mandat għandu jkun ta’ ħames snin. Dan il-mandat se jkun jista’ jiġġedded. |
Ġustifikazzjoni | |
Din il-modifikazzjoni għandha l-għan li tiggarantixxi rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tat-tliet istituzzjonijiet fil-Bord Maniġerjali kif ukoll li ssolvi problema possibbli ta’ inkompatibilità ta’ funzjonijiet fil-livell nazzjonali/EASA. | |
Il-Parlament għandu jiġi assenjat rwol li jesprimi l-importanza tiegħu mingħajr ma jagħmel il-proċedura aktar kumplikata. |
Emenda 21
ARTIKOLU 1, PUNT 22Artikolu 28, paragrafu 2 (Regolament (KE) Nru 1592/2002)
2. Kull membru maħtur mill-Kunsill għandu jkollu vot wieħed. Ir-rappreżentant mill-Kummissjoni għandu jkollu numru totali ta’ voti ugwali għan-numru ta’ membri maħtura mill-Kunsill. La r-rappreżentanti tal-partijiet interessati u lanqas id-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija m’għandhom jivvutaw. Fl-assenza ta’ membru, is-sostitut tiegħu jew tagħha għandu jkun intitolat li jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu jew tagħha. |
2. Kull membru maħtur skond l-Artikolu 25(1) għandu jkollu vot wieħed Ir-rappreżentant mill-Kummissjoni għandu jkollu numru totali ta’ voti ugwali għal 25% tan-numru ta’ membri maħtura mill-Kunsill La r-rappreżentanti tal-partijiet interessati u lanqas id-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija m’għandhom jivvutaw. Fl-assenza ta’ membru, is-sostitut tiegħu jew tagħha għandu jkun intitolat li jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu jew tagħha. |
|
Emenda 22
ARTIKOLU 1, PUNT 23Artikolu 28 a, b u c (Regolament (KE) Nru 1592/2002)
(23) L-Artikoli 28a u 28c li ġejjin jiddaħħlu wara l-Artikolu 28: “L-Artikolu 28a Setgħat tal-Bord Eżekuttiv 1. L-Aġenzija għandu jkollha Bord Eżekuttiv. 2. Bla preġudizzju għas-setgħat tal-Bord Maniġerjali u għall-funzjonijiet u s-setgħat tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord Eżekuttiv għandu: (a) jistabbilixxi r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu; (b) jadotta linji ta’ gwida strateġiċi dwar ix-xogħlijiet ta’ l-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 12, u fuq l-organizzazzjoni u t-tħaddim tagħha ; (c) jipprepara, u jimmonitorja t-twettiq tad-deċiżjonijiet tal-Bord Maniġerjali; (d) jimmonitorja t-twettiq tal-baġit adottat mill-Bord Maniġerjali. L-Artikolu 28b Kompożizzjoni tal-Bord Eżekuttiv 1. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul minn: (a) tliet membri ddeżinjati mill-Bord Maniġerjali, minn fost il-membri tiegħu maħtura mill-Kunsill; (b) tliet membri ddeżinjati mill-Kummissjoni; (c) żewġ osservaturi ddeżinjati minn fost, u minn, ir-rappreżentanti tal-partijiet interessati li jiffurmaw parti mill-Bord Maniġerjali. 2. Il-mandat tal-membri u osservaturi tal-Bord Eżekuttiv għandu jiskadi meta jispiċċa t-terminu rispettiv tagħhom fil-Bord Maniġerjali. Suġġett għal din id-dispożizzjoni, il-mandat tagħhom għandu jkun ta’ tletin xahar, li tista’ tiġi mġedda darba. 3. Il-Bord Eżekuttiv għandu jeleġġi Chairperson u Deputat Chairperson minn fost il-membri tiegħu. Id-Deputat Chairperson għandu jieħu post ex-officio iċ-Chairperson fil-każ li din il-persuna ma tkunx tista’ taqdi d-dmirijiet tagħha. Il-mandat taċ-Chairperson u tad-Deputat Chairperson għandhom jiskadu meta t-terminu rispettiv tagħhom bħala membri fuq il-Bord Eżekuttiv jispiċċa. L-Artikolu 28c Laqgħat tal-Bord Eżekuttiv 1. Il-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv għandhom jissejħu miċ-Chairperson tiegħu. 2. Il-Bord Eżekuttiv għandu jiltaqa’ fuq is-sejħa taċ-Chairperson jew fuq it-talba ta’ mill-anqas tliet membri tiegħu. 3. Il-Bord Eżekuttiv jista’ jistieden kwalunkwe persuna li l-opinjoni tagħha tista’ tkun ta’ interess biex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur. 4. Il-membri tal-Bord Eżekuttiv jistgħu, suġġett għad-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta’ Proċedura, ikunu megħjuna minn konsulenti jew esperti. 5. Faċilitajiet għal-laqgħat u s-segretarjat tal-Bord Eżekuttiv għandhom ikunu pprovduti mill-Aġenzija. 6. Il-Bord Eżekuttiv għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza. 7. Kull membru tal-Bord Eżekuttiv għandu jkollu vot wieħed. Ir-rappreżentanti tal-partijiet interessati, imsemmija fil-punt (c) ta’ l-Artikolu 28b(1), kif ukoll osservaturi, konsulenti jew esperti msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, m’għandhomx jivvutaw. 8. Ir-regoli tal-proċedura għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti ta’ votazzjoni aktar dettaljati, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet għal membru biex jaġixxi f’isem membru ieħor kif ukoll kull ħtiġijiet ta’ kworum, fejn hu xieraq.” |
imħassar |
|
Ġustifikazzjoni
Jekk l-għan hu li jittejbu l-proċeduri, m’hemmx bżonn ta’ bord maniġerjali, li ma jżid xejn mas-sistema ta’ bħalissa.
Emenda 23
ARTIKOLU 1, PUNT 30Artikolu 46a, paragrafu 1 (Regolament (KE) Nru 1592/2002)
Il-programm annwali ta’ ħidma għandu jikkonforma ma’ l-għanijiet, il-mandati u x-xogħlijiet ta’ l-Aġenzija, kif definit f’dan ir-Regolament. |
Il-programm annwali ta’ ħidma għandu jikkonforma ma’ l-għanijiet, il-mandati u x-xogħlijiet ta’ l-Aġenzija, kif definit f’dan ir-Regolament. Għandu jindika b'mod ċar liema mandati u liema dmirijiet ta' l-Aġenzija żdiedu, inbidlu jew tneħħew meta mqabbla mas-sena ta' qabel. |
|
Ġustifikazzjoni
Bidliet fil-lista tad-dmirijiet ta' aġenzija spiss ħafna jaffettwaw il-volum tar-riżorsi meħtieġa. Sabiex l-awtorità baġitarja tkun tista' tevalwa jekk rikjesta għal riżorsi addizzjonali tkunx tista' tiġi ġġustifikata, jeħtiġilha tikseb stampa ċara ta' kalunkwe bidla fil-mandat ta' aġenzija.
Emenda 24
ARTIKOLU 1, PUNT 30Artikolu 46b, paragrafu 1 (Regolament (KE) Nru 1592/2002)
Ir-rapport ġenerali annwali għandu jiddeskrivi l-mod li bih l-Aġenzija tkun wettqet il-programm annwali ta’ xogħol tagħha. |
Ir-rapport ġenerali annwali għandu jiddeskrivi l-mod li bih l-Aġenzija tkun wettqet il-programm annwali ta’ xogħol tagħha. Għandu jiddeskrivi b'mod ċar kwalunkwe effetti jew konsegwenzi ta' bidliet fil-biċċiet ta' xogħol attribwiti lill-Aġenzija. |
|
Ġustifikazzjoni
Bidliet fil-lista tad-dmirijiet ta' aġenzija spiss ħafna jaffettwaw il-volum tar-riżorsi meħtieġa. Sabiex l-awtorità baġitarja tkun tista' tevalwa jekk rikjesta għal riżorsi addizzjonali tkunx tista' tiġi ġġustifikata, jeħtiġilha tikseb stampa ċara ta' kalunkwe bidla fil-mandat ta' aġenzija.
Emenda 25 ARTIKOLU 1, PUNT 32, PUNT (A) | |
L-Aġenzija tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni finanzjarji minn Stati Membri, pajjiżi terzi u entitajiet oħra. |
L-Aġenzija ma tista’ tirċievi l-ebda kontribuzzjoni finanzjarji minn Stati Membri, pajjiżi terzi u entitajiet oħra. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li tiġi ppriservata bir-reqqa l-indipendenza materjali, organizzattiva u politika ta’ l-Aġenzija, anki fuq perjodu twil ta’ żmien. | |
Emenda 26 ARTIKOLU 1, PUNT 32, PUNT (A A) (ġdid) | |
|
(aa) jiddaħħal il-paragrafu 5a, li ġej: “(5a) Il-baġits regolatorji u d-drittijiet iffissati u miġbura għal attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni għandhom jiġu deċiżi separatament u indirizzati separatament fil-baġit ta’ l-Aġenzija.” |
Ġustifikazzjoni | |
It-trasparenza għandha tkun prinċipju fundamentali. | |
Emenda 27 ARTIKOLU 1, PUNT 33 Artikolu 53, (Regolament (KE) Nru 1592/2002) | |
(33) Fl-Artikolu 53(4), it-tieni subparagrafu huwa mħassar.
|
(33) Fl-Artikolu 53, il-paragrafi minn 2 sa 4 jinbidlu b’dan li ġej:
"2. Ir-regolament dwar il-ħlasijiet u l-piżijiet għandu jiddetermina b’mod partikolari l-kwistjonijiet li għalihom ħlasijiet u piżijiet skond l-Artikolu 48(1) (c u d) huma dovuti, l-ammont ta’ ħlasijiet u piżijiet u l-mod ta’ kif għandhom jitħallsu.
3. Il-ħlasijiet u piżijiet għandhom jiġu imposti għal: (a) il-ħruġ u t-tiġdid ta’ ċertifikati, kif ukoll il-funzjonijiet organizzattivi relatati mal-kontroll kontinwu, ħlief għal dak li għandu x’jaqsam ma’ li l-prodotti jkunu kontinwament tajbin għat-tajran; (b) il-forniment ta’ servizzi; għandhom jirriflettu l-ispiża attwali ta’ kull forniment individwali; (c) l-ipproċessar ta’ appelli.
Il-ħlasijiet u l-piżijiet kollha għandhom ikunu espressi, u jitħallsu, f’euro.
4. L-ammont ta’ ħlasijiet u piżijiet għandu jiġi ffissat f’livell sabiex jiġi stipulat li d-dħul fir-rigward tagħhom fil-pinċipju huwa suffiċjenti biex ikopri l-ispiża kollha tas-servizzi mogħtija.” |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tuża diviżjoni aktar ċara u aktar espliċita tal-kategoriji differenti ta’ dħul u tpoġġi limitu fuq id-dħul mid-drittijiet. | |
Emenda 28 ARTIKOLU 1, PUNT 34 A (ġdid) | |
|
(34a) Il-paragrafu 3a, li ġej, għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 56: |
|
"3a Drittijiet għal ċertifikazzjoni tat-tip u drittijiet oħra m’għandhomx ikunu sproporzonalment ogħla minn qabel ma ġiet stabbilita l-EASA.” |
Ġustifikazzjoni | |
Mill-aspett tal-kompetizzjoni, mhux permissibbli li d-drittijiet li jirriżultaw mill-iffissar b’mod ċentralizzat tad-drittijiet mill-Aġenzija jiddiskriminaw purament għal raġunijiet ta’ differenzi fil-kapaċità għall-infiq bejn l-Istati Membri jew jagħmluha impossibbli li jsiru attivitajiet ta’ avjazzjoni jew marbuta ma’ l-avjazzjoni f’xi Stati Membri. |
Emenda 29
ANNESS, PUNT 2Anness IV, punt 8.g a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 1592/2002)
|
8. ga. Ir-regoli tat-twettiq għar-rekwiżiti speċifikati taħt punti 8.a sa 8.f għandhom ikunu msejsa fuq evalwazzjoni tar-riskji u għandhom ikunu proporzjonali għall-iskala u għall-ambitu ta’ l-operazzjoni. |
|
Ġustifikazzjoni
Ir-regolament ikopri firxa wiesgħa ħafna ta' attivitajiet u ta' inġenji ta' l-ajru - minn persuna waħda sa mijiet. Il-paragrafu ġdid ta’ hawn fuq jispeċifika li r-regoli għat-twettiq għandhom ikunu proporzjonali u msejsa fuq evalwazzjoni tar-riskji assoċjati ma’ operazzjoni partikulari.
NOTA SPJEGATTIVA
I. Introduzzjoni
Ir-Regolament 1592/2002, li daħal fis-seħħ f'Settembru 2002, ta lill-Komunità l-kompetenza esklussiva biex tirregola l-kundizzjoni tajba għat-tajran u l-kompatibilità ambjentali ta’ prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, kif ukoll l-organizzazzjonijiet u l-impjegati involuti fit-tfassil, fil-manifattura u fil-manutenzjoni tagħhom.
Ir-Regolament ħoloq lill-EASA, l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta’ l-Avjazzjoni, biex tassisti lill-Kummissjoni fl-istabbiliment ta’ grupp konsistenti ta’ standards għat-twettiq tiegħu. Minħabba li f’dawn il-każi twettiq ċentralizzat ta’ tali standards huwa aktar effiċjenti, l-EASA hija responsabbli wkoll għaċ-ċertifikazzjoni tat-tip ta’ prodotti, partijiet u tagħmir (i.e. l-ajruplani, il-magni u l-iskrejjen) u l-kontroll ta’ organizzazzjonijiet li jinsabu barra l-UE, filwaqt li l-Awtoritajiet Nazzjonali ta’ l-Avjazzjoni huma responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni individwali tal-prodotti u l-kontroll ta’ organizzazzjonijiet u persuni li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom. L-aħħar iżda mhux l-inqas, l-EASA tissorvelja lill-Istati Membri biex tiżgura li jkun hemm twettiq uniformi ta’ l-istandards Komunitarji.
II Il-proposta tal-Kummissjoni
Filwaqt li tibbaża fuq l-istess artikolu 80, par. 2 tat-Trattat u b’mod partikulari fuq l-Artikolu 7 tar-Regolament 1592/2002, il-Kummissjoni issa qed tipproponi biex jitwessa’ l-ambitu tal-kompetenza Komunitarja sabiex jinkludi diversi oqsma li s'issa jikkoordinawhom l-Awtoritajiet Konġunti ta’ l-Avjazzjoni (il-JAA) iżda fuq bażi mhux obbligatorja u spiss mhux uniformi. Dawn huma:
1 - Il-ħruġ tal-liċenzji għall-bdoti: L-artikolu 6a ġdid jistipula li l-bdoti, kif ukoll it-tagħmir għat-taħriġ sintetiku fit-tajran, l-organizzazzjonijiet u l-persuni mdaħħla fit-taħriġ, u l-ittestjar jew il-kontrolli mediċi tal-bdoti jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza speċifikati fl-Anness III tar-Regolament modifikat propost. Għal kull ħruġ tal-liċenzji, u approvazzjonijiet ta’ impjegati u organizzazzjonijiet fit-territorju tagħhom, huma responsabbli l-Istati Membri taħt is-superviżjoni ta’ l-EASA. Rigward pajjiżi terzi, l-EASA hija direttament responsabbli (Art. 15, par.1, b i).
F’dan ir-rigward jistgħu jsiru xi rimarki:
L-istandards li għandhom jintużaw għall-implimentazzjoni ta’ dan l-artikolu għandhom jiġu adottati permezz tal-proċedura regolatorja (Artikolu 5) tad-“deċiżjoni dwar il-komitoloġija” (1999/468/KE).
Qed jiġi propost li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-avjazzjoni żgħira billi l-istandards jitfasslu apposta għall-ħruġ ta’ liċenzji għal bdoti privati għal dan it-tip ta’ attivitajiet u billi entitajiet mhux governattivi ta’ evalwazzjoni, bħall-federazzjonijiet tal-bdoti, jitħallew joħorġu tali “liċenzji għar-rikreazzjoni għal bdoti privati”. L-ispezzjonijiet u l-verifiki meħtieġa ta’ dawn l-entitajiet ta’ evalwazzjoni jistgħu jagħmluhom jew l-EASA stess jew inkella l-Awtoritajiet Nazzjonali ta’ l-Avjazzjoni.
Skond il-proposta, ċertifikati għal organizzazzjonijiet li jħarrġu l-impjegati, ċentri ajrumediċi u t-tagħmir għat-taħriġ sintentiku fit-tajran li jaqgħu taħt il-kontroll regolatorju ta’ Stat Membru, jistgħu jinħarġu mill-EASA fuq talba ta’ dak l-Istat Membru. Din tista’ tkun opportunità għal xi Stati Membri li m’għandhomx il-kapaċità għall-ispezzjonijiet jew għaċ-ċertifikazzjoni biex jiddelegaw xi wħud minn dawn id-dmirijiet direttament lill-EASA.
2 – Operazzjonijiet ta’ l-ajru: Skond il-proposta, ir-regolazzjoni ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-ajru se jaqgħu ukoll taħt il-kompetenza ta’ l-EASA (l-Artikolu 6b) u l-operazzjoni ta’ inġenji ta’ l-ajru se jkollha tikkonforma mar-rekwiżit dwar is-sikurezza essenzjali speċifikat fl-Anness IV tat-test. Operaturi kummerċjali se jkollhom bżonn ta’ ċertifikat li jipprova li huma kapaċi jerfgħu r-responsabilitajiet impoġġija fuqhom. Operaturi mhux kummerċjali ta’ inġenji kumplessi ta’ l-ajru (ara d-definizzjoni fl-Artikolu 3 j) għandhom “jiddikjaraw” huma stess il-kapaċità tagħhom li jikkonformaw mar-regoli operattivi għall-kategorija ta’ ajruplan li jkollhom. Fil-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 6b, qed jiġi propost li jkun xieraq li l-ekwipaġġ tal-kabina jkollu attestazzjoni xierqa u ċertifikat mediku. Hawnhekk ukoll, l-istandards li għandhom jintużaw għat-twettiq ta’ dan l-artikolu għandhom jiġu żviluppati permezz ta’ l-istess proċedura tal-komitoloġija bħal fil-każ tal-ħruġ tal-liċenzji għall-bdoti u jridu jirriflettu l-aħjar prattiki u dawk l-iktar avvanzati f’dan il-qasam.
3 – Inġenji ta’ l-ajru ta’ pajjiżi terzi: Qed jiġi propost li l-inġenji ta’ l-ajru ta’ pajjiżi terzi li joperaw fl-UE, qasam li dan l-aħħar iddaħħal fil-leġiżlazzjoni ta’ l-UE, jiżdiedu ma’ l-oqsma ta’ kompetenza ta’ l-EASA. L-objettiv huwa li tiġi stabbilita, kif għamlu diġà pajjiżi kbar bħall-Istati Uniti ta’ l-Amerika, verifikazzjoni ex ante li l-operatur barrani jkun jissodisfa l-istandards tas-sikurezza qabel ma jkun jista' jopera lejn il-Komunità, mill-Komunità jew ġo fiha. Huwa ovvju li tali standards iridu jkunu konsistenti ma’ l-obbligi ta’ l-Istati Membri li huma imposti mill-Konvenzjoni ta’ Chicago (l-Artikoli 5(1), 5(4) (j), 5(5) (d), 6 a (1), 6 b (1).
4 – Kontroll kollettiv (l-Artikolu 7): Karatteristika oħra tal-proposta, li tista’ titqies bħala l-konsegwenza loġika tal-ħolqien ta’ zona waħda kbira ta’ avjazzjoni fl-UE, huwa l-istabbiliment ta’ obbligu koperattiv, maqsum bejn l-EASA u l-Istati Membri, sabiex ikun żgurat it-twettiq effettiv ta’ dan ir-Regolament u ta’ l-istandards marbuta miegħu.
5 – Entitajiet kwalifikati (l-Artikolu 9a) li huma responsabbli minn dmirijiet ta’ ċertifikazzjoni f’isem l-EASA jew f’isem l-Awtoritajiet Nazzjonali ta’ l-Avjazzjoni jeħtieġ li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali speċifikati fl-Anness V tal-proposta. Il-konformità hija ċertifikata permezz ta’ akkreditament maħruġ mill-EASA.
6 – Kultura mhux punittiva ta’ sikurezza (l-Artikolu 11a) Qed jiġi propost li s-sorsi ta’ l-informazzjoni, inklużi l-whistleblowers, jingħataw ħarsien adegwat sabiex jiġi inkuraġġit li wieħed jirrapporta affarijiet li l-analiżi tagħhom tista’ ttejjeb is-sikurezza billi ma jitħalliex li jseħħu inċidenti.
7 – Koperazzjoni internazzjonali (l-Artikolu 18) Huwa ċar li fejn jidħlu r-relazzjonijiet internazzjonali, il-Kummissjoni u l-EASA se jkollhom sehem importanti, għalkemm wieħed irid jagħmel l-osservazzjoni li n-nuqqas ta’ rapprerżentazzjoni ta’ l-UE fl-ICAO huwa anomalija: l-UE bħala tali m’hix membru ta’ din l-organizzazzjoni iżda fl-istess ħin, fuq il-bażi tal-liġi ta’ l-UE, taqsam u anki għandha komptenza esklussiva fil-biċċa l-kbira ta’ l-oqsma li huma rregolati mill-Konvenzjoni ta’ Chicago.
8 – L-istruttura u l-metodi ta’ ħidma ta’ l-EASA:
Il-Kummissjoni tipproponi li r-rappreżentanti ta’ l-istati membri fil-Bord Maniġerjali jinħatru mill-Kunsill. Tissuġġerixxi wkoll li lir-rappreżentant tal-Kummissjoni jingħatawlu voti daqs kemm għandhom ir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri flimkien (l-Artikolu 28). Din hija bidla drastika meta mqabbla mat-test oriġinali, fejn ir-rappreżentant tal-Kummissjoni kellu biss vot wieħed. Fl-aħħar nett, tipproponi l-ħolqien ta’ Bord Eżekuttiv biex iħejji x-xogħol u d-deċiżjonijiet tal-Bord Maniġerjali.
9 – Il-finanzjament ta’ l-EASA: Fl-Artikolu 48, il-Kummissjoni tipproponi riżorsi addizzjonali possibbli għall-baġit, i.e. kontribuzzjonijiet mingħand l-Istati Membri, pajjiżi terzi u “entitajiet oħra”. Jista’ jkun utli li wieħed jiddefinixxi dan il-kunċett sabiex jiġi evitat li entitajiet b’interessi kummerċjali diretti fl-avjazzjoni jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-baġit ta’ l-EASA u, waqt li jagħmlu dan, ikunu qed jipperikolaw l-indipendenza tagħha.
III Kummenti
· Ir-Rapporteur irid jagħmel l-osservazzjoni li għandu opinjoni pożittiva ħafna ta’ din il-proposta, li hija pass loġiku wara l-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 1592/2002. Il-Kummissjoni tipproponi li jitwessgħu il-kompetenzi ta’ l-EASA u wara ftit snin ta’ ħidma tipprova tikkoreġi u tipperfezzjona xi proċeduri tal-ġestjoni, tal-baġit u oħrajn. L-affarijiet kollha li issa jaqgħu, jew huma proposti li jaqgħu, taħt il-kompetenza ta’ l-EASA qabel kienu responsabbli minnhom l-Awtoritajiet Konġunti ta’ l-Avjazzjoni, entità ta’ koordinazzjoni mingħajr l-ebda setgħa li tilleġiżla. Id-deċiżjonijiet tagħhom ma kinux jorbtu, b'mod li f’xi każi ħallew wisq ambitu għall-interpretazzjoni u għat-twettiq tar-rekwiżiti tas-sikurezza.
· L-EASA ġiet stabbilita biex taqdi l-irwoli differenti u kumplessi deskritti fl-ewwel u fit-tieni parti ta' din in-nota spjegattiva u r-Rapporteur jirrakkomanda bil-qawwa li l-Aġenzija tingħata mhux biss is-setgħat teoretiċi iżda wkoll dawk reali u prattiċi sabiex tettaq id-dmirijiet li ġiet fdata bihom. L-avjazzjoni qed issir affari dejjem aktar kumplessa u spiss teħtieġ, meta wieħed iqis iz-zona ġeografika limitata li jiffurmaw l-UE u l-Ewropa, rispons wieħed fejn l-objettiv tagħna għandu jkun standards uniformi ta’ sikurezza fl-ogħla livell possibbli. L-EASA issa se tkun mgħammra bi struttura, bi staff u b’baġit li jħejjiha għall-ġejjieni. Għar-Rapporteur, il-kwistjoni tas-sikurezza hawnhekk hija l-iktar karatteristika prominenti, u bit-traffiku ta’ l-ajru li se jiżdied għal bosta snin li ġejjin huwa importanti li jkun hemm entità waħda u b’saħħitha li tkun kapaċi tlaħħaq ma’ dak kollu li jkun meħtieġ li jsir. Is-sikurezza hija l-objettiv l-iktar importanti u jkun xieraq li ma tkunx ipperikolata minn kunflitti ta’ kompetenza ma’ l-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-avjazzjoni. Dawn l-awtoritajiet, sa ċertu punt, jitilfu xi kompetenzi iżda mill-banda l-oħra jiksbu oħrajn permezz ta’ l-artiklu l-ġdid propost 7 dwar il-kontroll kollettiv u r-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati.
· Inġibdet l-attenzjoni tar-Rapporteur li l-EASA tiltaqa’ ma’ xi problemi meta tiġi biex tirrekluta l-istaff b’esperjenza li trid tirrekluta minħabba problemi differenti bħalma huma: l-abilitajiet lingwistiċi (minħabba li l-impjegati ta’ l-EASA huma uffiċjali ta’ l-UE, huma mitluba li jkunu kapaċi jużaw għall-inqas 2 ilsna barranin, filwaqt li fl-avjazzjoni internazzjonali l-lingua franca hija l-Ingliż; diversi impjegati esperti potenzjali ma jissodisfawx dan il-kriterju), il-paga (il-pagi ta’ l-UE m’humiex dejjem kompetittivi biżżejjed biex jikkonvinċu impjegati esperti potenzjali biex jiċċaqilqu jew biex jibdlu l-impjieg li għandhom bħalissa). Ir-rapporteur iħeġġeġ lill-EASA u lill-Kummissjoni biex jindirizzaw din il-problema bil-kreattività meħtieġa billi jutilizzaw il-possibilitajiet li joffri l-Istatut ta’ l-uffiċjali ta’ l-UE. Element ieħor ta’ tħassib huwa l-fatt li matul is-snin se ssir aktar u aktar iebsa biex wieħed jirrekluta staff b’esperjenza minn barra minħabba li l-istaff kompetenti neċessarju fi ħdan l-amministrazzjonijiet nazzjonali se jisparixxi parzjalment. Dan se jiġri minħabba l-kompetenzi assoċjati li ġew trasferiti lill-EASA. Ir-Rapporteur jixtieq jisħaq fuq l-importanza li l-EASA toħloq internament il-possibilitajiet li wieħed jitrasferixxi l-kapaċitajiet u li tagħti t-taħriġ meħtieġ lill-ġenerazzjonijiet iż-żgħar.
· Ir-Rapporteur jappoġġja bis-sħiħ l-għan li jiġi estiż l-ambitu tar-Regolament (KE) 1592/2002 anki għall-ħruġ tal-liċenzji ta’ l-Ekwipaġġ tat-Titjiriet, li wkoll huwa parti importanti mill-attivitajiet kollha biex tiġi rregolata s-sikurezza li issa qed jiġi propost li tkun responsabbli minnhom awtorità waħda. Dan se jintegra l-attivitajiet iżda, anki hawnhekk, il-problemi baġitarji m’għandhomx ixekklu l-attivitajiet u l-inizjattivi ta’ l-EASA f’dan il-qasam. Liċenzja se tkun l-espressjoni u r-rikonoxximent tal-kompetenza ta’ l-ekwipaġġ tat-titjiriet fejn tidħol is-sikurezza, u se tagħtihom il-motivazzjoni meħtieġa u r-rispett għall-kapaċitajiet professjonali tagħhom.
· Madanakollu, tqum problema ta’ natura legali bl-irwol aktar prominenti li l-EASA se jkollha fir-relazzjonijiet internazzjonali. Bħalissa l-EASA jew il-Kummissjoni Ewropea mhix membru ta’ l-ICAO (entità tan-NU li tittratta ma’ kwistjonijiet globali ta’ l-avjazzjoni). Huma biss l-Istati Membri ta’ l-UE li huma membri ta’ dawn il-korpi, u għaldaqstant hemm kontradizzjoni bejn il-Kummissjoni u, permezz tal-Kummissjoni, l-għoti ta’ aktar responsabilitajiet lill-EASA fi kwistjonijiet li dwarhom fil-fora internazzjonali jistgħu jinnegozjaw biss permezz ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE.
· Finalment, ir-Rapporteur jixtieq jagħmel osservazzjoni li fil-ġejjieni wieħed jista’ jaħseb biex jestendi aktar l-ambitu tal-kompetenzi ta’ l-EASA għal oqsma bħalma huma s-sigurtà ta’ l-ajruporti, is-sigurtà tat-titjiriet u l-ġestjoni tat-traffiku ta’ l-ajru, li bħalissa huwa responsabbli għalihom l-EUROCONTROL.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠIT (27.9.2006)
dwar il-proposta ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-15 ta’ Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta’ l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta’ l-Avjazzjoni
(COM(2005)0579 – C6‑0403/2005 – 2005/0228(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Jutta D. Haug
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Sfond ġenerali
L-iskop tal-proposta kurrenti tal-Kummissjoni hu li twessa' l-ambitu ta' l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni billi testendi r-responsabilitajiet tagħha għall-operazzjonijiet ta' l-ajru, għall-ħruġ tal-liċenzji għall-bdoti u għal inġenji ta' l-ajru minn pajjiżi terzi u biex jiġi emendat ir-Regolament 1592/2002 għal dan il-għan.
Din il-proposta tfittex li tindirizza l-anomalija li ġejja: filwaqt li l-inġenji ta' l-ajru bħalissa jgawdu libertà sħiħa fi ħdan suq magħqud, l-istandards tas-sikurezza għadhom ivarjaw bejn l-Istati Membri. Bħalissa, ir-responsabilità għar-regolazzjoni ta' l-istandards tat-traffiku ta' l-ajru fl-Ewropa taqa' fuq għadd ta' entitajiet, fosthom il-Konferenza Ewropea ta' l-Avjazzjoni Ċivili (l-ECAC), l-Awtorità Konġunta ta' l-Avjazzjoni, l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Avjazzjoni Ċivili (l-ICAO) u l-Eurocontrol. Dawn l-organizzazzjonijiet huma ta' natura intergovernattiva u r-regoli li jiġu deċiżi jiġu infurzati biss jekk l-Istati kkonċernati jkunu jixtiequ japplikawhom. M'għandhom l-ebda poteri regolatorji li jorbtu u d-differenzi fl-istandards jistgħu jkunu konsiderevoli.
Ir-Regolament 1592/02 indirizza l-kwistjoni ta' l-istandards billi jagħti lill-UE r-responsabilità esklussiva fuq kemm il-prodotti, il-partijiet u l-istrumenti ajrunawtiċi jkunu tajbin għat-tajran u kompatibbli ma' l-ambjent. L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni nħolqot permezz tar-Regolament biex tgħin lill-Kummissjoni f'din il-biċċa xogħol. L-ambitu tar-Regolament huwa pjuttost speċifiku għax jillimita l-firxa tar-Regolament għall-prodotti ajrunawtiċi.
Meta r-Regolament ġie adottat għall-ewwel darba fl-2002, madanakollu, kien hemm għarfien li f'xi punt aktar 'il quddiem il-firxa tar-Regolament jista' jkollha bżonn titwessa'. Ladarba l-objettiv ewlieni tar-Regolament huwa li jiggarantixxi livell għoli u unformi ta' sikurezza u li jipprovdi ambjent li joffri l-istess opportunitajiet lill-operaturi ta' l-ajru Komunitarji, minn dejjem kien hemm il-ħtieġa li jitwessa' l-ambitu tar-Regolament. Infatti, kemm il-leġiżlatur kif ukoll il-Kunsill taw lill-Kummissjoni mandat espliċitu biex tissottometti proposta għal dan il-għan u biex tikkunsidra mill-ġdid il-kwistjoni dwar l-inġenji ta' l-ajru minn pajjiżi terzi. Il-proposta preżenti twieġeb għal dan il-mandat, u għandha t-tir li twessa' l-ambitu tar-Regolament. Jekk tiġi adottata, l-EASA tkun tista' tipproduċi standards li jkunu jistgħu jiġu infurzati b'mod uniformi madwar l-UE.
Implikazzjonijiet finanzjarji
Il-proposta kurrenti tal-Kummissjoni tirrigwarda l-linji baġitarji 06 02 01 01 u 06 02 02 02 - Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni - Sussidji għat-Titoli 1, 2 u 3. L-ammont totali ta' riferenza mogħti mill-Kummissjoni huwa EUR 17,972 miljun f'impenji u ħlasijiet:
Tip ta' spiża |
Sena n |
n +1 |
n + 2 |
n +3 |
n +4 |
n+5 u wara |
Total |
|
Spiża ta' l-operat |
|
|||||||
Approprijazzjonijiet ta' l-Impenji (CA) |
2,365 |
2,412 |
2,461 |
2,510 |
2,560 |
2,611 |
14,919 |
|
Approprijazzjonijiet tal-Ħlasijiet (PA) |
2,365 |
2,412 |
2,461 |
2,510 |
2,560 |
2,611 |
14,919 |
|
Tip ta' spiża |
Sena n |
n +1 |
n + 2 |
n +3 |
n +4 |
n+5 u wara |
Total |
|
Spejjeż aministrattivi inklużi fl-ammont ta' riferenza[1]
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Assistenza teknika u amministrattiva (NDA) |
0,484
|
0,494 |
0,504 |
0,514 |
0,524 |
0,534 |
3,053 |
|
Total ta' l-ammont ta' riferenza |
|
|||||||
Approprijazzjonijiet ta' l-Impenji |
2,849 |
2,906 |
2,964 |
3,023 |
3,084 |
3,146 |
17,972 |
|
Approprijazzjonijiet tal-Ħlasijiet |
2,849 |
2,906 |
2,964 |
3,023 |
3,084 |
3,146 |
17,972 |
|
Jekk tiġi inkluża l-ispiża amministrattiva li m'hix parti mill-ammont ta' riferenza finanzjarja, l-ispiża finanzjarja indikattiva totali ta' l-intervent tammonta għal:
Tip ta' spiża |
Sena |
n +1 |
n + 2 |
n +3 |
n +4 |
n+5 u wara |
Total |
|
TOTAL tas-CA inkluża l-ispiża għar-Riżorsi Umani |
3,009 |
3,069 |
3,130 |
3,192 |
3,256 |
3,322 |
18,978 |
|
TOTAL tal-PA inkluża l-ispiża għar-Riżorsi Umani |
3,009 |
3,069 |
3,130 |
3,192 |
3,256 |
3,322 |
18,978 |
|
L-għadd totali ta' riżorsi umani ppjanati huwa ta' 20 aġent temporanju ta' l-EASA.
Evalwazzjoni
Fl-interess tas-sikurezza għaċ-ċittadini Ewropej kollha, ir-rapporteur tagħkom ċertament hija favur l-għoti tar-riżorsi addizzjonali mitluba lill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni sabiex tkun tista' tipprovdi standards tas-sikurezza ta' l-avjazzjoni uniformi u li jorbtu legalment għall-operazzjonijiet ta' l-ajru, għall-ħruġ tal-liċenzji tal-bdoti u għall-inġenji ta' l-ajru minn pajjiżi terzi.
Ir-rapporteur tagħkom tqis li l-ammonti involuti fil-proposta tal-Kummissjoni, ta' bejn wieħed u ieħor EUR 3 miljun addizzjonali għal kull sena għall-Aġenzija, huma ġġustifikati sewwa. Il-parti amministrattiva ta' l-ispejjeż totali hija proporzjonata.
L-ammont ta' riferenza se jkun kompatibbli mal-limitu ta' fuq ta' l-intestatura 1 a tal-qafas finanzjarju plurijennali l-ġdid (l-MFF) (Emenda 1).
Minħabba l-effetti u l-konsegwenzi li bidliet fil-lista tad-dmirijiet jista' jkollhom fuq ir-riżorsi meħtieġa għal aġenzija, ir-rapporteur tagħkom hija tal-fehma li jkun mixtieq ħafna li tinkiseb stampa ċara ta' liema mid-dmirijiet u mill-mandati ta' l-aġenzija jkunu nbidlu meta mqabbla mas-snin ta' qabel. Ikun xieraq, għaldaqstant, li bidliet fil-lista tad-dmirijiet ikunu indikati b'mod ċar fil-programm ta' ħidma u fir-rapport ġenerali annwali ta' l-aġenzija (Emendi 2 u 3).
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġit jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Emenda 1 Paragrafu 1 a (ġdid) | |||||||||
1a. Huwa tal-fehma li l-ammont ta' riferenza indikat fil-proposta leġiżlattiva għandu jkun kompatibbli mal-limitu ta' fuq ta' intestatura 1a tal-qafas finanzjarju plurijennali l-ġdid (l-MFF) u mad-dispożizzjonijiet tal-punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u dwar it-tmexxija finanzjarja tajba[2], | |||||||||
Proposta għal regolament | |||||||||
| |||||||||
Emenda 2 ARTIKOLU 1, PUNT 19(A)(i) Artikolu 24, paragrafu 2, punt (b) (Regolament (KE) Nru 1592/2002) | |||||||||
(b) jadotta r-rapport annwali ġenerali fuq l-attivitajiet ta’ l-Aġenzija u jibagħtu sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta’ l-Awdituri u lill-Istati Membri; u waqt li jaġixxi f’isem l-Aġenzija, għandu jibgħat kull sena lill-awtorità tal-baġit kull informazzjoni relevanti għar-riżultat tal-proċeduri ta’ valutazzjoni; |
(b) jadotta r-rapport annwali ġenerali fuq l-attivitajiet ta’ l-Aġenzija u jibagħtu sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta’ l-Awdituri u lill-Istati Membri; u waqt li jaġixxi f’isem l-Aġenzija, għandu jibgħat kull sena lill-awtorità tal-baġit kull informazzjoni relevanti għar-riżultat tal-proċeduri ta’ valutazzjoni, b'mod partikulari informazzjoni b'rabta ma' l-effetti jew mal-konsegwenzi ta' bidliet fid-dmirijiet attribwiti lill-Aġenzija; | ||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||
Bidliet fil-lista tad-dmirijiet ta' aġenzija spiss ħafna jaffettwaw il-volum tar-riżorsi meħtieġa. Sabiex l-awtorità baġitarja tkun tista' tevalwa jekk rikjesta għal riżorsi addizzjonali tkunx tista' tiġi ġġustifikata, jeħtiġilha tikseb stampa ċara ta' kalunkwe bidla fil-mandat ta' aġenzija. | |||||||||
Emenda 3 ARTIKOLU 1, PUNT 30 Artikolu 46 a, paragrafu 1 (Regolament (KE) Nru 1592/2002) | |||||||||
Il-programm annwali ta’ ħidma għandu jikkonforma ma’ l-għanijiet, il-mandati u x-xogħlijiet ta’ l-Aġenzija, kif definit f’dan ir-Regolament. |
Il-programm annwali ta’ ħidma għandu jikkonforma ma’ l-għanijiet, il-mandati u x-xogħlijiet ta’ l-Aġenzija, kif definit f’dan ir-Regolament. Għandu jindika b'mod ċar liema mandati u liema dmirijiet ta' l-Aġenzija żdiedu, inbidlu jew tneħħew meta mqabbla mas-sena ta' qabel. | ||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||
Bidliet fil-lista tad-dmirijiet ta' aġenzija spiss ħafna jaffettwaw il-volum tar-riżorsi meħtieġa. Sabiex l-awtorità baġitarja tkun tista' tevalwa jekk rikjesta għal riżorsi addizzjonali tkunx tista' tiġi ġġustifikata, jeħtiġilha tikseb stampa ċara ta' kalunkwe bidla fil-mandat ta' aġenzija. | |||||||||
Emenda 4 ARTIKOLU 1, PUNT 30 Artikolu 46 b, paragrafu 1 (Regolament (KE) Nru 1592/2002) | |||||||||
Ir-rapport ġenerali annwali għandu jiddeskrivi l-mod li bih l-Aġenzija tkun wettqet il-programm annwali ta’ xogħol tagħha. |
Ir-rapport ġenerali annwali għandu jiddeskrivi l-mod li bih l-Aġenzija tkun wettqet il-programm annwali ta’ xogħol tagħha. Għandu jiddeskrivi b'mod ċar kwalunkwe effetti jew konsegwenzi ta' bidliet fil-biċċiet ta' xogħol attribwiti lill-Aġenzija. | ||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||
Bidliet fil-lista tad-dmirijiet ta' aġenzija spiss ħafna jaffettwaw il-volum tar-riżorsi meħtieġa. Sabiex l-awtorità baġitarja tkun tista' tevalwa jekk rikjesta għal riżorsi addizzjonali tkunx tista' tiġi ġġustifikata, jeħtiġilha tikseb stampa ċara ta' kalunkwe bidla fil-mandat ta' aġenzija. |
PROĊEDURA
Titolu |
dwar il-proposta ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-15 ta’ Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta’ l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta’ l-Avjazzjoni |
||||||
Referenzi |
(COM(2005)0579 – C6‑0403/2005 – 2005/0228(COD)) |
||||||
Kumitat responsabbli |
TRAN |
||||||
Opinjoni mogħtija minn |
BUDG |
||||||
Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
|
||||||
Rapporteur għal opinjoni |
Jutta Haug |
||||||
Rapporteur għal opinjoni preċedenti |
|
||||||
Eżami fil-kumitat |
26.9.2006 |
|
|
|
|
||
Data ta' l-adozzjoni |
26.9.2006 |
||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
18 0 0 |
|||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Reimer Böge, Herbert Bösch, Vito Bonsignore, Brigitte Douay, Salvador Garriga Polledo, Dariusz Maciej Grabowski, Ingeborg Gräßle, Nathalie Griesbeck, Catherine Guy-Quint, Jutta D. Haug, Anne E. Jensen, Janusz Lewandowski, Jan Mulder, Giovanni Pittella, Kyösti Virrankoski, Ralf Walter |
||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Albert Jan Maat, Mairead McGuinness |
||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
|
||||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... |
||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Regoli komuni fil-kamp ta’ l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta’ l-Avjazzjoni |
||||||||||
Referenzi |
(COM(2005)0579 – C6‑0403/2006 – 2005/0228(COD)) |
||||||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
15.11.2005 |
||||||||||
Kumitat responsabbli |
TRAN |
||||||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni |
LIBE |
ITRE 13.12.2005 |
ENVI |
BUDG |
|
||||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija |
LIBE |
ITRE |
ENVI |
|
|
||||||
|
|
|
|
|
|
||||||
Rapporteur(s) |
Jörg Leichtfried |
|
|||||||||
Rapporteur(s) preċedenti |
|
|
|||||||||
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni |
|
||||||||||
Bażi legali kkontestata |
|
|
|
||||||||
Allokazzjoni finanzjarja emendata |
BUDG |
|
|
||||||||
Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
|
||||||||||
Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat tar-Reġjuni - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
|
||||||||||
Eżami fil-kumitat |
11.7.2006 |
9.10.2006 |
23.11.2006 |
|
|
||||||
Data ta' l-adozzjoni |
23.1.2007 |
||||||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+ – 0 |
37 3 2 |
|||||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Inés Ayala Sender, Philip Bradbourn, Paolo Costa, Michael Cramer, Christine De Veyrac, Arūnas Degutis, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Roland Gewalt, Luis de Grandes Pascual, Mathieu Grosch, Ewa Hedkvist Petersen, Stanisław Jałowiecki, Georg Jarzembowski, Dieter-Lebrecht Koch, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Erik Meijer, Robert Navarro, Seán Ó Neachtain, Josu Ortuondo Larrea, Willi Piecyk, Reinhard Rack, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Silvia-Adriana Ţicău, Georgios Toussas, Armando Veneto, Marta Vincenzi, Corien Wortmann-Kool |
||||||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Zsolt László Becsey, Jean Louis Cottigny, Den Dover, Anne E. Jensen, Vladimír Remek, Hannu Takkula, Dominique Vlasto, |
||||||||||
Sostituti(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Brian Simpson, |
||||||||||
Data tat-tressiq |
31.1.2007 |
||||||||||
Kummenti |
... |
||||||||||