RAPPORT bi proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar il-mandat għal negozjati ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-Komunità Andean u l-pajjiżi membri tagħha, minn naħa l-oħra

5.2.2007 - (2006/2221(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Luis Yañez-Barnuevo García

Proċedura : 2006/2221(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0025/2007

MOZZJONI GĦAL RAKKOMANDAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW LILL-KUNSILL

dwar il-mandat għal negozjati ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-Komunità Andina u l-pajjiżi membri tagħha, minn naħa l-oħra

(2006/2221(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill magħmula minn Luis Yáñez-Barnuevo f’isem il-Grupp PSE dwar il-mandat għal negozjati ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-Komunità Andina u l-pajjiżi membri tagħha, minn naħa l-oħra (B6-0374/2006),

–   wara li kkunsidra l-Paragrafu 31 tad-Dikjarazzjoni ta’ Vjenna dwar id-deċiżjoni meħuda mill-UE u mill-Komunità Andina(KA) fir-IV Laqgħa Għolja UE-Amerika Latina u Karibew (ALK) li saret fi Vjenna fit-12 ta’ Mejju 2006, jiġifieri d-deċiżjoni li fis-sena 2006 jinbeda l-proċess għan-negozjar ta’ Ftehima ta’ Assoċjazzjoni li tkun tinkludi djalogu politiku, programmi ta’ koperazzjoni u ftehima kummerċjali,

–   wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Novembru 2001 dwar Assoċjazzjoni Globali u Strateġija Komuni għar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina[1],

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-31 ta’ marzu 2004 dwar l-iffirmar ta’ Ftehima ta’ Djalogu Politiku u ta’ Koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u l-Komunità Andina u l-Istati Membri tagħha – ir-Repubbliki tal-Bolivja, tal-Kolombja, ta’ l-Ekwador, tal-Perù u r-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, fuq in-naħa l-oħra[2],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ April 2006 dwar Assoċjazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina[3],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ftuħ tan-negozjati għal konklużjoni ta’ Ftehima ta’ Assoċjazzjoni mal-Komunità Andina u l-Istati Membri tagħha (SEC(2006)1625),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 114(3) u 83(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0025/2007),

A. billi r-rispett tad-demokrazija, ta’ l-Istat tad-Dritt u t-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem għan-nies kollha, kif ukoll ir-rispett sħiħ tad-drittijiet ċivili u politiċi taċ-ċittadini taż-żewġ reġjuni huma kundizzjonijiet bażiċi għall-iżvilupp ta’ l-Assoċjazzjoni bejn il-partijiet,

B.  billi l-garanzija tat-tgawdija sħiħa tad-drittijiet fundamentali għaċ-ċittadini kollha, b'mod partikulari dawk li huma żvantaġġati, bħad-drittijiet tal-popli indiġeni, u t-tħeġġiġ tal-parteċipazzjoni soċjali u politika tagħhom, huma elementi ewlenin tal-Ftehima;

C. billi l-KA qed tagħmel sforzi u hija disponibbli li tikkonkludi Ftehima ta’ Assoċjazzjoni ma’ l-UE, minkejja d-diffikultajet interni li kellha tiffaċċja l-istess Komunità Andina,

D. billi l-linji gwida għan-negozjati ta’ Ftehima ta’ Assoċjazzjoni futura għandhom jagħmluha ċara li bejn il-partijiet għandha tiġi konkluża Ftehima ta’ Assoċjazzjoni globali, jiġifieri ftehima li tinkludi d-djalogu politiku ta’ Assoċjazjoni ġenwina, programmi ta’ koperazzjoni u l-ħolqien ta’ Zona ta’ Kummerċ Ħieles (ZKĦ) għall-benefiċċju komuni taċ-ċittadini taż-żewġ reġjuni,

E.  billi fit-13 ta’ Ġunju 2006 il-Presidenti ta’ l-erba’ stati tal-KA iltaqgħu f’Quito u kellhom reazzjoni pożittiva ghal dak li ntalab fi Vjenna, u li qablu li jikkonsolidaw ir-rieda tagħhom għall-integrazzjoni u li jagħtu spinta lill-proċess għall-ftuħ tan-negozjati tal-Ftehima ta’ Assoċjazzjoni bejn il-KA u l-UE;

F.  billi l-ħolqien ta’ Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana (EurLat) kien pass deċiżiv fit-tisħiħ tal-leġittimità demokratika u d-dimensjoni politika tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Amerika Latina, u b’mod partikulari r-relazzjoni bejn l-UE u l-KA, u billi din l-Assemblea ser tkun il-forum permanenti tad-djalogu politiku bejn iż-żewġ reġjuni,

G.  billi l-linji gwida għan-negozjati tal-Ftehima futura m’għandhomx jinsew iċ-ċirkustanzi ekonomiċi, politiċi u soċjali tal-maġġoranza tal-pajjiżi Andini, u lanqas m’għandhom jinjoraw id-differenzi fl-iżvilupp bejn iż-żewġ reġjuni, u l-karatteristiċi tar-relazzjonijiet ekonomiċi fi ħdan il-KA innifisha,

H. billi jkun xieraq li jiġi żgurat li l-istrumenti plurijennali ta’ programmar finanzjarju ta’ l-UE jkunu kompatibbli mal-kisba ta’ l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs) fir-reġjun Andin,

1.  Jindirizza dawn ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill:

a)  li fil-mandat għan-negozjati tiġi inkluża b’mod ċar il-bażi legali li fuqha ser tiġi negozjata l-Ftehima ta’ Assoċjazzjoni futura, jiġifieri l-Artikolu 310 tat-Trattat KE flimkien ma’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel sottoparagrafu, u l-Artikolu 300(3), it-tieni sottoparagrafu ta’ l-istess trattat;

b)  li l-mandat għan-negozjati jispeċifika li l-objettiv tal-Ftehima ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-KA huwa l-liberalizzazzjoni gradwali tal-kummerċ, id-djalogu politiku u l-koperazzjoni, kif ukoll il-promozzjoni ta’ l-iżvilupp uman sostenibbli, il-koeżjoni soċjali, il-konsolidazzjoni tad-demokrazija u ta’ l-Istat tad-Dritt, u r-rispett sħiħ tad-drittijiet umani, ċivili, politiċi, ekonomiċi u soċjali, mingħajr ma jintesew id-dimensjonijiet kulturali u ambjentali ta’ dawn id-drittijiet;

c)  li l-linji gwida għan-negozjati għandhom jipprovdu sinjali ċari ta’ appoġġ lill-imsieħba Andini fl-isforzi tagħhom li jkabbru l-integrazzjoni reġjonali fl-oqsma kollha tagħha, filwaqt li jiffavorixxu Ftehima bejn il-blokok reġjonali mingħajr ma jiġi eskluż it-trattament divrenzjat meħtieġ għall-proċess ta’ integrazzjoni fi ħdan il-KA;

d)  li l-linji gwida għan-negozjati jidentifikaw it-temi ċentrali li fuqhom ser jiffokaw l-aġenda u d-djalogu politiku, inkluż l-aġġornament tal-miri u ta’ l-objettivi f’temi bħall-governanza demokratika, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-impunità u t-terroriżmu, b’mod speċjali in-narkoterrorizmu u l-konnessjonijiet tiegħu mal-kriminalità organizzata, iż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà, u l-immaniġġjar tal-kunflitti; li jiġu inklużi temi oħra bħat-tnaqqis tal-faqar, l-appoġġ għall-koeżjoni soċjali, il-migrazzjoni u l-iskambji umani; u li ssir azzjoni konkreta f’temi bħall-adozzjoni ta’ pożizzjonijiet komuni fil-fora internazzjonali u fin-Nazzjonijiet Uniti;

e)  li jipprovdu għall-ħatra ta’ membri għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-KA li ser jiġi stabbilit fil-Ftehima ta’ Assoċjazzjoni l-ġdida, fost id-deputati tal-Parlament Ewropew u tal-Parlament Andin li jaghmlu wkoll parti mill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana, bħala espressjoni konkreta ta' appoġġ għall-proċess ta' integrazzjoni tar-reġjun Andin u għall-Assoċjazzjoni Strateġika Bireġjonali UE-ALK;

f)   li tiġi promossa l-parteċipazzjoni strutturata ta’ l-organizzazzjonijiet soċjali u tas-soċjetà ċivili fl-oqsma differenti tal-Ftehima ta’ Assoċjazzjoni u fil-proċess tan-nogozjar ta’ l-istess Ftehima, jiġu definiti mekkanizmi ta’ djalogar li jiżguraw it-trasparenza u l-aċċess xieraq għall-informazzjoni, u tiġi proposta l-organizzazzjoni ta’ konferenzi perjodiċi mar-rappreżentanti ta’ l-organizzazzjonijiet soċjali u tas-soċjetà ċivili, kemm fl-UE kif ukoll fil-KA, filwaqt li dawn ir-rappreżentanti jingħataw status ta’ osservaturi fil-laqgħat interministerjali, u tiġi faċilitata l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-fora, kumitati u sottokumitati settorjali relevanti;

g)  li l-mandat għan-negozjati jkun jinkludi b’mod partikulari il-kunsens UE-KA dwar ir-responsabilità komuni fil-qasam tal-ġlieda kontra t-traffikar ta’ drogi, it-tisħiħ tad-djalogu politiku speċjalizzat fil-qasam tal-ġlieda kontra d-drogi, kif ukoll l-implikazzjonijiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali ta’ l-implimentazzjoni tal-miżuri proposti, b’mod partikulari dawk relatati mal-promozzjoni u ma’ l-aċċess għas-suq ta’ impjiegi alternattivi u tat-tkabbir ta’ wċuh ta’ raba’ alternattivi, u mal-mekkaniżmi speċifiċi ta’ kontroll imfassla sabiex irażżnu u gradwalment inaqqsu r-reati konnessi mal-ħasil tal-flus u mat-traffikar ta’ l-armi;

h)  li jiġi żgurat li fil-ftehima ta’ Assoċjazzjoni futura tiġi inkluża l-hekk imsejħa ‘klawżola ta’ demokrazija’ u klawżoli oħra ta’ natura soċjali (relatati mad-drittijiet tax-xogħol inkorporati fil-konvenzjonijiet ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO); b’referenza speċjali għall-Konvenzjoni 169 dwar il-popli Indiġeni u Tribali f’pajjiżi indipendenti, il-protezzjoni ta’ kundizzjonijiet ta’ xogħol dinjitużi, in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza fix-xogħol bejn in-nisa u l-irġiel, u l-eredikazzjoni tax-xogħol magħmul mit-tfal) u ta’ l-ambjent; li ssir referenza diretta għall-mekkaniżmi konkreti li jiżguraw l-implimentazzjoni tagħhom, u b’mod partikulari, li tiġi żgurata l-kontinwità u t-titjib tar-reġim ta’ inċentivi relatati ma’ l-impjiegi u ma’ l-ambjent tas-sistema ta’ preferenzi ġeneralizzati[4];[5] (SPG) inkluza l-SPG plus, u b’mod partikulari, li jipprovdi għal rapport annwali lill-Parlament dwar is-segwitu mwettaq mill-Kummissjoni f’dan ir-rigward;

i)   li d-dispożizzjonijiet dwar koperazzjoni għall-iżvilupp fil-linji gwida għan-negozjati tal-Ftehima l-ġdida jieħu kont sħiħ tal-partikularitajiet tar-reġjun tal-KA u l-ilħuq ta' l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs) fir-reġjun, u li l-punt tat-tluq ikun l-irwol prijoritarju tat-taħriġ tar-riżorsi umani u l-iskambji kulturali u edukattivi sabiex jingħeleb il-faqar fir-reġjun, sabiex tingħata attenzjoni speċjali lill-edukazzjoni, lir-riċerka, lix-xjenza u lit-teknoloġija, kif ukoll il-kultura, bil-għan li jiżdiedu l-skambji f’dawn l-oqsma, fil-protezzjoni tas-saħħa pubblika u fil-protezzjoni ta’ l-ekosistemi u tal-bijodiversità;

j)   li tiġi enfasizzata l-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza tal-politiki favur l-iżvilupp, bi qbil mal-prinċipju mħaddan fl-Artikolu 178 tat-Trattat KE, id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri mlaqqgħa fi ħdan il-Kunsill, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni dwar il-politika ta' żvilupp ta' l-Unjoni Ewropea "Il-Kunsens Ewropew"[6] u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Integrazzjoni ta' Tħassib dwar l-Iżvilupp fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet tal-Kunsill[7];

k)  li tiġi enfasizzata l-ħtieġa li l-linji gwida għan-negozjati iqisu bis-sħiħ l-objettiv prijoritarju li jinqerdu l-faqar, l-inugwaljanza, l-esklużjoni soċjali u l-forom kollha ta’ diskiminazzjoni, b’mod partikulari d-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ ġeneru (sess) jew oriġini etnika, u li tiġi enfasizzata l-ħtieġa ta’ strateġija ġenerali ta’ żvilupp integrata u politiki li jiżguraw ugwaljanza ta’ opportunitajiet u kundizzjonijiet aħjar ta’ għixien u ta’ xogħol għall-kulħadd, inklużi d-drittijiet ekonomiċi u kulturali tal-popli indiġeni, kif ukoll li tingħata prijorità lil aċċess akbar għall-edukazzjoni u għas-saħħa;

l)   li jissaħħu l-mekkaniżmi interni u l-miżuri konġunti fil-qafas ta' l-assoċjazzjoni sabiex l-istrateġiji għall-iżvilupp jilħqu l-potenzjal massimu tagħhom filwaqt li tingħata spinta lil proġetti ta’ ko-żvilupp, b’mod speċjali proġetti mal-popolazzjonijiet immigranti li jgħixu fl-UE;

m) li jissemma li l-investiment barrani huwa element essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku taż-żewġ reġjuni u li jiġi enfasizzat li huwa mistenni li kumpaniji Ewropej b’investimenti fil-KA japplikaw l-istess standards dwar kundizzjonijiet ta’ xogħol u investiment li huma osservati fl-UE, u li s-sigurtà legali ta’ l-investituri trid tiġi żgurata fuq il-bażi tad-Dritt Privat Internazzjonali u b’rispett sħiħ tal-prinċipju tas-sovranità nazzjonali fuq ir-riżorsi naturali;

n)  li fir-rigward tal-migrazzjoni, il-Ftehima l-ġdida tkun tinkludi dispożizzjonijiet għat-tisħiħ tad-drittijiet fundamentali, id-drittijiet tax-xogħol u d-drittijiet ċivili tal-migranti legali, b’mod speċjali rigward is-sigurtà soċjali tagħhom, ikunu fejn ikunu, u li jiġu definiti mekkaniżmi għall-faċilitazzjoni tat-trasferimenti ta’ flus li l-migranti jibgħatu lejn pajjiżhom, u li dawn it-trasferimenti jitraħħsu u jsiru aktar trasparenti, filwaqt li fl-istess ħin, jiġu affrontati r-raġunijiet li jimmotivaw il-migrazzjoni;

o)  li jiġu inklużi l-objettivi ta’ appoġġ għall-integrazzjoni reġjonali – b’mod partikulari l-integrazzjoni ta’ l-infrastrutturi fiżiċi, tat-trasport, tal-komunikazzjonijiet u ta’ l-enerġija – fost l-objettivi tal-mandat li ġej għall-operat tal-Bank Ewropew ta’ Investiment fl-Amerika Latina, sabiex l-attività ta’ din l-istituzzjoni tikkumplimenta lill-Ftehima l-ġdida b’mod effettiv;

p)  li l-linji gwida għan-negozjati jqisu t-tisħiħ ta’ l-appoġġ mogħti mill-UE għall-integrazzjoni Andina u għar-riforma u t-tisħiħ tal-qafas leġiżlattiv tagħha u ta’ l-istituzzjonijiet tagħha, bil-għan li dawn l-istituzzjonijiet ikunu aktar effettivi, rappreżentattivi u leġittimi, b’mod partikulari fir-rigward tat-tneħħija ta’ l-ostakoli għall-kummerċ, il-moviment ħieles tal-persuni, il-politiki komuni u l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, filwaqt li ssir ukoll referenza għall-esperjenza Ewropea fir-rigward tal-fondi strutturali, reġjonali u ta’ koeżjoni;

q)  li fil-mandat għan-negozjati jiġi stabbilit li l-Istudju dwar l-Impatt Soċjo-Ambjentali jrid jiġi ppreżentat fil-bidu tan-negozjati u inkluż bħala dokument ta’ referenza ta’ l-aġenda għan-negozjati;

r)   li tiġi konkluża Ftehima ta’ Assoċjazzjoni komprensiva u bilanċjata imsejsa fuq tliet pilastri: kapitolu politiku u istituzzjonali li jsaħħaħ id-djalogu demokratiku u l-koperazzjoni politika; kapitolu dwar koperazzjoni għall-promozzjoni ta' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli; u kapitolu kummerċjali li jqis l-objettivi speċifiċi ta’ żvilupp tal-pajjiżi tal-KA;

s)  li l-linji gwida għan-negozjati jipprovdu għal-liberalizzazzjoni gradwali u reċiproka tal-kummerċ b’kundizzjonijiet kompetittivi, bil-għan li l-ftehima futura tnaqqas l-assimetriji eżistenti bejn l-UE u l-KA, u bejn il-pajjiżi membri tal-KA; li jipprovdu, għaldaqstant, għal trattament speċjali, divrenzjat u flessibbli fl-iskedi miftehma, skond l-impenji ta’ integrazzjoni reġjonali u t-titjib fil-kompetittività li jagħmlu l-pajjiżi Andini; jeħtieg li jkun hemm appoġġ qawwi għat-trasformazzjoni fil-produzzjoni u l-kompetittività ta’ l-ekonomiji Andini permezz ta’ strumenti ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp kif ukoll permezz tat-trasferiment tat-teknoloġija, l-inklużjoni ta’ rekwiżiti ta’ kontenut nazzjonali fir-regoli dwar l-oriġini, u l-ħolqien ta’ programmi ta’ koperazzjoni u assistenza teknika. Dan kollu għandu jsir id f’id mal-promozzjoni ambjent legali stabbli u regoli ċari li jiżguraw is-sigurtà ta’ l-investimenti u r-relazzjonijiet ekonomiċi-kummerċjali tal-partijiet;

t)   li n-negozjar ta’ ZKĦ bejn l-UE u l-KA għandu jiġi kkunsidrat bħala kruċjali għat-tisħiħ ta’ l-irwol ta’ l-UE bħala msieħba kummerċjali u msieħba ta’ investiment fl-Amerika Latina, u għat-tisħiħ ta’ l-integrazzjoni interkontinentali, negozjati li għandhom isiru f’kuntest karatterizzat mill-espansjoni tal-ftehimiet kummerċjali bilaterali ma’ l-Istati Uniti u l-proposta ta’ Zona ta’ Kummerċ Ħieles ta’ l-Ameriki mmexxija mill-istess Stati Uniti;

u)  li jitqies li l-konklużjoni ta’ Ftehima ta’ Assoċjazzjoni mal-KA sabiex tigi stabbilità ZKĦ, hija objettiv strateġiku prijoritarju tar-relazzjonijiet barranin ta’ l-UE f’kuntest internazzjonali kkaratterizzat minn interdipendenza dejjem akbar, tkabbir ekonomiku, l-ittfaċċar ta’ poteri ekonomiċi ġodda u sensiela ta’ sfidi globali mingħajr fruntieri nazzjonali, bħalma huma dawk relatati mas-sigurtà, mal-governanza ekonomika dinjija, l-ambjent u t-tnaqqis tal-faqar;

v)  li jimpenja ruħu għall-istabbiliment ta’ ZKĦ b’rispett sħiħ tal-Mekkaniżmu ta’ Trasparenza l-ġdid ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO), kif ukoll tad-drittijiet u l-obbligi derivati mid-WTO, b'mod partikulari l-Artikolu XXIV tal-Ftehima Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) u l-Artikolu V tal-Ftehima Ġenerali dwar il-Kummerċ tas-Servizzi (GATS), u b’hekk jingħata kontribut għat-tisħiħ tas-sistema multilaterali ta’ kummerċ;

w) li ma tiġi inkluża l-ebda subordinazzjoni, diretta jew indiretta, li l-konklużjoni tal-Ftehima futura UE-KA għandha ssir b'kundizzjoni li qabilha jiġu finalizzati n-negozjati tar-rawnd tad-WTO, bla ħsara għall-inkorporazzjoni eventwali fil-Ftehima tar-riżultati tal-programm ta’ ħidma ta’ Doha li jkunu kompatibbli ma’ l-objettiv aħħari ta’ l-assoċjazzjoni UE-KA, bħala wirja ta’ appoġġ tanġibbli u deċisiv għall-proċess Andin ta’ integrazzjonali reġjonali;

x)  li tiġi negozjata ftehima kummerċjali waħda u indiviżibbli li tmur lil hinn mill-obbligi preżenti u futuri tal-partijiet lejn id-WTO, u li wara perjodu ta’ tranżizzjoni kompatibbli mal-kriterji tad-WTO, tiġi stabbilita ZKĦ li mingħajr ma teskludi lill-ebda settur, tqis id-dimensjoni ta’ l-iżvilupp u s-sensittività speċifika ta' ċerti prodotti bl-inqas mod restrittiv possibbli;

y)  li tingħata attenzjoni speċifika lill-evalwazzjoni konġunta UE-KA dwar l-integrazzjoni ekonomika reġjonali tal-KA, liema evalwazzjoni għamlet sensiela ta’ konklużjonijiet operattivi konkreti u importanti sabiex tissaħħaħ, tiżviluppa u tikkompleta l-għaqda doganali fl-Amerika Ċentrali u s-suq intern komuni li huma essenzjali għan-negozjar u għall-ħolqien ta’ ZKĦ ġenwina bejn iż-żewġ reġjuni;

z)  li bħala pass importanti għall-iżvilupp pożittiv tan-negozjati, tingħata attenzjoni speċjali lill-inizjattivi maħsuba mill-KA għat-tisħiħ ta’ l-integrazzjoni ekonomika reġjonali, u b’mod speċjali, lill-inizjattivi relatati mat-tariffi applikati għall-prodotti ta' l-UE, is-simplifikazzjoni u l-armonizzazjoni tas-sistemi doganali u l-oqsma tas-servizzi u tat-trasport transkonfinali permezz tat-toroq;

aa) li jiġu offruti opportunitajiet sinjifikanti u ġodda fl-aċċess għas-suq tas-settur agrikolu, liema settur huwa kruċjali għall-iżvilupp tal-KA, iżda li jiġi kkunsidrat jekk il-livell ta’ flessibilità ta’ l-UE fis-settur agrikolu għandux jiddependi wkoll mill-progress li jkun sar f’setturi oħra, bħalma huwa dak ta’ l-aċċess għas-suq għal prodotti mhux agrikoli u s-servizzi, kif ukoll fi kwistjonijiet agrikoli oħra apparti dik ta’ l-aċċess għas-suq;

ab) li titqies l-importanza li jkun żgurat aċċess universali għas-servizzi essenzjali u għad-dritt ta’ regolamentazzjoni nazzjonali, u għaldaqstant, li wieħed jimxi b’kawtela fin-negozjati dwar il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tas-servizzi, b’konformità ma’ l-Artikolu V tal-GATS, sabiex jintlaħaq titjib ġenwin fir-rigward ta’ impenji ta’ liberalizzazzjoni miftehma u implimentati s’issa, u l-ħtieġa ta’ qafas regolatorju ċar u kif mistenni; li ma jsirux offerti u li ma jintlaqgħux talbiet fl-oqsma tas-saħħa pubblika u ta’ l-edukazzjoni;

ac) li l-Kummissjoni tintalab li tipproponi ideat ġodda għall-iżvilupp ta’ strument aktar effettiv ta’ soluzzjoni tat-tilwim li jiffaċilita d-deċiżjonijiet dwar kunflitti li jinqalgħu fi kwalunkwe qasam kopert miz-ZKĦ, minħabba li l-mekkaniżmi ta’ soluzzjoni ta’ tilwim inklużi fi ftehimiet kummerċjali simili konklużi mill-Komunità ma’ pajjiżi terzi, fil-verità ma jintużawx;

ad) li b’reqqa tiġi studjata l-ħtieġa li kemm l-Amerika Latina kif ukoll l-UE bħala prinċipju jimxu lejn konverġenza eventwali tad-diversi ftehimiet li huma fis-seħħ jew li qed negozjati bejn iż-żewġ reħjuni, sabiex b’hekk jiġi evitat li t-trikkib (overlap) dejjem akbar ta’ diversi impenji u regoli bilaterali, reġjonali u multilaterali ta’ liberalizzazzjoni fl-Amerika Latina, jirriżultaw f’ostakoli involuntarji għall-flussi kummerċjali u ta’ investiment;

ae) li l-linji gwida għan-negozjati jipprovdu għall-promozzjoni ta’ sistema li tħeġġeġ il-ħolqien ta’ SMEs bħala element essenzjali ta’ l-iżvilupp ekonomiku, il-ħolqien ta’ l-impjiegi u tal-benesseri soċjali; li bħala miżura sabiex jiġi miġieled il-qgħad, jiġi kkunsidrat l-iżvilupp ta’ l-SMEs permezz ta’ faċilitajiet ta’ kreditu u l-iżvilupp ta’ programmi ta’ appoġġ għall-kumpaniji għall-innovazzjoni;

af) li jiġi żgurat li l-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament b’informazzjoni eżawrjenti (b’mod kunfidenzjali jekk huwa meħtieġ) dwar l-abbozzi ta' linji gwida għan-negozjati kif ukoll dwar il-linji gwida tan-negozjati li jiġu adottati finalment;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Rakkomandazzjoni lill-Kunsill, u biex ikunu infurmati, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea.

  • [1]  ĠU C 140, 13.6.2002, p. 569.
  • [2] 2 ĠU C 103, 29.4.2004, p. 543.
  • [3]  Testi Adottati, P6-TA(2006)0155.
  • [4]        Regolament (KE) Nru 980/2005 tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2005, dwar l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ preferenzi ta’ tariffi ġeneralizzati (ĠU L 169 de 30.6.2005, p. 1).
  • [5]        Regolament (KE) Nru 980/2005 tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2005, dwar l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ preferenzi ta’ tariffi ġeneralizzati (ĠU L 169 de 30.6.2005, p. 1).
  • [6]        “Il-kunsens Ewropew dwar l-iżvilupp”; ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.
  • [7]         Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Kwistjonijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Barranin tas-16 u s-17 ta’ Ottubru 2006. Dokument Nru 13735/06.

NOTA SPJEGATTIVA

1. Ir-IV Laqgħa Għolja UE-ALK ta’ Vjenna finalment approvat il-ftuħ tan-negozjati għall-iffirmar ta’ Ftehima ta’ Assoċjazzjoni UE–KA. Bla dubju, l-idea nnifisha li tiġi negozjata din il-Ftehima msemmija, flimkien mal-konfigurazzjoni l-ġdida tal-poter fir-reġjun wara l-ħatra tal-President Alan García fil-Perú u ta’ Evo Morales fil-Bolivia, il-ħatra mill-ġdid tal-President Uribe fil-Colombia, u t-tqarrib taċ-Ċile lejn il-KA permezz tal-President Bachelet, qed iwasslu għal tisħiħ tal-KA u tal-proċess ta’ integrazzjoni fl-Amerika Latina, ikun xi jkun id-disinn finali li ser jieħu l-proċess imsemmi. U dan kollu, minkejja u independentement mill-irwol internazzjonali dejjem jikber u kontroversjali li għandha l-Venezwela tal-President Chaves, li r-ritorn tagħha fil-KA jista’ biss jiġi mħeġġeġ. Fil-fatt, illum il-KA hija l-unika mekkaniżmu politiku, ekonomiku u istituzzjonali li huwa kapaċi li jirfed lil dan ir-reġjun daqstant instabbli, li jservi ta’ kontrapiż demokratiku għat-tendenzi u l-istinti awtoritarji li huma dejjem preżenti fir-reġjun, u li jiżgura lok għas-subreġjun fil-politika, fl-ekonomija u fil-kummerċ ta’ dinja globalizzata.

2. Bħalma saħaq il-Parlament Ewropew sa mit-II Laqgħa Għolja ma’ l-ALK li saret f’Madrid fis-17 u fit-18 ta’ Mejju 2002, l-ebda formula ma setgħet tgħaqqad aħjar l-interessi ta’ kull tip ta’ Unjoni akbar u tal-KA innifisha mill-konklużjoni ta’ Ftehima wiesgħa ta’ Assoċjazzjoni politika, kummerċjali u ta’ żvilupp li ta’ l-inqas ikollha sensiela ta’ karatteristiċi konkreti.

3. Fl-ambitu politiku, il-Ftehima għandha tpoġġi l-pedament għal assoċjazzjoni Ewro-Andina effettiva politika u ta’ sigurtà, msejsa fuq strumenti bħal dawn li ġejjin:

§ l-iffirmar u l-implimentazzjoni ta’ Karta Ewro-Andina għall-Paċi u s-Sigurtà, liema karta tkun torbot, politikament u legalment;

§ is-seħħ ta’ djalogu politiku ġenerali msejjes fuq aġenda politika ffukata fuq temi jaħarqu u attwali bħall-koeżjoni soċjali, l-appoġġ għall-governanza, it-tnaqqis tal-faqar, l-iskambji umani, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-prevenzjoni tal-kunflitt, l-azzjoni koordinata fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti(NU) u b’mod speċjali fil-Kunsill tas-Sigurtà ta’ l-istess NU, u l-operazzjonijiet ta’ l-immaniġġjar ċivili u militari ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi;

§ il-ħolqien ta’ djalogu speċjalizzat fil-qasam tal-koeżjoni soċjali;

§ it-titjib sinjifikanti fil-preżenza u l-viżibilità ta’ l-Unjoni fir-reġjun permezz ta żjarat ħafna aktar spissi min-naħa tar-Rappreżentant Għoli /il-futur Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ l-Unjoni; tal-President tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Kumitat responsabbli, u tal-President tal-PE.

§ it-tfassil ta’ inizjattivi u l-ippjanar ta’ pajnijiet ta’ kontinġenza konġunti sabiex jiġu ffaċċjati sitwazzjonijiet ta’ kriżi fil-pajjiżi differenti qabel ma jfaqqgħu dawn l-istess kriżijiet, jew fejn ikun il-każ, li tiġi promossa is-soluzzjoni paċifika u negozjata tagħhom, sabiex b’mod konġunt tissawwar minn Ċentru Ewro-Latinamerikan ta’ prevenzjoni tal-kunflitti li jiġi stabbilit fir-reġjun andin.

4. Il-kwalità tad-demokrazija, il-kriżi fil-governanza u l-instabilità politika huma sfidi kruċjali li trid tiffaċċja l-azzjoni ta' l-UE, u partikularment il-Ftehima ta' Assoċjazzjoni. L-indikaturi tal-faqar u ta’ l-inugwaljanza f'dawn il-pajjiżi għadhom simili għal dawk tas-snin disgħin. Fir-reġjun Andin, kif urew l-esperjenzi ta' kriżijiet fil-governanza fir-reġjun, il-faqar u l-inugwaljanza huma theddida ċara għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija. Għalkemm bdew jinbnew sistemi demokratiċi permezz ta' proċessi elettorali ħielsa, il-livell baxx ta' votanti, id-diskreditu ta’ l-istituzzjonijiet pubbliċi u tal-partiti politiċi, id-dominanza tal-korruzzjoni u l-impunità, l-inċidenza baxxa ta' ċittadinanza u tas-soċjetà ċivili fil-ħajja politika u soċjali tal-parti l-kbira tal-pajjiżi, it-tendenzi ta’ frammentazzjoni soċjali u territorjali osservata f'xi pajjiżi, u l-persistenza tad-diskriminazzjoni u l-esklużjoni minħabba raġunijiet etniċi u raġunijiet oħra, ma jippermettux li jkun hemm konklużjonijiet ottimisti.

5. Id-dħul ta' l-ekonomiji Andini fil-kummerċ internazzjonali jiffaċċja ostakli derivati minn raġunijiet ta' skala, in-nuqqas ta' kumplimentarjetà u ta’ integrazzjoni dgħajfa tas-suq reġjonali. Il-pajjiżi Andini, u partikularment xi reġjuni u setturi tal-produzzjoni, m’humiex f'pożizzjoni li jgawdu mill-opportunitajiet offruti mill-ftuħ tal-kummerċ u mill-attrazzjoni ta’ l-investimenti, jew li jirnexxilhom jgħelbu ir-riskji possibbli ta’ dawn il-fenomeni. Għalhekk, l-integrazzjoni reġjonali hija kkunsidrata bħala prekundizzjoni għat-titjib tal-parteċipazzjoni ta’ l-ekonomiji Andini fil-kummerċ internazzjonali, u hija aktar essenzjali fid-dawl tal-Ftehima ta' Assoċjazzjoni futura ma' l-UE, u tat-Trattati ta’ Kummerċ Ħieles ma' l-Istati Uniti li ffirmaw uħud mill-pajjiżi tar-reġjun.

6. Waħda mill-isfidi ewlenin tal-Ftehima futura hija l-kisba ta' aċċess gradwali għas-swieq Ewropej, f’kundizzjonijiet kompetittivi, filwaqt li jiġi evitat li l-Ftehima futura tkompli tiggrava l-assimetriji eżistenti; Min-naħa Ewropea, dan jirrikjedi trattament speċjali, divrenzjat u flessibbli, li jfisser perjodi ta’ tranżizzjoni u l-esklużjoni ta’ setturi sensittivi, u ta’ kriterji oħra ta’ flessibilità adattati għat-titjib fil-kompetittività li jagħmlu l-pajjiżi Andini, permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ min-naħa ta’ l-Unjoni bħat-trasferiment tat-teknoloġija, l-inklużjoni ta’ rekwiżiti ta’ kontenut nazzjonali fir-regoli dwar l-oriġini, il-ħolqien ta’ programmi ta’ koperazzjoni u assistenza teknika, u appoġġ sostnut għall-integrazzjoni Andina u għall-kapaċità tar-reġjun li jiddefinixxi politiki komuni.

7. Fil-qasam kummerċjali, il-Ftehima ta’ Assoċjazzjoni ġdida għandu jkollha l-objettiv aħħari li tippromwovi l-iżvilupp soċjo-ekonomiku permezz tal-liberalizzazzjoni bilaterali u preferenzjali, gradwali u reċiproka tal-kummerċ ta’ kull tip ta’ merkanzija u servizzi bejn iż-żewġ reġjuni, skond ir-regoli tad-WTO. Meta l-Ftehima tidħol fis-seħħ, huwa fundamentali li l-pajjiżi Andini kollha jibqgħu iżommu l-faċilitajiet ta' l-SPG+ komunitarju l-ġdid. Fil-linji gwida għan-negozjati għandhom titneħħa kwalunkwe subordinazzjoni diretta jew indiretta tal-konklużjoni tal-ftehima l-ġdida għall-finalizzar tar-rawnd tad-WTO. Il-Ftehima għandha tkun simili "mutatis mutandis" għal ftehimiet oħra konklużi mal-Messiku u maċ-Ċile u għal ftehima li waslet sabiex tiġi konkluża mal-Mercosur, minkejja li jridu jitqiesu l-assimetriji kbar li jeżistu bejn iż-żewġ reġjuni. Barra minn hekk, minħabba li dan hu ftehim bireġjonali, il-ftehima l-ġdida EU-KA trid tapprofondixxi u tikkonsolida l-integrazzjoni Andina. Fuq il-livell strateġiku, ir-Rapporteur jappoġġja b’mod sħiħ il-proposta ta' dan il-Parlament li l-Ftehima futura EU-KA (l-istess bħal dawk diġà konklużi jew li qed jiġu konklużi mal-Messiku, maċ-Ċile, mal-Mercosur u ma' l-Amerika Ċentrali rispettivament) għandhom ikunu l-bidu ta' konklużjoni, aktar tard, ta' Ftehima Globali Interreġjonali li tippermetti l-ħolqien ta' Zona Ewro-Latinamerikana ta’ Kummerċ Ħieles, li tkun isservi ta' kontrapiż għaz-Zona ta’ Kummerċ Ħieles ta’ l-Ameriki sa mhux aktar tard mis-sena 2010.

8. Jeħtieġ jiġi żgurat li hemm rabta pożittiva bejn il-kummerċ ħieles maħsub fil-Ftehima ta’ Assoċjazzjoni u l-objettivi ta’ żvilupp sostenibbli u koeżjoni soċjali li fuqhom hija msejsa l-azzjoni ta' l-UE fir-reġjun Andin.

9. Lil hinn minn fokus purament ta' assistenza, il-Ftehima ta' Assoċjazzjoni l-ġdida għandha tippromwovi l-koperazzjoni fl-oqsma tat-teknoloġija, ta' l-edukazzjoni għolja u ta' l-innovazzjoni, u tpoġġi s-sisien ta' ekonomija ta’ l-għarfien Ewro-andina li tikkontribwixxi għat-tiswir ta’ ekonomija miftuħa u kompetittiva, li l-benefiċċji tagħha jagħtu kontribut deċiżiv sabiex joħorġu lis-soċjetajiet Andini mit-tardività tagħhom li tmur lura għal sekli sħiħ. F'dan ir-rigward, id-dispożizzjonijiet tal-ftehima l-ġdida għandhom jesprimu politika ġdida u ġeneruza ta' l-UE favur il-KA, li tirriżulta minn:

§ Min-naħa ta’ l-Unjoni, il-ftuħ tas-swieq tagħha u r-reviżjoni tal-Politika Komuni ta’ l-Agrikultura (CAP) u tas-sistema ta’ sussidji tagħha;

§ il-ħolqien tal-Fond ta’ Solidarjetà propost;

§ l-integrazzjoni kompluta u effettiva tal-popli indiġeni fil-ħajja politika, ekonomika u soċjali ta’ kull pajjiż, bi drittijiet ugwali għal dawk tal-bqija taċ-ċittadini;

§ l-adozzjoni ta’ miżuri u programmi ġodda u ġenerużi fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, il-kultura, is-saħħa u l-migrazzjoni;

§ l-għoti ta’ rizorsi baġitarji lill-pajjiżi Andini skond ħtiġijiethom;

§ aktar attività tal-Bank Ewropew għall-Investiment fir-reġjun Andin, permezz ta’ mandat ġdid li jikkanalizza r-rizorsi għal progetti ta’ interess komuni li, barra minn hekk, jikkontribwixxu għall-promozzjoni ta’ l-integrazzjoni u ta’ l-iżvilupp permezz ta’ infrastrutturi reġjonali tat-trasport u ta’ l-enerġija, kemm fir-reġjun Andin kif ukoll fl-Amerika Latina.

10. Fl-aħħarnett, fuq il-bażi tal-Ftehima ta’ Kumplimentazzjoni Ekonomika iffirmata fis-16 ta’ Diċembru 2003 f’Lima, il-Perù bejn il-Mercosur u l-KA, iż-żewġ msieħba qed jippruvaw jiffurmaw Amerika Latina soda u li joħolqu ZKĦ li jkollha rwol kruċjali fin-negozjati għaz-Zona ta’ Kummerċ Ħieles ta’ l-Ameriki, kif ukoll fid-dawl tar-relazzjonijiet bejn iż-żewg sottoreġjuni u l-Amerika t’Isfel kollha kemm hi u l-UE. Jekk dan jirnexxilux iseħħ fil-Komunità Sudamerikana tan-Nazzjonijiet maħluqa reċentement permezz tal-proċess ta’ konverġenza tal-Mercosur u tal-KA, iż-żmien biss jista’ jghid, iżda tkun xi tkun il-formula finali, m’hemmx dubju li kemm il-Mercosur kif ukoll il-KA ser ikunu fil-qalba ta’ kwalunkwe rijorganizzazzjoni futura ta’ l-ispazju politiku, ekonomiku u istituzzjonali ta’ l-Amerika t’Isfel, u ta’ kwalunkwe ZKĦ li possibbli tinħoloq fi ħdan l-istess Amerika t’Isfel. Għaldaqstant, it-tisħiħ tar-relazzjonijiet ta’ kull tip mal-Mercosur u mal-KA permezz tal-konklużjoni ta’ Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni magħhom, bla dubju huwa essenzjali għall-UE li bir-raġun, taspira li jkollha rwol dinji. F’dan is-sens, il-Ftehima futura UE-KA għandha tkun il-pedament ta’ relazzjonijiet Ewro-Andini li huma fundamentali għall-kisba ta’ l-Assoċjazzjoni Strateġika Bireġjonali ddikjarata fl-erbgħa Laqgħat Għolja UE-KA li saru sa mill-1999. Sabiex dan iseħħ, il-Ftehima ta’ Assoċjazzjoni UE-KA li ser tinfetaħ issa trid tiġi ffirmata sa mhux aktar tard mill-V Laqgħa Għolja li ser issir f’Lima f’Mejju 2008.

PROPOSTA GĦAL RAKKOMANDAZZJONI LILL-KUNSILL (B6‑0374/2006) (22.6.2006)

imressqa skond l-Artikolu 114(1) tar-Regoli ta' Proċedura

minn Luis Yañez-Barnuevo García

f’isem il-Grupp PSE

dwar il-linji gwida għal negozjati ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-Komunità Andean u l-pajjiżi membri tagħha, minn naħa l-oħra

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Paragrafu tad-Dikjarazzjoni ta’ Vjenna, li fih tinstab id-deċiżjoni meħuda mill-UE u mill-KA fir-IV Laqgħa Għolja UE-ALK, li fis-sena 2006 jinbeda l-proċess għan-negozjar ta’ Ftehima ta’ Assoċjazzjoni li tkun tinkludi djalogu politiku, programmi ta’ koperazzjoni u ftehima kummerċjali,

–   wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat ta’ l-Unjoni Europea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 114(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu f’relazzjoni ma’ l-Artikolu 83 ta’ l-istess Regoli ta' Proċedura,

A. billi l-KA u l-UE fi Vjenna ddeċidew li qabel l-20 ta’ lulju li ġej, jagħmlu l-laqgħat kollha meħtieġa sabiex jiċċaraw u jiddefinixxu s-sisien tan-negozjati li jippermettu parteċipazzjoni sħiħa u ta’ benefiċċju għall-partijiet fil-Ftehima ta’ Assoċjazzjoni futura,

B.  billi l-kundizzjonijiet bażiċi għall-iżvilupp ta’ l-Assoċjazzjoni bejn il-partijiet għandhom ikunu r-rispett tad-demokrazija, ta’ l-Istat tad-Dritt u t-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem għan-nies kollha, inklużi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-popli indiġeni, kif ukoll il-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-qerda ta’ l-impunità,

1.  Jindirizza dawn ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill:

a)  li l-mandat għan-negozjati jkun jinkludi b’mod dirett il-bażi legali li fuqha ser tiġi negozjata l-Ftehima ta’ Assoċjazzjoni futura, liema bażi għandha tkun l-Artikolu 310 tat-Trattat KE flimkien ma’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel sottoparagrafu, u l-Artikolu 300(3), it-tieni sottoparagrafu;

b)  li l-linji gwida għan-negozjati jinkludu sinjali ċari ta’ appoġġ lill-imsieħba Andini fl-isforzi tagħhom li jirkupraw mill-kriżi ġġenerata mill-irtirar tal-Venezuela, u li filwaqt li jiffavorixxu Ftehima bejn il-blokok reġjonali, ma jeskludux it-trattament divrenzjat li jista’ jkun meħtieġ għall-proċess ta’ integrazzjoni fi ħdan il-KA;

c)  li fil-linji gwida għan-negozjati jiġu identifikati t-temi ċentrali li fuqhom ser tiffoka l-aġenda u d-djalogu politiku, inkluż l-aġġornament ta’ l-objettivi u l-miri f’temi bħall-governanza demokratika, iż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà, u l-immaniġġjar tal-kunflitti; li jiġu inklużi temi oħra ġodda bħat-tnaqqis tal-faqar, l-appoġġ għall-koeżjoni soċjali, il-migrazzjoni u l-iskambji umani; u li jsiru azzjonijiet ġodda f’temi bħall-adozzjoni ta' pożizzjonijiet komuni f'fora internazzjonali u fin-NU, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, eċċ.;

d)  li l-mandat għan-negozjati jinkludi, b’mod partikulari, il-kunsens UE-KA dwar ir-responsabilità komuni fil-qasam tat-traffikar ta’ drogi, kif ukoll ta’ l-implikazzjonijiet soċjali u ekonomiċi ta’ l-implimentazzjoni tal-miżuri proposti, u b’mod partikulari dawk relatati ma’ l-aċċess għas-suq għal uċuħ tar-raba’ alternattivi u l-mekkaniżmi speċifiċi ta’ kontroll għat-trażżin u t-tnaqqis gradwali tar-reati konnessi mal-ħasil tal-flus u t-traffikar ta’ l-armi;

e)  li l-linji gwida għan-negozjati jipprovdu għall-aċċess gradwali għas-swieq Ewropej għall-prodotti Andini, f’kundizzjonijiet kompetittivi, filwaqt li jiġi evitat li l-ftehima futura taggrava l-assimetriji eżistenti; li għaldaqstant, il-linji gwida għan-negozjati jipprovdu għal trattament speċjali, divrenzjat u flessibbli fl-iskeda li tiġi stabbilita, skond l-impenji fl-integrazzjoni reġjonali u t-titjib fil-kompetittività li jagħmlu l-pajjiżi Andini, permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ min-naħa ta’ l-Unjoni, bħat-trasferiment tat-teknoloġija, l-inklużjoni ta’ rekwiżiti ta’ kontenut nazzjonali fir-regoli dwar l-oriġini u l-ħolqien ta’ programmi ta’ koperazzjoni u assistenza teknika, filwaqt li jiġi promoss ambjent legali li jiżgura s-sigurtà ta’ l-investimenti u tar-relazzjonijiet ekonomiċi-kummerċjali tal-partijiet;

f)    li, b’mod partikulari, ma tiġi inkluża ebda subordinazzjoni diretta jew indiretta li l-konklużjoni tal-Ftehima futura UE-KA ssir b'kundizzjoni li qabilha jiġu finalizzati n-negozjati tar-rawnd ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), bla ħsara għall-inkorporazzjoni eventwali fil-Ftehima tar-riżultati tal-programm ta’ ħidma ta’ Doha li jkunu kompatibbli ma’ l-objettiv aħħari ta’ l-assoċjazzjoni UE-KA, bħala wirja ta’ appoġġ tanġibbli u deċisiv għall-proċess Andin ta’ integrazzjonali reġjonali;

g)             li fid-dispożizzjonijiet tal-Ftehima l-ġdida dwar koperazzjoni għall-iżvilupp, jitqiesu l-partikularitajiet tar-reġjun Andin, u li jibdew mill-bażi li t-taħriġ tar-riżorsi umani u l-iskambji kulturali u edukattivi huma prijorità sabiex jingħeleb il-faqar fir-reġjun, sabiex tingħata attenzjoni speċjali lill-edukazzjoni, lir-riċerka, lix-xjenza u t-teknoloġija, kif ukoll il-kultura;

h)  li l-Kummissjoni tinforma lill-Parlament b’mod eżawrjenti, b’mod kunfidenzjali jekk huwa propizju, dwar ir-rakkomandazzjonijiet tagħha fir-rigward tal-mandat għan-negozjati;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Rakkomandazzjoni lill-Kunsill, u biex ikunu infurmati, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (20.12.2006)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar il-mandat għan-negozjati għal Ftehima ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa waħda u l-Komunità Andina u l-istati membri tagħha fuq in-naħa l-oħra
(2006/2221 (INI))

Rapporteur għal opinjoni: Małgorzata Handzlik

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

A. billi l-konklużjoni tal-Ftehima ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Komunità Andina (CAN) tirrappreżenta pass sinifikattiv lejn il-ħolqien fi żmien medju ta' zona interreġjonali globali Ewro-Latinamerikana proposta mill-Parlament fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2006[1],

B.  billi l-konklużjoni u l-implimentazzjoni b'suċċess tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Messiku, u bejn l-UE u ċ-Ċilì, jiġbdu l-attenzjoni għall-importanza strateġika u l-interess ekonomiku, politiku u soċjali tar-relazzjonijiet bi-reġjonali bejn l-UE u l-Amerika Latina bbażati fuq ftehimiet ta' assoċjazzjoni li jinkludu zoni ta’ kummerċ ħieles (FTA);

C.  billi, b'differenza mill-ftehimiet kummerċjali nnegozjati bejn l-Istati Uniti u l-pajjiżi tas-CAN, l-UE u s-CAN qed jipproponu li jiffurmaw assoċjazzjoni strateġika globali li tmur lil hinn minn aspetti strettament kummerċjali biex tinkludi koperazzjoni vasta u djalogu politiku,

D. billi l-konklużjoni b'suċċess tal-Ftehima ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u s-CAN trid tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u t-tnaqqis tal-faqar, bl-għan li jintlaħqu l-Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp, b'mod partikulari dawk marbuta mat-tnaqqis tal-faqar, ir-ridistribuzzjoni ġusta u retta tal-ġid, il-ħolqien ta’ xogħol stabbli bbażat fuq impiegi ta’ kwalità, u l-inklużjoni soċjali ta’ gruppi esklużi;

E.  billi l-UE u s-CAN għandhom, fil-qafas tal-Ftehima ta' Assoċjazzjoni u l-qafas usa' tal-governanza dinjija, jaqblu li jippromwovu standards internazzjonali u multilaterali dwar kwistjonijiet kummerċjali, soċjali u ambjentali,

F.  billi l-pajjiżi tas-CAN ilhom jibbenefikaw mill-1971 mis-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (GSP) ta' l-UE għal pajjiżi bi dħul aktar baxx, u jibbenefikaw ukoll mill-GSP plus, li tipprovdi aċċess preferenzjali addizzjonali għal total ta' madwar 7200 prodott;

G. billi FTA bejn l-UE u s-CAN tkun kontribuzzjoni importanti għall-konsolidazzjoni tas-CAN bħala suq komuni, unjoni doganali u proċess ta' integrazzjoni globali;

H.  billi FTA fiha nnifisha ma tkunx biżżejjed biex tiġġenera t-tkabbir ekonomiku, sakemm ma tkunx akkumpanjata minn politiki ekonomiċi kumplimentari li permezz tagħhom ikun possibbli li jkunu sfruttati bis-sħiħ l-opportunitajiet li jirriżultaw u li jitnaqqsu r-riskji potenzjali;

I.   billi l-UE hi, bil-bosta, l-akbar donatur ta’ għajnuna għall-iżvilupp lis-CAN u l-uniku wieħed li stabbilixxa strateġija ta’ koperazzjoni mmirata lejn it-tisħiħ ta’ l-integrazzjoni reġjonali;

J. billi koperazzjoni mill-qrib u kostruttiva bejn l-istituzzjonijiet kollha ta' l-UE hija meħtieġa sabiex jinkisbu riżultati sodisfaċenti fin-negozjati mas-CAN;

K. billi għandu jintlaqa' tajjeb il-fatt li l-UE u s-CAN iddeċidew li jibdew il-konsultazzjonijiet interni neċessarji u jieħdu l-passi neċessarji għat-tnedija tan-negozjati għal Ftehima ta' Assoċjazzjoni, inkluż ftehim kummerċjali, fuq il-bażi ta' l-objettivi strateġiċi komuni tad-Dikjarazzjoni ta' Guadalajara u li jiġi kkunsidrat ir-riżultat ta ' l-eżerċizzju ta' evalwazzjoni konġunt dwar l-integrazzjoni ekonomika reġjonali li twettaq flimkien mas-CAN;

Jindirizza lill-Kunsill dawn ir-rakkomandazzjonijiet dwar id-direttivi għan-negozjat, fil-qafas tal-Ftehima ta' Assoċjazzjoni prospettiva, ta' Zona ta' Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiżi tal-Komunità Andina:

Fir-rigward tan-negozjat dwar FTA mal-Komunità Andina

1.  li jqis in-negozjat dwar FTA bejn l-UE u s-CAN bħala vitali għat-tisħiħ ta' l-irwol ta' l-UE bħala s-sieħeb ta' l-Amerika Latina fil-kummerċ u l-investiment, u għal integrazzjoni interkontinentali akbar, u li dan għandu jiġi kkompletat b'mod urġenti f'kuntest ikkaratterizzat mill-espansjoni tal-ftehimiet kummerċjali bilaterali ta' l-Istati Uniti, u l-proposta mmexxija mill-Istati Uniti għal FTA;

2.  li jitqies il-fatt li l-konklużjoni ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni mas-CAN, li tistabbilixxi FTA, hija objettiv strateġiku ta' prijorità għar-relazzjonijiet esterni ta' l-UE f'kuntest internazzjonali kkaratterizzat minn aktar interdipendenza, tkabbir ekonomiku, it-tfaċċar ta’ qawwiet ekonomiċi ġodda, u serje ta' sfidi globali li jmorru lil hinn mill-konfini nazzjonali, bħas-sigurtà, il-governanza ekonomika dinjija, l-ambjent u t-tnaqqis tal-faqar;

3.  li jikkonkludi Ftehima ta’ Assoċjazzjoni komprensiva u bbilanċjata mas-CAN ibbażata fuq tliet pilastri: kapitolu politiku u istituzzjonali li jsaħħaħ id-djalogu demokratiku u l-koperazzjoni politika, kapitolu dwar il-koperazzjoni li jippromwovi l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli, u kapitolu dwar il-kummerċ li jqis b'mod sħiħ l-objettivi għall-iżvilupp speċifiċi tal-pajjiżi tas-CAN;

4.  li jingħaqad mal-Parlament fit-talba lill-Kummissjoni għat-tnedija, b'urġenza, ta' Evalwazzjoni ta' l-Impatt fuq is-Sostenibilità (SIA) marbuta mal-kummerċ, li għandha tkun pass preliminari fin-negozjat dwar ftehima kummerċjali, u li jitlob li l-Kummissjoni tinforma lill-Parlament dwar l-iskeda proposta u l-inizjattivi li ttieħdu f'dan ir-rigward;

Prinċipji, ambitu u relazzjoni mad-WTO

5. li jitlob li kemm il-Kunsill u kemm il-Kummissjoni jiżguraw li jkun hemm proċess ta’ negozjar li hu inklużiv, effettiv u trasparenti u li mill-bidu jorbot fuq il-parteċipazzjoni l-aktar wiesgħa tal-partijiet interessati, b’mod partikulari l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili fil-pajjiżi kollha kkonċernati;

6.  li jikkommetti ruħu għat-twaqqif ta' FTA f'konformità sħiħa mal-Mekkaniżmu tat-Trasparenza l-ġdid tad-WTO u d-drittijiet u l-obbligi li joħorġu mid-WTO, b'mod partikolari l-Artikolu XXIV tal-GATT u l-Artikolu V tal-GATS, u b'hekk jingħata kontribut għat-tisħiħ tas-sistema kummerċjali multilaterali;

7.  li jinnegozja ftehima kummerċjali waħda u indiviżibbli li tmur lil hinn mill-obbligi attwali u futuri tal-partijiet li qed jinnegozjaw fir-rigward tad-WTO u li tistabbilixxi tul perjodu ta' tranżizzjoni kompatibbli mar-rekwiżiti tal-WTO FTA li, mingħajr ma teskludi l-ebda settur, tqis, bl-anqas mod restrittiv possibbli, id-dimensjoni ta’ l-iżvilupp u s-sensittività speċifika ta' ċerti prodotti;

Trattament speċjali u divrenzjali

8.  li effetivament jirrikonoxxi l-prinċipji ta' “asimmetrija fil-livelli ta' żvilupp”, “trattament speċjali u divrenzjali” u “reċiproċità mhix sħiħa” u, għaldaqstant, li jiżgura li l-FTA miftiehma tibbilanċja l-konċessjonijiet skond il-livelli ta' żvilupp u kompetittività settorjali taż-żewġ reġjuni;

Il-Klawsola tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-Demokrazija

9.  li jinkludi l-klawsola standard dwar ir-rispett ta' l-objettiv ġenerali ta' l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali u l-istandards ewlenin rigward ix-xogħol;

Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (GSP)

10. li jqis il-fatt li s-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi (GSP), inkluża l-GSP plus, hija reġim awtonomu ta’ l-UE li minnha jibbenefikaw il-pajjiżi tas-CAN b'kunsiderazzjoni għal-livelli ta’ żvilupp tagħhom u li għalhekk l-FTA bejn l-UE u s-CAN trid tipprevedi li żżomm dawn il-preferenzi apparti minn kwalunkwe rekwiżit li l-pajjiżi tas-CAN jagħtu reċiproċità fit-tnaqqis tat-tariffi;

Integrazzjoni ekonomika reġjonali tas-CAN

11. li jagħti attenzjoni partikolari għall-Evalwazzjoni Konġunta UE-CAN dwar l-integrazzjoni ekonomika reġjonali tas-CAN, li tipponta lejn numru ta' konklużjonijiet operattivi konkreti importanti bil-ħsieb li jissaħħu u jiġu żviluppati u kkompletati l-unjoni doganali u s-suq komuni intern tas-CAN , li t-tnejn huma essenzjali għan-negozjar u l-konklużjoni ta' FTA effettiva bejn iż-żewġ reġjuni;

12. li jagħti attenzjoni partikolari, bħala pass importanti ħafna għall-iżvilupp pożittiv tan-negozjati, lill-inizjattivi ppjanati mis-CAN bl-għan li tiżdied l-integrazzjoni ekonomika reġjonali u, b'mod partikulari, dawk rigward it-tariffi fuq prodotti li joriġinaw fl-UE, is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tar-reġimi doganali, kif ukoll fl-oqsma tas-servizzi u tat-trasport transkonfinali bit-toroq;

Biedja

13. li jenfasizza li, skond ir-riforma CAP ta' l-2003, l-UE diġà naqqset sostanzjalment is-sussidji nazzjonali tagħha li jfixklu l-kummerċ u li fit-taħditiet tad-Doha Round l-UE għamlet offerta li tabbanduna l-iskema ta' rifużjoni fl-esportazzjoni sa l-2013;

14. li joffri opportunitajiet sinifikattivi ġodda għall-aċċess għas-suq fil-qasam tal-biedja, li huwa settur kruċjali għall-iżvilupp tas-CAN, iżda li jikkunsidra li l-livell ta' flessibilità ta' l-UE fil-biedja għandu jiddependi wkoll mill-progress li jkun sar f'oqsma oħra, bħall-aċċess għas-suq ta' prodotti mhux agrikoli (NAMA) u s-servizzi, kif ukoll ta' kwistjonijiet agrikoli barra mill-aċċess għas-suq;

NAMA

15. li jiżgura li r-riżultati tan-negozjati dwar in-NAMA jkollhom riżultati ambizzjużi u bilanċjati, sabiex jagħtu lok għal opportunitajiet ġodda u reali għall-aċċess għas-suq fil-firxa sħiħa tal-kummerċ, suġġetti għal livell xieraq ta' flessibilità rigward l-iskeda għat-tneħħija ta' tariffi mis-CAN;

Servizzi

16. li jikkunsidra kemm huma importanti garanziji dwar l-aċċess universali għal servizzi essenzjali u d-drittijiet tal-pajjiżi li jirregolaw, u għalhekk biex jimxi b’kawtela fin-negozjati dwar il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tas-servizzi f'konformità ma' l-Artikolu V tal-GATS sabiex ikunu żgurati titjibiet reali fir-rigward ta' l-impenji tal-liberalizzazzjoni li s'issa ntlaħaq qbil fuqhom u ġew implimentati, u fir-rigward tal-ħtieġa ta' qafas regolatorju ċar u prevedibbli; li jastjeni milli jagħmel offerti jew li jaċċetta talbiet fl-oqsma tas-saħħa pubblika u ta' l-edukazzjoni;

Investiment

17. li jiżgura li FTAs ġodda li għandhom jiġu nnegozjati mill-UE ma' pajjiżi u reġjuni oħra, inkluża s-CAN, jinkludu, b'konformità mat-Trattat KE u d-dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew dwar il-prinċipji gwida għall-iżvilupp sostenibbli, klawsola li tiżgura li l-istandards ma jitbaxxewx ("non-lowering of standards clause") , klawsola li tiskuraġġixxi u tevita li l-investiment dirett barrani jwassal għat-tnaqqis fil-leġiżlazzjoni, fin-normi u fl-istandards nazzjonali dwar l-ambjent, ix-xogħol jew is-saħħa u s-sigurtà;

Regoli dwar l-Oriġini

18. li jiżgura li r-regoli dwar l-oriġini li għandhom jiġu nnegozjati mas-CAN ikunu trasparenti, faċli biex tifhimhom u tapplikahom, adattati għal-livell ta' żvilupp u għall-grad ta’ industrijalizzazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati u bbażati fuq kriterji li jkunu mfassla apposta għall-karatteristiċi ta' kull prodott;

Il-faċilitazzjoni tal-kummerċ u r-regoli

19. li jinkludi kapitolu bil-mira li jiffaċilita l-kummerċ permezz tas-simplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-proċeduri għall-importazzjoni u jneħħi d-differenzi rigward l-evalwazzjoni ta' l-istandardizzazzjoni u l-konformità u rigward il-miżuri sanitarji u fitosanitarji, u b'hekk jikkontribwixxi għat-titjib fl-aċċess taż-żewġ reġjuni għas-swieq rispettivi tagħhom;

Proprjetà intellettwali

20. li jinkludi dispożizzjonijiet bl-iskop li jkun żgurat ħarsien effettiv u xieraq tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u kummerċjali, inkluż ħarsien mill-iffalsifikar u l-piraterija, f'konformità mal-Ftehima tad-WTO dwar Aspetti ta' Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS) waqt li jqis fl-istess ħin li kwalunkwe ftehim TRIPS ma jistax jipprekludi s-salvagwardji tas-saħħa pubblika disponibbli għall-membri tad-WTO skond TRIPS, ladarba dan jillimita l-aċċess għall-mediċini li jintlaħqu mill-but ta’ kulħadd fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

{AM\EN\641787}

Akkwist pubbliku

21. li jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-akkwist pubbliku sabiex jiżgura l-aċċess progressiv u effettiv taż-żewġ reġjuni għas-swieq ta' l-akkwist pubbliku rispettivi tagħhom f'ambjent li jkun konsiderevolment iktar prevedibbli, affidabbli, trasparenti u mhux diskriminatorju għall-operaturi ekonomiċi;

Soluzzjoni ta’ tilwim

22. li jitlob lill-Kummissjoni, ladarba l-mekkaniżmi għas-soluzzjoni ta’ tilwim inklużi fi ftehimiet kummerċjali simili li diġà ntlaħqu bejn il-Komunità u pajjiżi terzi m'humiex qed ikunu użati b'mod effettiv, biex tipproponi ideat ġodda għall-iżvilupp ta' strument iktar effettiv għas-soluzzjoni ta’ tilwim bilaterali;

Konverġenza globali

23. li jeżamina bir-reqqa, sabiex jevita li l-irduppjar dejjem jiżdied tal-ħafna impenji ta' liberalizzazzjoni u regoli bilaterali, reġjonali, u multilaterali fl-Amerika Latina jirriżulta f'ostakoli mhux intenzjonati għall-flussi ta' kummerċ u investiment, il-bżonn li kemm l-UE u kemm l-Amerika Latina jfittxu, bħala kwistjoni ta' prinċipju, il-konverġenza eventwali tad-diversi ftehimiet fis-seħħ jew li qed ikunu nnegozjati bejn iż-żewġ reġjuni;

Rigward il-koperazzjoni ekonomika u l-miżuri ta' akkumpanjament

24. li jiżgura l-finanzjament xieraq għall-istrateġija l-ġdida għall-koperazzjoni reġjonali mas-CAN għall-2007-2013 sabiex il-Ftehima ta' Assoċjazzjoni tikkumplimenta l-FTA bir-riżorsi finanzjarji u l-koperazzjoni teknika meħtieġa għall-appoġġ tal-proċess ta' aġġustament ekonomiku u l-konsegwenzi soċjali tiegħu u biex tiffaċċja l-isfidi ta' l-istituzzjonalizzazzjoni u t-tisħiħ tal-proċess reġjonali tas-CAN, b'mod partikulari rigward it-tkomplija ta' l-unjoni doganali u tas-suq komuni;

25. li jqis il-fatt li wieħed mill-objettivi prijoritarji ta' l-UE fil-politika kummerċjali ta' koperazzjoni mas-CAN għandu jkun li jissaħħaħ il-proċess ta' integrazzjoni reġjonali ekonomika, inkluża t-tkomplija ta' Unjoni Doganali b'Tariffa Esterna Komuni (CET) fi stat ta' preparazzjoni suffiċjenti, u grad suffiċjenti ta' armonizzazzjoni tar-regoli sanitarji u fitosanitarji (SPS) u normi tekniċi;

26. li jqis, kif hu ddikjarat fil-"Consensus Ewropew dwar l-Iżvilupp", li l-UE, li tieħu mill-esperjenza tagħha stess u mill-kompetenza esklużiva tagħha fil-qasam tal-kummerċ, iġġib magħha vantaġġ komparattiv meta tipprovdi għajnuna lill-pajjiżi sħab tagħha sabiex jintegraw il-kummerċ fl-istrateġiji nazzjonali għall-iżvilupp tagħhom, għall-iżvilupp tas-settur privat u fl-appoġġ għall-koperazzjoni reġjonali;

27. li tiżgura mill-bidu li l-kapitolu dwar il-koperazzjoni u l-istrateġija l-ġdida għall-koperazzjoni reġjonali mas-CAN għall-2007-2013 jagħmel dispożizzjoni għal miżuri speċifiċi sabiex l-SMEs Ewropej u tas-CAN ikunu jistgħu japprofittaw ruħhom bis-sħiħ mill-opportunitajiet li jirriżultaw mill-ftehima kummerċjali;

28. li jiżgura li l-kapitolu dwar il-koperazzjoni tal-Ftehima ta' Assoċjazzjoni mas-CAN jinkoraġġixxi koperazzjoni reġjonali aktar mill-qrib fil-qasam ta' l-enerġija;

29. li jqis, fid-direttivi għan-negozjar, is-sistema tal-Kummerċ Ġust li uriet li hi metodu effettiv fil-ġlieda kontra l-faqar u fil-promozzjoni ta' l-iżvilupp fuq tul ta' żmien, u li fuq perjodu ta' żmien twil tista' tippermetti l-parteċipazzjoni mingħajr restrizzjonijiet tas-CAN ukoll fis-sistema tal-kummerċ multilaterali;

30. li jqis, b'mod partikulari fid-direttivi għan-negozjar, il-konsensus bejn l-UE u s-CAN dwar ir-responsabbiltà konġunta tagħhom fil-ġlieda kontra t-traffiku tad-droga u l-effetti soċjali u ekonomiċi tagħha meta jimplimentaw il-miżuri proposti, b'mod partikulari f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-aċċess għas-suq ta' uċuħ alternattivi u mekkaniżmi speċifici ta' kontroll bl-iskop li jrażżnu, u mbagħad inaqqsu gradwalment, il-kriminalità marbuta ma' ħasil ta' flus u l-kummerċ ta' l-armi;

It-tmexxija tan-negozjati u l-irwol tal-Parlament Ewropew

31. li jipprovdi l-proċess ta' negozjati għall-FTA mas-CAN b'aktar leġittimità bis-saħħa ta' trasparenza u parteċipazzjoni akbar min-naħa tal-partijiet interessati mill-UE kollha, inklużi l-atturi rilevanti fis-soċjetà ċivili, l-imsieħba soċjali u l-operaturi ekonomiċi fiż-żewġ reġjuni; f'dan ir-rigward, li jwiegħed l-appoġġ tiegħu għall-ħolqien ta' Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana, li tikkonsisti f'Membri tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti ta' integrazzjoni Latinamerikani, inkluż il-Parlandino, bħala l-istituzzjoni parlamentari tas-sħubija strateġika bireġjonali responsabbli għall-kontroll u l-monitoraġġ parlamentari tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni konklużi bejn iż-żewġ reġjuni;

32. li jqis li l-Ftehima ta' Assoċjazzjoni se tkun konkluża biss wara li jinkiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew; f'dan ir-rigward, li jqis li l-Kummissjoni trid tipprovdi lill-Parlament informazzjoni minn kmieni u ċara kemm tul il-fażi ta' preparazzjoni tal-ftehimiet u kemm tul it-tmexxija u l-konklużjoni ta' negozjati dwar il-kummerċ internazzjonali, u li din l-informazzjoni għandha tingħata lill-Parlament bi żmien suffiċjenti biex jekk hu xieraq ikun jista' jagħti l-opinjoni tiegħu, u biex il-Kummissjoni biex safejn hu possibbli tkun tista' tqis l-opinjonijiet tal-Parlament;

33. li jikkonsulta u jinforma lill-Parlament b'mod xieraq u f'waqtu dwar l-istrateġija ta' l-UE tul in-negozjati u li jqis li fl-aħħar ta' kull rawnd jew laqgħa ta' negozjati sinifikanti, il-Parlament għandu jirċievi dokument li jiddeskrivi l-kontenut u l-konklużjonijiet tagħha, suġġett għar-regoli ta' kunfidenzjalità fis-seħħ;

PROĊEDURA

Titolu

Il-mandat għan-negozjati għal Ftehima ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa waħda u l-Komunità Andina u l-istati membri tagħha fuq in-naħa l-oħra

Numru tal-proċedura

2006/2221(INI)

Kumitat responsabbli

AFET

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA
28.9.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Małgorzata Handzlik
12.6.2006

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

22.11.2006

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

18.12.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Kader Arif, Jean-Pierre Audy, Enrique Barón Crespo, Daniel Caspary, Christofer Fjellner, Alain Lipietz, Caroline Lucas, Erika Mann, Helmuth Markov, David Martin, Georgios Papastamkos, Tokia Saïfi, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Johan Van Hecke, Zbigniew Zaleski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Panagiotis Beglitis, Harlem Désir, Elisa Ferreira, Małgorzata Handzlik, Jens Holm, Jörg Leichtfried

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (7.11.2006)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar il-mandat għal negozjati ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-Komunità Andean u l-pajjiżi membri tagħha, minn naħa l-oħra
(2006/2221(INI))

Rapporteur ta' l-opinjoni: José Javier Pomés Ruiz

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jitlob li l-mandat ta' negozjar għandu jistipula b'mod espliċitu l-bażi legali li fuqha se tkun innegozjata l-Ftehima ta' Assoċjazzjoni, b'mod prinċipali l-Artikolu 310 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3);

2.   Jitlob li l-linjigwida ta' negozjar għandhom ikunu flessibbli biżżejjed biex iqisu l-livelli differenti ta' żvilupp li jeżistu bejn il-pajjiżi li jiffurmaw parti mill-Komunità Andean (CAN);

3.   Jenfasizza l-ħtieġa għal dawn il-linjigwida biex iqisu b'mod sħiħ l-objettiv ta' prijorità ta' l-eliminazzjoni tal-faqar, l-inugwaljanza, l-esklużjoni soċjali u l-forom kollha ta' diskriminazzjoni, b'mod partikulari diskriminazzjoni fuq bażi ta' sessi u ta' oriġini etnika, u jenfasizza l-ħtieġa ta' strateġija ta' żvilupp ġenerali integrata u ta' politiki li se jiggarantixxu opportunitajiet ta' xogħol ugwali u kundizzjonijiet ta' xogħol u ta' għajxien aħjar għal kulħadd, inklużi d-drittijiet ekonomiċi u kulturali ta' persuni indiġeni, kif ukoll prijorità għolja għal aċċess akbar għall-edukazzjoni u s-saħħa;

4.   Jitlob li l-mekkaniżmi interni u l-miżuri konġunti fi ħdan il-qafas ta' l-assoċjazzjoni jkunu msaħħa biex l-istrateġiji ta' żvilupp jistgħu jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom, jistimulaw proġetti ta' ko-żvilupp, b'mod partikulari ma' popolazzjonijiet ta' immigranti residenti fl-Unjoni Ewropea;

5.   Jitlob biex jitwettaq studju tal-possibilità ta' tnaqqis fl-ispiża ta' trasferimenti ta' flus imwettqa minn immigranti lejn il-pajjiżi ta' oriġini tagħhom u jagħmluhom aktar trasparenti u sikuri, peress li huma jirrapreżentaw fattur ewlieni għall-iżvilupp fi ħdan il-CAN minħabba l-ammonti involuti;

6.   Jenfasizza l-importanza ta' tisħiħ tan-negozjati b'kontribuzzjonijiet mill-parlamenti reġjonali rispettivi, li huma fatturi ta' spinta ta' integrazzjoni u ta' djalogu politiku, u jenfasizza li huma jridu jkunu involuti b'mod xieraq fil-proċess; jenfasizza wkoll li jrid ikun hemm involviment reali ta' l-NGOs u tas-soċjetà ċivili;

7.   Jitlob li l-mandat ta' negozjar għandu jidentifika l-objettivi ta' tmexxija demokratika, ta' żamma tal-paċi u sigurtà, u mmaniġġjar ta' konflitt bħala suġġetti ta' prijorità, kif ukoll l-inklużjoni ta' appoġġ għal koeżjoni soċjali u għall-MDGs, bi prijorità għolja għal edukazzjoni primarja u sekondarja u s-saħħa, u l-immaniġġjar konġunt ta' l-immigrazzjoni, il-ġlieda kontra l-ittraffikar ta' droga u l-adozzjoni ta' pożizzjonijiet komuni f'fora internazzjonali u n-NU, fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, eċċ;

8.   Jenfasizza l-importanza ta' tisħiħ tal-kunsens fir-rigward tal-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, kif seħħ s'issa, u jinnota li din hija responsabilità maqsuma kemm fil-livell intern fi ħdan il-CAN kif ukoll fil-livell bilaterali bejn il-CAN u l-Unjoni Ewropea; jenfasizza li l-promozzjoni ta' alternattivi ekonomiċi vijabbli għal produzzjoni tad-droga hija importanti ħafna f'dan ir-rigward;

9.   Jinnota li l-investiment barrani huwa element essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku taż-żewġ reġjuni u jenfasizza li l-kumpaniji Ewropej b'investimenti f'CAN għandhom ikunu mistennija li japplikaw l-istess standards fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-investiment kif inhuma konformi fl-Unjoni Ewropea, u li s-sigurtà legali ta' l-investituri għandha tkun garantita fuq il-bażi tal-liġi internazzjonali privata u b'rispett sħiħ għall-prinċipju ta' sovranità nazzjonali fuq ir-riżorsi naturali; huwa importanti li l-parti l-kbira tal-benefiċċju tar-riżorsi naturali nazzjonali tmur għall-Istat u permezz ta' l-Istat lejn it-twettiq ta' l-MDGs.

PROĊEDURA

Titolu

Il-mandat għal negozjati ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-Komunità Andean u l-pajjiżi membri tagħha, minn naħa l-oħra

Numru tal-proċedura

2006/2221(INI)

Kumitat responsabbli

AFET

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE
28.9.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data mħabbra fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

José Javier Pomés Ruiz
11.7.2006

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

2.10.2006

 

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

6.11.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

13

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrietus van den Berg, Danutė Budreikaitė, Marie-Arlette Carlotti, Hélène Goudin, Maria Martens, Luisa Morgantini, Horst Posdorf, Feleknas Uca, Anna Záborská.

Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali

John Bowis, Fiona Hall, Alain Hutchinson, Jan Jerzy Kułakowski, Manolis Mavrommatis.

Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali skond ir-Regola 178(2)

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

PROĊEDURA

Titolu

Il-Mandat għal negozjati ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-Komunità Andean u l-pajjiżi membri tagħha, minn naħa l-oħra

Numru ta' proċedura

2006/2221(INI)

Proposta għal rakkomandazzjoni kkunsidrata

B6-0374/2006

Kumitat responsabbli
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET
28.9.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

28.9.2006

DEVE

28.9.2006

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

 

 

 

 

 

Koperazzjoni aktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur
  Data tal-ħatra

Luis Yañez-Barnuevo García
13.9.2006

 

Rapporteur preċedenti

 

 

Eżami fil-kumitat

28.11.2006

23.1.2007

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

25.1.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

−:

0:

60

0

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Roberta Alma Anastase, Panagiotis Beglitis, André Brie, Elmar Brok, Marco Cappato, Simon Coveney, Véronique De Keyser, Ana Maria Gomes, Alfred Gomolka, Klaus Hänsch, Richard Howitt, Jana Hybášková, Stanimir Ilchev, Helmut Kuhne, Vytautas Landsbergis, Emilio Menéndez del Valle, Willy Meyer Pleite, Francisco José Millán Mon, Pasqualina Napoletano, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Baroness Nicholson of Winterbourne, Raimon Obiols i Germà, Cem Özdemir, Ioan Mircea Paşcu, Hubert Pirker, Michel Rocard, Libor Rouček, Katrin Saks, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, György Schöpflin, Gitte Seeberg, Marek Siwiec, Hannes Swoboda, István Szent-Iványi, Konrad Szymański, Charles Tannock, Paavo Väyrynen, Inese Vaidere, Geoffrey Van Orden, Ari Vatanen, Kristian Vigenin, Francis Wurtz, Luis Yañez-Barnuevo García

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Francisco Assis, Carlos Carnero González, Alexandra Dobolyi, Árpád Duka-Zólyomi, Glyn Ford, Michael Gahler, Tunne Kelam, Doris Pack, Pierre Schapira, Csaba Sándor Tabajdi, Marcello Vernola

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Charlotte Cederschiöld, Małgorzata Handzlik, Filip Kaczmarek, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Marcin Libicki, José Javier Pomés Ruiz, José Albino Silva Peneda, Kyriacos Triantaphyllides, Lambert van Nistelrooij, Zbigniew Zaleski, Stefano Zappalà

Data tat-tressiq

5.2.2007

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)