RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konformità mar-rekwiżiti marbuta ma' l-Istat tal-bandiera

6.3.2007 - (COM(2005)0586 – C6‑0062/2006– 2005/0236(COD)) - ***I

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Marta Vincenzi

Proċedura : 2005/0236(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0058/2007
Testi mressqa :
A6-0058/2007
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konformità mar-rekwiżiti marbuta ma' l-Istat tal-bandiera

(COM(2005)0586 – C6‑0062/2006– 2005/0236(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0586)[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat KE, skond liema trattat il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0062/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0058/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tissostitwiha b'test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Text proposed by the CommissionEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 1

(1) Is-sikurezza tat-trasport marittimu tal-Komunità Ewropea u taċ-ċittadini li jużawh u l-ħarsien ta’ l-ambjent għandha tkun assigurata f’kull ħin;

(1) Is-sikurezza tat-trasport marittimu tal-Komunità Ewropea u taċ-ċittadini li jużawh, u ta’ l-operaturi li jipprovdu s-servizzi tat-tbaħħir, u l-ħarsien ta’ l-ambjent għandha tkun assigurata f’kull ħin.

Ġustifikazzjoni

Ikun xieraq li l-kunċett tas-sikurezza marittima jiġi definit b’mod espliċitu u mwessa’, u li l-ambitu tal-protezzjoni jitkabbar biex jinkludi firxa usa’ ta’ persuni.

Emenda 2

Premessa 4

(4) Għandu jittieħed debitament kont tal-konsolidazzjoni ewlenija li qed issir mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) tal-korp eżistenti ta' l-istrumenti dwar ix-xogħol marittimu fi strument waħdieni, li se jindirizza wkoll l-obbligi relatati ma' l-Istat tal-bandiera, li fi stadju ulterjuri għandu jkun inkorporat f'din id-Direttiva;

(4) Ir-rappreżentanti kollha ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) appoġġjaw l-adozzjoni tal-Konvenzjoni ta’ l-ILO dwar Ix-Xogħol Marittimu (l-MLC), 2006, li tikkonsolida l-korp eżistenti ta' strumenti dwar ix-xogħol marittimu fi strument waħdieni. Dik il-Konvenzjoni tindirizza wkoll l-obbligi relatati ma' l-Istat tal-bandiera u jkun xieraq li tkun inkorporata f'din id-Direttiva meta tidħol fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

Ladarba l-Konvenzjoni ġiet adottata, ikun xieraq li r-riferenza għaliha tkun aktar espliċita.

Emenda 3

Premessa 11

(11) Il-Konvenzjonijiet IMO jagħtu d-dritt lill-Istati tal-bandiera li jeżentaw bastimenti mill-applikazzjoni tar-regoli bażiċi ta' l-Istati tal-bandiera stabbiliti mill-Konvenzjonijiet IMO, japplikaw dispożizzjonijiet ekwivalenti u ħallew għadd kbir ta' rekwiżiti għad-diskrezzjoni ta' l-Amministrazzjonijiet. It-tħollija ta' din il-faċilità fid-diskrezzjoni esklussiva u sħiħa ta' l-Amministrazzjonijiet individwali tista' twassal għall-ilħiq ta' livelli ta' sikurezza differenti fost l-Istati Membri u tista' x’aktarx tisforma l-kompetizzjoni bejn l-Istati tal-bandiera;

(11) Il-Konvenzjonijiet IMO jagħtu d-dritt lill-Istati tal-bandiera li jeżentaw bastimenti mill-applikazzjoni tar-regoli bażiċi ta' l-Istati tal-bandiera stabbiliti mill-Konvenzjonijiet IMO, japplikaw dispożizzjonijiet ekwivalenti u ħallew għadd kbir ta' rekwiżiti għad-diskrezzjoni ta' l-Amministrazzjonijiet. Mingħajr ħsara għall-fatt li miżuri speċifiċi jeħtieġ li jiġu implimentati bi grad ta’ flessibilità, it-tħollija ta' din il-faċilità fid-diskrezzjoni esklussiva u sħiħa ta' l-Amministrazzjonijiet individwali tista' twassal għall-ilħiq ta' livelli ta' sikurezza differenti fost l-Istati Membri u tista' x’aktarx tisforma l-kompetizzjoni bejn l-Istati tal-bandiera;

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċerta diskrezzjoni li diġà ngħatat lill-amministrazzjonijiet mid-dispożizzjonijiet ta’ l-IMO hija meħtieġa sabiex ir-rekwiżiti ta’ l-Istat tal-bandiera jiġu infurzati skond is-sitwazzjonijiet nazzjonali, li jvarjaw f’termini tal-‘kwalità’ u tal-‘kwantità’ tal-flotot: l-‘interpretazzjoni Komunitarja’ ta’ l-eżenzjonijiet permessi mir-regoli ġenerali mhix maħsuba biex iċċaħħad lis-sistema mill-flessibilità tagħha, iżda pjuttost biex iżżomm b’mod uniformi l-istandards għolja ta’ kwalità u sikurezza.

Emenda 4

Premessa 12

(12) Il-Kummissjoni ntrabtet li tibda interpretazzjonijiet armonizzati ta' l-istandards tekniċi ta' sikurezza fir-rigward ta' bastimenti tal-passiġġieri involuti fi vjaġġi internazzjonali fl-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE tas-17 ta' Marzu 1998 dwar ir-regoli u n-normi ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri. L-istess strateġija għandha tiġi segwita, jekk dan ikun meħtieġ u mingħajr preġudizzjoni għall-adozzjoni ta' interpretazzjonijiet armonizzati mill-IMO, għal dispożizzjonijiet simili relatati ma' tipi oħra ta' bastimenti li għalihom japplikaw il-Konvenzjonijiet IMO;

(12) Il-Kummissjoni ntrabtet li tibda interpretazzjonijiet armonizzati ta' l-istandards tekniċi ta' sikurezza fir-rigward ta' bastimenti tal-passiġġieri involuti fi vjaġġi internazzjonali fl-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE tas-17 ta' Marzu 1998 dwar ir-regoli u n-normi ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri. L-istess strateġija għandha tiġi segwita, jekk dan ikun meħtieġ, b’mod li tadotta soluzzjonijiet xierqa fuq il-bażi ta’ każ b'każ u taġixxi fuq talba tal-partijiet konċernati, u mingħajr preġudizzjoni għall-adozzjoni ta' interpretazzjonijiet armonizzati mill-IMO, għal dispożizzjonijiet simili relatati ma' tipi oħra ta' bastimenti li għalihom japplikaw il-Konvenzjonijiet IMO.

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċerta diskrezzjoni li diġà ngħatat lill-amministrazzjonijiet mid-dispożizzjonijiet ta’ l-IMO hija meħtieġa sabiex ir-rekwiżiti ta’ l-Istat tal-bandiera jiġu infurzati skond is-sitwazzjonijiet nazzjonali, li jvarjaw f’termini tal-‘kwalità’ u tal-‘kwantità’ tal-flotot: l-‘interpretazzjoni Komunitarja’ ta’ l-eżenzjonijiet permessi mir-regoli ġenerali mhix maħsuba biex iċċaħħad lis-sistema mill-flessibilità tagħha, iżda pjuttost se tingħata fuq il-bażi ta’ każ b’każ u tkun suġġetta għal talba mill-partijiet konċernati (amministrazzjonijiet u operaturi).

Emenda 5

Premessa 28

(28) Il-Kummissjoni għandha ġġib 'il quddiem l-istabbiliment ta' Memorandum ta' Ftehim dwar l-Istat tal-bandiera biex jistabbilixxi sinerġiji għall-Istati tal-bandiera;

(28) Il-Kummissjoni għandha ġġib 'il quddiem l-istabbiliment ta' Memorandum ta' Ftehim dwar l-Istat tal-bandiera, bil-kundizzjonijiet imsemmija fir-Riżoluzzjonijiet ta’ l-IMO A.973(24) u A.974(24), biex jistabbilixxi sinerġiji għall-Istati tal-bandiera, u jkun xieraq li tipprovdi inċentivi biex wieħed jirreġistra bastimenti fir-reġistri ta’ l-Istati Membri. Jekk pajjiżi terzi jitħallew, dment li li jkun hemm garanziji rigward is-sistemi meħtieġa għall-kwalità u għall-kontrolli, jikkonkludu ftehimiet mal-Komunità Ewropea li jippermettulhom igawdu mill-fama tajba ta’ l-istandards Komunitarji u minn formalitajiet amministrattivi aktar sempliċi, dan jista’ jgħin, fi żmien meta r-reġistri u l-amministrazzjonijiet marittimi nazzjonali jinsabu f’kompetizzjoni globali, biex jittella’ l-grad ġenerali tal-konformità mal-Konvenzjonijiet ta’ l-IMO u jinqered id-dumping internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Il-ġibda li għandhom il-bnadar Komunitarji u l-possibilità għal pajjiżi terzi li, jekk ikunu jistgħu jiggarantixxu li jkollhom sistemi ta’ kwalità li jaqblu mar-rekwiżiti ta’ l-IMO, jikkonkludu ftehimiet ma’ l-UE li jippermettulhom jagħmlu kapital mill-prestiġju kummerċjali tar-reġistri ta' l-UE u jgawdu vantaġġi prattiċi fejn jidħlu spezzjonijiet, ikabbru l-grad ġenerali ta' konformità mal-konvenzjonijiet u jgħinu biex jinqered id-dumping internazzjonali (rekwiżiti baxxi, standard baxx ta' l-ispezzjonijiet, spejjeż baxxi).

Emenda 6

Artikolu 1, paragrafu 1, punt (a)

(a) li tassigura li l-Istati Membri jwettqu l-obbligi tagħhom b'mod effikaċi u konsistenti bħala Stati tal-bandiera skond il-Konvenzjonijiet IMO,

a) li tassigura li l-Istati Membri jwettqu l-obbligi tagħhom b'mod effikaċi u konsistenti bħala Stati tal-bandiera skond il-Konvenzjonijiet IMO u l-istrumenti rilevanti ta’ l-IMO;

Ġustifikazzjoni

Il-konformità attwali ma’ l-istandards internazzjonali li jirregolaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol tipprovdi garanzija addizzjonali ta’ sikurezza marittima; f’xi każi, obbligi relatati ma’ l-Istat tal-bandiera ġejjin minn konvenzjonijiet ta’ l-ILO.

Emenda 7

Artikolu 1, paragrafu 1, punt (b)

(b) li ttejjeb is-sikurezza u tipprevjeni t-tniġġis minn bastimenti li jtajru bandiera ta' Stat Membru u involut fil-kummerċ internazzjonali,

(b) li ttejjeb is-sikurezza u tipprevjeni t-tniġġis minn bastimenti li jtajru bandiera ta' Stat Membru;

Ġustifikazzjoni

L-ambitu tat-terminu ‘bastimenti’ huwa diġà definit fl-Artikolu 2, paragrafu 1(d) tad-Direttiva.

Emenda 8

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a), punt (vi a) (ġdid)

 

(via) il-Kodiċi tal-Prattika Sikura għal Bastimenti b'Merkanziji ta’ Injam Fuq il-Gverta;

Ġustifikazzjoni

Ikun xieraq li l-Kodiċi tal-Prattika Sikura għal Bastimenti b’Merkanziji ta' Injam fuq il-Gverta jkun inkorporat fid-direttivi kollha fit-tielet pakkett ta’ sikurezza marittima minħabba li (a) il-merkanziji ta’ injam fuq il-gverta għandhom it-tendenza li jiċċaqilqu f’ibħra mqallba u (b) fix-xitwa, speċjalment f’latitudnijiet għolja, x’aktarx li jinksew bis-silġ.

Emenda 9

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a), punt (vi b) (ġdid)

 

(vib) il-Kodiċi tal-Prattika Sikura għal Merkanziji Solidi Mhux Ippakkjati;

Ġustifikazzjoni

Bl-istess mod ikun xieraq li l-Kodiċi tal-Prattika Sikura għal Merkanziji Solidi Mhux Ippakkjati jkun inkorporat, ladarba ż-żmien wera li l-bastimenti li jġorru merkanzija mhux ippakkjata huma fost l-iżjed bastimenti perikolużi. L-immaniġġjar sikur u xieraq tal-merkanziji mhux ippakkjati, inklużi l-istivar u l-livellar, u l-proċedura biex jitgħabbew l-istivi filwaqt li tinħatt is-saborra, mingħajr ma ssir pressjoni inutli fuq il-bastimenti, huma lkoll punti importanti għas-sikurezza tal-bastimenti.

Emenda 10

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (f)

(f) "Surveyor kwalifikat ta' l-Istat tal-bandiera" tfisser impjegat tas-settur pubbliku, awtorizzat kif suppost mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru biex iwettaq surveys u spezzjonijiet relatati maċ-ċertifikati u li jissodisfa l-kriterji ta' kwalifika u ta' indipendenza speċifikati fl-Anness II;

(f) "Surveyor kwalifikat ta' l-Istat tal-bandiera" tfisser impjegat tas-settur pubbliku, jew xi ħadd ieħor, awtorizzat kif suppost mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru biex iwettaq surveys u spezzjonijiet relatati maċ-ċertifikati u li jissodisfa l-kriterji ta' kwalifika u ta' indipendenza speċifikati fl-Anness II;

Ġustifikazzjoni

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda 11

Artiklu 3, paragrafu 4

4. Fir-rigward tat-tbaħħir internazzjonali l-Istati Membri għandhom japplikaw bi sħiħ id-dispożizzjonijiet obbligatorji relatati ma' l-Istat tal-bandiera stipulati fil-Konvenzjonijiet IMO skond il-kundizzjonijiet u fir-rigward tal-bastimenti hemm imsemmija u għandhom iqisu kif xieraq id-dispożizzjonijiet fil-Kodiċi ta’ L-Istat tal-Bandiera (FSC) fl-Anness I ta’ din id-Direttiva.

4. B’mod partikulari, fir-rigward tat-tbaħħir internazzjonali l-Istati Membri għandhom japplikaw bi sħiħ id-dispożizzjonijiet obbligatorji relatati ma' l-Istat tal-bandiera stipulati fil-Konvenzjonijiet IMO skond il-kundizzjonijiet u fir-rigward tal-bastimenti hemm imsemmija u għandhom iqisu kif xieraq id-dispożizzjonijiet fil-Kodiċi ta’ L-Istat tal-Bandiera (FSC) fl-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Purament biex issir enfasi li din id-dispożizzjoni hija konsegwenza loġika tat-test li jiġi qabilha.

Emenda 12

Artiklu 3, paragrafu 6

6. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), jistgħu jiġu adottati miżuri sabiex:

6. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara talba ta’ waħda/wieħed jew aktar mill-amministrazzjonijiet jew l-operaturi konċernati, jistgħu jiġu adottati miżuri sabiex:

(a) jiżviluppaw proċeduri armonizzati għall-applikazzjoni ta' eżenzjonijiet u ekwivalenti applikati skond il-Konvenzjonijiet IMO.

(a) jiżviluppaw proċeduri armonizzati għall-applikazzjoni ta' eżenzjonijiet u ekwivalenti applikati skond il-Konvenzjonijiet IMO.

(b) jistabbilixxu interpretazzjonijiet armonizzati ta' kwistjonijiet li tħallew għad-diskrezzjoni ta' l-Amministrazzjonijiet fil-Konvenzjonijiet IMO.

(b) jistabbilixxu interpretazzjonijiet armonizzati ta' kwistjonijiet li tħallew għad-diskrezzjoni ta' l-Amministrazzjonijiet fil-Konvenzjonijiet IMO;

(c) japplikaw interpretazzjonijiet uniti għad-dispożizzjonjiet stabbiliti fil-Konvenzjonijiet.

c) jistandardizzaw l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonjiet stabbiliti fil-Konvenzjonijiet.

Emenda 13

Artikolu 4 paragrafu 1, punt (a)

(a) jassiguraw il-konformità mar-rekwiżiti tal-Konvenzjonijiet IMO;

(a) jassiguraw il-konformità mar-rekwiżiti tal-Konvenzjonijiet IMO u ma’ konvenzjonijiet speċifiċi, mal-Kodiċi ta’ l-Istat tal-Bandiera u ma’ l-istrumenti relevanti ta’ l-ILO;

Emenda 14

Artikolu 4, paragrafu 1, punt

(b) jassiguraw it-twettiq ta' investigazzjonijiet f'diżgrazzji u ġestjoni adegwata u f'waqtha ta' każijiet ta' bastimenti b'defiċjenzi identifikati; kif ukoll,

(b) jassiguraw it-twettiq ta' investigazzjonijiet dwar diżgrazzji għall-bastimenti kollha taħt il-bandiera tiegħu u jiżguraw li jittieħdu miżuri adegwati u f'waqthom biex jiġu rimedjati defiċjenzi identifikati;  

Emenda 15

Artikolu 4, paragrafu 1, punt (c)

(c) jassiguraw l-iżvilupp, id-dokumentazzjoni u l-għoti ta’ gwida dwar dawk ir-rekwiżiti b'mod li jissodisfaw l-amministrazzjoni, imsemmija fil-Konvenzjonijiet IMO relevanti.

(c) jassiguraw l-iżvilupp, id-dokumentazzjoni u l-għoti ta’ gwida dwar dawk ir-rekwiżiti b'mod li jissodisfaw l-Istati bħala partijiet kontraenti, imsemmija fil-Konvenzjonijiet IMO relevanti.

Emenda 16

Artikolu 4 paragrafu 1, punt (d)

(d) jinkludu għadd xieraq ta' staff ikkwalifikat li jimplimenta u jinforza l-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta l-Konvenzjonijiet IMO, inkluż l-istaff għat-twettiq ta' investigazzjonijiet u spezzjonijiet;

(d) jinkludu għadd xieraq ta' staff ikkwalifikat li jimplimenta u jinforza l-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta l-Konvenzjonijiet IMO, inklużi osservaturi kkwalifikati ta' Istat tal-bandiera għat-twettiq ta' investigazzjonijiet, verifiki, spezzjonijiet u kontrolli;

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Artikolu 2(l)(f).

Emenda 17

Artiklu 4, paragrafu 2

2. Kull Stat Membru għandu jassigura t-taħriġ u s-sorveljanza ta' attivitajiet tas-surveyors u l-investigaturi ta' l-Istat tal-bandiera.

2. Kull Stat Membru għandu jassigura t-taħriġ ta' servejers ta' l-Istat tal-bandiera u s-sorveljanza tas-servejers u l-investigaturi u, fil-każ ta' inċidenti jew nuqqasijiet, ta' l-Istat tal-kosta, kif ukoll ta' l-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti, jekk jiddelega l-awtorità lill-tali organizzazzjonijiet skond l-Artikolu 7.

Ġustifikazzjoni

It-tifsira ta' din id-dispożizzjoni kellha tiġi kkjarifikata u t-test kellu jkun inqas goff.

Emenda 18

Artiklu 4, paragrafu 3

3. Kull Stat Membru għandu jiżviluppa jew iwettaq reviżjoni tad-disinn u kapaċità teknika għat-teħid ta' deċiżjonijiet fi proporzjon mad-daqs u n-natura tal-flotta tagħhom.

3. Kull Stat membru għandu jiżviluppa jew iwettaq kapaċità għar-reviżjoni, l-approvazzjoni u l-awtorizzazzjoni tal-kostruzzjoni tal-bastimenti u d-disinji tat-tagħmir, u kapaċità teknika għat-teħid ta' deċiżjonijiet fi proporzjon mad-daqs u n-natura tal-flotta tagħhom.

Emenda 19

Artiklu 5, paragrafu 2

2. Ma' l-ewwel reġistrazzjoni ta' bastiment fir-reġistri tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħmlu minn kollox biex jassiguraw li l-bastiment ikkonċernat jkun konformi mar-regoli u r-regolamenti internazzjonali applikabbli. Għandhom jikkollaboraw, jekk meħtieġ, ma' l-Istat tal-bandiera ta' qabel.

2. Bħala kundizzjoni minn qabel għar-reġistrazzjoni għall-ewwel darba ta' bastiment fir-reġistri tagħhom, l-Istati Membri ikkonċernati għandhom jiżguraw jekk il-bastiment ikkonċernat jkun konformi mar-regoli u r-regolamenti internazzjonali applikabbli u jiżguraw li dan ikun ikkonfermat minn evidenza dokumentata fil-pussess tal-bastiment. Jekk meħtieġ, iżda f'kwalunkwe każ jekk il-bastiment ma jkunx għadu kif ġie kostrutt, għandu jikkollabora ma' l-Istat tal-bandiera ta' qabel u jitolbu jippreżentalu d-dokumenti u d-dejta meħtieġa.

Emenda 20

Artikolu 5, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. Jekk it-talba ssir minn Stat Membru lill-Stat Membru ieħor, l-Istat tal-bandiera preċedenti għandu jkollu l-obbligu li jikkomunika d-dokumenti u d-dejta inkwistjoni, kif inhu stipulat fir-Regolament (KE) Nru 789/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasferiment ta' bastimenti tal-merkanzija u tal-passiġġieri bejn reġistri fil-Komunità.1___________

1 ĠU L 138, 30.4.2004, p. 19.

Emenda 21

Artikolu 6, paragrafu 1, punt (c)

(c) l-iżgurar li, matul l-ispezzjoni perjodika msemmija fil-punt (b), is-surveyor jivverfika li l-baħħara assenjati lill-bastiment jafu sewwa d-dmirijiet speċifiċi tagħhom u l-arranġamenti, l-istallazzjonijiet, it-tagħmir u l-proċeduri tal-bastiment;

 

(c) l-iżgurar li, matul l-ispezzjoni perjodika msemmija fil-punt (b), is-servejer jivverifika, permezz ta' metodi xierqa u mezzi neċessarji, li l-baħħara assenjati lill-bastiment jafu sewwa d-dmirijiet speċifiċi tagħhom u l-arranġamenti, l-istallazzjonijiet, it-tagħmir u l-proċeduri tal-bastiment;

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun ċar li l-metodi u l-mezzi għandhom ikunu jistgħu jiġu adattati għal kwalunkwe ħtieġa sabiex jippermettu li s-servejers jagħmlu xogħolhom.

Emenda 22

Artikolu 6 paragrafu 1, punt (d)

(d) l-iżgurar li l-ekwipaġġ tal-bastiment, bħala entità waħda, jista' jikkoordina effettivament l-attivitajiet tiegħu f'sitwazzjoni ta' emerġenza u fit-twettiq ta' funzjonijiet essenzjali għas-sikurezza jew għall-prevenzjoni jew it-trażżin tat-tniġġis;

(d) l-iżgurar li l-ekwipaġġ tal-bastiment, bħala entità waħda, għandu l-kapaċità u r-riżorsi meħtieġa biex jikkoordina effettivament l-attivitajiet tiegħu f'sitwazzjoni ta' emerġenza u fit-twettiq ta' funzjonijiet essenzjali għas-sikurezza jew għall-prevenzjoni jew it-trażżin tat-tniġġis;

Emenda 23

Artiklu 6, paragrafu 2

2. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw programm xieraq ta' kontroll u monitoraġġ biex jipprovdu reazzjoni f'waqtha għad-defiċjenzi u okkorrenzi allegati ta' tniġġis irrapurtati mill-Istati tal-port jew tal-kosta.

2. Kif inhu stipulat fid-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li twaqqaf sistema Komunitarja tal-monitoraġġ tat-traffiku tal-bastimenti u tat-tagħrif1, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw programm xieraq ta' kontroll u monitoraġġ għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom sabiex jipprovdu, anke bl-użu tas-sistema Komunitarja għall-iskambju ta' dejta SafeSeaNet, għal reazzjoni f'waqtha u komprensiva għat-talbiet għal informazzjoni u ta' kjarifika mressqa mill-Istati tal-port jew tal-kosta fil-każ ta' inċidenti jew nuqqasijiet.

1 ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membru għandhom ikunu fil-pożizzjoni li jieħdu ħsieb, u li jkunu responsabbli għall-iskambju tad-dejta, sabiex jgħinu biex ikunu evitati u biex jiġu solvuti inċidenti u nuqqasijiet: id-dispożizzjoni ta' fuq tirriferi għall-miżuri li diġà huma fis-seħħ u tespandi fuqhom.

Emenda 24

Artikolu 7, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. Bla ħsara [għad- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill .../.../KE (dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti ta' l-amministrazzjonijiet marittimi)], l-Istati Membri li jserrħu fuq organizzazzjonijiet rikonoxxuti għaċ-ċertifikazzjoni tal-bastimenti tagħhom għandhom jiżviluppaw u jżommu kapaċità, fi proporzjon mad-daqs u n-natura tal-flotta tagħhom, biex iwettqu monitoraġġ kontinwu fuq il-proċess ta' spezzjoni u ċertifikazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f'isimhom.

1. Bla ħsara [għad- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill .../.../KE (dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti ta' l-amministrazzjonijiet marittimi)], l-Istati Membri li jserrħu fuq organizzazzjonijiet rikonoxxuti għall-ispezzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-bastimenti tagħhom għandhom jiżviluppaw u jżommu kapaċità, fi proporzjon mad-daqs u n-natura tal-flotta tagħhom, biex iwettqu kontinwament monitoraġġ u sorveljanza fuq il-proċess ta' spezzjoni u ċertifikazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f'isimhom.

Ġustifikazzjoni

Deskrizzjoni iktar eżatta tal-ħidmiet li amministrazzjonijiet nazzjonali jkunu jistgħu jiddelegaw lill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti u tar-responsabilitajiet ta' l-Istati Membri għat-twettiq xieraq tad-dmirijiet assenjati.

Emenda 25

Artiklu 7, paragrafu 2

2. L-Istati Membri li għalihom japplika l-paragrafu 1 għandhom jassiguraw li kull bastiment li jtajjar il-bandiera tagħhom huwa suġġett għal spezzjoni supplimentari f'intervalli taż-żmien li ma jaqbżux it-12-il xahar, sabiex il-konformità tiegħu mal-konvenzjonijiet IMO u r-rekwiżiti nazzjonali tkun assigurata.

2. L-Istati Membri li għalihom japplika l-paragrafu 1 għandhom jipprovdu għall-possibilità li jitwettqu investigazzjonijiet supplimentari fir-rigward tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom sabiex ikun assigurat li jikkonformaw mal-konvenzjonijiet IMO u r-rekwiżiti nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm huwa neċessarju l-infurzar ta' din id-direttiva u diġà hemm dispożizzjoni għal dan fil-Kodiċi IMO, il-poter/id-dmir li l-Istati Membru għandhom jissorveljaw l-amministrazzjonijiet u korpi delegati xierqa tagħhom m'għandux jimplika b'mod invarjabbli li jiġri x'jiġri, kull bastiment se jiġi spezzjonat. Sabiex, għal raġuni prattika, jiġi evitat l-irduppjar ta' kontrolli u bis-saħħa tal-prinċipju li wieħed jissoponi li l-Istati Membri qed jikkonformaw (trust), huwa biżżejjed li jkun stipulat li l-investigazzjonijiet jistgħu jitwettqu permezz ta' proċeduri u metodi stipulati fil-paragrafu 6 (komitoloġija).

Emenda 26

Artiklu 7, paragrafu 3

3. L-ispezzjoni supplimentari msemmija fil-paragrafu 2 m'għandhiex tkun rikjesta għal bastimenti li:

3. L-investigazzjonijiet supplimentari msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu rikjesti f'intervalli li ma jdumux iktar minn 12-il xahar għal bastimenti li:

(a) kienu mniżżla f'reġistru ta' Stat Membru għal talanqas sentejn;

(a) kienu mniżżla f'reġistru ta' Stat Membru għal inqas minn sentejn; kif ukoll,

(b) ġew spezzjonati talanqas darba fl-aħħar 12-il xahar skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/21/KE[2], jew [Direttiva …/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-port mill-Istat]; u,

(b) ġew detenuti skond id-Direttiva 95/21/KE jew skond id-[Direttiva …/…/KE (dwar il-kontroll tal-port mill-Istat)] f'xi punt fl-aħħar 12-il xahar.

(c) a ġewx detenuti skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/21/KE jew [id- Direttiva …/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (dwar il-kontroll tal-port mill-Istat)] matul l-aħħar 12-il xahar.

 

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tqiegħed piż aqwa fuq l-Istati Membri f'termini ta' spezzjonijiet ta' bastimenti u servejers. M'għandhomx jiġu stipulati l-ebda obbligi ulterjuri, barra milli jkun impost l-infurzar korrett tar-regoli eżistenti u biex tiġi evitata laxkezza min-naħa ta' l-amministrazzjonijiet nazzjonali: investigazzjonijiet supplimentari huma meħtieġa biss f'każi fejn hemm riskju reali ta' evażjoni u/jew inċident. Id-Detenzjoni (preċedentement każ sub c) dejjem timplika spezzjoni (preċedentement każ sub b). Ir-rekwiżit imsemmi fl-ittri (ġodda) a) u b) huma kumulattivi u mhux alternattivi.

Emenda 27

Artiklu 7, paragrafu 4

4. Ġaladarba regoli dettaljati ta' ispezzjoni adottati taħt l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva [.../.../KE) dwar il-Kontroll tal-port mill-Istat] ikunu daħlu fis-seħħ, l-istħarriġ supplementari imsemmi fil-paragrafu 2 m'għandux jiġi rikjest għal bastimenti li jkunu ġew assenjati profil ta' riskju baxx taħt dik id- Direttiva fl-aħħar spezzjoni.

4. Ġaladarba regoli dettaljati ta' l-ispezzjoni adottati taħt l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva [.../.../KE) (dwar il-Kontroll tal-port mill-Istat)] ikunu daħlu fis-seħħ, l-investigazzjonijiet supplementari imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 m'għandhomx ikunu neċessarji f'kwalunkwe każ għal bastimenti li jkunu ġew assenjati profil ta' riskju baxx taħt dik id- Direttiva fl-aħħar spezzjoni.

Ġustifikazzjoni

Aġġustament biex ikunu permessi l-arranġamenti emendati għal investigazzjoni supplimentari stipulati fl-Artikolu 7(2) u (3). Din l-emenda tibni fuq il-filosofija ġenerali tat-tielet pakkett fejn sorveljanza 'upstream' (minn Stati tal-bandiera) għandha tiżdied sabiex titnaqqas is-sorveljanza 'downstream' (minn Stati tal-port) sabiex tittejjeb is-sikurezza u jitwettqu ekonomiji ta' skala.

Emenda 28

Artiklu 7, paragrafu 6

6. Proċeduri u linji ta' gwida għall-ispezzjoni supplimentari u kriterji minimi għas-surveyors u spetturi li jwettqu l-ispezzjoni supplimentari għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

6. Linji gwida neċessarji sabiex ikunu stabbiliti proċeduri ta' spezzjoni u sistemi ta' sorveljanza għal investigazzjonijiet supplimentari u kriterji minimi għas-servejers u spetturi li jwettqu investigazzjonijiet supplimentari għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

Ġustifikazzjoni

Aġġustament biex ikunu permessi l-arranġamenti għal investigazzjoni supplimentari stipulati fl-Artikolu 7(2) u (3). Il-kumitat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 18 għandu f'kwalunkwe każ jispeċifika biss il-linji gwida għall-investigazzjonijiet supplimentari ta' l-Istati Membri, peress li l-Artikolu 2(4) diġà jistipula r-riżultat (u xejn iżjed) li għandha tilħaq is-sorveljanza (li taċċerta konformità mal-konvenzjonijiet u r-rekwiżiti nazzjonali).

Emenda 29

Artiklu 8, paragrafu 4

4. L-Istati Membri għandhom jassiguraw l-implimentazzjoni ta' sistema dokumentata għall-kwalifikazzjoni ta' l-istaff u aġġornamenti kontinwi ta' l-għarfien tiegħu kif jixraq lix-xogħolijiet li huwa awtorizzat jagħmel.

4. L-Istati Membri għandhom jassiguraw, permezz tal-metodi xierqa u l-mezzi neċessarji l-implimentazzjoni ta' sistema dokumentata għall-iżvilupp kontinwu ta' kompetenzi għall-istaff kif imsemmi fil-paragrafi 1 sa 3 u aġġornamenti kontinwi ta' l-għarfien tiegħu kif jixraq lid-dmirijiet li l-membri ta' l-istaff huma mħattra jew awtorizzati jwettqu.

Emenda 30

Artiklu 8, paragrafu 5

5. L-Istat tal-bandiera għandu joħroġ dokument ta' identifikazzjoni lis-surveyors kollha li jwettqu xogħlijiet f’ismu abbord il-bastimenti.

5. L-Istat tal-bandiera għandu joħroġ dokumenti ta' identifikazzjoni li jaffermaw l-awtorità li ta lis-servejers li jwettqu xogħlijiet f'ismu abbord jew fl-istiva tal-bastimenti, u jekk meħtieġ, lill-bqija ta' l-istaff imsemmija fil-paragrafu 3.

Emenda 31

Artikolu 8, paragrafu 5 a (ġdid)

 

5a. Sabiex jittejbu l-linji gwida fid-dawl ta' l-esperjenza mġarrba fl-implimentar tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ, l-Anness II jista' jiġi emendat mill-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm ukoll dispożizzjoni għal arranġament għal reviżjoni u għal opportunità għal titjib fejn huma kkonċernati t-taħriġ tas-servejer u l-iżvilupp tal-kompetenzi.

Emenda 32

Artikolu 9

Bla ħsara għar-responsabilitajiet taħt il-Kodiċi għall-Investigazzjoni ta' Diżgrazzji u Okkorrenzi fuq il-Baħar, adottat mill-IMO b'riżoluzzjoni A. 849(20), kif anness mar-Riżoluzzjoni ta' l-Assemblea IMO A. 884(21), fil-verżjoni aġġornata tagħha, l-Istati Membri għandhom iwettqu investigazzjoni wara li sseħħ diżgrazzja jew okkorrenza ta' tniġġis fuq il-baħar li tinvolvi bastiment li jtajjar bandiera tagħhom. Dawn l-investigazzjonijiet fuq id-diżgrazzji għandhom jitwettqu minn investigaturi kkwalifikati xierqa, mħarrġa f'oqsma relatati mad-diżgrazzja. Għal dan il-għan l-Istati Membri għandhom jipprovdu b'investigaturi kkwalifikati, irrespettivament mill-post fejn seħħet id-diżgrazzja jew okkorrenza.

L-Istati Membri għandhom iwettqu investigazzjoni wara li sseħħ diżgrazzja jew inċident ta' tniġġis fuq il-baħar li tinvolvi bastiment li jtajjar bandiera tagħhom, waqt li josservaw ir-responsabbilitajiet u l-obbligi taħt il-Kodiċi għall-Investigazzjoni ta' Diżgrazzji u Inċidenti fil-Baħar, addottati mill-IMO permezz tar-riżoluzzjoni A. 849(20), kif ġie mehmuż bħala anness mar-Riżoluzzjoni ta' l-Assemblea ta' l-IMO A. 884(21), fil-verżjoni aġġornata tagħha. Dawn l-investigazzjonijiet fuq id-diżgrazzji għandhom jitwettqu minn investigaturi kkwalifikati xierqa, mħarrġa f'oqsma relatati mad-diżgrazzja, li għandhom ikunu pprovduti mill-Istati Membri, irrespettivament mill-post fejn seħħet id-diżgrazzja jew inċident.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tagħmel id-dispożizzjoni iktar espliċita dwar il-forma u s-sustanza sabiex jiġu kkjarifikati l-obbligi ta' l-Istati Membri.

Emenda 33

Artiklu 11, paragrafu 1

1. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jżommu database tal-flotta għall-bastimenti tagħhom, bid-dettalji tekniċi ewlenin ta' kull bastiment u l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 2, jew jassiguraw li jkollhom aċċess dirett għal database li jipprovdi informazzjoni simili. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni d-dritt li tieħu data minn dan id-database u li tagħmel skambju tiegħu.

1. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jżommu bażi tad-dejta tal-flotta għall-bastimenti tagħhom, bid-dettalji tekniċi ewlenin ta' kull bastiment u l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 2, jew jassiguraw li jkollhom aċċess dirett għal bażi tad-dejta li tipprovdi informazzjoni simili. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni d-dritt li jgawdu u jaqsmu l-aċċess, kif inhu meħtieġ, għall-bażi tad-dejta tal-bastiment, waqt li jkollhom il-possibilità li jieħdu u jiskambjaw dejta magħhom.

Emenda 34

Artikolu 11 paragrafu 2 punti (a) u (b)

2. L-informazzjoni li ġejja għandha tkun inkluża fid-database:

2. L-informazzjoni li ġejja għandha tkun inkluża fil-bażi tad-dejta ta' kull Stat Membru:

 

(a) informazzjoni individwali, għal bastiment reġistrat:

(a) Dettalji tal-bastiment (Isem, numru IMO, eċċ.),

(i) dettalji tal-bastiment (Isem, numru IMO, eċċ.); data tar-reġistrazzjoni u, jekk xieraq, tat-tħassir mir-reġistru,

(b) Id-dati ta' l-ispezzjonijiet, inklużi l-ispezzjonijiet addizzjonali u supplimentari, jekk hemm, u l-verifiki,

(ii) l-identifikazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti involuti fiċ-ċertifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-bastiment,

(c) L-identifikazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti involuti fiċ-ċertifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-bastiment,

(iii) id-dati u r-riżultat (Nuqqasijiet: Le jew Iva, deskrizzjoni, tiswijiet li saru jew li għandhom isiru; Detenzjonijiet: Le jew Iva, u t-tul ta' żmien) tal-kontrolli, inklużi kontrolli addizzjonali u supplimentari, jekk hemm, u l-verifiki li twettqu kemm direttament mill-Istat tal-bandiera kif ukoll minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti li l-Istat iddelegat l-awtorità lilhom,

(d) Id-dati u l-identifikazzjoni ta' l-entità li spezzjonat il-bastimenti skond id-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll ta' l-Istat tal-port u d-dati ta’ l-ispezzjonijiet;

(iv) l-identifikazzjoni ta' l-entità li spezzjonat il-bastiment skond id-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll ta' l-Istat tal-port u d-dati ta’ l-ispezzjonijiet,

(e) Ir-riżultati ta' l-ispezzjonijiet dwar il-kontroll ta' l-Istat tal-port (Defiċjenzi: Iva jew Le, detenzjonijiet Iva jew Le);

(v) ir-riżultati ta' l-ispezzjonijiet ta' kontroll ta' l-Istat tal-port (Nuqqasijiet: Le jew Iva, deskrizzjoni, tiswijiet li saru jew li għandhom isiru; Detenzjonijiet: Le jew Iva, u t-tul ta' żmien),

(f) Informazzjoni dwar korruti;

(vi) informazzjoni dwar korruti,

(g) Informazzjoni dwar ksur skond MARPOL u skond id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u l-introduzzjoni ta’ penali fil-każ ta’ ksur;

(vii) informazzjoni dwar ksur skond il-Konvenzjonijiet IMO, b'mod partikulari l-MARPOL u skond id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u l-introduzzjoni ta’ penali fil-każ ta’ ksur,

 

(b) Informazzjoni ġenerali fir-rigward tal-bastimenti kollha fir-reġistru tiegħu:

(h) L-identifikazzjoni tal-bastimenti li tħassru mir-reġistru matul it-12-il xahar ta' qabel.

(h) reġistrazzjoni u identifikazzjoni tal-bastimenti li tħassru mir-reġistru matul it-12-il xahar ta' qabel; matul dan il-perjodu għandha tinżamm l-informazzjoni kollha miġbura fil-bażi tad-dejta matul il-perjodu meta baqgħu fir-reġistru,

 

(ii) in-numru ta' spezzjonijiet annwali ta' kull tip li jitwettqu minn jew f'isem l-Istat tal-bandiera, mqassma skond il-proċedura.

Emenda 35

Artikolu 11, paragrafu 2, punt (c)

(c) L-identifikazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti involuti fiċ-ċertifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-bastiment;

(c) l-identifikazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti involuti fiċ-ċertifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-bastiment skond istruzzjonijiet ta' l-Istat tal-bandiera;

Ġustifikazzjoni

Dettalji addizzjonali sabiex jiġi komplet u kkjarfikat is-sens tad-dispożizzjoni.

Emenda 36

Artikolu 11, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. L-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2 għandha tingħata bis-sħiħ u minnufih lill-Istat tal-bandiera ġdid jekk bastiment jitlaq mir-reġistru u jiġi trasferit għal reġistru ieħor.

Emenda 37

Artiklu 13, paragrafu 5

5. Jekk jeħtieġ, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa rakkomandazzjonijiet għall-miżuri u l-proposti li jtejbu l-effikaċja tas-sistema ta' verifika ta' l-IMO msemmija fil-paragrafu 2.

5. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni, f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, għandha tiżviluppa rakkomandazzjonijiet u tagħmel proposti li jtejbu l-proċeduri u r-riżultati tas-sistema ta' verifika ta' l-IMO fil-każ imsemmi fil-paragrafu 2.

Ġustifikazzjoni

Huwa rakkomandabbli li wieħed jipproċedi mis-suppożizzjoni li s-sistema ta' verifika IMO diġà hija effettiva, iżda li għadha ma ġietx ikkoordinata mal-proċeduri ta' l-UE: inkella r-Riżoluzzjoni A. 974, kif imsemmija fil-paragrafu 13(2), ma tistax tiġi ċitata, peress li qatt ma jitqajjem il-każ.

Emenda 38

Artikolu 15

Il-Kummissjoni għandha, qabel tmiem l-[2007], tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-fattibilità tat-twaqqif ta' Memorandum ta' Ftehim dwar l-obbligi ta' kontroll ta' l-Istat tal-bandiera, bil-għan li jassigura kundizzjonijiet indaqs bejn l-Istati tal-bandiera, li ntrabtu li jimplimentaw b'mod obbligatorju l-Kodiċi għall-implimentazzjoni ta' l-Istrumenti obbligatorji ta' l-IMO, adottat mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) permezz tar-Riżoluzzjoni ta' l-Assemblea A.973 (24) tal-1 ta’ Diċembru 2005.

Il-Kummissjoni, qabel tmiem l-[2007], għandha tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-fattibilità tat-twaqqif ta' Memorandum ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, l-Istati Membri u pajjiżi terzi, dwar l-obbligi ta' kontroll ta' l-Istat tal-bandiera, bil-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet kompetittivi indaqs bħall-Istati Membri għal dawk il-pajjiżi terzi, li ntrabtu li jimplimentaw b'mod obbligatorju l-Kodiċi għall-implimentazzjoni ta' l-istrumenti obbligatorji ta' l-IMO, adottat mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) permezz tar-Riżoluzzjoni ta' l-Assemblea A.973 (24) ta’ l-1 ta’ Diċembru 2005.

Emenda 39

Artikolu 16, titolu

Komunikazzjoni ta' informazzjoni u rappurtar

Bgħit ta’ informazzjoni u avviżi

Ġustifikazzjoni

Titolu iktar eżatt biex tkun iċċarata u kkomplementata l-emenda għad-dispożizzjoni.

Emenda 40

Artikolu 16, paragrafu 1

1. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-IMO l-informazzjoni meħtieġa mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjonijiet IMO.

1. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-IMO u lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjonijiet IMO.

Emenda 41

Artikolu 16, paragrafu 3

3. Il-Kummissjoni tista', skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), tistabbilixxi mudell armonizzat tal-formola għar-rappurtar ta' l-obbligi msemmija fil-paragrafu 2.

3. Il-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), tista’ tistabbilixxi mudell armonizzat tal-formola għall-obbligi ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta għal direttiva diġà tirrikjedi li l-amministrazzjonijiet iġorru piż akbar, u dan jinkludi l-iċċekkjar ta’ l-eżiti u l-evalwazzjoni tar-rendiment. F’dan l-istadju ma jkunx xieraq li jiġu imposti aktar obbligi fuq l-Istati Membri, peress li dan jista’ jwassal għal nuqqas ta’ ftehim futili. Il-fatt li l-informazzjoni tingħadda għandu jitqies bħala mod iktar faċli li tkun żgurata l-konformità milli jitressqu r-rapporti kif stipulat oriġinarjament fil-paragrafu 2, liema paragrafu kien emendat ukoll.

Emenda 42

Artikolu 16, paragrafu 4

4. Il-Kummissjoni għandha, wara l-wasla tar-rapporti mill-Istati Membri tħejji rapport konsolidat dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Dan ir-rapport għandu jkun indirizzat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4. Il-Kummissjoni, wara li tkun irċiviet l-avviżi mill-Istati Membri, għandha tħejji rapport konsolidat dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Dan ir-rapport għandu jkun indirizzat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta għal direttiva diġà tirrikjedi li l-amministrazzjonijiet iġorru piż akbar, u dan jinkludi l-iċċekkjar ta’ l-eżiti u l-evalwazzjoni tar-rendiment. F’dan l-istadju ma jkunx xieraq li jiġu imposti aktar obbligi fuq l-Istati Membri, peress li dan jista’ jwassal għal nuqqas ta’ ftehim futili. Il-fatt li l-informazzjoni tingħadda għandu jitqies bħala mod iktar faċli li tkun żgurata l-konformità milli jitressqu r-rapporti kif stipulat oriġinarjament fil-paragrafu 2, liema paragrafu kien emendat ukoll.

Emenda 43

Anness II, paragrafu 3, punt 2

(2) ikunu għaddew minn eżami rikonoxxut minn Awtorità kompetenti bħala perit navali, inġinier mekkaniku jew inġinier li għandu x'jaqsam ma' l-oqsma marittimi u li ħadem f'dik il-kapaċità għal talanqas ħames snin; jew

(2) ikunu għaddew minn eżami rikonoxxut minn Awtorità kompetenti bħala perit navali, inġinier mekkaniku jew inġinier li għandu x'jaqsam ma' l-oqsma marittimi u li ħadem f'dik il-kapaċità għal talanqas tliet snin; jew għal perjodu ta’ sena u li ħadem ukoll għal perjodu ta’ sentejn ma’ l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru bħala servejer ta’ l-Istat tal-Bandiera.

Emenda 44

Anness II, paragrafu 4

4. Is-surveyors ikkwalifikati skond 3(1) iridu jkunu servew għal perjodu mhux anqas minn ħames snin fuq il-baħar bħala uffiċjal fid-departiment tal-gverta jew tal-magna, rispettivament.

imħassar

Emenda 45

Anness II, paragrafu 8

8. Is-surveyors għandhom ikollhom interess kummerċjali fil-bastiment li qed jiġi spezzjonat u m'għandhomx ikunu impjegati jew iwettqu xogħol f'isem organizzazzjonijiet mhux governattivi li jwettqu spezzjonijiet statutorji jew ta' klassifikazzjoni jew li joħorġu ċertifikati għal bastimenti.

8. Is-servejers m’għandux ikollhom interess personali jew tal-familja ta’ kwalunkwe tip fil-bastiment li qed jiġi spezzjonat, fl-ekwipaġġ tiegħu, fl-aġent, fil-kumpanija, fis-sid jew fil-kerrej, jew fi kwalunkwe organizzazzjonijiet mhux governattivi li jwettqu kontrolli statutarji jew ta' klassifikazzjoni jew li joħorġu ċertifikati għal bastimenti.

Emenda 46

Anness II, punt 9

9. Is-surveyors li ma jissodisfawx il-kriterji imsemmija hawn fuq huma aċċettati wkoll jekk kienu impjegati ma' l-awtorità kopetenti għal kontrolli statutorji jew spezzjonijiet ta' kontroll ta' l-Istat tal-port fid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva.

9. Is-servejers li ma jissodisfawx il-kriterji msemmija hawn fuq huma aċċettati wkoll jekk kienu impjegati ma' l-awtorità kompetenti għal kontrolli statutarji jew spezzjonijiet ta' kontroll ta' l-Istat tal-port fid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva u jekk l-Istat tal-port konċernat aċċeda għall-Memorandum ta' Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port.

Ġustifikazzjoni

Ikun utli li jissemma l-Memorandu ta’ Ftehim ta’ Pariġi għaliex b'hekk ikun żgurat fi kwalunkwe każ li s-servejers issodisfaw rekwiżiti ta' standard għoli b'mod uniformi.

Emenda 47

Anness III, paragrafu 1, punt 1

1. Meta awtorità kompetenti ta' Stat membru (minn hawn 'il quddiem l-Istat tal-bandiera) tiġi infurmata li bastiment intitolat li jtajjar il-bandiera tagħha ġie detenut minn Stat tal-port, hija għandha jissorvelja li jittieħdu miżuri korrettivi xierqa biex il-bastiment ikkonċernat isir minnufih konformi mar-regolamenti u l-konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu dan li ġej.

1. Meta l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru (minn hawn 'il quddiem l-Istat tal-bandiera) tiġi infurmata li bastiment intitolat li jtajjar il-bandiera tagħha nżamm minn Stat tal-port ieħor, għandha tara li jittieħdu miżuri korrettivi xierqa biex il-bastiment ikkonċernat isir konformi mar-regolamenti u l-konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli. Il-miżuri elenkati hawn taħt jitqiesu xierqa: il-lista ma twaqqafx l-adozzjoni ta’ miżuri ekwivalenti jew addizzjonali, sakemm ikunu konsistenti ma’ l-għanijiet u mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Ġie miżjud dettall mat-test biex jikkjarifika u jikkompleta s-sens tad-dispożizzjoni.

Emenda 48

Anness III, paragrafu 2, punt 3

3. Għad-defiċjenzi iktar gravi, partikolarment dawk strutturali u oħrajn koperti miċ-ċerifikati maħruġa f'isem l-Istat tal-bandiera minn organizzazzjoni rikonoxxuta (OR), l-Istat tal-bandiera għandu jeħtieġ spezzjoni minn wieħed mis-surveyors tiegħu jew jaħtar surveyor mill-OR biex twettaqha f'ismu. Inizjalment din l-ispezzjoni għandha tikkonċentra fuq dawk l-oqsma fejn id-defiċjenzi ġew reġistrati mill-Istat tal-port. Jekk meqjusa neċessarja mill-Istat tal-bandiera jew l-ispettur ta' l-OR din tista' tiġi estiża għal spezzjoni kompluta mill-ġdid għal dawk l-oqsma koperti miċ-ċertifikati statutorji relevanti.

3. Għal nuqqasijiet iktar gravi, partikolarment dawk strutturali u oħrajn koperti miċ-ċerifikati maħruġa mill-Istat tal-bandiera jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta (OR), l-Istat tal-bandiera għandu jirrikjedi spezzjoni supplementari speċjali minn wieħed mis-servejers tiegħu jew jaħtar servejerer mill-OR biex iwettaqha f'ismu. Inizjalment din l-ispezzjoni għandha tikkonċentra fuq dawk l-oqsma fejn in-nuqqasijiet ġew reġistrati mill-Istat tal-port. Jekk meqjusa neċessarja mill-Istat tal-bandiera jew mis-servejer ta' l-OR din tista' tiġi estiża għal kontroll komplet mill-ġdid għal dawk l-oqsma koperti miċ-ċertifikati statutarji relevanti.

Emenda 49

Anness III, paragrafu 3, punt 5

5. Fil-każijiet kollha l-Istat tal-bandiera għandu jqis liema azzjoni legali, inklużi l-multi, tista' tkun xierqa. F'każ li bastiment kontinwament ma jinsabx konformi mar-rekwiżiti tal-regolamenti u l-konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli, l-Istat tal-bandiera għandu jqis liema sanzjonijiet addizzjonali jistgħu jkunu meħtieġa, inkluż it-tħassir tal-bastiment mir-reġistru.

5. Fil-każijiet kollha l-Istat tal-bandiera għandu jqis liema azzjoni legali tista’ tittieħed kontra l-kumpanija, inklużi multi li jkunu severi biżżejjed biex jiskuraġġixxu l-ksur ta’ standards Komunitarji u ta’ regoli internazzjonali. F'każ li bastiment kontinwament ma jinsabx konformi mar-rekwiżiti tar-regolamenti Komunitarji u l-konvenzjonijiet internazzjonali l-Istat tal-bandiera għandu jqis liema sanzjonijiet addizzjonali jistgħu jkunu meħtieġa, inkluż it-tħassir tal-bastiment mir-reġistru.

Ġustifikazzjoni

Ġew miżjuda dettalji mat-test biex jikkjarifikaw u jikkompletaw is-sens tad-dispożizzjoni.

Emenda 50

Anness III, paragrafu 3, punt 6

6. Meta l-miżuri korrettivi kollha jintemmu sabiex il-bastiment isir konformi mar-regolamenti u l-konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli l-Istat tal-bandiera għandu jibgħat rapport lill-IMO skond is-SOLAS 74 kif emendata, il-Kapitolu I, ir-Regolament 19(d) u l-paragrafu 5.2 tar-Riżoluzzjoni ta' l-IMO A.787 (19) kif emendata.

6. Meta l-miżuri korrettivi kollha jintemmu sabiex il-bastiment isir konformi mal-konvenzjonijiet internazzjonali u mar-regolamenti Komunitarji l-Istat tal-bandiera għandu jibgħat rapport lill-IMO u lill-Kummissjoni, imfassal skond is-SOLAS 74 kif emendata, il-Kapitolu I, ir-Regolament 19(d) u l-paragrafu 5.2 tar-Riżoluzzjoni ta' l-IMO A.787 (19) kif emendata, fir-rigward ta’ l-IMO, u li jkun fih informazzjoni addizzjonali dwar dispożizzjonijiet marbuta mal-Komunità, fir-rigward tal-Kummissjoni.

Emenda 51

Anness III, paragrafu 4, punt 2

2. Għandu jinkludi wkoll, iżda ma jillimitax ruħu għal, l-oġġetti relevanti għal spezzjoni estiża speċifikata [fil-Parti C ta' l-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE jew il-Parti C ta’ l-Anness VIII (tad-Direttiva .../.../KE dwar il-kontroll tal-port mill-Istat)]. Is-surveyors ta' l-Istat tal-bandiera m'għandhomx joqogħdu lura milli jinkludu, fejn iqisu meħtieġ, testijiet funzjonali ta' oġġetti bħal dgħajjes ta' sopravvivenza u l-arranġamenti biex ikunu varati, makkinarju ewlieni u awżiljarju, koperturi tal-bokkaporti, sistema ta' l-enerġija elettrika u tas-sentina.

2. Għandu jinkludi wkoll, iżda ma jillimitax ruħu għal, l-oġġetti relevanti għal spezzjoni estiża speċifikata fl-[Anness V għad-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE jew fil-Parti C ta’ l-Anness VIII għad-Direttiva .../.../KE (dwar il-kontroll mill-Istat tal-port)]. Is-servejers ta' l-Istat tal-bandiera m'għandhomx joqogħdu lura milli jinkludu, fejn iqisu meħtieġ, testijiet funzjonali ta' oġġetti bħal dgħajjes ta' sopravivenza u l-arranġamenti biex ikunu varati, makkinarju ewlieni u awżiljarju, koperturi tal-bokkaporti, sistema ta' l-enerġija elettrika u tas-sentina.

  • [1]  ĠU C 70, 22.3.2006, p. 6.
  • [2]               ĠU L 157, 7.7.1995, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

1. Daħla

L-UE diġà adottat ir-regoli stipulati fil-pakketti ta’ miżuri ‘Erika I’ u ‘Erika II’ bil-għan li jittejbu s-sigurtà u s-sikurezza marittimi: fost affarijiet oħra, kontrolli ta’ bastimenti fil-port ġew intensifikati, bastimenti b’buq wieħed ma jistgħux jintużaw aktar biex jittrasportaw iż-żejt, u twaqqfet l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima (EMSA). Il-Parlament ta sehmu fid-dibattitu billi waqqaf Kumitat Temporanju għat-Titjib tas-Sikurezza Marittima (magħruf bħala l-Kumitat MARE), li bejn Novembru 2003 u April 2004 kellu numru ta’ laqgħat u seduti ta’ smigħ ma' mexxejja politiċi u operaturi tekniċi (ara r-rapport A5-0257/2004).

Il-ħidma tal-Parlament żviluppat aktar fir-riżoluzzjoni ta’ April 2004 dwar it-titjib tas-sikurezza marittima, li inkludiet il-konklużjonijiet tal-Kumitat MARE u pprevediet il-proposti fil-pakkett ta’ miżuri ‘Erika III’; ir-riżoluzzjoni talbet li l-UE tieħu r-responsabiltà għal politika komprensiva dwar kwistjonijiet marittimi u s-sikurezza marittima, biex tissaħħaħ is-sistema ta’ verifikar internazzjonali (li preferibilment tkun obbligatorja), biex jittejjeb ir-rendiment ta’ l-amministrazzjonijiet marittimi, u biex titħeġġeġ ir-reġistrazzjoni taħt bandieri Komunitraji (ara r-riżoluzzjoni P5_TA(2004)0350).

2. Sommarju tal-proposta

2.1. Abbozz ta’ direttiva dwar Stati tal-bandiera

F’Novembru 2005 l-Kummissjoni adottat sett ġdid ta’ proposti leġiżlattivi (il-pakkett ta’ miżuri ‘Erika II’), inkluża direttiva ta’ qafas dwar rekwiżiti ta' Stat tal-bandiera bil-għan li Stati Membri jiżguraw li bastimenti fir-reġistri nazzjonali tagħhom huma konformi ma' standards internazzjonali. Il-Kummissjoni bi ħsiebha: (a) tinkorpora parti 1 u parti 2 tal-‘Kodiċi ta’ l-Istat tal-Bandiera’ fil-liġi Komunitarja, jiġifieri, il-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ l-istrumenti obbligatorji adottati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO); (b) tistipula l-kwalifiki minimi meħtieġa għal servejers (li jkopru wkoll taħriġ bażiku u taħriġ ieħor) u linji gwida għal spezzjonijiet (meta bastiment nazzjonali jinżamm f’port barrani); u (c) tiżgura li l-amministrazzjonijiet marittimi ta’ l-Istati Membri jissodisfaw il-kriterji ta’ kwalità definiti fl-istandard ISO 9001/2000.

2.2. Kuntest legali

L-obbligu ta’ konformità mar-regoli stipulati fil-konvenzjonijiet internazzjonali għas-sikurezza marittima huwa diġà stipulat fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/57/KE (test konsolidat), li jirrikjedi li Stati Membri jimplimentaw ir-riżoluzzjoni IMO A 847(20) dwar Linji gwida biex jassistu lil Stati tal-bandiera. Dik ir-riżoluzzjoni ġiet irrevokata u sostitwita bir-riżoluzzjoni A 973(24) intitulata ‘Kodiċi għall-implimentazzjoni ta’ l-istrumenti obbligatorji ta’ l-IMO’: il-Kummissjoni bi ħsiebha tadotta d-dispożizzjonijiet tal-kodiċi IMO kif imniżżla fit-test ta’ l-Anness I u kif kienu meta tfasslet il-proposta (il-leġiżlazzjoni Komunitarja ma tistax tibdel is-sistema ta’ regoli stabbiliti mill-konvenzjonijiet).

2.3. X’bi ħsieha tagħmel il-Kummissjoni

Fil-futur qarib, il-Kummissjoni tixtieq tirrimedja d-dgħjufijiet li jidher li hemm fir-regoli ta’ l-IMO, fi kliem ieħor in-natura li ma torbotx ta’ miżuri ta’ l-IMO, u għaldaqstant il-fatt li n-nuqqas ta’ nfurzar tagħhom ma jistax ikun ikkastigat f’livell internazzjonali, u d-diskrezjoni mogħtija meta jiġu interpretati eżenzjonijiet minn regoli ta' l-IMO: jidher li dawn in-nuqqasijiet se jingħelbu permezz ta’ proċeduri ta’ ‘komitoloġija’. F’perjodu medju ta’ żmien u fil-futur imbiegħed, il-Kummissjoni se tipprova tbiddel il-flotot ta' l-Istati Membri fi flotta ta' kwalità għolja filwaqt li l-bandieri tagħhom isiru aktar attraenti: il-possibiltà għal pajjiżi terzi, jekk jistgħu jiggarantixxu li għandhom sistemi ta’ kwalità komparabbli, li jikkonkludu ftehimiet ma' Stati Membri ta' l-UE tgħolli l-livell globali ta' konformità mal-konvenzjonijiet.

2.4. Pożizzjoni ta’ l-Istati Membri

Xi Stati Membri jemmnu li, bħala kwistjoni ta’ prinċipju, il-Komunità m’hijiex kompetenti biex tieħu azzjoni; ħafna minnhom, fi kwalunkwe każ, jikkundannaw dak li fl-opinjoni tagħhom huwa vjolazzjoni tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà (effettività ta’ sistemi nazzjonali) u tal-kriterju ta’ proporzjonalità (pletora ta’ strumenti stipulati). B’mod konkret, ħafna Stati Membri qed ibassru li konformità ma’ l-istandards li huma l-bażi għal rekwiżiti ta’ Stat tal-bandiera se tiġġenera spejjeż oħra, kemm jekk diretti (servejers kwalifikati, implimentazzjoni ta’ sistemi amministrattivi, personal kwalifikat għall-ivverifikar) kif ukoll jekk indiretti (delegazzjoni ta’ responsabiltajiet marbuta mal-kontrolli u responsabiltajiet ta’ ċertifikazzjoni lil soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni), filwaqt li jinħoloq riskju li prattiki Komunitarji jistgħu ‘jikkoinċidu’ ma’ obbligi internazzjonali.

3. Opinjoni tar-rapporteur

3.1. Suġġetti għal diskussjoni

In-nuqqas ta’ xi Stati Membri li jkunu konformi ma’ l-istrumenti internazzjoanli joħloq promlemi (a) ta' natura ekonomika, meta jitqies li d-diskrepanzi bejn aktar sorveljanza ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera u nuqqas ta’ serjetà fir-reġistrazzjoni jinħassu fis-sens ta’ l-ispejjeż għall-bastimenti u n-nefqa ta’ l-amministrazzjonijiet; (b) fil-kamp soċjali, peress li nuqqas ta’ konformità ma’ obbligi internazzjonali għandu effett fuq l-impjegar ta’ ekwipaġġi li jitħallsu inqas u li għandhom anqas ħila, filwaqt li dan iwassal għal ‘dumping’ soċjali li jħalli lil personal kwalifikat mingħajr xogħol; u (c) fir-rigward tal-ħarsien ambjentali, peress li l-użu ta' bastimenti li m'humiex konfromi mal-konvenzjonijiet internazzjonali, b'ekwipaġġi mingħajr il-kwalifiki meħtieġa, iżid ir-riskju ta' inċidenti marittimi, telf ta' ħajja umana, u ħsara lill-ekosistema.

3.2. Problemi ta’ kompetenza

Il-limitu maħsub tal-kompetenza leġiżlattiva ta’ l-UE jidher li m’huwiex sod legalment u m'huwiex għaqli politikament. Minn naħa waħda, fir-rigward tat-tbaħħir, it-Trattat KE nnifsu mhux biss jassenja kompetenza astratta, iżda jippermetti wkoll li tkun stabbilita riżerva billi tkun eżerċitata s-setgħa leġiżlattiva (Artikolu 80(2) TKE). It-tieni, fl-era ta’ ‘trasport globali’, ma tantx jagħmel sens li l-ibħra jitqiesu bħala kwistjoni nazzjonali, biex b'hekk il-leġiżlatura Ewropea ma tkunx tista' tikkoordina sforzi biex tkun żviluppata u mtejba s-sikurezza marittima. Barra minn hekk, kif intqal hawn fuq, l-UE diġà għaddiet liġijiet, filwaqt li għamlet sejħa b’mod espliċitu għal regoli internazzjonali.

Rigward il-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-kriterju ta’ proporzjonalità (Artikolu 5 TKE, it-tieni u t-tielet paragrafi), jista’ jingħad bla dubju li (a) meta jitqiesu l-inċidenti ripetuti f'ibħra Komunitarji (Erika, Prestige, Braer, Herald of Free Enterprise, Torrey Canyon), il-protezzjoni f’livell nazzjonali ma tistax titqies xierqa jew effettiva; (b) meta jitqies li l-ksur ta’ konvenzjonijiet ta’ l-IMO m’huwiex ikkastigat, titjib veru fl-infurzar għandu jinkiseb bil-‘Komunitarizzazzjoni’ ta’ l-istandards internazzjonali. Il-mistoqsija m’għandhiex tkun ‘jekk’ iżda ‘kif’ għandna nipproċedu, permezz ta’ approċċ ġust mingħajr burokrazija żejda, sabiex tkun immaniġġjata l-bidla minn azzjoni skond il-konvenzjonijiet għal azzjoni Komunitarja.

3.3. Burokrazija żejda

Jeħtieġ li jkun iċċarat li (a) m’humiex l-Istati Membri li jridu jippruvaw li l-istandards qed ikunu applikati, iżda hija l-Kummissjoni li trid tipprova li qed ikun hemm ksur tad-dispożizzjonijiet (fiduċja); u (b) Stati Membri jistgħu jissodisfaw obbligi Komunitarji billi jħaddmu l-konvenzjonijiet eżistenti biex jinfurzaw regoli internazzjonali (verifikar). Skond il-proposta għal direttiva, stħarriġ ta’ l-IMO u stħarriġ tal-KE jitqiesu bħala proċeduri ekwivalenti, u għaldaqstant jidher li l-‘Komunitarizzazzjoni’ tal-konvenzjonijiet tiġi simplifikata. Min-naħa l-oħra, id-dispożizzjonijiet għal ‘komunikazzjoni ta’ informazzjoni’ u għal ‘evalwazzjoni ta' rendiment’ x’aktarx li jżidu l-piżijiet burokratiċi imposti fuq amministrazzjonijiet nazzjonali: jeħtieġ li proċeduri u dokumenti ta’ mmonitorjar jinġabru f’wieħed u jiġu simplifikati kemm jista’ jkun.

3.4. Ħtieġa ta’ flessibiltà

Rigward l-effetti ta’ ‘armonizzazzjoni’ ta’ l-arranġamenti ta’ ‘komitoloġija’, iċ-ċerta diskrezzjoni li diġà ngħatat lill-amministrazzjonijiet mid-dispożizzjonijiet ta’ l-IMO hija meħtieġa sabiex ir-rekwiżiti ta’ l-Istat tal-bandiera jiġu infurzati skond is-sitwazzjonijiet nazzjonali, li jvarjaw fis-sens tal-‘kwalità’ u tal-‘kwantità’ tal-flotot: l-‘interpretazzjoni Komunitarja’ tkun użata aħjar kieku tkun suġġetta għal talba mill-partijiet konċernati (amministrazzjonijiet u/jew operaturi) u kieku tingħata każ b’każ (minflok ma tkun tgħodd għall-każijiet kollha). Madankollu, għandu jintwera li l-kumitat responsabbli (COSS) huwa magħmul kollu kemm hu minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u huwa biss ippresedut mill-Kummissjoni.

3.5. Stima ta’ l-ispejjeż

Skond l-evalwazzjoni ta’ impatt tal-Kummissjoni, kontroll aktar strett mill-Istati tal-bandiera jippromwovi ekonomiji ta’ skala fir-rigward tal-proċeduri ta’ l-Istat tal-port: dan jiffavorixxi għalkollox lil bastimenti f’reġistru Komunitarju, li jkollhom iktar kontrolli ‘upstream’ (fil-fażi ta’ reġistrazzjoni) iżda anqas spezzjonijiet ‘downstream’ (meta jirmiġġaw). Bl-istess mod, it-titjib ta’ l-amministrazzjonijiet, li jkollhom jissodisfaw standards ta’ l-ISO, u, barra minn hekk, diġà jeħtieġ li jagħmlu dan skond il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sikurezza tal-Ħajja fil-Baħar (SOLAS) u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti (MARPOL), se jżid in-nefqa temporanjament, iżda jtejjeb l-effiċjenza fil-ġejjieni.

PROĊEDURA

Titolu

Konformità mar-rekwiżiti marbuta ma’ l-Istat tal-bandiera

Referenzi

COM(2005)0586 - C6-0062/2006 - 2005/0236(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

14.3.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

14.3.2006

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

Data tad-deċiżjoni

ENVI

21.3.2006

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Marta Vincenzi

6.4.2006

 

 

Eżami fil-kumitat

19.4.2006

13.9.2006

23.1.2007

27.2.2007

Data ta' l-adozzjoni

27.2.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

-:

0:

46

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Inés Ayala Sender, Etelka Barsi-Pataky, Jean-Louis Bourlanges, Paolo Costa, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Arūnas Degutis, Christine De Veyrac, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Timothy Kirkhope, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Sepp Kusstatscher, Jörg Leichtfried, Eva Lichtenberger, Erik Meijer, Seán Ó Neachtain, Willi Piecyk, Luís Queiró, Luca Romagnoli, Gilles Savary, Brian Simpson, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Silvia-Adriana Ţicău, Georgios Toussas, Yannick Vaugrenard, Marta Vincenzi, Lars Wohlin, Corien Wortmann-Kool, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Zsolt László Becsey, Johannes Blokland, Philip Bradbourn, Roland Gewalt, Jeanine Hennis-Plasschaert, Anne E. Jensen, Rosa Miguélez Ramos