RAPPORT dwar l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija bil-għan li temenda d-Deċiżjoni 2002/348/ĠAI dwar is-sigurtà b'konnessjoni ma' logħbiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali

5.2.2007 - (10543/2006 – C6‑0240/2006 – 2006/0806(CNS)) - *

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Giusto Catania

Proċedura : 2006/0806(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0052/2007
Testi mressqa :
A6-0052/2007
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija bil-għan li temenda d-Deċiżjoni 2002/348/ĠAI dwar is-sigurtà b'konnessjoni ma' logħbiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali

(10543/2006 – C6‑0240/2006 – 2006/0806(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija (10543/2006)[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, skond liema l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C6-0240/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0052/2007),

1.  Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jemenda t-test f'dan is-sens;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinnotifikah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mir-Repubblika ta' l-AwstrijaEmendi tal-Parlament

Emenda 1

ARTIKOLU 1, PUNT 1, PUNT (A)

Artikolu 2, paragrafu 2, (Deċiżjoni 2002/348/ĠAI)

2. Il-punti nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol għandhom, skond ir-regoli domestiċi u internazzjonali applikabbli, ikollhom aċċess għall-informazzjoni li tinvolvi data personali dwar partitarji ta' riskju għoli.

2. Il-punti nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol għandhom, skond il-liġijiet domestiċi u internazzjonali applikabbli, ikollhom aċċess għall-informazzjoni li tinvolvi dejta personali dwar partitarji ta' riskju għoli. Tali dejta għandha tkun immaniġġjata esklussivament b'konnessjoni mal-logħob tal-futbol u ma tistax tintuża għal kwalunkwe attivitajiet oħra.

Emenda 2

ARTIKOLU 1, PUNT 1 A (ġdid)

Artikolu 3, paragrafu 3, (Deċiżjoni 2002/348/JHA)

 

(1a) L-Artikolu 3 paragrafu (3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

3. L-iskambju tad-dejta personali għandu jsir skond il-liġijiet domestiċi u internazzjonali applikabbli filwaqt li jitqiesu l-prinċipji tal-Konvenzjoni Nru 108 tal-Kunsill ta' l-Ewropa tat-28 ta' Jannar 1981 għall-Protezzjoni ta' l-Individwi fir-rigward ta' l-Ipproċessar Awtomatiku tad-Dejta Personali u - kif xieraq - ir-Rakkomandazzjoni Nru R(87)15 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta' l-Ewropa tas-17 ta' Settembru 1987 rigward ir-regolazzjoni ta' l-użu tad-dejta personali fis-settur tal-pulizija. Tali skambju għandu jsir bil-għan li jsiru preparamenti u li jittieħdu miżuri xierqa għall-ħarsien tal-liġi u l-ordni waqt avveniment tal-futbol. Tali skambju jista', b'mod partikulari, jinvolvi dettalji ta' individwi li realment jew potenzjalment huma theddida għal-liġi u l-ordni u għas-sigurtà.

 

  • [1]  Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

ĠUSTIFIKAZZJONI

F'dawn l-aħħar snin, waqt il-logħob tal-futbol, assistejna għal manifestazzjonijiet ta' vjolenza ripetuti u kostanti, li fil-fatt, bidlu n-natura spettakolari ta' dawn il-manifestazzjonijiet sportivi.

Wisq episodji ta' vjolenza, ħafna manifestazzjonijiet ta' intolleranza, atti espliċiti ta' ksenofobija u razziżmu li kkarratterizzaw il-metamorfosi ta' wieħed mill-isport l-aktar maħbub u segwit mill-poplu Ewropew.

Sfortunatament, dawn il-fatti mhumiex avvenimenti iżolati imma huma parti minn trasformazzjoni ġenerali tal-futbol li issa sar negozju kbir b'kumpaniji kkwotati fil-Borża u tidwir ta' kapital astronomiku.

Dan l-element ikkontribwixxa għal trasformazzjoni bil-mod u bla waqfien ta' l-avvenimenti sportivi, billi għabbiehom b'valur estranju għall-kompetizzjoni sportiva nnifisha u bħala konsegwenza ta' lok għal ftaħir barbaru bl-appartenenza tagħhom, min-naħa tal-komunità ta' partitarji. Il-futbol huwa sport popolari ħafna u fl-istess ħin jirrappreżenta avveniment ta' impatt spettakolari kbir, li wassal lill-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni sabiex jagħmlu investimenti kbar fix-xiri ta' drittijiet televiżivi tal-logħob tal-futbol.

Madankollu, element integrali fl-"ispettakolarizzazzjoni ta' l-avveniment", biċċa waħda mal-ġenesi ta' dawn il-logħob tal-futbol, huwa rrappreżentat mill-preżenza tal-pubbliku fl-istejdjums, li mingħajrhom il-valur sportiv innifsu, ovvjament barra minn dak spettakolari, ikun imċaħħad minn element tiegħu obbligatorju u neċessarju.

Fid-dawl ta' tali konsiderazzjonijiet huwa neċessarju li nkunu konxji tal-fatt li l-logħob tal-futbol irid jintlagħab bilfors fil-preżenza ta' pubbliku u għalhekk isir neċessarju li jkun hemm miżuri xierqa bil-għan li l-logħob tal-futbol jintlagħab kemm jista' jkun mingħajr inkwiet bl-evitar ta' manifestazzonijiet ta' vjolenza u ta' razzismu.

L-avvenimenti drammatiċi riċenti, waqt il-partita ta' l-ogħla serje tal-kampjonat Taljan tal-futbol bejn Katanja u Palermo, li wasslu għall-mewt ta' pulizija waqt il-qadi ta' dmirijietu fl-istejdjum, juru li l-vjolenza ta' l-estremisti ta' dawk li suppost partitarji tinfexx ukoll kontra l-forzi ta' l-ordni pubblika u mhux biss kontra l-partitarji tat-tim avversarju. Dawn il-manifestazzjonijiet bi vjolenza mhumiex xi ħaġa ta' darba u ta' spiss it-tmiem ta' logħba futbol jagħti l-impressjoni li wieħed qed jassissti għal servizz ta' l-aħbarijiet dwar il-gwerra.

Fi Frar ta' l-2007 f'Madrid, waqt id-derby bejn l-Atletico u r-Real, assisstejna għal xeni koroh u awtentiċi ta' mumenti ta' biża: grupp ta' estremisti tefgħu fliexken, ġebel u bsaten lejn il-forzi ta' l-ordni li, bħala reazzjoni, użaw il-lembubi tagħhom u sparaw balal tal-lasktu.

Fl-istess ġurnata seħħew ġlidiet oħra bir-riżultat li kien hemm numru kbir ta' nies feruti fid-derby f'Belgrad bejn Stella Rossa u Partizan u fil-logħba bejn l-Arsenal u ċ-Chelsea fejn il-ġlieda involviet ukoll il-plejers, li ftit li xejn wrew professjonalità. Wara kollox, dawn l-avvenimenti ma jirrigwardawx biss il-kategoriji l-kbar imma jirrigwardaw ukoll, dejjem aktar, lill-kategoriji ż-żgħar.

Il-prevenzjoni waqt il-logħob tal-futbol hija prijorità u għandha tissostitwixxi l-azzjonijiet ripressivi u ta' militarizzazzjoni ta' l-istejdjums li jidher li saret prassi aktar konsolidata kontra l-vjolenza fl-istejdjums.

Fil-25 ta' April, il-Kunsill adotta d-deċiżjoni 2002/348/JHA li taħseb għall-ħolqien, f'kull Stat Membru, ta' punt nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol li jservi bħala punt ta' kuntatt għall-iskambju ta' informazzjoni tal-pulizija rigward il-logħob tal-futbol internazzjonali. Din id-deċiżjoni tistabbilixxi l-kompiti u l-proċeduri li jrid jadotta kull punt nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol.

Fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba f'dawn l-aħħar snin, bħala eżempju fl-okkażjoni tal-Kampjonat Ewropew ta' l-2004, u fuq il-bażi ta' evalwazzjoni ta' l-esperti rigward il-koperazzjoni internazzjonali tal-pulizija f'dan il-kampjonat, u kif ukoll wara l-koperazzoni intensa tal-pulizija waqt il-logħob internazzjonali u, b'mod ġenerali, bejn it-timijiet fuq il-livell Ewropew, il-Kunsill għażel li jirrivedi u li jaġġorna d-deċiżjoni.

F'dawn l-aħħar snin, in-numru ta' partitarji li jmorru jaraw il-logħob barra mill-pajjiż żdied b'mod kostanti. Għalhekk, skond il-Kunsill, huwa meħtieġ li l-korpi kompetenti jinfurzaw il-koperazzjoni tagħhom u jagħmlu aktar professjonali l-iskambju ta' informazzjoni bil-għan li jkunu evitati disturbi fl-ordni pubbliku u sabiex ikun possibbli li kull Stat Membru jagħmel evalwazzjoni effettiva tar-riskji.

Il-modifiki proposti huma r-riżultat ta' l-esperjenzi miġbura minn punti nazzjonali differenti ta' informazzjoni dwar il-futbol waqt il-ħidma ta' kuljum u għandhom jippermettu li jsir xogħol aktar strutturat u professjonali, billi jiżguraw l-iskambju ta' informazzjoni ta' kwalità għolja.

Madankollu, skond ir-Rapporteur, waħda mit-tliet modifiki mressqa mill-Kunsill ma tistax tintlaqgħa. Il-punti nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol, "l-antenni" inkarigati mill-kontroll tal-preżenza tal-partitarji fl-istejdjum u li jiksbu dejta dwar in-natura tal-gruppi ta' partitarji organizzati, huma wieħed mill-istrumenti utli u fundamentali li, wara kollox, għandu jaħdem esklussivament favur l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-implimentazzjoni tad-direttivi Ewropej u tal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar il-protezzjoni ta' dejta personali.

Mhux aċċettabbli li l-istejdjum jinbidel f'territorju "extra legem", u jeħtieġ li jiġu evitati l-abbużi tal-kontroll taċ-ċittadini kollha li, għaliex huma partitarji ta' tim tal-futbol, jirriskjaw li jkunu klassifikati bħala nies b'potenzjal kriminali u, fl-istess ħin, jiġi evitat li r-reati mwettqa fl-istadjum jew fil-viċinanzi ta' l-istejdjum ikunu attribwiti għal fenomini ta' eċċess ta' manifestazzjoni tal-partitarji f'"kuntest dekriminalizzat".

Il-ħtieġa li nibqgħu esklussivament fi ħdan il-leġiżlazzjoni fis-seħħ hija element ta' garanzija għal kulħadd, biex b'hekk tiġi evitata l-implimentazzjoni ta' regoli jew liġijiet li ma joffrux l-istess protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet ta' l-individwu.

Bl-istess spirtu, ir-Rapporteur iqis li d-dejta miksuba mill-"antenni nazzjonali" waqt il-logħob tal-futbol internazzjonali għandha tkun konservata u użata esklussivament waqt il-logħob tal-futbol u ma tista qatt tkun disponibbli għall-awtoritajiet ġudizzjarji għal skopijiet ta' attività investigattiva barra l-manifestazzjonijiet sportivi.

Fil-każ kuntrarju, ikun hemm il-periklu li l-funzjoni ta' l-antenni nazzjonali tkun mibdula fi strument ta' prevenzjoni ta' atti ta' vjolenza fl-istejdums u fi strument ta' kontroll soċjali ta' mġiba mhux diskriminatorja.

L-esperjenza ta' punti ta' komunikazzjoni nazzjonali tista' tkun estiża wkoll fuq il-livell lokali, u b'dan il-mod tiffavorixxi speċjalizzazzjoni tal-korp tal-pulizija impenjat fis-servizz ta' ordni pubbliku fl-istejdjums.

Madankollu, azzjoni serja biex tikkuntrasta l-vjolenza fl-istejdums, ma tistax tkun il-kompitu esklussiv tal-koperazzjoni tal-pulizija. Ir-Rapporteur iqis li, bħala prijorità, hemm bżonn ta' azzjoni kulturali u soċjali li tagħti prijorità lill-prevenzjoni u lill-edukazzjoni dwar il-valuri interkulturali ta' l-isport.

PROĊEDURA

Titolu

Is-sigurtà waqt il-logħbiet tal-futbol

Referenzi

10543/2006 - C6-0240/2006 - 2006/0806(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

14.7.2006

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

5.9.2006

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Giusto Catania

13.9.2006

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

27.11.2006

27.2.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

28.2.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

-:

0:

45

0

1

Membri preżenti għall-vot finali

Alexander Alvaro, Edit Bauer, Philip Bradbourn, Mihael Brejc, Giuseppe Castiglione, Giusto Catania, Mladen Petrov Chervenyakov, Carlos Coelho, Fausto Correia, Panayiotis Demetriou, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Bárbara Dührkop Dührkop, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Roland Gewalt, Lilli Gruber, Jeanine Hennis-Plasschaert, Lívia Járóka, Magda Kósáné Kovács, Barbara Kudrycka, Henrik Lax, Sarah Ludford, Edith Mastenbroek, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Martine Roure, Luciana Sbarbati, Inger Segelström, Søren Bo Søndergaard, Manfred Weber, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Simon Busuttil, Marco Cappato, Charlotte Cederschiöld, Gérard Deprez, Giorgos Dimitrakopoulos, Genowefa Grabowska, Sophia in ‘t Veld, Ona Juknevičienė, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Tchetin Kazak, Marian-Jean Marinescu, Hubert Pirker, Marie-Line Reynaud, Luca Romagnoli, Eva-Britt Svensson

Data tat-tressiq

5.3.2007                                          A6-0052/2007