RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi
14.3.2007 - (COM(2005)0671 – C6‑0032/2006 – 2005/0278(CNS)) - *
Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Marie-Hélène Aubert
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi
(COM(2005)0671 – C6‑0032/2006 – 2005/0278(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0671)[1],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 37 u 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0032/2006),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta’ l-Ikel (A6-0061/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f’dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sostanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi mill-Parlament |
Emenda 1 Ċitazzjoni 1 | |
Having regard to the Treaty establishing the European Community, and in particular Article 37 thereof, |
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikoli 37 u 95 tiegħu, |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 37 tat-Trattat ikopri biss l-aspetti agrikoli tal-leġiżlazzjoni. Iżda, ir-regolament jittratta wkoll il-metodi speċifiċi ta’ l-ipproċessar u l-preparazzjoni ta’ prodotti organiċi fis-servizzi tal-kejtering, kantins pubbliċi u restoranti, li jinkludi aspetti tas-suq intern. Iż-żieda ta’ l-Artikolu 95, dwar dispożizzjonijiet tas-suq intern, issaħħaħ ukoll il-pożizzjoni tal-Parlament f’negozjati possibbli dwar ir-regoli ta’ implimentazzjoni li jridu jkunu adottati mill-proċedura ta’ komitoloġija. | |
Emenda 2 Premessa 1 | |
(1) Organic production is an overall system of farm management and food production that combines best environmental practices, a high level of biodiversity, preservation of natural resources, application of high animal welfare standards and production in line with the preference of certain consumers for products produced using natural substances and processes. The organic production method thus plays a dual societal role, where it on the one hand provides for a specific market responding to a consumer demand for organic products, and on the other hand delivers public goods contributing to the protection of the environment and animal welfare, as well as to rural development. |
(1) Il-produzzjoni organika hija sistema globali ta’ mmaniġġjar tal-farms u l-produzzjoni ta’ l-ikel li tiffoka fuq l-aspetti kollha tal-produzzjoni sostenibbli u tipprova ssib bilanċ u li tiġbor flimkien l-aħjar prattiki ambjentali, livell għoli ta’ bijodiversità, il-preservazzjoni tar-riżorsi naturali u l-applikazzjoni ta’ standards għolja ta’ benesseri ta’ l-annimali u tipprova ttejjeb il-fertilità tal-ħamrija b’mezzi naturali sabiex tiżgura l-produzzjoni skond il-preferenza ta’ ċerti konsumaturi għal prodotti li jsiru billi jintużaw sustanzi u proċessi naturali. Il-metodu tal-produzzjoni organika b’hekk għandu diversi rwoli pożittivi: huwa mhux biss jipprovdi għal suq speċifiku li jirreaġixxi għal talba tal-konsumatur għal prodotti organiċi, filwaqt li jagħti prodotti pubbliċi mhux limitati biss għas-settur ta’ l-ikel, iżda wkoll u fuq kollox huwa jikkontribwixxi għall-protezzjoni ta’ l-ambjent u tal-benesseri ta’ l-annimali, kif ukoll għall-iżvilupp rurali soċjali. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-produzzjoni sostenibbli għandha tkun il-mira ewlenija tal-produzzjoni organika u barra minn hekk għandu jkun hemm bilanċ fost l-aħjar prattiki varji fil-qasam ta’ l-ambjent. | |
Emenda 3 Premessa 2 | |
(2) The contribution of the organic agricultural sector is on the increase in most Member States. Growth in consumer demand in recent years is particularly notable. Recent reforms of the common agricultural policy, with its emphasis on market-orientation and the supply of quality products to meet consumer demands, are likely to further stimulate the market in organic produce. Against this background the legislation on organic production plays an increasingly important role in the agricultural policy framework and is closely related to the developments on the agricultural markets.
|
(2) Il-biedja organika tikkonforma b’mod sħiħ ma’ l-objettivi ta’ żvilupp sostenibbli stabbiliti mill-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ l-aġenda ta’ Göteborg, minħabba li hija tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq żvilupp sostenibbli, tipproduċi prodotti tajbin għas-saħħa u ta’ kwalità għolja u tuża metodi ta’ produzzjoni li huma ambjentalment sostenibbli. Il-kontribut tal-qasam ta’ l-agrikoltura organika qed jiżdied fil-biċċa l-kbira ta’ l-Istati Membri. It-tkabbir fid-domanda tal-konsumatur f’dawn l-aħħar snin huwa partikolarment notevoli. Riformi reċenti tal-politika agrikola komuni, bl-enfasi tagħha fuq l-orjentazzjoni tas-suq u l-provvista ta’ prodotti ta’ kwalità sabiex jintlaħqu t-talbiet tal-konsumaturi, x’aktarx li jistimulaw iżjed is-suq tal-prodotti organiċi. F’dan l-isfond huwa neċessarju għall-produzzjoni organika li jkollha rwol dejjem iktar importanti fil-qafas tal-politika agrikola u li tkun relatata mill-qrib ma’ l-iżviluppi fis-suq agrikolu u marbuta mal-ħarsien u s-salvagwardja tal-ħamrija assenjata għal attivitajiet agrikoli. |
Ġustifikazzjoni | |
Aħna nħossu li huwa essenzjali li l-istrateġija ta’ Göteborg ta’ l-UE, u l-prinċipji ewlenin li hija tistabbilixxi għall-agrikoltura (cf. Il-konklużjonijiet tal-Presidenza, Göteborg, 15-16 ta’ Ġunju 2001), għandhom jissemmew hawnhekk, minħabba li l-biedja organika hija indikata b’mod speċifiku hemmhekk bħala aspett tal-Politika Agrikola Komuni li hija kompletament konformi ma’ l-objettivi ta’ Göteborg. | |
Emenda 4 Premessa 2 a (ġdida) | |
|
(2a) Kull biċċa leġiżlazzjoni u politika li l-Komunità tadotta f’dan il-qasam għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-biedja organika u tal-produzzjoni organika kif definiti f’dan ir-Regolament. Il-biedja organika għandha rwol importanti fl-implimentazzjoni tal-politika tal-Komunità dwar l-iżvilupp sostenibbli. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-biedja organika hija relatata mill-qrib mal-politika dwar l-iżvilupp sostenibbli; politiki u biċċiet ta’ leġiżlazzjoni oħrajn għandom isegwu l-eżempju ta’ din il-politika billi jqisu dan it-tip ta’ produzzjoni u jgħinu sabiex jintlaħqu l-objettivi li ġew stabbiliti. | |
Emenda 5 Premessa 3 | |
(3) The Community legal framework governing the sector of organic production should pursue the objective of ensuring fair competition and a proper functioning of the internal market in organic products, and of maintaining and justifying consumer confidence in products labelled as organic. It should further aim at providing conditions under which this sector can progress in line with production and market developments. |
(3) Il-qafas legali Komunitarju li jirregola s-settur tal-produzzjoni organika għandu jimmira lejn l-objettiv li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u l-operat xieraq tas-suq intern tal-prodotti organiċi, u li l-kunfidenza tal-konsumatur fi prodotti li huma ttikkettati bħala organiċi tinżamm u tkun ġustifikata. Għandu jimmira wkoll li joħloq kundizzjonijiet li bihom dan il-qasam ikun jista’ jagħmel progress skond żviluppi fil-produzzjoni u fis-suq u b’mod li jkun ambjentalment sostenibbli. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-produzzjoni organika tista’ tiġi promossa permezz ta’ miżuri leġiżlattivi innovattivi li jkunu konsistenti mhux biss mal-politiki tas-suq, iżda wkoll ma’ l-iżvilupp sostenibbli | |
Emenda 6 Premessa 7 | |
(7) A general Community framework of organic production rules should be established with regard to plant and livestock production, including rules on conversion, as well as on production of processed food and of feed. Competence to determine the details of those general rules and to adopt Community production rules for aquaculture should be conferred on the Commission. |
(7) Għandu jiġi stabbilit qafas Komunitarju ġenerali tar-regoli tal-produzzjoni organika fir-rigward tal-produzzjoni ta’ pjanti u bhejjem, inklużi regoli dwar il-bidla, kif ukoll dwar il-produzzjoni ta’ l-ikel ipproċessat u ta’ l-għalf. Il-kompetenza sabiex ikunu determinati d-dettalji u l-annessi ta’ dawk ir-regoli ġenerali u sabiex ikunu adottati regoli ta’ produzzjoni tal-Komunità għall-akkwakultura għandha tingħata lill-Kummissjoni li għandha tikkonsulta lill-Parlament u lill-Kunsill. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Kummissjoni għadha ma kkonsultatx lill-Parlament u lill-Kunsill dwar id-dettalji u l-annessi tar-regolament. Jekk din ma ssirx qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-regolament, il-Parlament irid ikun ikkonsultat dwar l-annessi hekk kif il-Kummissjoni tkun adottat l-abbozz tat-testi. | |
Emenda 7 Premessa 8 | |
(8) The development of organic production should further be facilitated in particular by fostering the use of new techniques and substances better suited to organic production. |
(8) L-iżvilupp tal-produzzjoni organika għandu jkun iffaċilitat aktar, fuq il-bażi ta’ l-aħjar prattiki stabbiliti, b’mod partikulari billi jkunu promossi l-fertilità tal-ħamrija, ir-rotazzjoni ta’ l-uċuħ tar-raba’, il-konservazzjoni taż-żerriegħa lokali, prattiki ta’ ffrankar ta’ l-ilma u l-enerġija u l-użu ta’ tekniki ġodda u sustanzi li huma iktar adatti għall-produzzjoni organika. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-biedja organika teħtieġ iktar appoġġ speċifiku fi prattiki u proċessi agrikoli tajbin milli tekniki u sustanzi ġodda. | |
Emenda 8 Premessa 9 | |
(9) Genetically modified organisms (GMOs) and products produced from or by GMOs are incompatible with the concept of organic production and consumers’ perception of organic products. They should therefore not be deliberately used in organic farming or in the processing of organic products. |
(9) Organiżmi modifikati ġenetikament (GMOs) u prodotti magħmula minn jew permezz ta’ GMOs m’humiex kompatibbli mal-kunċett ta’ produzzjoni organika u l-perċezzjoni tal-konsumaturi tal-prodotti organiċi. Għalhekk huma m’għandhomx jintużaw fil-biedja organika jew fl-ipproċessar ta’ prodotti organiċi. Il-kontaminazzjoni ta’ żerriegħa organika, inputs, għalf u ikel għandha tkun eliminata permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u Komunitarja xierqa li tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-prinċipji, l-objettivi u r-regoli tal-biedja organika jeskludu l-użu u l-preżenza ta’ GMOs fil-proċessi u l-prodotti organiċi kollha. Huwa għalhekk importanti li tkun adottata leġiżlazzjoni nazzjonali u ta’ l-UE li tiggarantixxi li ma sseħħx kontaminazzjoni bil-GMOs. | |
Emenda 9 Premessa 9 a (ġdida) | |
|
(9a) L-użu ta’ prodotti sintetiċi għall-protezzjoni tal-pjanti huwa inkompatibbli mal-produzzjoni organika. |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda li m’għandha bżonn l-ebda spjegazzjoni u li hija konsistenti mal-premessi 10 sa 13, li huma relatati ma’ l-użu esklussiv ta’ sorsi li jiġġeddu, mar-rotazzjoni ta’ l-uċuħ tar-raba’ plurijennali u l-kompatibilità ta’ fertilizzanti addizzjonali mal-produzzjoni organika. | |
Emenda 10 Premessa 14 | |
(14) In order to avoid environmental pollution, in particular of natural resources such as the soil and water, organic production of livestock should in principle provide for a close relationship between such production and the land, suitable multi-annual rotation systems and the feeding of livestock with organic-farming crop products produced on the holding itself or on neighbouring organic holdings. |
(14) Sabiex ikun evitat it-tniġġis ambjentali u ħsara irriversibbli tal-kwalità u d-disponibilità ta’ riżorsi naturali bħall-ħamrija u l-ilma, il-produzzjoni organika tal-bhejjem fil-prinċipju għandha tipprovdi għal relazzjoni mill-qrib bejn tali produzzjoni u l-art, sistemi ta’ rotazzjoni plurijennali xierqa u l-għalf tal-bhejjem bi prodotti ta’ l-uċuħ tar-raba’ tal-biedja organika prodotti fil-proprjetà nfisha jew fil-proprjetajiet organiċi ġirien. |
Ġustifikazzjoni | |
Ma tridx titħalla ssir ħsara irriversibbli tal-kwalità u d-disponibilità ta’ riżorsi naturali. | |
Emenda 11 Premessa 15 | |
(15) As organic stock farming is a land-related activity, animals should have, where possible, access to open air or grazing areas. |
(15) Minħabba li l-biedja organika tal-bhejjem hija attività relatata ma’ l-art, l-annimali għandu jkollhom aċċess għal inħawi fil-miftuħ jew mergħat kull meta l-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija jippermettu. |
Ġustifikazzjoni | |
L-aċċess għal inħawi fil-miftuħ u/jew mergħat, skond l-ispeċijiet ikkonċernati, huwa wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-biedja organika. Huwa ma jridx ikun għażla iżda pjuttost irid jiddependi fuq il-kundizzjonijiet msemmija fl-emenda. | |
Emenda 12 Premessa 16 | |
(16) Organic stock farming should respect high animal welfare standards and meet animals’ species–specific behavioural needs and animal-health management should be based on disease prevention. In this respect, particular attention should be paid to housing conditions, husbandry practices and stocking densities. Moreover, the choice of breeds should favour slow growing strains and take account of their capacity to adapt to local conditions. The implementing rules for livestock production and aquaculture production should ensure compliance with at least the provisions of the European Convention to the Protection of Animals kept for Farming purposes (T-AP) and its subsequent recommendations. |
(16) Il-biedja organika tal-bhejjem għandha tirrispetta l-istandards għoljin tal-benesseri ta’ l-annimali u għandha ssir skond il-ħtiġijiet ta’ mġiba ta’ l-annimali li huma speċifiċi għal kull speċi u l-immaniġġjar tas-saħħa ta’ l-annimali għandu jkun ibbażat fuq il-prevenzjoni tal-mard. F’dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni partikulari għall-kundizzjonijiet ta’ fejn joqogħdu l-bhejjem, għall-prattiki tat-trobbija u għad-densità tat-trobbija. Barra minn hekk, l-għażla ta’ razez għandha tiffavorixxi lil dawk li jgħixu fit-tul, li huma reżistenti għall-mard, u li jikbru bil-mod u razez reġjonali indiġeni u għandha tqis il-kapaċità tagħhom li jadattaw għal kundizzjonijiet lokali. Ir-regoli ta’ implimentazzjoni għall-produzzjoni tal-bhejjem u għall-produzzjoni ta’ l-akkwakultura għandhom jiżguraw li jkunu konformi talanqas mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni ta’ Annimali mrobbija għall-Biedja (T-AP) u r-rakkomandazzjonijiet sussegwenti tagħha. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-reżistenza għall-mard u l-għomor twil huma karatteristiċi importanti wkoll għal razez ta’ annimali robusti. | |
Emenda 13 Premessa 17 | |
(17) The organic livestock production system should aim at completing the production cycles of the different livestock species with organically reared animals. It should therefore encourage the increase of the gene pool of organic animals, improve self reliance and thus ensure the development of the sector. |
(17) Is-sistema tal-produzzjoni organika tal-bhejjem għandha timmira sabiex iċ-ċikli ta’ produzzjoni ta’ l-ispeċijiet differenti tal-bhejjem jintemmu ma’ l-annimali mrobbija b’mod organiku. Hija għalhekk għandha tinkoraġġixxi żieda fil-ġabra tal-ġeni ta’ annimali organiċi, ittejjeb id-dipendenza fuqha stess u b’hekk tiżgura u tinkoraġġixxi l-iżvilupp tas-settur. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-produzzjoni organika tal-bhejjem għandha tkun żgurata u inkoraġġuta. | |
Emenda 14 Premessa 22a (ġdida) | |
|
(22a) Minħabba d-diversità attwali tal-prattiki tal-kultivazzjoni u tal-biedja tal-bhejjem fil-biedja agrikola, l-Istati Membri għandhom jitħallew jagħżlu li japplikaw regoli addizzjonali u iktar stretti għall-biedja organika fuq it-territorju tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa neċessarju li l-Istati Membri jitħallew jagħżlu li japplikaw regoli addizzjonali u iktar stretti għall-biedja organika, meta wieħed iqis il-varjabilità għolja tal-prattika fl-Ewropa, mhux biss għal raġunijiet tal-ħamrija u tal-klima iżda wkoll minħabba fatturi kulturali. L-għażla ta’ sussidjarjetà “pożittiva” diġà teżisti skond ir-regolament Ewropew attwali tal-produzzjoni organika, u wriet li hija indispensabbli: hija tgħin lil kull Stat Membru, fuq il-bażi komuni tal-leġiżlazzjoni Ewropea, sabiex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-konsumaturi tiegħu stess għall-prodotti organiċi. | |
Emenda 15 Premessa 25 | |
(25) In order to create clarity throughout the Community market, a simple standardised reference should be made obligatory for all organic products produced within the Community, at least where such products do not bear the Community organic production logo. The possibility to use this reference should also apply to organic products imported from third countries, but without any obligation to do so. |
(25) Sabiex l-affarijiet ikunu ċari fis-suq kollu tal-Komunità, kodiċi ta’ referenza standardizzat sempliċi għandu jkun obbligatorju għall-prodotti organiċi kollha magħmula fil-Komunità, anki meta prodotti bħal dawn ikollhom il-lowgow tal-Komunità tal-produzzjoni organika. Il-kodiċi ta’ referenza standardizzat għandu japplika wkoll għal prodotti organiċi importati minn pajjiżi terzi u għandu jindika b’mod ċar l-oriġini tal-prodotti u d-differenzi li jista’ jkun hemm fl-applikazzjoni tar-regoli tal-produzzjoni organika. |
Ġustifikazzjoni | |
Kodiċi ta’ referenza standardizzat irid ikun obbligatorju, speċjalment għal prodotti organiċi importati minn pajjiżi terzi. | |
Emenda 16 Premessa 27a (ġdida) | |
|
(27a) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-qafas leġiżlattiv neċessarju, ibbażat fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq il-prinċipju li min iniġġes iħallas, sabiex ma jħallux li l-prodotti organiċi jiġu kkontaminati bil-GMOs. L-operaturi jridu jieħdu l-miżuri ta’ prekawzjoni kollha neċessarji sabiex ma jħallux li jkun hemm kontaminazzjoni bil-GMOs li tkun aċċidentali jew li ma tkunx tista’ tiġi evitata teknikament. |
Emenda 17 Premessa 32 | |
(32) The assessment of equivalency with regard to imported products should take into account the international standards laid down in Codex Alimentarius. |
(32) L-evalwazzjoni ta’ l-ekwivalenza fir-rigward ta’ prodotti importati għandha tqis l-istandards ta’ produzzjoni li huma ekwivalenti għal dawk applikati fil-Komunità għall-produzzjoni organika. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Codex Alimentarius jistabbilixxi linji gwida ġenerali għall-produzzjoni ta’ prodotti organiċi u bl-ebda mod ma jipprovdi għar-regoli stretti ta’ produzzjoni li japplikaw għall-produzzjoni organika fl-UE. | |
Emenda 18 Premessa 32 a (ġdida) | |
|
(32a) Ir-regoli ta’ importazzjoni għall-prodotti organiċi għandhom jitqiesu bħala mudell għall-aċċess kwalifikat għas-suq, li jagħti lill-produtturi ta’ pajjiżi terzi aċċess għal suq ta’ valur għoli, sakemm huma jirrispettaw l-istandards ta’ dak is-suq. |
Emenda 19 Premessa 36 | |
(36) The measures necessary for the implementation of this Regulation should be adopted in accordance with Council Decision 1999/468/EC of 28 June 1999 laying down the procedures for the exercise of implementing powers conferred on the Commission. Considering that the legislation on organic production is an important factor in the framework of the Common Agricultural Policy, as it is closely related to the developments on the agricultural markets, it is appropriate to bring it in line with existing legislative procedures used to manage the this policy. The powers conferred on the Commission under this Regulation should therefore be exercised in accordance with the management procedure provided for in Article 4 of Decision 1999/468/EC, |
(36) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Meta wieħed iqis li l-leġiżlazzjoni dwar il-produzzjoni organika hija fattur importanti fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni, minħabba li hija marbuta mill-qrib ma’ l-iżviluppi fis-swieq ta’ l-agrikoltura, huwa xieraq li ssir konformi mal-proċeduri leġiżlattivi eżistenti użati għall-immaniġġjar ta’ din il-politika. Il-poteri mogħtija lill-Kummissjoni skond dan ir-Regolament għalhekk għandhom jitħaddmu skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-deċiżjoni 1999/468/KE kienet emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta’ Lulju 2006. Il-proċedura regolatorja bi skrutinju tagħti opportunità biżżejjed lill-Kummissjoni għal prattika amministrattiva tajba filwaqt li tinvolvi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | |
Emenda 20 Artikolu 1, paragrafu 1, parti introduttorja | |
1. This Regulation establishes objectives, principles and rules concerning:
|
1. Dan ir-Regolament jipprovdi l-bażi għall-iżvilupp sostenibbli tal-produzzjoni organika u jistabbilixxi objettivi, prinċipji u regoli li jikkonċernaw: |
Emenda 21 Artikolu 1, paragrafu 1, punt (a) | |
(a) the production, placing on the market, import, export and controls of organic products; |
(a) l-istadji kollha tal-produzzjoni, il-metodi ta’ produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, l-ispezzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ prodotti organiċi; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-produzzjoni organika hija karatterizzata bħala attività ekonomika orjentata lejn proċessi li tinkludi metodi ta’ produzzjoni speċifiċi, ipproċessar, preparazzjoni, distribuzzjoni etc. li jeħtieġu jkunu definiti skond is-suġġett, l-iskop u d-definizzjonijiet. | |
Emenda 22 Artikolu 1, paragrafu 2, parti introduttorja | |
2. This Regulation shall apply to the following products originating from agriculture or aquaculture, where such products are intended to be marketed as organic: |
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti li ġejjin, li joriġinaw mill-agrikoltura jew mill-akkwakultura, meta prodotti bħal dawn juru jew ikun hemm il-ħsieb li juru indikazzjonijiet li jirreferu għall-metodu ta’ produzzjoni organika: |
Emenda 23 Artikolu 1, paragrafu 2, punt (e a) (ġdid) | |
|
(ea) prodotti oħra bħal suf, ħut preservat, kosmetiċi, supplimenti ta’ l-ikel u żjut essenzjali; |
Ġustifikazzjoni | |
Dawn il-prodotti huma marbuta ma’ l-ambjent naturali waqt mill-inqas stadju wieħed fl-ipproċessar tagħhom u l-esplojtazzjoni tagħhom tinvolvi l-użu ta’ riżorsi agrikoli u ambjentali. Għall-iskopijiet ta’ l-esplojtazzjoni sostenibbli tagħhom il-possibilità li jkunu kklassifikati bħala prodotti organiċi tista’ tfisser valur miżjud. | |
Emenda 24 Artikolu 1, paragrafu 3, parti introduttorja | |
3. This Regulation shall apply within the territory of the European Community to any operator involved in the following activities:
|
3. Dan ir-Regolament għandu japplika għal kull operatur involut f’attivitajiet fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, tal-preparazzjoni u tad-distribuzzjoni tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2), li jinkludu: |
Ġustifikazzjoni | |
Is-suq tal-kejtering qed isir iktar u iktar importanti fis-settur tal-prodotti organiċi. Ħafna konsumaturi Ewropej jiddependu fuq servizzi tal-kejtering, kantins u restoranti għal ikliet ta’ kuljum. Huwa importanti li huma jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata bejn ikel konvenzjonali u ikel organiku. Il-kejterers, jekk verament ikunu jridu joffru lill-klijenti tagħhom linja ta’ produzzjoni organika sħiħa, għandhom jobdu l-istandards komuni Ewropej. Dan għandu jiggarantixxi trasparenza għall-konsumaturi, kif ukoll kompetizzjoni ġusta bejn operaturi fi Stati Membri differenti. | |
Emenda 25 Artikolu 1, paragrafu 3, punt (b) | |
(b) processing of food and feed; |
(b) l-ippakkjar, l-ipproċessar u l-preparazzjoni ta’ ikel u għalf; |
Emenda 26 Artikolu 1, paragrafu 3, punt (c) | |
(c) packaging, labelling and advertising; |
(c) l-ikkondizzjonar, l-ippakkjar, il-ħażna, it-tikkettar u r-riklamar tal-prodotti tal-biedja organika; |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-riklamar mhux il-kwistjoni | |
Emenda 27 Artikolu 1, paragrafu 3, subparagrafu 2 | |
However, it shall not apply to catering operations, factory canteens, institutional catering, restaurants or other similar food service operations. |
(fa) attivitajiet ta’ kejtering, kantins, restoranti jew attivitajiet oħra simili li jipprovdu servizz ta’ ikel. |
Ġustifikazzjoni | |
Jeħtieġ li r-regolament jinkludi attivitajiet ta’ kejtering u servizzi ta’ l-ikel minħabba li dawn jinkludu aktar ipproċessar u preparazzjoni ta’ ikel organiku u huma forma ta’ kummerċjalizzazzjoni li jridu jkunu inklużi fid-definizzjonijiet, it-tikkettar u l-kontroll. | |
Emenda 28 Artikolu 2, punt (a) | |
(a) ‘organic production’ means the use of organic production methods on the farm holding, as well as activities involved in the further processing, packaging and labelling of a product, in compliance with the objectives, principles and rules established in this Regulation; |
(a) ‘produzzjoni organika’ jfisser l-użu ta’ metodi ta’ produzzjoni organika fuq il-proprjetà tal-farm, kif ukoll attivitajiet involuti fl-ipproċessar addizzjonali, l-ikkondizzjonar, l-ippakkjar, il-ħażna u t-tikkettar ta’ prodott, f’konformità ma’ l-objettivi, il-prinċipji u r-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament; |
Emenda 29 Artikolu 2, punt (b) | |
(b) ‘organic product’ means an agricultural product coming from organic production; |
(b) ‘prodott organiku’ jfisser prodott li jkun ġej minn produzzjoni organika; |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-regolament jinkludi l-akkwakultura. Id-definizzjoni “prodott agrikolu” hija għalhekk dejqa wisq. | |
Emenda 30 Artikolu 2 punt (b a) (ġdid) | |
|
(ba) ‘operatur’ ifisser is-sid ta’ negozju li jwettaq attivitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u li huwa suġġett għas-sorveljanza ta’ l-awtoritajiet jew ta’ l-entitajiet ta’ kontroll responsabbli għall-produzzjoni organika; |
Ġustifikazzjoni | |
Din id-definizzjoni, li bħalissa hija fis-seħħ skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) 2092/91, hija importanti jekk sa norbtu l-attivitajiet kollha inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta. | |
Emenda 31 Artikolu 2, punt (f) | |
(f)'conversion' means the transition from non organic to organic farming; |
(f) ‘bidla’ jfisser perjodu ta’ tranżizzjoni minn biedja konvenzjonali għal biedja organika; |
Ġustifikazzjoni | |
It-tranżizzjoni trid tkun definita b’limitu ta’ żmien. | |
Emenda 32 Artikolu 2, punt (j) | |
(j) ‘competent authority’ means the central authority of a Member State competent for the organisation of official controls in the field of organic production or any other authority on which that competence has been conferred and, where appropriate, the corresponding authority of a third country; |
(j) ‘awtorità kompetenti’ jfisser l-awtorità ta’ Stat Membru kompetenti għall-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tar-regoli dettaljati adottati mill-Kummissjoni għall-applikazzjoni tiegħu jew kwalunkwe awtorità oħra li ngħatat dik il-kompetenza kollha jew parti minnha; għandha tinkludi wkoll, fejn xieraq, l-awtorità korrispondenti ta’ pajjiż terz; |
Ġustifikazzjoni | |
Jeħtieġ li l-awtorità kompetenti tkun definita aħjar sabiex tinkludi l-forom varji possibbli ta’ l-awtoritajiet involuti. | |
Emenda 33 Artikolu 2, punt (k) | |
(k) ‘control body’ means an independent third party to which the competent authority has delegated certain control tasks;
|
(k) ‘korp ta’ kontroll’ ifisser il-korp indipendenti li jwettaq proċeduri ta’ spezzjoni, ċertifikazzjoni u traċċabilità fis-settur tal-produzzjoni organika skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u r-regoli dettaljati adottati mill-Kummissjoni għall-applikazzjoni tiegħu u li kien rikonoxxut u kkontrollat għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti; huwa jinkludi wkoll, jekk xieraq, il-korp ekwivalenti ta’ pajjiż terz li sabiex ikun rikonoxxut jiġu applikati regoli speċifiċi; |
Emenda 34 Artikolu 2, punt (m) | |
(m) ‘mark of conformity’ means the assertion of conformity to a particular set of standards or other normative documents in the form of a mark; |
(m) ‘marka ta’ konformità’ jfisser dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti dderivati minn sett partikulari ta’ standards jew dokumenti normattivi oħra fl-għamla ta’ marka; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposta tipprova tirranġa l-kliem użat billi tintroduċi definizzjoni skond it-terminoloġija użata fl-istandards Ewropej, bħas-serje EN ISO 9000 dwar il-kwalità u s-serje EN ISO 14000 dwar l-immaniġġjar ambjentali, fejn il-konformità hija definita bħala konformità mar-rekwiżiti. | |
Emenda 35 Artikolu 2, punt (r) | |
(r) ‘products produced by GMOs’ means food and feed additives, flavourings, vitamins, enzymes, processing aids, certain products used in animal nutrition (under Directive 82/471/EEC), plant protection products, fertilisers and soil conditioners, produced by nourishing an organism with materials that are in whole or in part GMOs; |
(r) ‘prodotti magħmulin permezz ta’ GMOs’ ifisser prodotti dderivati bl-użu ta’ GMO bħala l-aħħar organiżmu ħaj fil-proċess ta’ produzzjoni, iżda li ma jkollhomx jew ma jikkonsistux minn GMOs u lanqas ma jkunu magħmula minn GMOs; |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-regolament għandu jkun konsistenti mad-definizzjonijiet tal-GMO użati f’leġiżlazzjoni rilevanti oħra sabiex ma jkunx hemm konfużjoni fit-terminoloġija. | |
Emenda 36 Artikolu 2 punt (v a) (ġdid) | |
|
(va) ‘tidmil tal-ħaxix’ ifisser wiċċ tar-raba’, li jista’ jinkludi pjanti spontanji u ħaxix ħażin, li huwa inkorporat fil-ħamrija bil-għan li tittejjeb il-ħamrija. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-definizzjonijiet għandhom jinkludu t-termini speċifiċi kollha użati fir-regolament. | |
Emenda 37 Artikolu 2 punt (v b) (ġdid) | |
|
(vb) “trattament veterinarju” jfisser il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni u ta’ kura użati sabiex ikun ittrattat annimal marid jew grupp ta’ annimali morda għal marda partikolari, skond preskrizzjoni u għal perjodu limitat. |
Ġustifikazzjoni | |
L-esperjenza wriet li huwa neċessarju li jkun definit b’mod preċiż it-terminu “trattament” użat fl-Artikolu 9. | |
Emenda 38 Artikolu 2 punt (v c) (ġdid) | |
|
(vc) ‘sintetiku’ jfisser prodotti manufatturati permezz ta’ proċessi kimiċi u industrijali, inklużi l-prodotti kollha li ma jinstabux fin-natura u simulazzjonijiet ta’ prodotti minn sorsi naturali, ħlief prodotti estratti minn materja prima naturali jew modifikati permezz ta’ proċessi kimiċi sempliċi. |
Ġustifikazzjoni | |
Jeħtieġ li d-definizzjoni ta’ prodotti sintetiċi tkun iċċarata. Madankollu m’għandhiex tinkludi materja prima naturali li tkun pproċessata tradizzjonalment eż. bl-użu ta’ aċidi jew alkali mhux organiċi biex jinbidel il-pH, eċċ. | |
Emenda 39 Artikolu 3, parti introduttorja | |
The organic production system shall pursue the following objectives: |
Il-metodu ta’ produzzjoni organika għandu jimmira sabiex jilħaq l-objettivi li ġejjin: |
Emenda 40 Artikolu 3, punt (a), parti introduttorja | |
(a) It shall establish, in a practical, economically viable management system for agriculture, a production of a wide variety of products by methods that: |
(a) Huwa għandu jistabbilixxi, f’sistema bbażata fuq produzzjoni ambjentali u soċjo-ekonomika sostenibbli, il-produzzjoni ta’ varjetà wiesgħa ta’ prodotti b’metodi li: |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kunċett ta’ vijabilità ekonomika huwa ambigwu u dibattibbli, u jista’ jiġi interpretat b’ħafna modi u kultant b’modi diverġenti. | |
Emenda 41 Artikolu 3, punt (a), punt (i) | |
(i) minimise the negative effects on the environment; |
(i) inaqqsu kemm jista’ jkun l-effetti negattivi fuq l-ambjent u l-klima; |
Emenda 42 Artikolu 3, punt (a), punt (i a) (ġdid) | |
|
(ia) jiżguraw ekwilibriju dejjiemi bejn il-ħamrija, l-ilma, il-pjanti u l-annimali; |
Ġustifikazzjoni | |
Is-sostenibilità tal-biedja u ta’ l-ekosistemi marbuta magħha tista’ tintlaħaq permezz ta’ metodi tal-biedja organika. | |
Emenda 43 Artikolu 3, punt (a), punt (ii) | |
(ii) maintain and enhance a high level of biological diversity on farms and their surrounding areas; |
(ii) iżommu u jtejbu livell għoli ta’ diversità bijoloġika u ġenetika fil-farms u konsegwentement fl-inħawi madwarhom f’sens iktar wiesa’, filwaqt li jiddedikaw attenzjoni partikolari għall-konservazzjoni ta’ varjetajiet lokali li adattaw ruħhom u lir-razez indiġeni; |
Emenda 44 Artikolu 3, punt (a), punt (iii) | |
(iii) preserve as far as possible the natural resources, such as water, soil, organic matter and air; |
(iii) jisfruttaw bl-iktar mod razzjonali possibbli r-riżorsi naturali (l-ilma, il-ħamrija u l-arja) u l-input agrikolu (l-enerġija, l-aġenti tal-protezzjoni tal-pjanti, l-ingredjenti nutrittivi); |
Emenda 45 Artikolu 3, punt (a), punt (iv) | |
(iv) respect high animal welfare standards and in particular meet animals’ species specific behavioural needs. |
(iv) jirrispettaw standards għoljin ta’ saħħa u benesseri ta’ l-annimali u b’mod partikulari jissodisfaw il-bżonnijiet ta’ mġiba ta’ l-annimali li huma speċifiċi għal kull speċi. |
Emenda 46 Artikolu 3, punt (a), punt (iv a) (ġdid) | |
|
(iva) jikkontribwixxu għall-preservazzjoni ta’ proċessi tradizzjonali ta’ preparazzjoni ta’ prodotti ta’ l-ikel ta’ kwalità u għat-titjib ta’ farms u negozji żgħar tal-familja. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-prinċipji tal-produzzjoni organika għandhom jinkludu l-aspetti soċjali u kulturali li jikkontribwixxu sabiex jinżamm id-divrenzjar tal-produzzjoni organika ta’ kwalità. | |
Emenda 47 Artikolu 3, punt (b) | |
(b) It shall establish a production of food and other agricultural products that responds to a consumer demand for goods produced by use of natural processes, or processes that are comparable to natural processes, and naturally occurring substances. |
(b) Huwa għandu jistabbilixxi produzzjoni ta’ prodotti ta’ l-ikel u prodotti agrikoli oħrajn li twieġeb għad-domanda tal-konsumatur għal prodotti magħmulin bl-użu ta’ proċessi naturali, jew proċessi fiżiċi li jkunu simili għall-proċessi naturali, u sustanzi li jeżistu b’mod naturali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-użu possibbli ta’ sustanzi kimiċi għandu jkun evitat. | |
Emenda 48 Artikolu 4, punt (a) | |
(a) the use of living organisms and mechanical production methods shall be preferred to the use of synthetic materials;
|
(a) organiżmi ħajjin u metodi ta’ produzzjoni mekkaniċi biss se jintużaw, l-użu ta’ materjali sintetiċi u metodi ta’ produzzjoni li jinvolvu materjali sintetiċi huma permessi biss meta jkunu konformi ma’ l-Artikolu 16;
|
Emenda 49 Artikolu 4 punt (a a) (ġdid) | |
|
(aa) metodi ta’ produzzjoni bijoloġiċi u mekkaniċi għandhom ikunu ppreferiti mill-użu ta’ fatturi ta’ produzzjoni esterni bħall-materjali sintetiċi; |
Emenda 50 Artikolu 4, paragrafu 1, punt (b) | |
(b) natural substances shall be used in preference to chemically synthesised substances, which may be used only where natural substances are not commercially available;
|
(b) meta fatturi ta’ produzzjoni esterni jkunu neċessarji, għandhom jintużaw minerali u materja prima prodotta b’mod organiku; sustanzi ttrattati kimikament jew sintetizzati jridu jkunu strettament limitati għal każijiet eċċezzjonali, jistgħu jintużaw biss meta sustanzi naturali ma jkunux disponibbli kummerċjalment u jridu jkunu awtorizzati speċifikament skond l-Artikolu 11; |
Emenda 51 Artikolu 4, punt (c) | |
(c) GMOs and products produced from or by GMOs may not be used, with the exception of veterinary medicinal products |
(c) m’għandhomx jintużaw GMOs u prodotti magħmula minn jew b’GMOs; |
Ġustifikazzjoni | |
Għar-raġuni ta’ kompletezza prodotti mediċinali veterinarji m’għandhomx ikunu eżentati minn dan ir-regolament. Illum hemm għażla vasta ta’ mediċini veterinarji organiċi fis-suq; għalhekk dawn il-mediċini għandhom jintużaw mal-biedja organika. | |
Emenda 52 Artikolu 4 punt (c a) (ġdid) | |
|
(ca) ma tistax tintuża radjazzjoni jonizzanti. |
Emenda 53 Artikolu 4, punt (d) | |
(d) rules of organic production shall be adapted to local conditions, stages of development and specific husbandry practices, while maintaining the common concept of organic production. |
(d) ir-regoli tal-produzzjoni organika għandhom ikunu adattati għall-kundizzjonijiet lokali, għall-istadji ta’ żvilupp u għal prattiki speċifiċi ta’ trobbija, filwaqt li jinżammu l-objettivi u l-prinċipji tal-produzzjoni organika; |
Emenda 54 Artikolu 4, punt (d a) (ġdid) | |
|
(da) il-produzzjoni organika għandha tħares il-kwalità, l-integrità u t-traċċabilità tal-prodott fil-katina ta’ l-ikel kollha; |
Emenda 55 Artikolu 4, punt (d b) (ġdid) | |
|
(db) il-produzzjoni organika għandha tkun attività soċjali, ambjentali u ekonomika sostenibbli; |
Emenda 56 Artikolu 4, punt (d c) (ġdid) | |
|
(dc) m’għandux ikun hemm il-produzzjoni idroponika ta’ l-uċuħ tar-raba’ u lanqas forma oħra ta’ produzzjoni ta’ l-uċuħ tar-raba’ mingħajr ħamrija u lanqas produzzjoni tal-bhejjem mingħajr ħamrija. |
Ġustifikazzjoni | |
Din il-projbizzjoni għandha tiġi inkluża wkoll fl-Artikolu. | |
Emenda 57 Artikolu 5, punt (a) | |
(a) farming shall maintain and enhance soil fertility, prevent and combat soil erosion, and minimise pollution; |
(a) il-biedja għandha żżomm u ttejjeb il-ħajja u l-fertilità tal-ħamrija, ma tħallix li sseħħ u tiġġieled kontra l-erożjoni tal-ħamrija, u tnaqqas kemm jista’ jkun it-tniġġis; |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li mhux biss tiġi mħarsa l-fertilità tal-ħamrija, għall-benefiċċju tal-biedja sostenibbli, iżda wkoll il-komunitajiet bijoloġiċi fil-ħamrija. | |
Emenda 58 Artikolu 5 punt (a a) (ġdid) | |
|
(aa) il-biedja għandha tippreserva u toħloq l-impjiegi, b’hekk tikkontribwixxi għall-iżvilupp rurali sostenibbli; |
Emenda 59 Artikolu 5, punt (c) | |
(c) the use of non-renewable resources and off-farm inputs shall be minimized; |
(c) l-użu ta’ riżorsi li ma jiġġeddux u ta’ inputs minn barra l-farm għandhom jitnaqqsu kemm jista’ jkun; l-użu ta’ l-enerġiji li jiġġeddu għandu jkun inkuraġġut; |
Emenda 60 Artikolu 5, punt (f) | |
(f) plants shall be primarily fed through the soil ecosystem;
|
(f) il-pjanti għandhom jingħataw in-nutrimenti primarjament permezz ta’ l-ekosistema tal-ħamrija; b’hekk għandhom jiġu applikati prattiki tajbin ta’ mmaniġġjar tal-ħamrija; |
Emenda 61 Artikolu 5, punt (g) | |
(g) maintenance of animal and plant health shall be based on preventative techniques including selection of appropriate breeds and varieties; |
(g) iż-żamma tas-saħħa tal-pjanti għandha tkun ibbażata fuq tekniki ta’ prevenzjoni inkluża l-għażla ta’ varjetajiet xierqa, ir-rotazzjoni ta’ l-uċuħ tar-raba’, iż-żara’ mħallta, il-promozzjoni ta’ l-għedewwa naturali tal-ħlejjaq li jagħmlu l-ħsara u l-iżvilupp ta’ reżistenza naturali kontra l-ħlejjaq li jagħmlu l-ħsara u kontra l-mard; |
Emenda 62 Artikolu 5 punt (g a) (ġdid) | |
|
(ga) iż-żamma tas-saħħa ta’ l-annimali għandha tkun ibbażata fuq il-promozzjoni tad-difiża immunoloġika naturali u tal-korporatura ta’ l-annimal kif ukoll fuq l-għażla tar-razez xierqa, u ta’ prattiki tat-trobbija; |
Emenda 63 Artikolu 5, punt (h) | |
(h) feed for livestock shall come primarily from the holding where the animals are kept or shall be produced in cooperation with other organic farms in the same region;
|
(h) l-għalf għall-bhejjem għandu jiġi skond il-preferenza mill-proprjetà fejn jinżammu l-annimali jew għandu jiġi prodott f’koperazzjoni ma’ farms organiċi oħra, u d-densità tat-trobbija għandha tkun limitata sabiex ikun żgurat li l-immaniġġjar tat-trobbija tal-bhejjem ikun integrat mal-produzzjoni ta’ l-uċuħ tar-raba’; |
Emenda 64 Artikolu 5, punt (k) | |
(k) breeds shall be chosen favouring slow growing strains and having regard to the capacity of animals to adapt to local conditions, their vitality and their resistance to disease or health problems; |
(k) fl-għażla tar-razez għandha tingħata preferenza lil dawk li jikbru bil-mod, lil dawk li jgħixu l-iktar u lil razez lokali indiġeni u titqies il-ħila ta’ l-annimali li jadattaw għall-kundizzjonijiet lokali, il-vitalità tagħhom u r-reżistenza tagħhom għall-mard jew għall-problemi tas-saħħa; |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa neċessarju li tittejjeb il-firxa tar-razez indiġeni li jadattaw aħjar għall-kundizzjonijet reġjonali u li spiss huma marbuta mal-prattiki tal-biedja tradizzjonali, li jikkaratterizzaw ir-reġjuni Ewropej u b’hekk għandhom ikunu protetti. Dan se jirriżulta fi prodotti ta’ kwalità ogħla, li n-natura speċifika tagħhom tista’ tfisser valur ekonomiku miżjud għar-reġjuni rurali ta’ l-Ewropa. | |
Emenda 65 Artikolu 5, punt (l) | |
(l) organic livestock feed shall be composed essentially of agricultural ingredients from organic farming and of natural non-agricultural substances; |
(l) l-għalf organiku tal-bhejjem għandu jkun magħmul minn ingredjenti agrikoli mill-biedja organika u minn sustanzi naturali mhux agrikoli u għandu joffri l-ħtiġijiet nutrittivi speċifiċi tal-bhejjem fl-istadji rispettivi ta’ l-iżvilupp tagħhom; eżenzjonijiet iridu jkunu awtorizzati skond l-Artikolu 11. |
Emenda 66 Artikolu 5, punt (n) | |
(n) aquaculture production shall minimise the negative effect on the aquatic environment; |
(n) il-produzzjoni ta’ l-akkwakultura għandha żżomm il-bijodiversità u l-kwalità ta’ l-ekosistema akkwatika naturali u tnaqqas kemm jista’ jkun l-effetti negattivi fuq l-ekosistemi akkwatiċi u terrestri; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-prinċipji għall-produzzjoni organika għandhom jinkludu kemm jista’ jkun aspetti ta’ miżuri integrattivi sabiex ikunu inklużi aspetti ambjentali, ta’ saħħa pubblika u soċjali tal-biedja organika, iżda huma għandhom iqisu wkoll id-differenzi reġjonali u kulturali fil-produzzjoni tal-pjanti u fit-trobbija ta’ l-annimali. | |
Emenda 67 Artikolu 6, titolu | |
Principles applicable to processing |
Prinċipji applikabbli għall-ipproċessar u l-preparazzjoni |
Emenda 68 Artikolu 6, parti introduttorja | |
In addition to the overall principles set out in Article 4, the following principles shall apply to the production of processed organic feed and food: |
Minbarra l-objettivi u l-prinċipji ġenerali stipulati fl-Artikolu 4, il-prinċipji li ġejjin għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-preparazzjoni ta’ għalf u ikel organiċi proċessat, inklużi d-definizzjoni u l-bidliet li jista’ jkun hemm fl-Annessi. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan l-artikolu għandu jinkludi l-preparazzjoni ta’ ikel u għalf organiċi u jindika b’mod ċar l-użu eċċezzjonali ta’ ingredjenti u addittivi li m’humiex disponibbli kummerċjalment f’ċerti każijiet. Għandu jkun ta’ gwida wkoll għad-definizzjonijiet u għall-bidliet possibbli kollha ta’ l-annessi kif meħtieġ. | |
Emenda 69 Artikolu 6, punt (a) | |
(a) organic food and feed shall be produced essentially from agricultural ingredients which shall be organic, except where an organic ingredient is not commercially available; |
(a) l-ikel u l-għalf organiċi għandhom ikunu magħmulin minn ingredjenti agrikoli li għandhom ikunu organiċi, ħlief meta ingredjent organiku ma jkunx disponibbli kummerċjalment; |
Emenda 70 Artikolu 6, punt (b) | |
(b) additives and processing aids shall be used to a minimum extent and only in case of essential technological need; |
(b) l-addittivi u l-għajnuniet għall-ipproċessar għandhom jintużaw kemm jista’ jkun mill-inqas u f’każ ta’ ħtieġa teknoloġika jew ta’ nutrizzjoni essenzjali biss u jekk ikunu ġew awtorizzati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 15; |
Emenda 71 Artikolu 6, punt (c a) (ġdid) | |
|
(ca) l-ikel għandu jkun ipproċessat b’attenzjoni b’tali mod sabiex tkun garantita l-integrità ta’ l-ikel organiku; |
Emenda 72 Artikolu 7, paragrafu 1, subparagrafu 1 | |
The entire commercial part of a holding shall be managed in compliance with the requirements applicable to organic production or conversion to organic production. |
Il-proprjetà agrikola sħiħa għandha tiġi mmaniġġjata f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli għall-produzzjoni organika. |
Ġustifikazzjoni | |
Ibbażat fuq il-prinċipju organiku tas-sħuħija, l-għan aħħari tal-bidla minn produzzjoni konvenzjonali għal dik organika għandu jkun il-produzzjoni organika sħiħa. | |
Emenda 73 Artikolu 7, paragrafu 1, subparagrafu 2 | |
However, in accordance with specific conditions to be laid down in accordance with the procedure referred to in Article 31(2), a holding may be split up into clearly separated units which are not all managed under organic production. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Ġustifikazzjoni | |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) | |
Emenda 74 Artikolu 7, paragrafu 1, subparagrafu 3 | |
Where, in accordance with the second subparagraph, not all of a farm is used for organic production, the farmer shall keep the land, animals, and products used for organic production separate from the rest and keep adequate records to show the separation. |
Fejn, skond it-tieni subparagrafu, mhux il-farm kollu jkun użat għall-produzzjoni organika, il-bidwi għandu jżomm l-art, l-annimali, u l-prodotti użati għall-produzzjoni organika separati mill-bqija u għandu jżomm rekords adegwati sabiex juri s-separazzjoni. Din is-separazzjoni għandha tapplika wkoll għall-ispeċijiet ta’ l-akkwakultura mutatis mutandis. |
Ġustifikazzjoni | |
Dawn ir-rekwiżiti ta’ separazzjoni jridu jkunu estiżi sabiex ikopru l-akkwakultura. | |
Emenda 75 Artikolu 7, paragrafu 2, subparagrafu 2 | |
Where farmers use products purchased from third parties to produce organic food or feedstuffs, they shall require the vendor to confirm that the products supplied have not been produced by GMOs.
|
Meta l-bdiewa jew kwalunkwe fornitur ieħor ta’ prodotti organiċi jużaw prodotti li jkunu xtraw minn parti terzi sabiex jipproduċu ikel jew għalf organiċi, iridu jitolbu lill-bejjiegħ sabiex jikkonferma li l-prodotti fornuti ma ġewx prodotti minn jew permezz ta’ GMOs u li ma jkunx fihom GMOs. |
Emenda 76 Artikolu 7, paragrafu 2, subparagrafu 2 a (ġdid) | |
|
Fil-każ ta’ kontaminazzjoni bil-GMOs li tkun aċċidentali jew li ma tistax tkun evitata teknikament, l-operaturi jridu jkunu f’pożizzjoni li jipprovdu evidenza li jkunu ħadu l-passi kollha neċessarji sabiex tkun evitata kontaminazzjoni bħal din. |
Emenda 77 Artikolu 8, paragrafu 1, punt (b) | |
(b) fertility and biological activity of the soil shall be maintained and increased by multi-annual crop rotation including green manure, application of manure and organic material from organic farms; |
(b) il-fertilità u l-attività bijoloġika tal-ħamrija għandhom jinżammu u jkunu miżjuda permezz tar-rotazzjoni plurijennali ta’ l-uċuħ tar-raba’ inkluż it-tidmil tal-ħaxix, l-applikazzjoni ta’ ħmieġ tad-dranaġġ mit-trobbija ta’ l-annimali u materjal organiku minn farms organiċi, preferibilment bħala kompost; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ħmieġ tad-dranaġġ ma jkollux biss demel - b’hekk huwa iktar xieraq li jintuża t-terminu ‘ħmieġ tad-dranaġġ’. | |
Barra minn hekk, tista’ tintuża materja organika oħra minbarra l-ħmieġ tad-dranaġġ. | |
Emenda 78 Artikolu 8, paragrafu 1, punt (h) | |
(h) the use of any approved synthetic substances shall be subject to conditions and limits as regards the crops that they can be applied to, the application method, the dosage, the time limits for use and the contact with crop; |
(h) l-użu ta’ kwalunkwe prodott sintetiku approvat għandu jkun suġġett għal kundizzjonijiet u limiti stretti fir-rigward ta’ l-uċuħ tar-raba’ li fuqhom jista’ jkun applikat, il-metodu ta’ applikazzjoni, id-dożaġġ, il-limiti ta’ żmien għall-użu u l-kuntatt mal-wiċċ tar-raba’; |
Emenda 79 Artikolu 9, punt (b), punt (iii) | |
(iii) the livestock shall have permanent access to a free-range area, preferably pasture, whenever weather conditions and the state of the ground allow this;
|
(iii) il-bhejjem għandu jkollhom aċċess permanenti għal inħawi fil-miftuħ, preferibilment mergħat, kull meta l-kundizzjonijiet tat-temp u l-istat ta’ l-art jippermettu dan, sakemm ma jkunux imposti restrizzjonijiet u obbligi relatati mal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali mil-leġiżlazzjoni Komunitarja; il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali restrizzjonijiet u obbligi ma jwasslux biex l-annimali jbatu jew għal telf ta’ swieq għall-prodotti organiċi; |
Ġustifikazzjoni | |
Regoli Ewropej reċenti ġew imposti sabiex l-għasafar organiċi jinżammu fi spazju ristrett sabiex ikunu protetti kontra l-influwenza ta’ l-għasafar H5N1 li hija patoġenika ħafna. Dan sussegwentement wassal għal dibattitu dwar il-benesseri ta’ l-annimali (l-imnieqer tat-tiġieġ organiċi m’humiex immutilati, u dan jista’ jwassal għal problemi ta’ benesseri ta’ l-annimali). Il-konsumaturi kienu mħassba li l-prodotti tat-tjur organiċi kienu ‘inqas organiċi’ mis-soltu. Għalhekk għandu jiġi introdott obbligu sabiex l-awtoritajiet ifittxu u jsibu alternattivi għas-setturi tal-bhejjem organiċi filwaqt li jżommu l-ogħla standards possibbli ta’ benesseri ta’ l-annimali. | |
Emenda 80 Artikolu 9, punt (b), punt (iv) | |
(iv) the number of livestock shall be limited with a view to minimising overgrazing, poaching of soil, erosion, or pollution caused by animals or by the spreading of their manure; |
(iv) in-numru ta’ bhejjem għandu jkun limitat bil-ħsieb li jitnaqqsu kemm jista’ jkun rigħi żejjed, is-serq tal-ħamrija, l-erożjoni, jew it-tniġġis ikkawżati mill-annimali jew mit-tixrid tal-ħmieġ tad-dranaġġ tagħhom; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ħmieġ tad-dranaġġ ma jikkonsistix biss f’demel. | |
Emenda 81 Artikolu 9, punt (b), punt (v) | |
(v) organic livestock shall be kept separate or readily separable from other livestock; |
(v) il-bhejjem organiċi għandhom jinżammu separati minn bhejjem oħrajn; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-frażi mħassra hija kontradizzjoni - fil-prattika l-bhejjem jistgħu jibqgħu ma jkunux separati tul ħajjithom kollha. | |
Emenda 82 Artikolu 9, punt (b), punt (x) | |
(x) hives and materials used in beekeeping must be made of natural materials;
|
(x) ġarar tan-naħal u materjali użati fit-trobbija tan-naħal iridu jkunu magħmula minn materjali li jkunu ppruvati li ma jkollhomx effetti ħżiena fuq l-ambjent tal-madwar; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ġarar tan-naħal jista’ jkollhom partijiet magħmula minn azzar li ma jissaddadx, pereżempju, li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. | |
Emenda 83 Artikolu 9, punt (c), punt (i) | |
(i) reproduction shall not be induced by hormone treatment, unless in order to treat reproduction disorders; |
(i) ir-riproduzzjoni fil-prinċipju, għandha tkun ibbażata fuq metodi naturali. Iżda, l-inseminazzjoni artifiċjali għandha tiġi permessa. Forom oħra ta’ riproduzzjoni artifiċjali jew assistita (pereżempju t-trasferiment ta’ embrijoni) m’għandhomx jintużaw; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kliem użat fir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa ħafna iktar ċar. | |
Emenda 84 Artikolu 9, punt (c), punt (ii) | |
(ii) cloning and embryo transfer shall not be used; |
(ii) m’għandhomx jintużaw tekniki tat-tgħammir li jużaw l-inġinerija ġenetika, l-ikklonar u t-trasferiment ta’ l-embrijoni; |
Emenda 85 Artikolu 9, punt (d), punt (i) | |
(i) livestock shall be fed with organic feed, which may include proportions of feed from farm units which are in conversion to organic farming, that meet the animal’s nutritional requirements at the various stages of its development; |
(i) il-bhejjem għandhom jingħalfu b’għalf organiku sabiex ikunu ssodisfati l-ħtiġijiet nutrittivi ta’ l-annimal fl-istadji varji ta’ l-iżvilupp tiegħu; jistgħu jsiru eżenzjonijiet kif stipulat fl-Anness XX, li jiddefinixxi l-persentaġġ ta’ għalf li jista’ jintuża mill-farms f’bidla għall-biedja organika; |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 9 jeħtieġ qafas ċar ta’ regoli u eżenzjonijiet għall-annessi. | |
Emenda 86 Artikolu 9, punt (d), punt (ii) | |
(ii) animals shall have permanent access to pasture or roughage; |
(ii) l-annimali għandu jkollhom aċċess permanenti għall-mergħat jew għall-għalf oħxon, sakemm ma jkunx hemm indikazzjoni kontra fuq bażi veterinarja, li għandha tkun f’idejn l-awtoritajiet kompetenti jew il-kirurgu veterinarju li jkun qed jieħu ħsieb l-annimali biex jiddeċiedu; |
Emenda 87 Artikolu 9, punt (e), punt (ii) | |
(ii) disease outbreaks shall be treated immediately to avoid suffering to the animal; allopathic products including antibiotics may be used where necessary, when the use of phytotherapeutic, homeopathic and other products is inappropriate |
(ii) tifqigħ ta’ mard għandu jiġi ttrattat minnufih sabiex l-annimal ma jbatix; mediċini veterinarji sintetiċi, kimiċi u allopatiċi inklużi antibijotiċi jistgħu jintużaw fejn neċessarju u taħt kundizzjonijiet stretti (in-numru massimu ta’ trattamenti għal kull annimal u l-perjodu ta’ sospensjoni ta’ trattament ikunu definiti), meta l-użu ta’ prodotti fitoterapewtiċi, omjopatiċi u oħrajn ma jkunux adattati. |
Ġustifikazzjoni | |
It-terminu “prodotti allopatiċi” huwa vag wisq. | |
Huwa importanti ħafna li n-numru ta’ trattamenti sintetiċi kimiċi u allopatiċi għal kull annimal ikun definit u ristrett: dan huwa konformi mar-rekwiżiti u l-prinċipji tal-biedja organika, huwa diġà prattika normali skond is-sistema attwali u huwa jgħin lill-konsumaturi sabiex jingħataw garanzija partikolarment fir-rigward ta’ residwi possibbli. | |
Emenda 88 Artikolu 10, paragrafu 1 | |
1. The Commission shall in accordance with the procedure referred to in Article 31(2), and subject to the objectives and principles laid down in Title II, establish production rules, including rules on conversion, applicable to organic aquaculture. |
1. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-partijiet konċernati, għandha tressaq proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar regoli tal-produzzjoni, inklużi regoli dwar il-bidla, applikabbli għall-akkwakultura organika. |
Ġustifikazzjoni | |
Jeħtieġ li jkunu żviluppati b’mod xieraq regoli speċifiċi għall-akkwakultura; dan jeħtieġ konsultazzjoni speċifika mal-partijiet interessati rilevanti u proċedura leġiżlattiva ġdida li temenda mal-Parlament u l-Kunsill kif kien isir fil-passat dwar ir-regoli ta’ produzzjoni ta’ l-annimali. | |
Emenda 89 Artikolu 11, paragrafu 1, parti introduttorja | |
1. The Commission shall in accordance with the procedure referred to in Article 31(2), and subject to the objectives and principles laid down in Title II, establish specific criteria for the approval of products and substances that may be used in organic farming as follows: |
1. Il-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2), wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti u suġġetta għall-objettivi u l-prinċipji stipulati fit-Titolu II, għandha tistabbilixxi kriterji speċifiċi għall-approvazzjoni ta’ prodotti u sustanzi li jistgħu jintużaw fil-biedja organika kif ġej: |
Emenda 90 Artikolu 11, paragrafu 1, punt (e) | |
(e) cleaning materials; |
(e) materjali ta’ tindif, iġjene u diżinfezzjoni; |
Emenda 91 Artikolu 11, paragrafu 1, punt (f) | |
(f) other substances. |
(f) sustanzi oħrajn bħal vitamini, mikroorganiżmi u ‘boosters’ tal-pjanti. |
Emenda 92 Artikolu 11, paragrafu 2 a (ġdid) | |
|
2a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura proċeduri trasparenti fir-rigward ta’ applikazzjonijiet, dokumentazzjoni, reviżjoni, evalwazzjoni u teħid ta’ deċiżjonijiet effiċjenti. Hija għandha tiggwida lil Stati Membri applikanti u tuża l-kompetenza tas-settur tal-biedja u ta’ l-ikel organiċi. Dawk interessati għandu jkollhom l-opportunità li jkunu involuti fil-proċess ta’ evalwazzjoni ta’ ċerti prodotti u sustanzi sabiex ikunu inklużi f’listi pożittivi. Talbiet għal emendi jew irtirar kif ukoll deċiżjonijiet fuq dan għandhom ikunu ppubblikati. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-regolament għandu jinkludi mekkaniżmu għall-involviment tal-partijiet interessati u informazzjoni pubblika dwar bidliet fl-approvazzjoni ta’ prodotti u sustanzi speċifiċi permessi fi produzzjoni organika. | |
Emenda 93 Artikolu 11, paragrafu 2 b (ġdid) | |
|
2b. Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
(i) l-użu tagħhom irid ikun essenzjali għall-kontroll ta’ organiżmu li jagħmel il-ħsara jew ta’ marda partikolari li għalihom ikun għad m’hemmx alternattivi bijoloġiċi, fiżiċi jew ta’ tgħammir jew prattiki ta’ kultivazzjoni jew prattiki ta’ mmaniġġjar effettivi oħra disponibbli;
(ii) prodotti li ma jkunux ġejjin minn pjanti, annimali, mikrobi jew minerali u li ma jkunux identiċi mal-forma naturali tagħhom jistgħu jkunu approvati biss jekk il-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom jipprekludu kwalunkwe kuntatt dirett mal-parti(jiet) ta’ wiċċ tar-raba’ li tista’/jistgħu jittieklu;
(iii) l-użu tagħhom għandu jkun temporanju u l-Kummissjoni għandha tispeċifika data sa meta l-użu tagħhom irid ikun inqata’ jew imġedded; |
|
|
Ġustifikazzjoni | |
Il-konsumaturi ta’ l-UE bosta drabi jagħżlu prodotti organiċi minħabba li huma jafdaw li dawn il-prodotti jkunu magħmula mingħajr sustanzi potenzjali li jagħmlu l-ħsara. Għandha ssir pressjoni fuq is-settur sabiex ikompli jfittex alternattivi xierqa billi jiffissa dati meta jintemm l-użu approvat ta’ dawn is-sustanzi. Dan diġà huwa l-każ għal ingredjenti konvenzjonali fl-għalf ta’ l-annimali; ġew iffissati dati ta’ tmiem u s-settur issa qed jaħdem sabiex isib alternattivi organiċi għal ingredjenti konvenzjonali li għadhom qed jintużaw fil-biedja organika tal-bhejjem. | |
Emenda 94 Artikolu 11, paragrafu 2 c (ġdid) | |
|
2c. Il-laħam u l-għadam mitħun m’għandhomx jingħataw bħala ikel lil annimali li jipproduċu l-ikel. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-laħam u l-għadam mitħun kif ukoll prodotti simili m’għandhomx jintużaw bħala għalf fl-agrikoltura organika. | |
Emenda 95 Artikolu 12, punt (c) | |
(c) milk and milk products from formerly non organic dairy animals may be sold as organic after a period to be defined in accordance with the procedure referred to in Article 31(2); |
(c) il-ħalib u prodotti tal-ħalib minn annimali li jipproduċu l-ħalib li qabel ma kinux organiċi u prodotti bħal-laħam, il-bajd u l-għasel jistgħu jinbiegħu bħala organiċi wara perjodu li jrid ikun definit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2); |
Emenda 96 Artikolu 13, paragrafu 3 | |
3. Hexane and other organic solvents may not be used. |
3. Il-hexane u solventi kimiċi ma jistgħux jintużaw. |
Ġustifikazzjoni | |
Terminoloġija aktar xierqa. Is-solventi huma kimiċi, mhux organiċi. | |
Emenda 97 Artikolu 13, paragrafu 4, subparagrafu 2 | |
Where feed manufacturers use ingredients and additives purchased from third parties to produce feedstuffs for organic livestock, they shall require the vendor to confirm that the products supplied have not been produced by GMOs. |
Meta min jimmanifattura l-għalf juża ingredjenti u addittivi li jkunu nxtraw minn partijiet terzi biex jipproduċi għalf għal bhejjem organiċi, il-bejjiegħ għandu jikkonferma bil-miktub li l-prodotti fornuti ma ġewx prodotti kompletament jew parzjalment minn jew bil-GMOs. |
Ġustifikazzjoni | |
Meta jitqiesu l-oriġinalità u d-diversità tagħhom meta mqabbla ma' prodotti konvenzjonali, il-prodotti organiċi ma jistgħux jiġu armonizzati mar-rekwiżit li japplika għal prodotti konvenzjonali biex jiġi speċifikat limitu minimu (anki jekk ikun baxx ħafna) għal kontaminazzjoni apposta bil-GMOs. Ma jistax ikun aċċettat limitu minimu għall-prodotti organiċi: m'għandux ikun fihom GMOs. Konferma bil-miktub tipprovdi evidenza li l-prodott jikkonforma mar-regoli stipulati (ara l-Artikolu 7(2)). | |
Jekk l-użu ta' prodotti GMO jiġi pprojbit fil-biedja organika, l-utent għandu jiġi obbligat jitlob dokument li jiċċertifika li ma ntużawx GMOs u l-fornitur għandu jiġi obbligat jipprovdi dan id-dokument. | |
Emenda 98 Artikolu 14, paragrafu 1, punt (a) | |
(a) at least 95%, by weight, of the ingredients of agricultural origin of the product shall be organic; |
(a) talanqas 95%, skond il-piż, ta’ l-ingredjenti ta’ oriġini agrikola tal-prodott, mingħajr ma jitqiesu l-ilma u l-melħ miżjuda, għandhom ikunu organiċi; |
Emenda 99 Artikolu 14, paragrafu 1, punt (b) | |
(b) ingredients of non-agricultural origin and processing aids may be used only if they have been approved under Article 15;
|
(b) addittivi, għajnuniet għall-ipproċessar, sustanzi għat-togħma, ilma, melħ, preparazzjonijiet minn mikroorganiżmi u enżimi, minerali, elementi fi kwantitajiet żgħar ħafna, vitamini, aminoaċidi u mikronutrijenti oħra jistgħu jintużaw fi prodotti ta’ l-ikel għal użu nutrittiv speċifiku sakemm ġew approvati skond l-Artikolu 15; |
Emenda 100 Artikolu 14, paragrafu 1, punt (c) | |
(c) non-organic agricultural ingredients may be used only if they have been approved under Article 15.
|
(c) ingredjenti agrikoli mhux organiċi jistgħu jintużaw biss jekk ġew awtorizzati skond l-Artikolu 15 jew jekk ġew awtorizzati provviżorjament minn Stat Membru; |
Emenda 101 Artikolu 14, paragrafu 1, punt (c a) (ġdid) | |
|
(ca) ingredjent organiku ma jistax jitqiegħed ma’ l-istess ingredjent minn sors mhux organiku jew minn proprjetà li qed taqleb għall-biedja organika; |
Emenda 102 Artikolu 14, paragrafu 1, punt (c b) (ġdid) | |
|
(cb) ikel magħmul minn uċuħ tar-raba’ mkabbra fuq proprjetà li qed taqleb għall-biedja organika jista’ jkun fihom ingredjent wieħed biss ta’ oriġini agrikola. |
Emenda 103 Artikolu 14, paragrafu 2 | |
2. The extraction, processing and storage of organic food shall be conducted with care to avoid losing the properties of the ingredients. Substances and techniques that reconstitute these properties or correct the results of negligence in the processing of these products shall not be used. |
2. L-estrazzjoni, l-ippakkjar, it-trasport, l-ipproċessar, il-ħażna u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ikel organiku għandhom isiru b’attenzjoni sabiex ma jintilfux il-proprjetajiet ta’ l-ingredjenti u tal-prodotti Sustanzi u tekniki li jirrikostitwixxu dawn il-proprjetajiet jew li jirranġaw dak li jseħħ minħabba negliġenza fl-ipproċessar ta’ dawn il-prodotti m’għandhomx jintużaw.
|
Ġustifikazzjoni | |
Fl-interess ta' strettezza akbar fil-lista ta' proċessi, huwa xieraq li jiġu miżjuda l-ikkondizzjonar, it-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni. Barra minn hekk, l-attenzjoni rikjesta f’dan il-paragrafu, loġikament, għandha tkun estiża għall-prodotti u mhux għall-ingredjenti biss. | |
Emenda 104 Artikolu 14, paragrafu 3, subparagrafu 2 | |
Where processors use ingredients and processing aids purchased from third parties to produce organic food or feedstuffs, they shall require the vendor to confirm that the products supplied have not been produced by GMOs. |
Meta l-proċessuri jużaw ingredjenti u għajnuniet għall-ipproċessar li nxtraw minn partijiet terzi biex jipproduċu ikel jew għalf organiku, il-bejjiegħ għandu jikkonferma bil-miktub li l-prodotti fornuti ma ġewx magħmula minn jew bil-GMOs. |
Ġustifikazzjoni | |
Jekk l-użu ta' prodotti GMO jiġi pprojbit fil-biedja organika, l-utent għandu jiġi obbligat jitlob dokument li jiċċertifika li ma ntużawx GMOs u l-fornitur għandu jiġi obbligat jipprovdi dan id-dokument. Konferma bil-miktub tipprovdi evidenza li l-prodott jikkonforma mar-regoli stipulati (ara hawn fuq). | |
Emenda 105 Artikolu 14, paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
3a. L-estrazzjoni, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ prodotti ta’ l-ikel organiċi għandhom isiru b’garanziji li l-proċessi jseħħu f’postijiet u f’ħinijiet differenti minn linji ta’ produzzjoni oħra li m’humiex organiċi. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan huwa li jkun żgurat li impriżi mħallta jużaw kontrolli biżżejjed u jisseparaw il-proċessi b’mod xieraq. | |
Emenda 106 Artikolu 14, paragrafu 3 b (ġdid) | |
|
3b. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew idaħħlu regoli aktar stretti għall-produzzjoni ta' ikel ipproċessat bil-kundizzjoni li dawn ir-regoli jkunu konformi mal-liġi Komunitarja u ma jostakolawx jew ma jnaqqsux il-moviment ħieles ta' prodotti li huma konformi ma' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibiltà li jimponu regoli aktar stretti fir-rigward tal-produzzjoni ta' ikel ipproċessat fil-produzzjoni organika. Dan huwa importanti għall-possibiltà ta' kompetizzjoni fuq prodotti aktar etiċi, u l-konsumaturi jkollhom għażla usa' ta' prodotti organiċi. | |
Emenda 107 Artikolu 15, paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
3a. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew idaħħlu regoli aktar stretti għall-użu ta’ ċerti prodotti u sustanzi fl-ipproċessar bil-kundizzjoni li dawn ir-regoli jkunu konformi mal-liġi Komunitarja u ma jostakolawx jew ma jnaqqsux il-moviment ħieles ta' prodotti li huma konformi ma' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Jekk l-użu ta' prodotti GMO jiġi pprojbit fil-biedja organika, l-utent għandu jiġi obbligat jitlob dokument li jiċċertifika li ma ntużawx GMOs u l-fornitur għandu jiġi obbligat jipprovdi dan id-dokument. | |
Konferma bil-miktub tipprovdi evidenza li l-prodott jikkonforma mar-regoli stipulati (ara hawn fuq). | |
Emenda 108 Artikolu 16, paragrafu 2, punt (b a) (ġdid) | |
|
(ba) meta restrizzjonijiet u obbligi marbuta mal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali huma imposti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja;
|
Ġustifikazzjoni | |
Diversi miżuri u dispożizzjonijiet li hemm f'dan l-artikolu m'għadhomx meħtieġa u huma dwar każijiet (eż. bidla għall-biedja organika) li għalihom hemm bżonn ovvju u proviżorju ta' ammont ta' flessibilità. | |
Il-kundizzjonijiet għal applikazzjoni aktar flessibbli tar-regoli dwar il-biedja organika għandhom jitqiegħdu f'ordni ta' prijorità u jitnaqqsu. | |
Il-miżuri speċifiċi biss għandhom jaqgħu taħt il-proċedura ta’ komitoloġija. | |
Fl-aħħarnett, kwalunkwe deroga mir-regoli dwar il-biedja organika għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet kompetenti, inklużi korpi ta' ċertifikazzjoni, u l-korpi ta' kontroll għandhom jevalwaw u jispezzjonaw in situ l-pjan ta' azzjoni ppreżentat mill-bidwi biex jaffronta s-sitwazzjoni speċifika li qed jaffaċċja. | |
Emenda 109 Artikolu 16, paragrafu 2, punt (h) | |
(h) where restrictions and obligations related to the protection of human and animal health are imposed on the basis of Community legislation. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Diversi miżuri u dispożizzjonijiet li hemm f'dan l-artikolu m'għadhomx meħtieġa u huma dwar każijiet (eż. bidla għall-biedja organika) li għalihom hemm bżonn ovvju u proviżorju ta' ammont ta' flessibilità. | |
Il-kundizzjonijiet għal applikazzjoni aktar flessibbli tar-regoli dwar il-biedja organika għandhom jitqiegħdu f'ordni ta' prijorità u jitnaqqsu. | |
Il-miżuri speċifiċi biss għandhom jaqgħu taħt il-proċedura ta’ komitoloġija. | |
Fl-aħħarnett, kwalunkwe deroga mir-regoli dwar il-biedja organika għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet kompetenti, inklużi korpi ta' ċertifikazzjoni, u l-korpi ta' kontroll għandhom jevalwaw u jispezzjonaw in situ l-pjan ta' azzjoni ppreżentat mill-bidwi biex jaffronta s-sitwazzjoni speċifika li qed jaffaċċja. | |
Emenda 110 Artikolu 16, paragrafu 2, subparagrafu 1 a (ġdid) | |
|
Għandhom isiru eċċezzjonijiet, fejn hu xieraq, għal perjodu limitat, u għandhom ikunu bbażati fuq pjan ta' żvilupp għar-reġjun konċernat jew għall-proprjetà biex jissolvew il-problemi konċernati. |
|
Informazzjoni dwar eċċezzjonijiet li jsiru skond dan l-Artikolu għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku u rreveduti mill-inqas kull tliet snin. |
Ġustifikazzjoni | |
Regoli inqas restrittivi u l-għoti ta' eċċezzjonijiet mill-Kummissjoni jridu jkunu mill-inqas billi jkunu definiti b'mod ċar il-kriterji u l-proċeduri li jistgħu jwasslu għal approvazzjoni jew twarrib ta' applikazzjoni. | |
Emenda 111 Artikolu 17, paragrafu 1 | |
1. The terms listed in Annex I, their derivatives or diminutives, alone or combined, may be used throughout the Community and in any Community language for the labelling and advertising of a product which is produced and controlled, or imported, in accordance with this Regulation.
|
1. It-termini mniżżla fl-Anness I, il-kliem imnissla minnhom jew id-diminuttivi tagħhom, weħidhom jew flimkien, jistgħu jintużaw fil-Komunita kollha jew fi kwalunkwe lingwa tal-Komunita għat-tikkettar u r-reklamar ta' prodott li huwa magħmul u kkontrollat, jew impurtat, b'konformita ma' dan ir-Regolament. Fil-każ ta’ prodotti pproċessati, dawn it-termini jistgħu jintużaw biss meta: (a) fit-tismija u t-tikkettar talanqas 95% skond il-piż ta' l-ingredjenti li huma ta' oriġini agrikola huma magħmula b'mod organiku u l-ingredjenti essenzjali kollha huma magħmula b'mod organiku; (b) fil-lista ta’ ingredjenti, l-informazzjoni dwar l-ingredjenti organiċi tingħata bl-istess mod u bl-użu ta' l-istess kulur, daqs tal-font u stil bħall-informazzjoni dwar l-ingredjenti l-oħra. Dawn il-prodotti m’għandux ikollhom lowgow li jindika l-produzzjoni organika.
|
Emenda 112 Artikolu 17, paragrafu 2 | |
2. The terms listed in Annex I, their derivatives or diminutives, alone or combined, may not be used anywhere in the Community and in any Community language for the labelling and advertising of a product which has not been produced and controlled, or imported, in accordance with this Regulation, unless these terms clearly cannot be associated with agricultural production. |
2. It-termini mniżżla fl-Anness I, il-kliem imnissla minnhom jew id-diminuttivi tagħhom, weħidhom jew flimkien jew implikati, ma jistgħux jintużaw fi kwalunkwe post fil-Komunita jew fi kwalunkwe lingwa tal-Komunita għat-tikkettar u r-reklamar ta’ prodott li ma ġiex magħmul jew kkontrollat, impurtat u ċċertifikat, b'konformita ma' dan ir-Regolament, ħlief jekk dawn it-termini ma jistgħux ikunu assoċjati b'mod ċar mal-produzzjoni agrikola organika. |
Emenda 113 Artikolu 17, paragrafu 3 | |
3. The terms listed in Annex I, their derivatives or diminutives, alone or combined, may not be used for a product which bears a label indicating that it contains GMOs, consists of GMOs or is produced from GMOs. |
3. It-termini mniżżla fl-Anness I, il-kliem imnissla minnhom jew id-diminuttivi tagħhom, weħidhom jew flimkien, m’għandhomx jintużaw għal prodott li għandu tikketta li tindika li fih il-GMOs, jikkonsisti minn GMOs jew huwa magħmul minn jew bil-GMOs jew meta tingħata evidenza li l-prodott, l-ingredjent jew l-għalf użat kienu kkontaminati bil-GMOs. |
Ġustifikazzjoni | |
Hekk kif il-produtturi organiċi qed jitolbu u d-domanda tal-konsumatur qed timplika, m'għandhomx jingħataw messaġġi li jiżgwidaw jew messaġġi qarrieqa dwar il-preżenza intenzjonata jew aċċidentali ta' GMOs fi prodotti organiċi, li għandhom, barra minn hekk, jitħarsu mill-preżenza ta’ GMOs. | |
Minħabba l-konsistenza mal-Premessa 16 tar-Regolament ta’ Qafas 1829/2003, għandha ssir distinzjoni ċara bejn id-definizzjonijiet ta' 'magħmul minn GMOs' u 'magħmul bil-GMOs'. | |
Emenda 114 Artikolu 17, paragrafu 4 | |
4. Member States shall take the measures necessary to ensure compliance with this Article. |
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li jkunu konformi ma' dan l-Artikolu, u biex jipprevjenu l-użu qarrieqi tat-termini msemmija f'dan l-Artikolu. |
Ġustifikazzjoni | |
Għad hemm ħafna użu qarrieqi tat-terminu “organiku", u jeħtieġ li dan ma jitħalliex u jkun eskluż permezz ta’ leġiżlazzjoni ċara. | |
Emenda 115 Artikolu 18, paragrafu 1, punt (a) | |
(a) the code number referred to in Article 22(7) of the body competent for the controls to which the operator is subject; |
(a) in-numru tal-kodiċi msemmi fl-Artikolu 22(7) tal-korp jew ta’ l-awtorità kompetenti għall-kontrolli, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni li l-operatur huwa suġġett għalihom; |
Ġustifikazzjoni | |
L-awtoritajiet ta’ kontroll u spezzjoni għandhom ikunu inklużi wkoll. | |
Emenda 116 Artikolu 18, paragrafu 1, punt (b) | |
(b) where the logo referred to in Article 19 is not used, at least one of the indications listed in Annex II in capital lettering. |
(b) il-lowgow imsemmi fl-Artikolu 19 u talanqas waħda mill-indikazzjonijiet elenkati fl-Anness II b’ittri kapitali; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-lowgow għandu jkun obbligatorju biex il-konsumaturi jistgħu jidentifikaw prodotti organiċi faċilment. | |
Emenda 117 Artikolu 18, paragrafu 1, punt (b a) (ġdid) | |
|
(ba) indikazzjoni tal-post ta’ oriġini tal-prodott jew tal-materja prima organika, minn liema materja prima organika l-prodott huwa magħmul, jiġifieri jekk il-prodott huwiex ta’ oriġini Komunitarja jew minn pajjiż terz jew huwiex ġej minnhom it-tnejn. Il-post ta’ oriġini għandu jkun issuplementat bl-isem ta' pajjiż sakemm il-prodott jew il-materja prima, minn liema materja prima l-prodott huwa magħmul, ma jiġux minn dak il-pajjiż speċifiku. |
Ġustifikazzjoni | |
L-oriġini tal-prodott ħafna drabi hija marbuta mal-kwalità u l-karatteristiċi speċifiċi tiegħu, fatturi li jiksbu importanza partikulari fi prodotti ta’ kwalità għolja, bħall-prodotti organiċi. | |
Emenda 118 Artikolu 19, titolu | |
Community organic production logo |
Lowgows Komunitarji u nazzjonali ta’ produzzjoni organika |
Emenda 119 Artikolu 19 | |
The Commission shall, in accordance with the procedure referred to in Article 31(2), define a Community logo which may be used in the labelling, presentation and advertising of products produced and controlled, or imported, in accordance with this Regulation.
|
Il-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2), għandha tfassal lowgow Komunitarju li għandu jintuża fit-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ prodotti magħmula u kontrollati, jew impurtati, skond dan ir-Regolament, u li għandu jikkostitwixxi s-simbolu ewlieni ta’ identifikazzjoni għall-prodotti organiċi fl-UE kollha. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-lowgow għandu jkun obbligatorju sabiex ikun promoss mezz wieħed ta’ identifikazzjoni għall-prodotti organiċi fl-UE kollha u jkun żgurat li jintgħarfu mill-konsumaturi. Din il-bidla tkun riflessjoni prattika ta’ l-approċċ ‘kunċett wieħed' għall-biedja organika mniedi fil-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Ikel u l-Biedja Organiċi. | |
Emenda 120 Artikolu 19, paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
1a. Il-lowgow Komunitarju m’għandux jintuża fil-każ ta’ ikel ipproċessat li m’huwiex konformi ma’ l-Artikolu 14(1) jew fil-każ ta’ prodotti li qed isiru organiċi. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-lowgow Komunitarju m’għandux jintuża għal prodotti li fihom aktar minn 5% skond il-piż ta’ ingredjenti konvenzjonali. | |
Emenda 121 Artikolu 21 | |
The Commission shall in accordance with the procedure referred to in Article 31(2) establish specific labelling requirements applicable to organic feed and to products originating from holdings in conversion. |
Il-Kummissjoni, b'konformita mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2) għandha tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar li japplikaw għall-għalf organiku. |
Ġustifikazzjoni | |
Tikketti u stqarrijiet fir-reklamar iridu jindikaw b’mod ċar ir-rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar ta’ prodotti minn proprjetajiet li qed jaqilbu għall-biedja organika. | |
Emenda 122 Artikolu 21, paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Uċuħ tar-raba' jista' jkollhom indikazzjonijiet li jirreferu għall-bidla għall-produzzjoni organika fit-tikkettar jew fir-reklamar sakemm dawn il-prodotti jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' l-Aritkolu 12. |
|
Dawn l-indikazzjonijiet għandhom: |
|
a) jiddikjaraw "magħmul waqt il-bidla għall-biedja organika" |
|
b) jidhru b'kulur, daqs u stil ta' kitba li jippermettu lill-konsumaturi jidentifikaw b'mod ċar il-prodott speċifiku fil-fażi ta' bidla. |
Ġustifikazzjoni | |
Tikketti u stqarrijiet fir-reklamar iridu jindikaw b’mod ċar ir-rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar ta’ prodotti minn proprjetajiet li qed jaqilbu għall-biedja organika. | |
Emenda 123 Artikolu 22, paragrafu 4, subparagrafu 1 | |
The competent authority may in accordance with Article 5 of Regulation (EC) No 882/2004 delegate certain control tasks to one or more control bodies. |
L-awtorità kompetenti, skond l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, tista’ tiddelega ċertu xogħol ta’ kontroll lil awtorità ta’ kontroll waħda jew aktar jew lil korp ta’ kontroll wieħed jew aktar. |
Ġustifikazzjoni | |
Kif inhu, it-test ma jinkludix id-delegazzjoni ta’ xogħol ta’ kontroll lil awtoritajiet ta’ kontroll għajr l-awtorità kompetenti, prattika li sseħħ fi Stati Membri bħal Spanja u msemmija fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KEE) Nru 882/2004 u fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91. | |
Emenda 124 Artikolu 22, paragrafu 4, subparagrafu 2 | |
The control bodies shall fulfil the requirements set out in European Standard EN 45011 or ISO Guide 65 ‘General requirements for bodies operating product certification systems’ of the version as most recently notified by a publication in the Official Journal of the European Union, C series. |
Il-korpi ta’ kontroll għandhom jiġu akkreditati skond l-Istandard Ewropew EN 45011 jew il-Gwida ISO 65 'Rekwiżiti ġenerali għal korpi li joperaw sistemi ta’ ċertifikazzjoni ta’ prodott’ tal-verżjoni l-iktar riċenti ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, serje C. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex ikunu żgurati l-kompetenza u l-oġġettività tiegħu, il-korp ta’ kontroll għandu jiġi akkreditat skond l-Istandard 45011: M’huwiex biżżejjed li r-rekwiżiti jiġu ssodisfati. | |
Emenda 125 Artikolu 22, paragrafu 7 | |
7. Member States shall attribute a code number to each body competent to carry out controls under this Regulation. |
7. Stati Membri għandhom jattribwixxu numru ta' kodiċi lil kull korp jew awtorità responsabbli biex iwettqu l-kontrolli, l-ispezzjonijiet u ċ-ċertifikazzjonijiet skond dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
L-awtoritajiet ta’ kontroll u spezzjoni għandhom ikunu inklużi wkoll. | |
Emenda 126 Artikolu 22, paragrafu 8 a (ġdid) | |
|
8a. Fil-każijiet kollha l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistema ta' kontrolli mwaqqfa tippermetti li prodotti jiġu ttraċċati f'kull stadju tal-produzzjoni, preparazzjoni u distribuzzjoni sabiex il-konsumaturi jingħataw garanzija li l-prodotti organiċi ġew magħmula b'konformità ma' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Jeħtieġ li t-traċċabiltà tkun garantita f’kull stadju tal-produzzjoni. | |
Emenda 127 Artikolu 23, paragrafu 1, punt (a) | |
(a) notify this activity to a competent authority of the Member State where the activity is carried out; |
(a) jinnotifika l-iskop kollu ta' din l-attivita lill-awtorita kompetenti ta' l-Istat Membru fejn qed isseħħ din l-attivita; |
Emenda 128 Artikolu 23, paragrafu 4 | |
4. The competent authority shall keep an updated list containing the names and addresses of operators subject to the control system.
|
L-awtoritajiet kompetenti u l-korpi ta’ kontroll għandhom iżommu lista aġġornata li fiha l-ismijiet u l-indirizzi ta’ operaturi suġġetti għas-sistema ta’ kontroll. Din il-lista għandha tkun disponibbli għall-partijiet interessati. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-lista ta’ operaturi għandha tinżamm mill-awtoritajiet u l-korpi ta’ kontroll u għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. | |
Emenda 129 Artikolu 24, paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
3a. Seduti ta’ smigħ regolari għall-partijiet interessati għandhom ikunu organizzati sabiex ikun rikonoxxut u enfasizzat l-irwol importanti tal-bdiewa organiċi fil-proċess ta’ ċertifikazzjoni u ta’ teħid tad-deċiżjonijiet. |
Ġustifikazzjoni | |
Iridu jinstabu metodi biex il-bdiewa organiċi jkunu jistgħu jiġu involuti kontinwament fit-teħid ta' deċiżjonijiet u f'metodoloġiji ġodda għal proċeduri ta' ċertifikazzjoni: l-abiltà ppruvata tagħhom biex jorganizzaw sistemi kredibbli, innovattivi u ta’ awtoċertifikazzjoni għandha titqies kif xieraq minn korpi ta' kontroll tal-Kummissjoni u minn awtoritajiet kompetenti nazzjonali. | |
Emenda 130 Artikolu 25, paragrafu 1, punt (a) | |
(a) where an irregularity is found as regards compliance with the requirements laid down in this Regulation, ensure that the indications and the logo provided for in Articles 17, 18 and 19 are not used on the entire lot or production run affected by this irregularity; |
(a) fejn tinstab irregolarita fir-rigward ta' konformita mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, ikun żgurat li l-indikazzjonijiet u l-lowgow stipulati fl-Artikoli 17, 18 u 19 ma jintużawx mal-lott kollu jew mal-linja ta’ produzzjoni affettwata minn din l-irregolarità jew jitneħħew minnhom; |
Emenda 131 Artikolu 26 | |
Upon request duly justified by the necessity to guarantee that a product has been produced in accordance with this Regulation, the competent authorities and the control bodies shall exchange with other competent authorities and control bodies relevant information on the results of their controls. They may also exchange such information on their own initiative. |
Fuq talba ġġustifikata min-neċessita li jkun hemm garanzija li prodott ġie magħmul skond dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti, ir-rappreżentanti nazzjonali u Komunitarji tal-partijiet interessati involuti fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-korpi ta' kontroll għandhom jaqsmu informazzjoni rilevanti dwar ir-riżultati tal-kontrolli tagħhom ma' awtoritajiet kompetenti u korpi ta' kontroll oħrajn. Jistgħu jaqsmu din l-informazzjoni fuq inizjattiva tagħhom ukoll. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ġustifikazzjonijiet għall-emendi għall-Artikolu 24 japplikaw hawnhekk ukoll, bil-ħsieb li jiġu żgurati l-involviment u l-parteċipazzjoni attiva tal-bdiewa, filwaqt li jittieħed vantaġġ mill-kapaċitajiet speċifiċi tagħhom. | |
Emenda 132 Artikolu 27, paragrafu 1 | |
1. A product imported from a third country may be placed on the Community market labelled as organic where it complies with the provisions set out in Titles II, III and IV of this Regulation. |
1. Prodott impurtat minn pajjiż terz jista' jitqiegħed fis-suq Komunitarju ttikkettat bħala organiku meta: (a) ikun konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament; |
|
(b) l-impriżi responsabbli għall-produzzjoni, l-importazzjoni u l-promozzjoni kummerċjali huma suġġetti għal kontrolli ekwivalenti għal kontrolli Komunitarji, li jsiru minn awtorità jew korp rikonoxxuti uffiċjalment mill-Komunità; |
|
(c) l-impriżi responsabbli għall-produzzjoni, l-importazzjoni u l-promozzjoni kummerċjali jistgħu jagħtu prova fi kwalunkwe ħin li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; |
|
(d) il-prodott huwa kopert minn ċertifikat maħruġ mill-awtorità ta’ kontroll kompetenti liema ċertifikat jikkonferma l-konformità ma’ dan ir-Regolament. |
Emenda 133 Artikolu 27, paragrafu 2 | |
2. A third country operator who wishes to place his products labelled as organic on the Community market, under the conditions provided for in paragraph 1, shall submit his activities to any competent authority or control body as referred to in Title V, provided that the authority or body concerned perform controls in the third country of production, or to a control body approved in accordance with paragraph 5. |
2. Operatur ta' pajjiż terz fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar jew id-distribuzzjoni ta’ prodotti li jixtieq iqiegħed il-prodotti tiegħu ttikkettati bħala organiċi fis-suq tal-Komunita, skond il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, għandu jippreżenta l-attivitajiet tiegħu lil kwalunkwe awtorita jew korp ta’ kontroll kompetenti kif imsemmi fit-Titolu V, sakemm l-awtorita jew korp konċernati jagħmlu l-kontrolli fil-pajjiż terz tal-produzzjoni, jew lil korp ta' kontroll approvat skond il-paragrafu 5.
Prodotti bħal dawn għandhom ikunu protetti minn ċertifikat mogħti mill-awtoritajiet jew korpi ta’ kontroll li jikkonferma li huma konformi mal-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu. |
Ġustifikazzjoni | |
Jeħtieġ li jkun żgurat li l-aġenti ekonomiċi konċernati kollha ppreżentaw l-attivitajiet tagħhom lil sistema ta’ kontroll ekwivalenti għas-sistema Komunitarja. Għandu jintalab ċertifikat għal dawk il-prodotti li jiddikjaraw li huma konformi mar-regoli kollha stipulati fir-regolament Komunitarju. Inkella, ma jkunx possibbli li jiġi stabbilit liema prodotti jissodisfaw din il-kundizzjoni jew min hu responsabbli għall-evalwazzjoni tan-natura tar-regoli tal-pajjiż terz għal dawn il-prodotti ta’ ‘aċċess dirett’. | |
Emenda 134 Artikolu 27, paragrafu 2 a (ġdid) | |
|
L-operatur konċernat, fi kwalunkwe ħin, irid ikun jista’ jagħti lill-importaturi jew lill-awtoritajiet nazzjonali evidenza dokumentata maħruġa mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll kif imsemmi fit-Titolu V li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ l-operatur li għamel l-aħħar attività u l-verifika ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament minn dan l-operatur |
Emenda 135 Artikolu 27, paragrafu 3, punt (a) | |
(a) ;the product has been produced in accordance with production standards equivalent to those applied to organic production in the Community, or in accordance with the internationally recognised standards set out in the Codex Alimentarius guidelines; |
(a) il-prodott ġie magħmul skond l-istandards ta' produzzjoni ekwivalenti għal dawk applikati għall-produzzjoni organika fil-Komunita, filwaqt li jitqiesu l-linji gwida CAC/GL 32 tal-Codex Alimentarius; |
Ġustifikazzjoni | |
Prodotti ttikkettati bħala organiċi promossi kummerċjalment fl-UE jridu jkunu konformi ma' standards ekwivalenti għal dawk ta' l-Unjoni. Il-linji gwida tal-Codex Alimentarius huma rikonoxxuti internazzjonalment sabiex jitfasslu regoli legali dwar il-biedja organika. Madankollu, la huma dettaljati, la jorbtu, u lanqas jagħtu garanzija huma stess ta’ ekwivalenza mar-regoli Komunitarji. Huma wkoll inkompleti fir-rigward prodotti ta’ annimali pproċessati. | |
Emenda 136 Artikolu 27, paragrafu 3, punt (b) | |
(b) the producer has been subject to control arrangements which are equivalent to those of the Community control system, or which comply with the Codex Alimentarius guidelines; |
(b) il-produttur ġie suġġett għal arranġamenti ta' kontroll li huma ekwivalenti għal dawk tas-sistema ta' kontroll Komunitarja, filwaqt li jitqiesu l-linji gwida CAC/GL 31 tal-Codex Alimentarius; |
Ġustifikazzjoni | |
Prodotti ttikkettati bħala organiċi promossi kummerċjalment fl-UE jridu jkunu konformi ma' standards ekwivalenti għal dawk ta' l-Unjoni. Il-linji gwida tal-Codex Alimentarius huma rikonoxxuti internazzjonalment sabiex jitfasslu regoli legali dwar il-biedja organika. Madankollu, la huma dettaljati, la jorbtu, u lanqas jagħtu garanzija huma stess ta’ ekwivalenza mar-regoli Komunitarji. Għaldaqstant m’humiex xierqa bħala kriterju għar-rikonoxximent ta’ kontrolli ta’ l-importazzjoni. | |
Emenda 137 Artikolu 27, paragrafu 3, punt (c) | |
(c) the third country operator who wishes to place his products labelled as organic on the Community market under the conditions of this paragraph has submitted his activities to a control system recognised in accordance with paragraph 4 or a control body recognised in accordance with paragraph 5; |
(c) l-operaturi ta' pajjiż terz fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta’ prodotti li jixtiequ jqiegħdu l-prodotti tagħhom ittikkettati bħala organiċi fis-suq Komunitarju skond il-kundizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu ppreżentaw l-attivitajiet tagħhom lil sistema ta’ kontroll rikonoxxuta skond il-paragrafu 4 jew lil korp ta’ kontroll wieħed jew aktar rikonoxxuti skond il-paragrafu 5; |
Ġustifikazzjoni | |
Jeħtieġ li jkun żgurat li l-aġenti ekonomiċi konċernati kollha ppreżentaw l-attivitajiet tagħhom lil sistema ta’ kontroll ekwivalenti għas-sistema Komunitarja. Jeħtieġ li aġenti ekonomiċi ta’ pajjiżi terzi jkunu konformi ma' regoli ekwivalenti għal dawk ta' l-Unjoni. | |
Emenda 138 Artikolu 27, paragrafu 3, punt (d) | |
(d) the product is covered by a certificate issued by the competent authorities or control bodies of a third country recognised in accordance with paragraph 4, or by a control body recognised in accordance with paragraph 5, which confirms that the product satisfies the conditions set out in this paragraph.
|
(d) il-prodott huwa kopert minn ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet jew korpi ta' kontroll kompetenti ta' pajjiż terz rikonoxxut skond il-paragrafu 4, jew minn korp ta' kontroll rikonoxxut skond il-paragrafu 5, li jikkonferma li l-prodott jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 14(2), għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jirregolaw iċ-ċertifikat u għandha tistipula regoli ta’ implimentazzjoni qabel ma tidħol fis-seħħ is-sistema l-ġdida ta’ importazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-oġġetti impurtati ma jistax ikun simili għal dak imsemmi fir-Regolament Nru 1788/2001 bħala ‘ċertifikat ta’ kontroll’, peress li awtorizzazzjonijiet ta' l-importazzjoni m’humiex se jeżistu aktar fil-ġejjieni. Ikun jeħtieġ li jsiru bidliet fiċ-ċertifikat eżistenti u li jitfasslu r-regoli ta’ implimentazzjoni qabel ma tidħol fis-seħħ is-sistema l-ġdida ta’ importazzjoni (id-data mistennija hija l-1 ta’ Jannar 2007). | |
Emenda 139 Artikolu 27, paragrafu 3, punt (d a) (ġdid) | |
|
(da) il-korpi ta’ kontroll ta’ pajjiż terz approvati skond il-paragrafu 4 jew rikonoxxuti skond il-paragrafu 5 jissodisfaw l-Istandard Ewropew EN 45011 dwar kriterji ġenerali għal korpi ta’ ċertifikazzjoni ta’ prodotti (Gwida 65 ISO/IEC) u li qabel l-1 ta’ Jannar 2009 ġew akkreditati, skond dak l-istandard minn kwalunkwe korp ta’ akkreditament li ffirma l-Ftehima ta’ Rikonoxximent Multilaterali. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun żgurat li prodotti ta’ pajjiżi terzi huma suġġetti għal sistema ta’ kontrolli ekwivalenti għal dik ta’ l-Unjoni, jeħtieġ li l-korpi ta’ kontroll tal-pajjiż terz ikunu konformi ma’ jew ikunu akkreditati skond l-Istandard EN 45011. Għandha titwaqqaf skadenza xierqa biex jinkiseb l-akkreditament. | |
Emenda 140 Artikolu 27, paragrafu 4, subparagrafu 1 | |
The Commission shall in accordance with the procedure referred to in Article 31(2) recognise the third countries whose production standards and control arrangements are equivalent to those applied in the Community, or are in accordance with the internationally recognised standards set out in the Codex Alimentarius guidelines, and establish a list of these countries. |
Il-Kummissjoni, skond il-procedura msemmija fl-Artikolu 31(2), għandha tirrikonoxxi l-pajjiżi terzi li l-istandards tal-produzzjoni u l-arranġamenti ta' kontroll tagħhom huma ekwivalenti għal dawk applikati fil-Komunità u tqis il-linji gwida CAC/GL 32 tal-Codex Alimentarius. |
Ġustifikazzjoni | |
Prodotti ttikkettati bħala organiċi promossi kummerċjalment fl-UE jridu jkunu konformi ma' standards ekwivalenti għal dawk ta' l-Unjoni. Il-linji gwida tal-Codex Alimentarius huma rikonoxxuti internazzjonalment sabiex jitfasslu regoli legali dwar il-biedja organika. Madankollu, la huma dettaljati, la jorbtu, u lanqas jagħtu garanzija huma stess ta’ ekwivalenza mar-regoli Komunitarji. Għaldaqstant m’humiex xierqa bħala kriterju għar-rikonoxximent ta’ kontrolli ta’ l-importazzjoni. | |
Emenda 141 Artikolu 27, paragrafu 4, subparagrafi 2 a u 2 b (ġodda) | |
|
Il-korpi ta’ kontroll jew l-awtoritajiet ta’ kontroll rikonoxxuti għandhom jipprovdu rapporti ta’ evalwazzjoni maħruġa mill-korp ta’ akkreditament jew, kif xieraq, mill-awtorità kompetenti dwar l-evalwazzjoni għalgħarrieda regolari, is-sorveljanza u rijevalwazzjoni plurijennali ta’ l-attivitajiet tagħhom. Dawn ir-rapporti ta’ evalwazzjoni għandhom jiġu ppubblikati fl-Internet. Fuq il-bażi ta’ dawn ir-rapporti ta’ evalwazzjoni, il-Kummissjoni, assistita mill-Istati Membri, għandha tiżgura superviżjoni xierqa ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti billi tirrevedi r-rikonoxximent tagħhom regolarment. In-natura tas-sorveljanza għandha tkun stabbilita fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tar-riskju li jseħħu rregolaritajiet jew ksur ta’ dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa ta’ importanza kruċjali li jkun żgurat li konsumaturi ta’ l-UE jistgħu jkunu ċerti li prodotti organiċi impurtati ġew prodotti skond regoli ta' l-UE. Billi jkun ippubblikat ir-rapport ta’ evalwazzjoni jkun hemm trasparenza sħiħa, li tqawwi l-fiduċja tal-konsumaturi fil-prodotti organiċi. | |
Emenda 142 Artikolu 27, paragrafu 5 a (ġdid) | |
|
5a. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom ikunu involuti fil-proċess ta' rikonoxximent ta' korpi ta' spezzjoni u ċertifikazzjoni. Operaturi li jimpurtaw għandhom jibagħtulhom ċertifikati ta’ l-attivitajiet ta’ importazzjoni kollha. Għandhom jistabbilixxu bażi ta’ dejta Komunitarja pubblika dwar l-importazzjonijiet. |
|
L-awtoritajiet nazzjonali u Komunitarji kompetenti jistgħu jagħmlu kontrolli għalgħarrieda tal-korpi ta' spezzjoni u ċertifikazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-kontroll iridu jistabbilixxu koperazzjoni aħjar sabiex jaqsmu informazzjoni importanti dwar importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. | |
Emenda 143 Artikolu 28, paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
|
|
Stati Membri jistgħu japplikaw regoli speċifiċi addizzjonali għall-produzzjoni organika fit-territorju tagħhom, sakemm dawn ir-regoli huma konsistenti mal-liġi Komunitarja u ma jillimitawx il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 20. |
Ġustifikazzjoni | |
Stati Membri jrid ikollhom il-possibiltà li japplikaw regoli speċifiċi addizzjonali għall-biedja organika billi ma jillimitawx il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti organiċi fis-suq intern. | |
Emenda 144 Artikolu 31, titolu | |
Management Committee on organic production |
Kumitat Regolatorju bi skrutinju għall-produzzjoni organika |
Emenda 145 Artikolu 31, paragrafu 1 | |
1. The Commission shall be assisted by the Management Committee on organic production (hereinafter “the Committee”). |
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Regolatorju bi skrutinju għall-produzzjoni organika (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat"). |
Emenda 146 Artikolu 31, paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
1a. Il-Kumitat għandu jiżgura konsultazzjoni regolari mar-rappreżentanti tal-produtturi organiċi u mar-rappreżentanti tal-konsumatur kif ukoll koperazzjoni regolari magħhom bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-produzzjoni organika stipulati fl-Artikolu 3, filwaqt li jinvolvihom fl-aġġornar u l-implimentar ta’ tekniki xierqa b’konformità ma’ l-objettivi u l-prinċipji stipulati fit-Titolu II. |
Emenda 147 Artikolu 31, paragrafu 2 | |
2. Where reference is made to this paragraph, Articles 4 and 7 of Decision 1999/468/EC shall apply. |
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-deċiżjoni 1999/468/KE kienet emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta’ Lulju 2006. Il-proċedura regolatorja bi skrutinju tagħti opportunità biżżejjed lill-Kummissjoni għal prattika amministrattiva tajba filwaqt li tinvolvi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. M’hemmx raġuni biex tiddaħħal proċedura ta’ kumitat ta’ mmaniġġjar. | |
Emenda 148 Artikolu 31, paragrafu 2 a (ġdid) | |
|
2a. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe bidla ppjanata għar-Regolament permezz tal-proċedura ta' komitoloġija, u għandha tqis il-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-kwistjoni kif xieraq. |
Emenda 149 Artikolu 31, paragrafu 4 | |
4. The Committee shall adopt its rules of procedure. |
4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu skond l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
Emenda 150 Artikolu 32, punt (a) | |
(a) detailed rules as regards the production rules laid down in Title III, in particular as regards the specific requirements and conditions to be respected by farmers and other producers of organic products; |
(a) regoli dettaljati fir-rigward ir-regoli ta' produzzjoni stipulati fit-Titolu III, b'mod partikulari fir-rigward ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet speċifiċi li jridu jitħarsu minn bdiewa u produtturi oħra ta' prodotti organiċi, inklużi listi pożittivi dwar inputs ta' uċuħ tar-raba', addittivi, għajnuniet għall-ipproċessar u ingredjenti oħrajn;
|
Ġustifikazzjoni | |
{0><}0{>Il-listi pożittivi għandhom jissemmew b’mod espliċitu f’dawn ir-regoli. | |
<0} | |
Emenda 151 Anness II | |
- EU-ORGANIC |
- ORGANIKU |
Ġustifikazzjoni | |
Dan it-terminu jista’ jħawwad lill-bdiewa, u jġegħilhom jaħsbu li l-prodott joriġina mill-Unjoni Ewropea, filwaqt li jistgħu jiġu minn pajjiż terz. Għandhom jinbidlu wkoll il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra. |
- [1] Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
NOTA SPJEGATTIVA
Sitwazzjoni paradossali
Għalkemm kien hemm żieda spettakolari fil-produzzjoni bijoloġika wara l-adozzjoni tar-Regolament ta' l-1991, illum din xorta tirrappreżenta biss 1.4% min-numru ta' proprjetajiet agrikoli tal-25 Stat Membru u 3.6% ta' l-art agrikola utilizzata. Fil-fatt, id-domanda mill-konsumaturi tkompli tiżdied, u din qiegħda tiġi iktar u iktar issodisfata mill-prodotti impurtati, li toħloq problemi ġodda fil-qasam tal-kontroll, taċ-ċertifikazzjoni u l-ittikkettar.
Barra minn hekk, meta jitqies li l-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika għall-iżvilupp rurali, l-appoġġ li l-Istati Membri joffru lill-biedja organika skond il-prinċipju tas-sussidjarjeta huma wisq differenti minn pajjiż għall-ieħor, u dan joħloq sitwazzjonijiet diffiċli u tgħawwiġ fil-kompetittivita tal-produtturi organiċi li għandhom inqas għajnuna.
Fil-fatt, kulħadd jafferma li jixtieq jiżviluppa l-biedja organika, li tikkorrispondi bis-sħiħ ma' l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli li l-Unjoni Ewropea ħaddnet fl-Aġenda ta' Goteborg, iżda biex isir dan hemm żewġ approċċi illi kultant, milli jidher, jaħdmu kontra xulxin. Approċċ minnhom huwa bbażat essenzjalment fuq id-dħul fis-seħħ ta' normi ċari u sempliċi, is-suq u l-faċilitazzjoni ta' l-iskambju ħieles, l-ieħor huwa bbażat fuq viżjoni aktar territorjali, soċjokulturali, u ta' identita ta' l-agrikoltura bijoloġika li nħolqot.
Ma ninsewx li s-settur żviluppa permezz ta' l-azzjoni deċiżiva tal-"pijunieri" li progressivament organizzaw lilhom infushom f'netwerks awtonomi. Sistemi ta' ċertifikazzjoni, tikkettar u kontroll kienu żviluppati ħafna mis-settur organiku b'koperazzjoni bejn il-bdiewa u l-konsumaturi. Bnew il-fiduċja li l-produzzjoni organika tinkludi prattiki tajbin għall-ambjent, il-benesseri ta' l-annimali u ikel tajjeb għas-saħħa minflok ma żżid il-piż fuq is-soċjetà ta' spejjeż ta' tniġġis ambjentali u t-telf ta' bijodiversità li qed tiżdied.
Għalhekk il-mistoqsija hija: Kif tista' tiġi żviluppata l-biedja organika b'mod sinifikanti u kif jista’ jiżdied il-kontribut tagħha għall-produzzjoni u l-konsum ta’ l-ikel, mingħajr ma jinqerdu l-karatteristiċi speċifiċi tagħha u mingħajr ma tiddgħajjef il-fiduċja li hemm fiha bħalissa?
Għaliex regolament ġdid?
F'Ġunju 2004, il-Kummissjoni adottat il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Ikel u l-Biedja Organiċi, li fassal 21 qasam ta' azzjoni mħejjija biex jiffaċilitaw l-iżvilupp tas-settur. Fl-opinjoni tiegħu dwar il-Pjan ta' Azzjoni, il-Parlament talab b'mod partikulari impenn għal miżuri iktar proattivi u ffinanzjati aħjar. Ħafna mill-azzjonijiet imfassla fil-pjan jinvolvu, skond il-Kummissjoni, li jkun hemm bidliet fir-Regolament 2092/21 sabiex ikunu stipulati b'mod iktar espliċitu l-prinċipji u l-objettivi tal-biedja organika, tkun salwagwardjata l-integrità tas-sistema ta' spezzjoni, jingħelbu d-disfunzjonijiet tas-suq intern ikkawżati minn lowgows u standards privati, jiġu kompletati u jittejbu l-istandards, u sabiex id-dispożizzjonijiet ta' l-importazzjoni jsiru iktar effiċjenti.
Fil-fatt, madankollu, dawk li jaħdmu fis-settur kif ukoll il-konsumaturi stennew reviżjoni li tistabbilixxi struttura aktar ċara tal-leġiżlazzjoni, iżda ma stennewx bidla daqshekk kbira, u huma mħassbin bir-raġun dwar ir-rieda tal-Kummissjoni li terġa' tfassal ir-regoli u li terġa' tikkonsulta lill-partijiet interessati u lill-Parlament dwar il-qafas ġenerali tar-regolament biss.
Objettivi ta' min ifaħħarhom iżda metodoloġija dubjuża
Filwaqt li ħadd m'huwa qed jiddubita l-importanza li jiġi rivedut regolament illi matul is-snin sar dens u kumpless, u li jiġu riveduti d-derogi tranżizzjonali stipulati, ir-rieda tal-Kummissjoni u l-Kunsill li jattwaw immedjatament reviżjoni akbar milli kienu ħabbru, bl-użu ta' approċċ leġiżlattiv ġdid, qajmet protesti kbar u tħassib serju.
B'kuntrast għal konsultazzjonijiet preċedenti dwar ir-regolament 2092/91 u r-reviżjoni tiegħu fl-1998 inklużi l-bhejjem, il-Kummissjoni ddeċidiet li tissostitwixxi l-annessi eżistenti b'regoli ta' implimentazzjoni li l-Parlament m'huwiex ikkonsultat dwarhom. Il-Kummissjoni temmen li regoli ta' implimentazzjoni huma purament tekniċi, u għandhom ikunu definiti skond il-proċedura ta' komitoloġija.
Ir-rapporteur għal opinjoni ma taqbilx ma' din l-interpretazzjoni. L-annessi kurrenti fihom sustanza leġiżlattiva, bħal pereżempju d-definizzjoni tal-lista pożittiva ta' prodotti awtorizzati u prattiki fil-biedja organika. Fid-dawl tal-kunflitt li nqala' bejn il-Parlament u l-Kummissjoni fl-1993 dwar l-awtorizzazzjoni ta' GMOs fil-biedja organika permezz tal-proċedura ta' komitoloġija inkluż każ fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, ikun aktar għaqli li jkunu evitati tilwimiet ġodda permezz ta' konsultazzjoni kif suppost. Ir-rapporteur għal opinjoni tissuġġerixxi għalhekk fl-Emenda 177 li l-Parlament għandu jkun ikkonsultat dwar ir-regoli ta' implimentazzjoni jew għandu jkollu d-dritt - bħalma għandu l-Kunsill - għal veto fuq ir-regoli ta' implimentazzjoni ladarba jiġu approvati jew jinbidlu.
Punti ewlenin li jridu jiġu kkjarifikati u mtejba
Rigward is-sustanza tat-test, numru ta' aspetti - minkejja li sar progress pożittiv dwar, pereżempju, l-alimentazzjoni ta' bhejjem - qajmu mistoqsijiet immedjati, li jitolbu kjarifika u jeħtieġ li jsiru għażliet ċari:
- Id-definizzjonijiet mogħtija, kif ukoll il-prinċipji u l-objettivi stipulati għall-biedja organika, huma ġenerali wisq u jkunu suġġetti għal interpretazzjoni differenti jekk jitħallew kif inhuma bħalissa. Jekk trid tinżamm il-fiduċja tal-konsumatur, jinħtieġu, bil-kuntrarju, definizzjonijiet ċari, preċiżi u stretti.
- L-iskop tad-dispożizzjonijiet suġġeriti mill-Kummissjoni jeskludu l-kejtering u l-prodotti li m'humiex għall-ikel, minkejja l-fatt li f'dawn iż-żewġ oqsma hemm domanda dejjem tikber għal prodotti organiċi, għal liema domanda jeħtieġ li jkun hemm reazzjoni organizzata. Min-naħa l-oħra, ir-regolament ġdid se jinkludi l-akkwakultura u s-settur ta' l-inbid organiku, u din hija ħaġa pożittiva ħafna.
B’konformità ma’ ħafna Stati Membri li jixtiequ jaraw kantins pubbliċi, ristoranti u kumpaniji tal-kejtering jużaw prodotti organiċi inklużi fil-qasam ta' applikazzjoni tar-regolament, ir-rapporteur għal opinjoni tissuġġerixxi fl-Emenda 1 li jiġu adottati kemm l-Artikolu 37 kif ukoll l-Artikolu 95 tat-Trattat bħala l-bażi legali tar-regolament.
- Il-punt li qajjem l-iktar kontroversja huwa d-dispożizzjoni l-ġdida dwar 'flessibiltà' aċċettabbli fir-rigward ir-regolament, li, kif imbassar fil-proposta tal-Kummissjoni, tippermetti eċċezzjonijiet li jimponu kundizzjonijiet inqas stretti. Flessibiltà bħal din rigward kundizzjonijiet hija f'kuntrast kbir mal-proposta tal-Kummissjoni, li ma tippermettix l-enfasizzar ta’ indikazzjonijiet tal-pajjiżi ta' l-oriġini u speċifikazzjonijiet ta' standards organiċi privati, li għal ħafna snin intużaw bħala bażi għal lowgows nazzjonali jew reġjonali pubbliċi jew privati u taw kontribut biex tinbena l-fiduċja tal-konsumaturi.
Dawn il-lowgows la jħawdu lill-konsumatur u lanqas jalteraw is-suq intern, kif tistqarr il-Kummissjoni, iżda jistimulaw u jiddifferenzjaw il-forniment u d-domanda. Sakemm it-tikkettar u r-riklamar ta' prodotti bħal dawn huma bbażati fuq fatti speċifiċi u verifikabbli, hija ħaġa inkonċepibbli li l-operat ta' assoċjazzjonijiet privati li jaħdmu b'mod effiċjenti, u jfornu prodotti identifikati b'mod ċar, għandu jiġi ostakolat għall-benefiċċju ta' tikketta komuni ta' l-UE u ta' regoli flessibbli u mhux magħrufa li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-fiduċja tal-konsumatur.
- Id-dispożizzjonijiet dwar l-użu, b'mod partikulari, ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u ta' prodotti veterinarji, li s'issa kienu projbiti fil-biedja organika, huma iktar flessibbli fl-abbozz ta' regolament, minkejja l-fatt li dan l-aspett huwa importanti ħafna f'termini ta' l-interess tal-konsumaturi għall-produzzjoni organika.
- Ir-regolament jisħaq li l-użu ta' organiżmi modifikati ġenetikament huwa projbit fil-produzzjoni organika. Madankollu, kif jidher mid-diskussjonijiet kurrenti fil-Kunsill, għad hemm konfużjoni dwar definizzjonijiet ta' prodotti magħmula bil-GMOs jew mill-GMOs. Ir-regoli futuri għandhom jippermettu lill-bdiewa organiċi jipproduċu mingħajr ebda kontaminazzjoni. Il-Kummissjoni ma wrietx il-ħsieb li tfassal abbozz ta' qafas leġiżlattiv komuni li jista' jeskludi l-kontaminazzjoni ta' farms u prodotti fil-katina ta' l-ikel kollha. Dettalji tal-mezzi li għandhom jintużaw sabiex ikunu applikati l-prinċipju ta' prekawzjoni fl-istadji kollha tal-produzzjoni u r-regoli dwar kwistjonijiet ta' koeżistenza u responsabiltà fil-każ ta' kontaminazzjoni għad iridu jkunu stipulati.
- Fl-aħħarnett, ir-regolament irid ikollu l-għan li jiżgura korpi ta' spezzjoni u ta’ ċertifikazzjoni indipendenti u li wieħed jista' joqgħod fuqhom, b'mod partikulari fir-relazzjonijiet tagħhom ma' importaturi u operaturi f'pajjiżi terzi, permezz ta’ sistema ta' akkreditament ċara u li wieħed jista' joqgħod fuqha bbażata fuq l-iktar standards stretti applikabbli.
- M'huwiex aċċettabbli, madankollu, li l-indikazzjoni 'UE ORGANIKU' għandha titħalla tiġi applikata għal prodotti minn pajjiżi terzi mingħajr ma tingħata iktar informazzjoni dwar l-oriġini nazzjonali jew reġjonali. Il-konsumaturi għandhom id-dritt ikunu jafu l-oriġini tal-prodotti organiċi li qed jixtru, anke jekk jissodisfaw standards Ewropej.
Nifs ġdid għall-biedja organika
Ir-reviżjoni tar-regolament Ewropew dwar il-biedja organika tista', u għandha, tipprovdi opportunità biex tingħata spinta ġenwina lil din il-forma ta' produzzjoni. Il-benefiċċji ta' din il-produzzjoni issa huma rikonoxxuti u d-domanda għaliha qed tiżdied fis-soċjetajiet tagħna. Dan b'kundizzjoni, madankollu, li l-armonizzazzjoni u l-kjarifika meħtieġa ma jkunux ta' detriment għal rekwiżiti stretti u l-fiduċja, li huma fundamentali għall-biedja organika!
Minkejja dan, filwaqt li r-reviżjoni ta’ dan ir-regolament hija meħtieġa, ma tkunx biżżejjed biex jiġu solvuti l-kwistjonijiet daqstant importanti (jew aktar) ta' appoġġ biex titħeġġeġ il-biedja organika fi ħdan il-qafas tal-Politika Agrikola Komuni (li bħalissa huwa baxx ħafna), l-istrutturar ta' netwerks ta' kummerċjalizzazzjoni u distribuzzjoni, u l-iffissar ta' prezzijiet li jagħtu qligħ raġonevoli lill-produtturi u li l-konsumatur jiflaħ għalihom.
Fil-fatt, il-biedja organika m'hijiex biss suq ġdid li ma tantx jipprovdu għalih (niche market) u li jrid ikun żviluppat, iżda fuq kollox tirrappreżenta approċċ integrat għall-agrikoltura li jqis l-aspetti kollha tagħha (inklużi aspetti ekonomiċi u ta' impjiegi, assoċjati ma' l-ambjent, l-art, is-saħħa, eċċ), u għandha tispira riforma globali tal-Politika Agrikola Komuni bil-għan li jiġi żgurat żvilupp sostenibbli ġenwin.
OPINJONI TAL-KUMITAT TA' L-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI
13.3.2007
Is-Sur Neil Parish
'Chairperson'
Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali
BRUSSELL
Suġġett: Opinjoni dwar il-bażi legali tal-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi (COM(2005)0671 – C6‑0032/2006 – 2005/0278(CNS))[1]
Għażiż Chairperson,
Permezz ta' ittra bid-data 29 November 2006 inti tlabt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, skond l-Artikolu 35(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sabiex jikkunsidra jekk kinitx valida u korretta l-bażi legali tal-proposta tal-Kummissjoni hawn fuq imsemmija.
L-ittra tas-Sur Daul tqajjem il-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 95 tat-Trattat KE jistax ikun miżjud ma’ l-Artikolu 37 bħala l-bażi legali xierqa għall-att propost, liema kwistjoni l-Kumitat għall-Affarijiet Legali qies kif xieraq fil-laqgħat tiegħu tad-29/30 ta’ Jannar 2007 u tas-26/27 ta’ Frar 2007.
Dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat KE
Artikolu 95
1. B’deroga mill-Artikolu 94 u għajr meta jkun stipulat mod ieħor f'dan it-Trattat, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 14. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandu jadotta l-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati minn liġi, minn regolament jew minn azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li l-objettiv tagħhom huwa t-twaqqif u l-operat tas-suq intern.
2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal dispożizzjonijiet fiskali, għal dawk marbuta mal-moviment ħieles tal-persuni u lanqas għal dawk marbuta mad-drittijiet u l-interessi ta’ persuni impjegati.
3. Il-Kummissjoni, fil-proposti tagħha previsti fil-paragrafu 1 dwar is-saħħa, is-sikurezza, il-ħarsien ambjentali u l-ħarsien tal-konsumatur, se tuża livell għoli ta' ħarsien bħala bażi, filwaqt li tqies b'mod partikulari kwalunkwe żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. Skond is-setgħat rispettivi tagħhom, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ukoll se jippruvaw jilħqu dan l-objettiv.
4. Jekk, wara l-adozzjoni ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, Stat Membru jidhirlu li jeħtieġ li jinżammu dispożizzjonijiet nazzjonali għal raġunijiet ta’ ħtiġijiet ewlenin imsemmija fl-Artikolu 30, jew għal raġunijiet marbuta mal-ħarsien ta’ l-ambjent jew ta’ l-ambjent tax-xogħol, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawn id-dispożizzjonijiet kif ukoll dwar ir-raġunijiet biex jinżammu.
5. Barra minn hekk, bla ħsara għall-paragrafu 4, jekk, wara l-adozzjoni ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, Stat Membru jidhirlu li jeħtieġ li jiddaħħlu dispożizzjonijiet nazzjonali bbażati fuq evidenza xjentifika dwar il-ħarsien ta’ l-ambjent jew ta’ l-ambjent tax-xogħol għal raġunijiet ta’ problema speċifika għal dak l-Istat Membru li sseħħ wara l-adozzjoni tal-miżura ta’ armonizzazzjoni, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet previsti kif ukoll dwar ir-raġunijiet biex jiddaħħlu.
6. Il-Kummissjoni, fi żmien sitt xhur min-notifiki kif imsemmija fil-paragrafi 4 u 5, għandha tapprova jew tirrifjuta d-dispożizzjonijiet nazzjonali involuti wara li tkun ivverifikat humiex mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u jekk humiex ostaklu għall-operat tas-suq intern.
Jekk il-Kummissjoni ma tiħux deċiżjoni f’dan il-perjodu d-dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fil-paragrafi 4 u 5 għandhom jitqiesu li ġew approvati.
Meta jkun iġġustifikat mill-kumplessità tal-kwistjoni u jekk ma jkunx hemm periklu għas-saħħa tal-bniedem, il-Kummissjoni tista’ tinnotifika lill-Istat Membru konċernat li l-perjodu msemmi f’dan il-paragrafu jista' jkun estiż għal perjodu ieħor ta' mhux aktar minn sitt xhur.
7. Meta, skond il-paragrafu 6, Stat Membru huwa awtorizzat biex iżomm jew idaħħal dispożizzjonijiet nazzjonali b’deroga minn miżura ta’ armonizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tevalwa minnufih jekk għandhiex tipproponi adattament għal dik il-miżura.
8. Meta Stat Membru jqajjem problema speċifika dwar is-saħħa pubblika f’qasam fejn ittieħdu miżuri ta' armonizzazzjoni, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u din għandha tevalwa minnufih għandhiex tipproponi miżuri xierqa lill-Kunsill.
9. B’deroga mill-proċedura stipulata fl-Artikoli 226 u 227, il-Kummissjoni u kwalunkwe Stat Membru jistgħu jressqu l-kwistjoni direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jekk iqisu li Stat Membru qed juża s-setgħat stipulati f'dan l-Artikolu b'mod ħażin.
10. Il-miżuri ta’ armonizzazzjoni msemmija hawn fuq, f’każijiet xierqa, għandhom jinkludu klawsola ta’ salvagwardja li tawtorizza lill-Istati Membri, għal waħda mir-raġunijiet mhux ekonomiċi jew għal aktar minn raġuni waħda msemmija fl-Artikolu 30, jieħdu miżuri proviżorji suġġetti għal proċedura ta' kontroll tal-Komunità.
Artikolu 37
1. Sabiex jitfasslu l-linji gwida ta’ politika agrikola komuni, il-Kummissjoni, hekk kif dan it-Trattat jidħol fis-seħħ, għandha tlaqqa’ konferenza ta’ l-Istati Membri bil-għan li jitqabblu l-politiki agrikoli tagħhom, b’mod partikulari billi jkun stabbilit il-bilanċ tar-riżorsi u l-ħtiġijiet tagħhom.
2. Wara li tkun qieset ix-xogħol tal-Konferenza stipulat fil-paragrafu 1, wara li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat, il-Kummissjoni għandha tressaq proposti biex titfassal u tkun implimentata l-politika agrikola komuni, inkluża s-sostituzzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet nazzjonali b’waħda mill-forom ta’ organizzazzjoni komuni stipulati fl-Artikolu 34(1), u sabiex ikunu implimentati l-miżuri speċifikati f’dan it-titolu.
Dawn il-proposti għandhom iqisu l-interdipendenza tal-kwistjonijiet agrikoli msemmija f'dan it-titolu.
Il-Kunsill, wara proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, u permezz ta’ maġġoranza kwalifikata, għandu jagħmel regolamenti, joħroġ direttivi, jew jieħu deċiżjonijiet, bla ħsara għal kwalunkwe rakkomandazzjoni li jista' jagħmel ukoll.
3. Il-Kunsill, permezz ta’ maġġoranza kwalifikata u skond il-paragrafu 2, jista’ jissostitwixxi l-organizzazzjonijiet tas-suq nazzjonali bl-organizzazzjoni komuni stipulata fl-Artikolu 34(1) jekk:
(a) l-organizzazzjoni komuni toffri lill-Istati Membri li jopponu din il-miżura u li għandhom organizzazzjoni tagħhom għall-produzzjoni konċernata, salvagwardji ekwivalenti għall-impjieg u l-istandard ta' għajxien tal-proċeduri konċernati, filwaqt li jitqiesu l-aġġustamenti li jkunu possibbli u l-ispeċjalizzazzjoni li tkun meħtieġa aktar ma jgħaddi ż-żmien;
(b) organizzazzjoni bħal din tiżgura kundizzjonijiet għal kummerċ fi ħdan il-Komunità simili għal dawk li jeżistu f’suq nazzjonali.
4. Jekk organizzazzjoni komuni għal ċerta materja prima titwaqqaf qabel ma teżisti organizzazzjoni komuni għall-prodotti pproċessati korrispondenti, din il-materja prima li tintuża għal prodotti pproċessati li se jkunu esportati f’pajjiżi terzi jistgħu jkunu impurtati minn barra l-Komunità.
Kontenut ta’ l-abbozz ta’ Regolament
L-għan tal-proposta għal regolament dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi huwa li jispjega b’mod aktar espliċitu l-objettivi, il-prinċipji u r-regoli applikabbli għall-produzzjoni organika sabiex jingħata kontribut għat-trasparenza u l-fiduċja tal-konsumatur u sabiex tiddaħħal perċezzjoni armonizzata tal-kunċett ta' produzzjoni organika.
Tabilħaqq, kif tikkjarifika l-Premessa 2 tal-proposta, "leġiżlazzjoni dwar il-produzzjoni organika għandha rwol dejjem aktar importanti fil-qafas tal-politika agrikola u hija marbuta mill-qrib ma' l-iżviluppi fis-swieq agrikoli".
F’dan ir-rigward, il-proposta tifformula l-objettivi li ġejjin għall-produzzjoni organika:
· il-ħarsien ta’ l-interessi tal-konsumatur, l-iżgurar tal-fiduċja tal-konsumatur u l-evitar ta’ tikkettar li jiżgwida;
· l-iżvilupp tal-produzzjoni organika filwaqt li jitqiesu d-differenzi reġjonali fil-klima, fil-kundizzjonijiet tal-biedja u l-istadju ta’ żvilupp tal-biedja organika;
· livell għoli ta' ħarsien ta’ l-ambjent, ta’ bijodiversità u ta’ riżorsi naturali;
· rispett għal standards għoljin ta' benesseri ta' l-annimali li jissodisfaw ħtiġijiet speċifiċi għalkollox.
Ir-Regolament jistabbilixxi l-objettivi, il-prinċipji u r-regoli dwar:
· il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni, l-esportazzjoni u l-kontrolli ta’ prodotti organiċi;
· l-użu ta’ indikazzjonijiet li jirreferu għall-produzzjoni organika fit-tikketti u r-riklami.
Ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti li ġejjin li joriġinaw mill-agrikoltura jew mill-akkwakultura meta prodotti bħal dawn se jkunu promossi kummerċjalment bħala organiċi:
· prodotti mhux ipproċessati minn pjanti u minn bhejjem u bhejjem;
· prodotti pproċessati minn pjanti u minn bhejjem għall-konsum tal-bniedem (“ikel ipproċessat”);
· prodotti ħajjin jew mhux ipproċessati ta' l-akkwakultura;
· prodotti pproċessati ta’ l-akkwakultura għall-konsum tal-bniedem;
· għalf.
Madankollu, m’għandux japplika għal prodotti mill-kaċċa u s-sajd ta’ annimali slavaġ.
Fir-rigward it-tikkettar ta’ prodotti organiċi, ir-regolament propost jispjega b'mod iktar espliċitu r-regoli kurrenti dwar l-użu ta' jew referenzi għal "organiċi", u kliem imnissel minnha, diminuttivi u traduzzjonijiet tagħha, sabiex tibqa' titħares il-kelma "organiċi".
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jinnota, madankollu, li numru ta’ emendi adottati mill-Kumitat għall-Agrikoltura jibdlu l-mira ta’ l-istrument propost għal waħda marbuta aktar mat-twaqqif u l-operat tas-suq intern. B’mod partikulari, l-emendi jdaħħlu fil-qasam ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni proposta l-kejtering, il-kantins, ir-restoranti, eċċ, li, mad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar it-tikkettar, il-lowgows u r-riklamar, għandhom effett qawwi fuq iċ-ċentru ta’ gravità tiegħu.
Evalwazzjoni
L-atti Komunitarji kollha jridu jitwaqqfu fuq bażi legali stipulata fit-Trattat (jew f’att legali ieħor li suppost jimplimentaw). Il-bażi legali tispjega l-kompetenza ratione materiae tal-Komunità u tispeċifika kif dik il-kompetenza trid tkun eżerċitata, jiġifieri l-istrument jew l-istrumenti leġiżlattivi li jistgħu jintużaw u l-proċedura għat-teħid ta’ deċiżjonijiet.
Huwa ċar minn każistika kostanti tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-għażla tal-bażi legali ma tiddependix mil-leġiżlatur Komunitarju iżda trid tkun stabbilita minn fatturi oġġettivi li huma suxxettibbli għall-evalwazzjoni ġudizzjarja[2], bħall-għan u l-kontenut tal-miżura konċernata[3]. Barra minn hekk, il-fattur deċiżiv għandu jkun l-objettiv ewlieni ta’ miżura[4].
Skond il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, artikolu ġenerali ta’ Trattat huwa bażi legali biżżejjed anke jekk il-miżura konċernata tipprova wkoll, b’mod subordinat, tilħaq għan li qed jipprova jilħaq artikolu speċifiku tat-Trattat[5].
Madankollu, meta miżura għandha bosta objettivi kontemporanji li huma marbuta ma’ xulxin b’mod li ma jinħallu b’xejn mingħajr ma wieħed ikun ta’ importanza sekondarja u indirett meta mqabbel ma’ l-oħrajn, il-miżura trid tkun ibbażata fuq il-varji dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat[6]sakemm dan ma jkunx possibli minħabba l-inkompatibiltà reċiproka tal-proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet stipulati mid-dispożizzjonijiet[7].
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, irid ikun stabbilit jekk l-Artikolu 95 tat-Trattat KE jistax ikun miżjud ma’ l-Artikolu 37 bħala l-bażi legali rilevanti ta’ l-att konċernat.
Kif deher mill-analiżi tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni proposta, l-emendi adottati mill-Kumitat għall-Biedja ressqu ċ-ċentru ta’ gravità aktar lejn it-twaqqif u l-operat tas-suq intern, iżda l-objettivi tas-suq intern ma sarux sekondarji jew indiretti għall-objettivi agrikoli.
Konklużjonijiet
Fil-laqgħa tiegħu li saret fid-data 27 February 2007, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għaldaqstant iddeċieda, unanimament[8], li jirrakkomandalek li l-proposta għal regolament għandha tkun ibbażata kemm fuq l-Artikolu 37 kif ukoll fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat KE.
Dejjem tiegħek,
Giuseppe Gargani
- [1] Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
- [2] Każ 45/86, Kummissjoni v. Kunsill [1987] ECR 1439, para. 5.
- [3] Każ C-300/89, Kummissjoni v. Kunsill [1991] ECR I-287, para. 10, u Każ C-42/97, Parlament Ewropew v. Kunsill [1999] ECR I-869, para. 36.
- [4] Każ C-377/98, Olanda v. Parlament Ewropew u Kunsill [2001] ECR I-7079, para. 27.
- [5] Każ C-377/98, Olanda v. Parlament Ewropew u Kunsill [2001] ECR I-7079, para. 27-28; Każ C-491/01 british American Tobacco (Investments) and Imperial Tobacco [2002] ECR I-11453, para. 93-94.
- [6] Każ C-165/87, Kummissjoni v. Kunsill [1987] ECR 5545, para. 11.
- [7] Ara, eż., Każ C-300/89 Kummissjoni v. Kunsill [1991] ECR I-2867, para. 17-21 (Każ dijossidu tat-titanju), Każ C-388/01 Kummissjoni v. Kunsill [2004] ECR I-4829, para. 58 u Każ C-491/01 British American Tobacco [2002] ECR I-11453, para. 103-111.
- [8] Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-vot finali: Giuseppe Gargani (chairperson), Rainer Wieland, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, (viċi-chairperson), Wolfgang Bulfon, Bert Doorn, Klaus-Heiner Lehne, Eva Lichtenberger, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Hartmut Nassauer, Aloyzas Sakalas, Jacques Toubon, Jaroslav Zvěřina.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel ()
għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettjar ta' prodotti organiċi
(COM(2005)0671 – C6‑0032/2006 – 2005/0278(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Roberto Musacchio
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-proposta tal-KE tinkludi żewġ abbozzi ta' regolamenti. L-ewwel wieħed jikkunsidra qafas ġdid ta' attività għall-agrikoltura organika, li jaġġorna l-objettivi u l-prinċipji sabiex tiżdied l-importanza ta' dan is-settur fis-suq intern. It-tieni wieħed jipproponi adattament temporanju u deroga li tasal fi tmiemha fl-1 ta' Jannar 2009, peress li l-ħidmiet ta' implimentazzjoni skedati ta' l-ewwel abbozz huma dejqa ħafna, sabiex is-suq ma jitgħawwiġx u sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet ta' kummerċ ġust għal dawk l-operaturi jew produtturi minn pajjiżi terzi li jipprovdu prodotti organiċi lill-konsumaturi ta' l-UE.
Il-proposta tal-Kummissjoni hija milqugħa u se tkun ta' għajnuna fl-iżvilupp ta' standards armonizzati fil-qasam ta' l-agrikoltura organika: f'dan il-qasam id-domanda tal-konsumaturi żdiedet f'dawn l-aħħar snin, l-iktar fil-forniment ta' prodotti organiċi lill-kantins istituzzjonali b'kundizzjonijiet stretti ħafna fis-sejħiet għal offerti kemm mill-awtoritajiet pubbliċi kemm mill-awtoritajiet privati. Għal din ir-raġuni il-proposta trid tintemm billi jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tagħha f'dawn l-oqsma.
Madankollu, produtturi organiċi mhumiex l-uniku suq immirat lejn il-forniment ta' prodotti kompetittivi li jiġu milqugħa tajjeb, kemm fis-settur ta' l-ikel kemm fis-settur mhux ta' l-ikel, bħal tat-tessuti jew tal-kosmetiċi; l-għan ewlieni tagħhom huwa li titħares il-ħamrija allokata għall-agrikoltura għall-iżvilupp sostenibbli, 'il bogħod mir-riskju ta' tgħawwir, għargħar u diżastri naturali. Għalhekk, bis-saħħa tal-kapaċitajiet u t-tagħrif speċjalizzat tagħhom li huma relatati ma' l-aqwa għażliet kif jistgħu jtejbu l-fertilità tal-ħamrija u l-benessri ta' l-annimali, huma kapaċi joffru prodotti kompetittivi waqt li jiggarantixxi żvilupp soċjali rurali fl-UE.
Għalhekk, id-domanda tal-konsumaturi għal dawn il-prodotti tirrikjedi li jintlaħqu standards ta' kwalità għal kollox differenti minn dawk li japplikaw għal prodotti oħrajn konvenzjonali disponibbli fl-agrikoltura. In-nuqqas totali ta' pestiċidi u organiżmi ġenetikament modifikati (GMOs) huwa rekwiżit essenzjali: l-ebda kontaminazzjoni aċċidentali m'għandha tkun ittollerata. L-eko-tikkettjar ta' prodotti organiċi jrid ikun kostitenti ma' dawn l-objettivi. L-ebda limitu massimu applikabbli rigward il-preżenza ta' GMOs m'għandu jiġi stipulat: Il-GMOs iridu jiġu għal kollox evitati minħabba l-koeżistenza possibbli ma' artijiet agrikoli oħra fejn jistgħu jiġu parzjalment ittollerati jew użati. Fl-aħħar nett, il-kontroll tal-kwalità u l-evalwazzjoni ta' metodi ġodda jew innovattivi biex tkun żgurata ċertifikazzjoni organika għandhom japplikaw aktar għall-prattiki tajbin stabbiliti li jinvolvu l-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni regolari ta' produtturi u għall-ISO 65/En 45011 milli għar-Regolament (KE) Nru 882/2004, fejn huma stipulati kontrolli konvenzjonali, anke jekk fil-futur qrib il-Kummissjoni kellha tipproponi derogi aġġornati li jintużaw speċifikament għall-produzzjoni organika.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Test propost mill-Kummissjoni[1] | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Premessa 1 | |
(1) Il-produzzjoni organika hija sistema ġenerali tal-ġestjoni ta' farm u tal-produzzjoni ta' l-ikel li tikkombina l-aqwa prattiki ambjentali, livell għoli ta' bijodiversità, il-preżervazzjoni tar-riżorsi naturali, l-applikazzjoni ta' standards għoljin ta' benessri ta' l-annimali u l-produzzjoni konformi mal-preferenza ta' ċerti konsumaturi għal prodotti magħmulin bl-użu ta' sustanzi u proċessi naturali. Il-metodu organiku ta' produzzjoni b'hekk għandu rwol doppju fis-soċjetà, fejn fuq naħa jservi suq speċifiku li jirreaġixxi għad-domanda tal-konsumatur għal prodotti organiċi, u fuq in-naħa l-oħra jipproduċi prodotti pubbliċi li jikkontribwixxu għall-ħarsien ta' l-ambjent u tal-benessri ta' l-annimali, kif ukoll għall-iżvilupp rurali. |
(1) Il-produzzjoni organika hija sistema ġenerali tal-ġestjoni ta' farm u tal-produzzjoni ta' l-ikel li tikkombina l-aqwa prattiki ambjentali, livell għoli ta' bijodiversità, il-preżervazzjoni tar-riżorsi naturali u l-applikazzjoni ta' standards għoljin ta' benessri ta' l-annimali u jimmira li jtejjeb il-fertilità tal-ħamrija bis-saħħa ta' mezzi naturali u li jiżgura produzzjoni konformi mal-preferenza ta' ċerti konsumaturi għal prodotti magħmulin bl-użu ta' sustanzi u proċessi naturali. Il-metodu organiku ta' produzzjoni b'hekk għandu diversi rwoli pożittivi: mhux biss iservi suq speċifiku li jirreaġixxi għad-domanda tal-konsumatur għal prodotti organiċi, waqt li jipproduċi prodotti pubbliċi mhux biss limitati għall-qasam ta' l-ikel, iżda wkoll u fuq kollox jikkontribwixxi għall-ħarsein ta' l-ambjent u tal-benessri ta' l-annimali, kif ukoll għall-iżvilupp soċjali rurali. |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda 2 Premessa 2 | |
(2) Il-kontribut tal-qasam ta' l-agrikoltura organika qed jiżdied f'ħafna mill-Istati Membri. Ta' min jinnota tkabbir fid-domanda tal-konsumatur f'dawn l-aħħar snin. Riformi riċenti tal-Politika Agrikola Komuni, bl-enfasi tagħha fuq l-orjentazzjoni tas-suq u l-provvista ta' prodotti ta' kwalità biex jintlaħqu d-domandi tal-konsumaturi, x'aktarx li jistimulaw iżed is-suq tal-produzzjoni organika. Fuq dan l-isfond il-leġiżlazzjoni dwar il-produzzjoni organika għandha rwol dejjem iktar importanti fil-qafas tal-politika agrikola u hija relatata mill-qrib ma' l-iżviluppi fis-swieq agrikoli. |
(2) Il-kontribut tal-qasam ta' l-agrikoltura organika qed jiżdied f'ħafna mill-Istati Membri. Ta' min jinnota tkabbir fid-domanda tal-konsumatur f'dawn l-aħħar snin. Riformi riċenti tal-Politika Agrikola Komuni, bl-enfasi tagħha fuq l-orjentazzjoni tas-suq u l-provvista ta' prodotti ta' kwalità biex jintlaħqu d-domandi tal-konsumaturi, x'aktarx li jistimulaw iżed is-suq tal-produzzjoni organika. Fuq dan l-isfond il-leġiżlazzjoni dwar il-produzzjoni organika għandha rwol dejjem iktar importanti fil-qafas tal-politika agrikola u hija relatata mill-qrib ma' l-iżviluppi fis-swieq agrikoli u marbuta mal-ħarsien u s-salvagwardja tal-ħamrija assenjata għal attivitajiet agrikoli. |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda 3 Premessa 2 a (ġdida) | |
|
(2a) Kull biċċa leġiżlazzjoni u politika li l-Unjoni Ewropea tadotta f'dan il-qasam għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' l-agrikoltura u l-produzzjoni organika kif inhuma mfissra f'dan ir-Regolament. L-agrikoltura organika għandha rwol importanti fl-implimentazzjoni ta' politika ta' l-iżvilupp sostenibbli ta' l-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
L-agrikoltura organika hija relatata mill-qrib mal-politika ta' l-iżvilupp sostenibbli; politiki oħrajn u biċċiet ta' leġiżlazzjoni għandhom isegwu l-eżempju ta' din il-politika billi jieħdu kont ta' dan it-tip ta' produzzjoni u jgħinu biex l-objettivi stipulati jintlaħqu. | |
Emenda 4 Premessa 3 | |
(3) Il-qafas legali Komunitarju li jiggverna l-qasam tal-produzzjoni organika għandu jimmira lejn l-objettiv li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u l-operat xieraq tas-suq intern tal-prodotti organiċi, u li l-kunfidenza tal-konsumatur f'prodotti li huma ttikkettjati organiċi tinżamm u tkun ġustifikata. Għandu jimmira wkoll li joħloq kundizzjonijiet fejn dan il-qasam jista' jimxi 'l quddiem skond żviluppi fil-produzzjoni u fis-suq. |
(3) Il-qafas legali Komunitarju li jiggverna l-qasam tal-produzzjoni organika għandu jimmira lejn l-objettiv li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u l-operat xieraq tas-suq intern tal-prodotti organiċi, u li l-kunfidenza tal-konsumatur f'prodotti li huma ttikkettjati organiċi tinżamm u tkun ġustifikata. Għandu jimmira wkoll li joħloq kundizzjonijiet fejn dan il-qasam jista' jimxi 'l quddiem skond żviluppi fil-produzzjoni u fis-suq kif ukoll żviluppi ambjentali sostenibbli. |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda 5 Premessa 7 | |
(7) Qafas Komunitarju ġenerali tar-regoli dwar il-produzzjoni organika għandu jiġi stabilit fir-rigward tal-produzzjoni ta' pjanti u bhejjem, inklużi regoli dwar il-konverżjoni, kif ukoll dwar il-produzzjoni ta' ikel ipproċessat u l-għalf. Il-kompetenza biex jiġu dditerminati d-dettalji ta' dawk ir-regoli ġenerali u biex jiġu adottati regoli Komunitarji dwar il-produzzjoni fil-qasam ta' l-akwakultura għandha tingħata lill-Kummissjoni. |
(7) Qafas Komunitarju ġenerali tar-regoli dwar il-produzzjoni organika għandu jiġi stabilit fir-rigward tal-produzzjoni ta' pjanti u bhejjem, inklużi regoli dwar il-konverżjoni, kif ukoll dwar il-produzzjoni ta' ikel ipproċessat u l-għalf. Il-kompetenza biex jiġu dditerminati d-dettalji ta' dawk ir-regoli ġenerali għandha tingħata lill-Kummissjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba problemi ambjentali speċifiċi konnessi ma' l-akwakultura u l-impatt qawwi li għandha fuq l-ambjent, ir-regoli dwar il-produzzjoni f'dan il-qasam m'għandhomx jiġu adottati permezz tal-komitoloġija (kif propost issa fl-artikolu 10) iżda għandhom minflok ikunu suġġetti għas-skrutinju parlamentari sħiħ. | |
Emenda 6 Premessa 8 | |
(8) L-iżvilupp tal-produzzjoni organika għandha tiġi faċilitata iżjed b'mod partikulari billi jiġi mħeġġeġ l-użu ta' tekniki u sustanzi ġodda iktar adattati għall-produzzjoni organika. |
(8) L-iżvilupp tal-produzzjoni organika għandha tiġi faċilitata iżjed, fuq il-bażi ta' l-aqwa prattiki stabiliti, b'mod partikulari billi jiġi mħeġġeġ l-użu ta' tekniki u sustanzi ġodda iktar adattati għall-produzzjoni organika. |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda 7 Premessa 9 | |
(9) Organiżmi ġenetikament modifikati (GMOs) u prodotti magħmulin minn jew bl-użu ta' GMOs huma inkompatibbli mal-kunċett ta' produzzjoni organika u mal-perċezzjoni tal-konsumatur ta' prodotti organiċi. Għalhekk, m'għandhomx jiġu użati deliberatament fl-agrikoltura organika jew fl-ipproċessar ta' prodotti organiċi. |
(9) Organiżmi ġenetikament modifikati (GMOs) u prodotti magħmulin minn jew ma' GMOs huma inkompatibbli mal-produzzjoni organika u mhumiex konsistenti mal-perċezzjoni tal-konsumatur ta' prodotti organiċi. Għalhekk, m'għandhomx jiġu użati fl-agrikoltura organika jew fl-ipproċessar ta' prodotti organiċi. Il-kontaminazzjoni aċċidentali minħabba l-koeżistenza ma' nħawi ta' produzzjoni bl-użu ta' GMOs għandha tiġi evitata. |
Ġustifikazzjoni | |
Kemm jekk f'żrieragħ kemm jekk f'prodotti, l-użu ta' GMOs irid jiġi pprojbit mill-produzzjoni organika. Il-kontaminazzjoni tista' tiġri b'mod aċċidentali minħabba l-koeżistenza ma' uċuħ konvenzjonali jekk ikunu permessi l-GMOs, anke jekk sa estent limitat. Dik il-possibilità trid tiġi kompletament evitata sabiex tiġi ssalvagwardjata l-produzzjoni organika u biex ikun żgurat li l-kwalità għolja li l-produzzjoni organika tirrappreżenta tibqa' tiġi pperċepita hekk mill-konsumaturi. | |
Emenda 8 Premessa 9 a (ġdida) | |
|
(9a) L-użu ta' prodotti sintetiċi għall-protezzjoni tal-pjanti huwa inkompatibbli mal-produzzjoni organika. |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda li m'għandhiex bżonn spjega konsistenti mal-premessi 10 sa 13, li huma relatati ma' l-użu esklussiv ta' riżorsi li jiġġeddu, mar-rotazzjoni multi-annwali ta' l-uċuħ u mal-kompatibilità ta' fertilizzanti ulterjuri fil-produzzjoni organika. | |
Emenda 9 Premessa 16 | |
(16) Il-biedja organika tal-bhejjem għandha tirrispetta l-istandards għoljin tal-benessri ta' l-annimali u għandha ssir skond il-ħtiġijiet ta' l-imġiba ta' l-annimali li huma speċifiċi għal kull razza u l-immaniġġjar tas-saħħa ta' l-annimali għandu jkun ibbażat fuq il-prevenzjoni tal-mard. Għalhekk, għandha tingħata attenzjoni partikulari għal kundizzjonijiet ta' fejn joqogħdu l-bhejjem, għall-prattiki tat-trobbija u għad densità tat-tagħmiriet. Barra minn hekk, fl-għażla tar-razez għandha tingħata preferenza lil dawk li jikbru bil-mod u billi titqies il-ħila ta' l-annimali li jadattaw għall-kundizzjonijiet lokali. Ir-regoli ta' implimentazzjoni dwar il-produzzjoni ta' bhejjem u għall-produzzjoni ta' l-akwakultura għandhom jiżguraw konformità ma' mill-inqas id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni ta' Annimali mrobbija għall-Biedja (T-AP) u r-rakkomandazzjonijiet sussegwenti tagħha. |
(16) Il-biedja organika tal-bhejjem għandha tirrispetta l-istandards għoljin tal-benessri ta' l-annimali u għandha ssir skond il-ħtiġijiet ta' l-imġiba ta' l-annimali li huma speċifiċi għal kull razza u l-immaniġġjar tas-saħħa ta' l-annimali għandu jkun ibbażat fuq il-prevenzjoni tal-mard. Għalhekk, għandha tingħata attenzjoni partikulari għal kundizzjonijiet ta' fejn joqogħdu l-bhejjem, għall-prattiki tat-trobbija u għad densità tat-tagħmiriet. Barra minn hekk, fl-għażla tar-razez għandha tingħata preferenza lil dawk li jikbru bil-mod u billi titqies il-ħila ta' l-annimali li jadattaw għall-kundizzjonijiet lokali. Ir-regoli ta' implimentazzjoni dwar il-produzzjoni ta' bhejjem għandhom jiżguraw konformità ma' mill-inqas id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni ta' Annimali mrobbija għall-Biedja (T-AP) u r-rakkomandazzjonijiet sussegwenti tagħha. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni ta' l-emenda tal-premessa 7. | |
Emenda 10 Premessa 18 | |
(18) Fil-waqt li hija mistennija l-adozzjoni tar-regoli ta' produzzjoni tal-Komunità dwar l-akwakultura, l-Istati Membri għandhom ikollhom il-possibilità li jipprovdu għall-applikazzjoni ta' standards nazzjonali, jew fin-nuqqas ta' dawn, standards privati aċċettati jew irrikonoxxuti mill-Istati Membri. Madankollu, sabiex jiġi evitat tfixkil fis-suq intern, Stati Membri għandhom jintalbu li jirrikonoxxu l-istandards ta' produzzjoni ta' xulxin f'dan il-qasam. |
imħassra |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni ta' l-emenda tal-premessa 7. | |
Emenda 11 Premessa 19 | |
(19) Prodotti pproċessati b'mod organiku għandu jiġu prodotti permezz ta' l-użu ta' metodi ta' pproċessar li jiggarantixxu li l-integrità organika u l-kwalitajiet vitali tal-prodott jinżammu tul l-istadji kollha tal-katina ta' produzzjoni. |
(19) Prodotti pproċessati b'mod organiku għandu jiġu prodotti permezz ta' l-użu ta' metodi ta' pproċessar li jiggarantixxu li l-integrità organika u l-kwalitajiet vitali tal-prodott jinżammu tul l-istadji kollha tal-katina ta' produzzjoni. Iż-żieda f'dawn l-aħħar snin fid-disponibilità kummerċjali ta' ingredjenti mill-agrikoltura organika se tgħin biex dan il-għan jintlaħaq. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-fatt li ingredjenti magħmulin b'mod organiku huma dejjem iktar disponibbli fis-suq se jgħin biex il-prodotti jkunu ta'kwalità għolja u jkollhom 'integrità organika' f'kull stadju ta' produzzjoni. | |
Emenda 12 Premessa 25 | |
(25) Sabiex ikun hemm ċarezza fis-suq kollu tal-Komunità, riferenza sempliċi ta' standardizzazzjoni għandha tkun obbligatorja għall-prodotti organiċi kollha magħmulin fil-Komunità, għallinqas fejn dawn il-prodotti ma jkollhomx il-logo tal-Komunità għal produzzjoni organika. Il-possibilità li tintuża din ir-riferenza għandha wkoll tapplika għal prodotti organiċi importati minn pajjiżi terzi, iżda mingħajr l-obbligazzjoni li ssir. |
(25) Sabiex ikun hemm ċarezza fis-suq kollu tal-Komunità, riferenza sempliċi ta' standardizzazzjoni għandha tkun obbligatorja għall-prodotti organiċi kollha magħmulin fil-Komunità, għallinqas fejn dawn il-prodotti ma jkollhomx il-logo tal-Komunità għal produzzjoni organika. Il-possibilità li tintuża din ir-riferenza għandha wkoll tapplika għal prodotti organiċi importati minn pajjiżi terzi. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għażla li ssir riferenza għal standards Komunitarji fejn jidħlu prodotti organiċi toffri l-opportunità u l-garanzija kemm għall-bejjiegħa minn pajjiżi terzi u l-produtturi ta' dawn il-prodotti kemm għall-konsumaturi fl-UE. | |
Emenda 13 Premessa 28 | |
(28) Sabiex ikun żgurat li prodotti organiċi jiġu magħmulin skond ir-rekwiżiti stipulati fil-qafas legali tal-Komunità dwar il-produzzjoni organika, dawk l-attivitajiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni għandhom jiġu kkontrollati permezz tal-katina ta' produzzjoni u għandhom ikunu konformi mar-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar kontrolli uffiċjali mwettqa biex issir verifikazzjoni ta' konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, is-saħħa ta' l-annimali u regoli dwar il-benessri ta' l-annimali. |
(28) Sabiex ikun żgurat li prodotti organiċi jiġu magħmulin skond ir-rekwiżiti stipulati fil-qafas legali tal-Komunità dwar il-produzzjoni organika, dawk l-attivitajiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni għandhom jiġu kkontrollati permezz tal-katina ta' produzzjoni fuq il-bażi ta' ISO 65/EN 45011 kif żviluppata speċifikament għall-agrikoltura organika madwar id-dinja fi ħdan il-Kriterji ta' Akkreditazzjoni ta' l-IFOAM (Federazzjoni Internazzjonali ta' Movimenti ta' Agrikoltura Organika). |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda 14 Premessa 36 | |
(36) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Meta wieħed iqis li l-leġiżlazzjoni dwar il-produzzjoni organika hija fattur importanti fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni, kif inhi relatata mill-qrib ma' l-iżviluppi fis-swieq agrikoli, huwa xieraq li tkun konformi ma' proċeduri leġiżlattivi eżistenti użati għall-immaniġġjar ta' din il-politika. Is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skond dan ir-Regolament għandhom għalhekk jiġu eżerċitati skond il-proċedura ta' l-immaniġġjar li hemm dispożizzjoni għaliha fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, |
(36) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Meta wieħed iqis li l-leġiżlazzjoni dwar il-produzzjoni organika hija fattur bażiku importanti fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni, u ta' politika ambjentali sostenibbli, huwa xieraq li jkun hemm konsultazzjoni regolari mal-partijiet interessati bil-mira ta' dan ir-Regolament konformi ma' proċeduri leġiżlattivi eżistenti użati għall-immaniġġjar ta' din il-politika. Is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skond dan ir-Regolament għandhom għalhekk jiġu eżerċitati skond il-proċedura regolatorja ta' li hemm dispożizzjoni għaliha fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, |
Ġustifikazzjoni | |
L-oriġinalità tal-produzzjoni agrikola tinsab fil-livell għoli ta' involviment mill-partijiet interessati u fil-konsultazzjoni dejjem għaddejja mal-partijiet interessati. L-involviment tagħhom f'bidliet fondamentali fit-tekniki u l-proċeduri preżenti iservi ta' vantaġġ għall-katina ta' produzzjoni kollha. | |
Emenda 15 Artikolu 1, paragrafu 1, punt (a) | |
(a) il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni, l-esportazzjoni u kontrolli fuq prodotti organiċi; |
(a) il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni, l-esportazzjoni u kontrolli fuq prodotti organiċi, anke f'attivitajiet ta' kejtering, kantins fil-fabbriki, kejtering istituzzjonali, ristoranti jew attivitajiet simili li jipprovdu servizz ta' ikel; |
Ġustifikazzjoni | |
Iktar u iktar utenti qed iduru għal ikel organiku f'servizzi ta' kejtering f'kantins jew fuq bażi individwali. Id-domanda għal prodotti organiċi qed tikber, l-ewwel u qabel kollox fil-kantins ta' l-iskejjel:; regolati minn speċifikazzjonijiet ċari stipulati minn awtoritajiet pubbliċi u privati, tirrappreżenta f'dan is-settur profitt sostanzjali fis-suq intern. | |
Emenda 16 Artikolu 1, paragrafu 2, parti introduttorja | |
2. Dan ir-Regolament se japplika għall-prodotti li ġejjin li joriġinaw mill-agrikoltura jew mill-akwakultura, fejn dawn il-prodotti huma mmirati li jiġu kummerċjalizzati bħala prodotti organiċi: |
2. Dan ir-Regolament se japplika għall-prodotti li se jissemmew hawn isfel li joriġinaw mill-agrikoltura, fejn dawn il-prodotti huma mmirati li jiġu kummerċjalizzati bħala prodotti organiċi: |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni ta' l-emenda tal-premessa 7. | |
Emenda 17 Artikolu 1, paragrafu 2, punt (c) | |
(c) prodotti ħajjin jew mhux ipproċessati ta' l-akwakultura; |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni ta' l-emenda tal-premessa 7. | |
Emenda 18 Artikolu 1, paragrafu 2, punt (d) | |
(d) prodotti pproċessati ta' l-akwakultura li huma mmirati għall-konsum mill-bniedem; |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni ta' l-emenda tal-premessa 7. | |
Emenda 19 Artikolu a, paragrafu 2, punt (e a) (ġdid) | |
|
(ea) prodotti tat-tessuti, kosmetiċi u prodotti oħrajn li mhumiex ikel. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-regoli li se jiġu stipulati f'dan ir-regolament iridu wkoll jkopru setturi mhux ta' l-ikel, speċjalment id-diterġenti għat-tessuti u l-kosmetiċi. | |
Emenda 20 Artikolu 1, paragrafu 3, subparagrafu 2 | |
Madankollu, ma tapplikax għal attivitajiet ta' kejtering, kantins fil-fabbriki, kejtering istituzzjonali, ristoranti jew attivitajiet simili li joffru servizz ta' ikel. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ġustifikazzjoni hija mogħtija fl-emenda għall-Artikolu 1, paragrafu 1, punt (a): l-esklużjoni tas-setturi msemmija hawn fuq mill-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament tkun ta' ħsara għall-produtturi u l-bejjiegħa involuti fil-forniment ta' prodotti organiċi lill-attivitajiet kollha ta' servizz ta' ikel, kull fejn teżisti d-domanda. | |
Emenda 21 Artikolu 2, punt (b) | |
(b) 'prodott organiku' ifisser prodott agrikolu li jiġi mill-produzzjoni organika; |
(b) 'prodott organiku' ifisser prodott agrikolu li jiġi mill-produzzjoni organika fejn l-ebda prodotti sintetiċi għall-protezzjoni tal-pjanti, prodotti GMO, jew għalf jew ingredjenti li fihom GMOs, kollha kemm huma jew parti minnhom, ma jiġu użati. |
Ġustifikazzjoni | |
Issaħħaħ mill-ġdid l-objettiv tal-biedja organika li se tgħin lill-konsumaturi biex jifhmu d-differenza bejn prodotti konvenzjonali u l-prodotti ta' kwalità għolja forniti minn bdiewa organiċi. | |
Emenda 22 Artikolu 2, punt (e) | |
(e) 'akwakultura' tfisser it-trobbija u l-kultivazzjoni ta' organiżmi organiċi bl-użu ta' tekniki mfassla biex iżidu l-produzzjoni lil hinn mill-kapaċità naturali ta' l-ambjent, fejn l-organiżmi jibqgħu il-proprjetà ta' persuna fiżika jew legali matul l-istadju ta' trobbija u ta' kultivazzjoni, sa u inkluż il-punt tal-ħsad; |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni ta' l-emenda tal-premessa 7. | |
Emenda 23 Artikolu 2, punt (m) | |
(m) 'marka ta' konformità' tfisser dikjarazzjoni ta' konformità ma' sett partikulari ta' standards jew dokumenti normattivi fl-għamla ta' marka; |
(m) 'marka ta' konformità' tfisser dikjarazzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti derivati minn sett partikulari ta' standards jew dokumenti normattivi fl-għamla ta' marka; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposta tipprova tiċċara l-lingwaġġ użat billi tintroduċi definizzjoni skond it-terminoloġija użata fl-istandards Ewropej, bħas-serje EN ISO 9000 dwar il-kwalità u s-serje EN ISO 14000 dwar il-maniġġment ambjentali, fejn il-konformità hija ddefinita bħala konformità mar-rekwiżiti. | |
Emenda 24 Artikolu 2, punt (r) | |
(r) 'prodotti magħmulin minn GMOs' huma addittivi ta' l-ikel u ta' l-għalf, sustanzi għat-togħma, vitamini, enżimi, għajnuniet għall-ipproċessar, ċerti prodotti użati għan-nutrizzjoni ta' l-annimali (skond id-Direttiva 82/471/KEE), prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, fertilizzanti u prodotti li jikkundizzjonaw il-ħamrija, magħmulin billi organiżmu jingħata nutrizzjoni b'materjali li kollha kemm huma jew parti minnhom huma GMOs |
(r) 'prodotti magħmulin b'GMOs' huma addittivi ta' l-ikel u ta' l-għalf, sustanzi għat-togħma, vitamini, enżimi, għajnuniet għall-ipproċessar, ċerti prodotti użati għan-nutrizzjoni ta' l-annimali (skond id-Direttiva 82/471/KEE), prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, fertilizzanti u prodotti li jikkundizzjonaw il-ħamrija, magħmulin billi organiżmu jingħata nutrizzjoni b'materjali li kollha kemm huma jew parti minnhom huma GMOs; |
Ġustifikazzjoni | |
L-istess kategorija ta' definizzjoni 'magħmulin minn GMOs' (mhux 'b'GMOs') għandha tintuża għal konsistenza mal-premessa 16 tar-Regolament ta' Qafas 1829/2003. | |
Emenda 25 Artikolu 3, punt (b) | |
(b) Se tistabbilixxi l-produzzjoni ta' prodotti ta' ikel u prodotti agrikoli oħrajn li jirrispondu għad-domanda tal-konsumaturi għal prodotti magħmulin bis-saħħa ta' proċessi naturali, jew proċessi komparabbli ma' proċessi naturali, u sustanzi li jinsabu fin-natura. |
(b) Se tistabblixxi l-produzzjoni ta' prodotti ta' ikel u prodotti agrikoli oħrajn inklużi prodotti mhux ta' ikel li jistgħu jirrispondu għad-domanda tal-konsumaturi għal prodotti magħmulin bis-saħħa ta' proċessi naturali u sustanzi li jinsabu fin-natura. |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda 26 Artikolu 4, punti (a) sa (c) | |
(a) l-użu ta' organiżmi ħajjin u metodi ta' produzzjoni mekkaniċi se jkunu preferuti għall-użu ta' materjali sintetiċi;
|
(a) organiżmi ħajjin u metodi ta' produzzjoni mekkaniċi biss se jintużaw, l-użu ta' materjali sintetiċi u metodi ta' produzzjoni li jużaw materjali sintetiċi huma aċċettabbli biss meta huma konformi ma' l-Artikolu 16;
|
(b) sustanzi naturali se jiġu użati minflok sustanzi sintetizzati kimikament, li jistgħu jintużaw biss fejn sustanzi naturali mhumiex disponibbli kummerċjalment; |
(b) sustanzi naturali biss se jiġu użati, u sustanzi sintetizzati kimikament jistgħu jintużaw biss fejn sustanzi naturali mhumiex disponibbli kummerċjalment, b'mod temporanju u skond id-derogi li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu; |
(c) GMOs u prodotti magħmulin minn jew b'GMOs m'għandhomx jintużaw, bl-eċċezzjoni ta' prodotti mediċinali veterinarji
|
(c) GMOs u prodotti magħmulin minn jew b'GMOs mhux se jintużaw;
|
Ġustifikazzjoni | |
L-għażla ta' kliem proposta fil-punti (a) u (b) hija vaga u tirriduċu l-ambitu ta' dawn il-prinċipji. Il-kliem iridu jkunu iktar affermattivi, iżda mingħajr ma jipprojbixxu l-possibilità li jintużaw materjali sintetiċi u metodi mhux mekkaniċi f'sitwazzjonijiet serji jew li għandhom konsegwenzi fit-tul li jirrikjedu azzjoni rapida li joħolqu deroga mill-prinċipji u mir-regoli li jiggvernaw il-produzzjoni organika. | |
Għal konsistenza mal-premessa 16 tar-Regolament ta' Qafas 1829/2003, għandha ssir distinzjoni ċara bejn id-definizzjonijiet ta' 'magħmulin minn GMOs' u 'magħmulin b'GMOs'. | |
Għal kompletezza, prodotti mediċinali veterinarji m'għandhomx ikunu eżentati minn dan ir-Regolament. Illum hemm firxa wiesgħa ta' mediċini veterinarji organiċi fuq is-suq; għalhekk dawn il-mediċini għandhom jintużaw mal-biedja organika. | |
Emenda 27 Artikolu 4, punt (d a) (ġdid) | |
|
(da) bil-produzzjoni organika l-impjiegi se jinżammu u jinħolqu, ikun possibbli li il-bdiewa u l-konsumaturi jistabilixxu kuntratt soċjali għal prattiki sostenibbli, għall-produzzjoni u l-konsum ta' ikel ta' kwalità, inkluża taħlita ta' miżuri għall-konservazzjoni tan-natura, għall-produzzjoni sostenibbli u għall-ikkumerċjalizzar fuq distanza qasira; |
Ġustifikazzjoni | |
L-objettivi jridu jirriflettu r-regola integrattiva tal-biedja organika li tiġbor fiha l-konservazzjoni u l-produzzjoni ta' kwalità għolja f'sistema ta' produzzjoni li hija definita tajjeb. | |
Emenda 28 Artikolu 4, punt (d b) (ġdid) | |
|
(db) il-produzzjoni organika se tissalvagwardja l-kwalità, l-integrità u t-traċċabilità tal-prodott tul il-katina ta' l-ikel. |
Ġustifikazzjoni | |
L-objettivi jridu jirriflettu r-regola integrattiva tal-biedja organika li tiġbor fiha l-konservazzjoni u l-produzzjoni ta' kwalità għolja f'sistema ta' produzzjoni li hija definita tajjeb. | |
Emenda 29 Artikolu 5, punt (c) | |
(c) l-użu ta' riżorsi li ma jiġġeddux u ta' fatturi ta' produzzjoni minn barra l-farm għandhom jitnaqqsu kemm jista' jkun; |
(c) l-użu ta' riżorsi li ma jiġġeddux u ta' fatturi ta' produzzjoni minn barra l-farm għandhom jitnaqqsu kemm jista' jkun u bdiewa organiċi għandhom jippromwovu l-użu ta' riżorsi li jiġġeddu; |
Ġustifikazzjoni | |
Konsistenti ma' l-għanijiet ta' produzzjoni organika: l-effetti ta’ ħsara għandhom jiġu evitati billi l-bdiewa organiċi tingħatalhom l-opportunità biex jużaw prinċipalment l-enerġiji li jiġġeddu. | |
Emenda 30 Artikolu 5, punt (n) | |
(n) il-produzzjoni ta' l-akkwakultura għandha tnaqqas kemm tista' l-effett negattiv fuq l-ambjent akkwatiku; |
(n) il-produzzjoni ta' l-akkwakultura għandha tevita kwalunkwe effett negattiv possibbli fuq l-ambjent akkwatiku; |
Ġustifikazzjoni | |
Konsistenti ma' l-għanijiet ta' produzzjoni organika: l-effetit negattivi għandhom ikunu evitati. | |
Emenda 31 Artikolu 7, paragrafu 1, subparagrafi 2 u 3 | |
Madankollu, skond il-kundizzjonijiet speċifiċi li jridu jkunu stipluati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2), post fejn jinżammu l-annimali jista' jinqasam f'unitajiet separati b'mod ċar li mhux kollha jkunu mmaniġġjati skond il-produzzjoni organika. |
|
Meta, skond it-tieni paragrafu, farm m'huwiex użat kollu għall-produzzjoni organika, il-bidwi għandu jżomm l-art, l-annimali, u l-prodotti użati għall-produzzjoni organika separati mill-bqija u għandu jżomm reġistru xieraq biex juri s-separazzjoni. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Id-diviżjoni ta' post fejn jinżammu l-annimali f'unità mmexxija skond dan ir-regolament u f'unità mmexxija b'mod konvenzjonali m'huwiex aċċettat. | |
Emenda 32 Artikolu 7, paragrafu 1, subparagrafu 2 | |
Madankollu, skond il-kundizzjonijiet speċifiċi li jridu jkunu stipluati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2), post fejn jinżammu l-annimali jista' jinqasam f'unitajiet separati b'mod ċar li mhux kollha jkunu mmaniġġjati skond il-produzzjoni organika. |
(Ma jaffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Ġustifikazzjoni | |
(Ma jaffettwax il-verżjoni Maltija.) | |
Emenda 33 Artikolu 7, paragrafu 2 | |
2. Il-bdiewa mitlubin ma jużawx GMOs jew prodotti li huma magħmulin minn GMOs meta għandhom ikunu jafu li qegħdin hemm permezz ta' informazzjoni fuq kwalunkwe tikketta li tkun mal-prodott, jew permezz ta' kwalunkwe dokument li jkun miegħu. |
2. Il-bdiewa mitlubin ma jużawx GMOs jew prodotti li huma magħmulin minn jew permezz ta' GMOs. |
|
Indikazzjonijiet fuq tikketti li jkunu ma' prodotti jew ingredjenti li se jintużaw jew kwalunkwe dokument li jkun magħhom, marbut b'kwalunkwe mod mal-prova ta' eżistenza ta' GMO, m'humiex xierqa biex jiggarantixxu kwalità fi prodotti organiċi u għalhekk għandhom jiġu evitati. |
Meta l-bdiewa jużaw prodotti li xtraw minn parti terzi biex jipproduċu ikel jew għalf organiku, għandhom jitolbu lill-bejjiegħ biex jikkonferma li l-prodotti fornuti ma ġewx prodotti permezz ta' GMOs. |
Meta l-bdiewa jew kwalunkwe fornitur ieħor ta' prodotti organiċi jużaw prodotti li xtraw minn parti terzi biex jipproduċu ikel jew għalf organiku, iridu jitolbu lill-bejjiegħ biex jikkonferma bil-miktub li l-prodotti fornuti ma ġewx prodotti kompletament jew parzjalment permezz ta' GMOs u li ma fihomx GMOs. |
|
F'każ ta' kontaminazzjoni bil-GMOs, kemm jekk aċċidentali jew li ma tistax tkun evitata teknikament, l-operaturi jridu jkunu f'pożizzjoni li jagħtu provi li ħadu l-passi kollha neċessarji biex tkun evitata kontaminazzjoni bħal din. |
Ġustifikazzjoni | |
Meta wieħed iqis l-oriġinalità u d-diversità tagħhom meta mqabbla ma' prodotti konvenzjonali, il-prodotti organiċi ma jistgħux jiġu armonizzati bl-obbligu li japplika għal prodotti konvenzjonali biex jiġi speċifikat limitu minimu (anki jekk ikun baxx ħafna) għal kontaminazzjoni apposta permezz ta' GMOs. L-ebda limitu minimu ma jista' jiġi aċċettati għal prodotti organiċi: huma ħandhom ikunu ħielsa minn GMOs. | |
Madankollu, għandu jkun hemm obbligu ta' garanziji meta prodotti jkunu nxtraw minn partijiet terzi. | |
Konferma bil-miktub tipprovdi evidenza li l-prodott jikkonforma mar-regoli stipulati. | |
Emenda 34 Artikolu 9, punt (b), punt (v) | |
(v) il-bhejjem organiċi għandhom jinżammu separati jew b'mod li jistgħu jiġu separati faċilment minn bhejjem oħrajn; |
(v) il-bhejjem organiċi għandhom jinżammu separati minn bhejjem oħrajn; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-frażi li tħassret hija kontradizzjoni - fil-prattika il-bhejjem jistgħu jibqgħu mhux separati tul ħajjithom kollha. | |
Emenda 35 Artikolu 13, paragrafu 4, subparagrafu 2 | |
Meta dawk li jimmanufatturaw l-għalf jużaw ingredjenti u adittivi li jkunu nxtraw minn partijiet terzi biex jipproduċu għalf għal bejjem organiċi, huma għandhom jitolbu lill-bejjiegħ biex jikkonferma li l-prodotti fornuti ma ġewx prodotti permezz ta' GMOs. |
Meta dawk li jimmanufatturaw l-għalf jużaw ingredjenti u adittivi li jkunu nxtraw minn partijiet terzi biex jipproduċu għalf għal bejjem organiċi, il-bejjiegħ għandu, fuq talba tal-manifattur ta' l-għalf, jikkonferma bil-miktub li l-prodotti fornuti ma ġewx prodotti kompletament jew parzjalment minn jew bil-GMOs. |
Ġustifikazzjoni | |
Meta wieħed iqis l-oriġinalità u d-diversità tagħhom meta mqabbla ma' prodotti konvenzjonali, il-prodotti organiċi ma jistgħux jiġu armonizzati bl-obbligu li japplika għal prodotti konvenzjonali biex jiġi speċifikat limitu minimu (anki jekk ikun baxx ħafna) għal kontaminazzjoni apposta permezz ta' GMOs. L-ebda limitu minimu ma jista' jiġi aċċettat għal prodotti organiċi: huma għandhom ikunu ħielsa minn GMOs. Konferma bil-miktub tipprovdi evidenza li l-prodott jikkonforma mar-regoli stipulati (cf. Artikolu 7(2)). | |
Jekk l-użu ta' prodotti ta' GMO jiġi pprojbit fil-biedja organika, l-utent għandu jiġi obbligat li jitlob dokument li jiċċertifika li l-GMOs ma kienux użati u l-fornitur għandu jiġi obbligat jipprovdi dan id-dokument. | |
Emenda 36 Artikolu 14, paragrafu 3, subparagrafu 2 | |
Meta l-proċessuri jużaw ingredjenti u għajnuniet għall-iproċessar li jkunu nxtraw minn partijiet terzi biex jipproduċu ikel jew għalf organiku, huma għandhom jitolbu lill-bejjiegħ biex jikkonferma li l-prodotti fornuti ma ġewx magħmula permezz ta' GMOs. |
Meta l-proċessuri jużaw ingredjenti u għajnuniet għall-ipproċessar li jkunu nxtraw minn partijiet terzi biex jipproduċu ikel jew għalf organiku, il-bejjiegħ għandu, fuq talba tal-manifattur ta' l-għalf, jikkonferma bil-miktub li l-prodotti fornuti ma ġewx magħmula minn jew bil-GMOs. |
Ġustifikazzjoni | |
Jekk l-użu ta' prodotti ta' GMO jiġi pprojbit fil-biedja organika, l-utent għandu jiġi obbligat li jitlob dokument li jiċċertifika li l-GMOs ma kienux użati u l-fornitur għandu jiġi obbligat jipprovdi dan id-dokument. | |
Konferma bil-miktub tipprovdi evidenza li l-prodott jikkonforma mar-regoli stipulati (ara hawn fuq). | |
Emenda 37 Artikolu 14, paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
3a. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu regoli aktar stretti għall-produzzjoni ta' ikel ipproċessat bil-kundizzjoni li regoli bħal dawn ikunu skond il-liġi Komunitarja, u li ma jxekklux jew jirrestrinġu l-moviment ħieles ta' prodotti li jkunu konformi ma' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibiltà li jimponu regoli aktar stretti fir-rigward tal-produzzjoni ta' ikel ipproċessat fi produzzjoni organika. Din hija importanti għall-possibiltà ta' kompetizzjoni fuq prodotti aktar etiċi, u toffri lill-konsumaturi firxa usa' ta' prodotti organiċi. | |
Emenda 38 Artikolu 15, paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
3a. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu regoli aktar stretti għall-użu ta' ċerti prodotti u sustanzi fl-ipproċessar bil-kundizzjoni li regoli bħal dawn ikunu skond il-liġi Komunitarja, u li ma jxekklux jew jirrestrinġu l-moviment ħieles ta' prodotti li jkunu konformi ma' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibiltà li jimponu regoli aktar stretti fir-rigward ta' l-użu ta' ċerti prodotti u sustanzi fi produzzjoni organika. Din hija importanti għall-possibiltà ta' kompetizzjoni fuq prodotti aktar etiċi, u toffri lill-konsumaturi firxa usa' ta' prodotti organiċi. | |
Emenda 39 Artikolu 16, paragrafu 1, 2 u 2 a (ġdid) | |
Regoli ta' produzzjoni inqas ristrettivi |
Derogi temporanji mir-regoli ta' produzzjoni |
1. Il-Kummissjoni, b'konformita mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2), u l-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni paragrafu u soġġetta għall-għanijiet u l-prinċipji stipulati fit-Titlu II, tista' tipprovdi għall-eżenzjonijiet mir-regoli tal-produzzjoni kif stipulati fil-Kapitli 1 sa 3. |
|
2. Eċċezzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mill-inqas u jistgħu jingħataw biss fil-każijiet segwenti: |
2. Bir-rispett kollu għall-objettivi u l-prinċipji stipulati skond it-Titolu II, l-eċċezzjonijiet għandhom ikunu mill-inqas u jistgħu jitħallew temporanjament biss u fil-każijiet segwenti: |
(a) fejn huma neċessarji sabiex jippermettu lill-unitajiet tal-biedja li qed jibdew il-produzzjoni organika, li din tkun vijabbli, b'mod partikolari għall-'holdings' li qegħdin f'zoni fi stadju bikri ta' żvilupp tal-produzzjoni organika; |
fejn miżuri proviżorji huma neċessarji sabiex jippermettu li l-produzzjoni organika tkompli jew terġa' tibda f'każijiet ta' 'force majeure', b'mod partikulari li din tkun vijabbli, b'mod partikolari f'każ ta' theddidiet serji għall-uċuħ tar-raba' jew għall-vijabilità tal-farm; |
(b) fejn huma neċessarji sabiex ikun żgurat li l-produzzjoni organika tista' tinżamm fuq 'holdings' li jħabbtu wiċċhom ma' restrizzjonijiet klimatiċi, ġeografiċi jew strutturali;
|
(b) fejn huma neċessarji sabiex jiġi żgurat li l-produzzjoni organika tista' tinżamm f' 'holdings' li jħabbtu wiċċhom ma' restrizzjonijiet ġeografiċi importanti jew ekonomiċi ta' theddida għall-vijabilità tal-farm; |
|
(ba) fejn restrizzjonijiet u obbligazzjonijiet relatati mal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali huma imposti fuq il-bażi ta' leġiżlazzjoni Komunitarja; |
(c) fejn hemm bżonn sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-għalf, żerriegħa u materjal għall-propagazzjoni veġetattiva, annimali ħajjin u kontribut ieħor mill-biedja, fejn dawn il-kontribuzzjonijiet m'humiex disponibbli kummerċjalment f'forma organika; |
(c) fejn hemm bżonn sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-għalf, żerriegħa u materjal għall-propagazzjoni veġetattiva, annimali ħajjin u kontribut ieħor mill-biedja, fejn dawn il-kontribuzzjonijiet m'humiex disponibbli kummerċjalment f'forma organika; |
(d) fejn hemm bżonn sabiex jiġi żgurat l-aċċess għal ingredjenti ta' oriġini agrikola, fejn ingredjenti bħal dawn m'humiex disponibbli kummerċjalment f'forma organika; |
(d) fejn hemm bżonn sabiex jiġi żgurat l-aċċess għal ingredjenti ta' oriġini agrikola, fejn ingredjenti bħal dawn m'humiex disponibbli kummerċjalment f'forma organika; |
(e) fejn huma bżonjużi sabiex jiġu solvuti ċerti problemi relatati ma' l-immaniġġjar ta' bejjem organiċi; |
(e) fejn huma bżonjużi sabiex jiġu solvuti ċerti problemi relatati ma' l-immaniġġjar ta' bejjem organiċi; |
(f) fejn huma bżonjużi sabiex tiġi żgurata t-tkomplija tal-produzzjoni ta' prodotti ta' l-ikel tradizzjonali magħrufin għal mill-inqas ġenerazzjoni; |
(f) fejn huma bżonjużi sabiex tiġi żgurata t-tkomplija tal-produzzjoni ta' prodotti ta' l-ikel tradizzjonali magħrufin għal mill-inqas ġenerazzjoni; |
(g) fejn miżuri temporanji huma bżonjużi sabiex jippermettu li l-produzzjoni organika tkompli jew terġa' tibda f'każijiet ta' ċirkustanzi katastrofiċi; |
(g) fejn miżuri temporanji huma bżonjużi sabiex jippermettu li l-produzzjoni organika tkompli jew terġa' tibda f'każijiet ta' ċirkustanzi katastrofiċi; |
(h) fejn restrizzjonijiet u obbligazzjonijiet relatati mal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali huma imposti fuq il-bażi ta' leġiżlazzjoni Komunitarja; |
imħassar |
|
2a. Kwalunkwe deroga temporanja applikata skond paragrafu 2 għandha tiġi mgħarrfa mingħajr dewmien lill-awtoritajiet jew lill-korp jew korpi ta' kontroll u ċertifikazzjoni kompetenti fl-Istat Membru li għalih jappartjeni il-produttur. |
|
In-notifika għandha tiddiskrivi b'mod ċar u dettaljat, is-sitwazzjoni li tkun inqalgħet, il-miżuri li ttieħdu, it-tul ta' żmien tagħhom, u l-materjali, l-ingredjenti u l-kontribuzzjonijiet użati biex tiġi affrontata u rranġata s-sitwazzjoni. |
|
L-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru jew il-korp jew korpi ta' kontroll għandhom jagħtu opinjoni kemm jista' jkun malajr u jinnotifikaw lill-produttur tagħhom mingħajr dewmien. Il-korpi ta' ċertifikazzjoni għandhom jiġu notifikati mingħajr dewmien. |
|
Jekk waħda jew oħra mill-miżuri meħudin mill-produttur tiġi kkontestata, l-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi ta' kontroll għandhom ifasslu alternattivi li huma jqisu bħala aktar xierqa għas-sitwazzjoni kif deskritta. |
|
Għandu jitwettaq kontroll kemm jista' jkun malajr, b'konformità mad-dispożizzjonijiet skond it-Titolu V. |
Ġustifikazzjoni | |
Diversi miżuri u dispożizzjnijiet li hemm f'dan l-artikolu m'għadhomx meħtieġa u jirrigwardjaw każijiet (eż. konverżjoni) li għalihom hemm bżonn ovvju u proviżorju ta' ammont ta' flessibilità. | |
Il-kundizzjonijiet għal applikazzjoni aktar flessibbli tar-regoli dwar biedja organika għandhom jitqiegħdu f'ordni ta' prijorità u jitnaqqsu. | |
Numru ta' miżuri biss għandhom jaqgħu taħt il-proċedura komitoloġika. | |
Fl-aħħar nett, kwalunkwe deroga mir-regoli dwar biedja organika għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet kompetenti, inklużi korpi ta' ċertifikazzjoni, u l-korpi ta' kontroll għandhom jevalwaw u jispezzjonaw in situ l-pjan t'azzjoni ppreżentat mill-bidwi biex jaffronta s-sitwazzjoni speċifika li qed jaffaċċja. | |
Emenda 40 Artikolu 17, paragrafu 3 | |
3. It-termini mniżżla fl-Anness I, id-derivattivi jew id-diminuttivi tagħhom, weħidhom jew konġunti, ma jistgħux jintużaw għall-prodott li għandu tikketta li tindika li fih GMOs, jikkonsisti f'GMOs jew li ġie prodott minn GMOs. |
3. It-termini mniżżla fl-Anness I, id-derivattivi jew id-diminuttivi tagħhom, weħidhom jew konġunti, m'għandhomx jintużaw għall-prodott b' tikketta li tindika li fih GMOs, jikkonsisti f'GMOs jew li ġie prodott minn jew bil-GMOs jew fejn tiġi pprovduta evidenza li l-GMOs ikkontaminaw il-prodott, l-ingredjent jew l-għalf użat. |
Ġustifikazzjoni | |
Hekk kif il-produtturi organiċi qed jitolbu u kif id-domanda tal-konsumatur qed timplika, m'għandhomx jingħataw messaġġi qarrieqa u mgħawġin dwar il-preżenza intenzjonata jew aċċidentali ta' GMOs fi prodotti organiċi, li għandhom, barra minn hekk, jitħarsu mill-preżenza ta' dan ta' l-aħħar. | |
Minħabba l-konsistenza mal-Premessa 16 tal-Qafas Regolatorju 1829/2003, għandha ssir distinzjoni ċara bejn id-definizzjonijiet ta' 'prodott minn GMOs' u 'prodott bil-GMOs'. | |
Emenda 41 Artikolu 17, paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
3a. F'dan ir-regolament il-limitu mininu ta' l-ittikkettar għall-GMOs kif definit fid-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxximent intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi ġenetikament modifikati1 m'għandux japplika. ____ 1 ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24). |
Ġustifikazzjoni | |
Issaħħaħ il-ġustifikazzjoni li tikkonċerna l-Artikolu 17(3) billi tħares il-karattru distintiv ta' prodotti organiċi u tipprovdi għar-rekwiżit li jkunu ħielsa kompletament minn GMOs. | |
Emenda 42 Artikolu 18, paragrafu 4 | |
4. Għal prodotti impurtati minn pajjiż terzi, l-użu ta' l-indikazzjonijiet imsemmija f'paragrafu 1 għandhom ikunu fakultattivi. |
4. Għal prodotti impurtati minn pajjiż terzi, l-użu ta' l-indikazzjonijiet imsemmija f'paragrafu 1 għandhom ikunu mħeġġa sabiex jiġi evitat li l-konsumatur Ewropew jiġi mqarraq fl-għażla tiegħu u biex ma jkollux idea żbaljata tal-prodott. |
Ġustifikazzjoni | |
Bħal fil-Premessa 28, il-mira hija biex il-produtturi organiċi ta' pajjiż terz ikunu jistgħu jilħqu l-istandards ta' l-UE permezz ta' ċertifikazzjoni li turi li ntużaw tekniki ta' produzzjoni ekwivalenti fil-pajjiżi tagħhom. | |
Emenda 43 Artikolu 21 | |
Rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettjar |
Rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar għal farms li qed jibdew attività ta' biedja organika |
|
L-użu tat-terminu 'biedja organika' għandu jkun ipprojbit b'mod strett. It-terminu 'li għaddej minn konverżjoni għall-biedja organika' jista' jintuża. |
|
It-terminu 'li għaddej minn konverżjoni għall-biedja organika' jista' jintuża biss mit-tieni sena ta' konverżjoni, suġġett għal opinjoni mill-awtoritajiet kompetenti jew korpi ta' kontroll. |
Il-Kummissjoni, b'konformita mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2) għandha tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għal tikkettar li japplikaw għal għalf organiku u għal prodotti li joriġinaw minn 'holdings' f'konverżjoni. |
Il-Kummissjoni, b'konformita mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2) għandha tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għal tikkettar, apparti dawk stipulati fil-paragrafu preċedenti, li japplikaw għal għalf organiku u għal prodotti li joriġinaw minn 'holdings' f'konverżjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Dispożizzjonijiet fundamentali dwar tikkettar ta' prodotti minn 'holdings' li għaddejjin minn konverżjoni għal biedja organika ma jistgħux jidħlu taħt il-proċedura komitoloġika, ħlief fil-każ ta' dispożizzjonijiet speċifiċi, li għalhekk għandhom ikunu stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-Artikolu 5(5)(b) tar-Regolament (KEE) 2092/91 jirreferi għal konformità ma' perjodu ta' millinqas 12-il xahar qabel ħsada. | |
Emenda 44 Artikolu 22, paragrafu 1 | |
1. Stati Membri għandhom, b'konformita mad-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004, iwaqqfu sistema ta' kontrolli applikabbli għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament. |
1. Stati Membri għandhom iwaqqfu sistema ta' kontrolli applikabbli għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) fl-istadji kollha tal-katina organika skond l-ISO 65/EN 45011 kif żviluppat speċifikament għall-agrikultura organika madwar id-dinja kollha fil-kriterji ta' akkreditazzjoni IFOAM. |
Ġustifikazzjoni | |
Is-sitema ta' kontroll stipulata fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 m'hijiex l-aħjar mod biex jiġu garantiti l-istandards differenti ta' kwalità assoċjati ma' prodotti organiċi: id-dispożizzjonijiet dwar il-frekwenza tal-kontrolli u l-ħidmiet assenjati lill-awtoritajiet kompetenti huma utli, imma l-punt ta' tluq għandu jkun l-implimentazzjoni ta' l-istandards ta' l-ISO Guide 65/45011. | |
Emenda 45 Artikolu 22, paragrafu 5 | |
5. Korpi ta' kontroll li huma approvati għandhom jagħtu aċċess lill-awtorita kompetenti għall-uffiċċji u l-faċilitajiet tagħhom u jipprovdi kull tagħrif u assistenza li huma meqjusa neċessarji mill-awtorita kompetenti biex ikunu ssodisfati l-obbligi tagħha għal dan l-Artikolu. |
5. Korpi ta' kontroll li huma approvati u rapreżentanti tal-partijiet interessati konċernati, li għandhom jiġu involuti bis-sħiħ f'dan il-proċess, għandhom jikkoperaw ma' l-awtorita kompetenti għall-uffiċċji u l-faċilitajiet tagħhom billi jipprovdu kull tagħrif u assistenza li huma meqjusa neċessarji mill-awtorita kompetenti biex ikunu ssodisfati l-obbligi tagħha għal dan l-Artikolu. |
Ġustifikazzjoni | |
Fl-interessi tat-trasparenza, tenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni fit-teħid ta' deċiżjonijet u fil-kontrolli filwaqt li tagħti lok għall-aħjar prattika kif applikata fi snin reċenti minn bdiewa organiċi. | |
Emenda 46 Artikolu 24, paragrafu 3, subparagrafu 3 | |
Miżati miġbura għall-għoti ta' ċertifikat jew l-użu tal-marka ta' konformita għandhom ikunu raġonevoli. |
Miżati miġbura għall-għoti ta' ċertifikat jew l-użu tal-marka tiegħu ta' konformita għandhom ikopru l-ispejjeż ta' kontrolli u l-għoti taċ-ċertifikat jew il-marka ta' konformità. |
Ġustifikazzjoni | |
Meta wieħed jispeċifika x'hinu kopert, il-miżati ma jitħallewx isiru eċċessivi. | |
Emenda 47 Artikolu 24, paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
3a. Seduti tas-smigħ regolari tal-partijiet interessati għandhom jiġu organizzati sabiex jiġi rikonoxxut u enfasizzat l-irwol importanti tal-bdiewa organiċi fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet u ta' ċertifikazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandhom jinstabu modi sabiex bdiewa organiċi jkunu jistgħu jkunu involuti kontinwament fit-teħid ta' deċiżjonijiet u metodoloġiji ġodda għal proċeduri ta' ċertifikazzjoni: il-ħila ppruvata tagħhom li jorganizzaw sistemi kredibbli, innovattivi u li jiċċertifikaw lilhom infushom għandhom jingħataw attenzjoni adegwata mill-korpi ta' kontroll tal-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. | |
Emenda 48 Artikolu 26 | |
Fuq rikjesta ġġustifikata min-neċessita li jkun hemm garanzija li prodott ġie magħmul b'konformita ma' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi ta' kontroll għandhom jagħmlu skambju ta' informazzjoni relevanti dwar ir-riżultati tal-kontrolli tagħhom ma' awtoritajiet kompetenti u korpi ta' kontroll oħra. Jistgħu jaqsmu din l-informazzjoni fuq inizjattiva tagħhom. |
Fuq rikjesta ġustifikata min-neċessita li jkun hemm garanzija li prodott sar b'konformita ma' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti, ir-rapreżentanti tal-partijiet interessati nazzjonali u Ewropej involuti fit-teħid ta' deċiżjonijiet u l-korpi ta' kontroll għandhom jagħmlu skambju ta' informazzjoni relevanti dwar ir-riżultati tal-kontrolli tagħhom ma' awtoritajiet kompetenti u korpi ta' kontroll oħra. Jistgħu jaqsmu din l-informazzjoni fuq l-inizjattiva tagħhom stess. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ġustifikazzjonijiet għall-emendi ta' l-Artikolu 24 japplikaw hawnhekk ukoll, bil-ħsieb li jiġi żgurat l-involviment u l-parteċipazzjoni attiva tal-bdiewa, filwaqt li jittieħed vantaġġ mill-ħiliet speċifiċi tagħhom, | |
Emenda 49 Artikolu 28, paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
L-Istati Membri jistgħu fir-rigward tar-regoli stipulati fl-Artikoli 9 u 10, jżommu jew jintroduċu regoli aktar stretti għall-annimali jew prodotti ta' l-annimali bil-kundizzjoni li regoli bħal dawn ikunu skond il-liġi Komunitarja, u li ma jxekklux jew jirrestrinġu l-moviment ħieles ta' prodotti li jkunu konformi ma' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-diversità attwali tal-prattiċi stabbiliti għall-produzzjoni organika ta' bhejjem bejn l-Istati Membri teħtieġ li għandu jkun possibbli għal Stati Membri li japplikaw regoli aktar stretti għall-bhejjem u għall-prodotti ta' bhejjem prodotti fit-territorju tagħhom; | |
Barra minn hekk jidher raġonevoli li l-prinċipju ta' direttivi minimi li l-Kummissjoni tiddikjara fil-pjan ta' azzjoni tagħha għal benessri ta' l-annimali (2006/2046(INI)) għandhom japplikaw ukoll għal benessri ta' l-annimali fi produzzjoni organika. | |
Emenda 50 Artikolu 31 | |
Kumitat ta' Ġestjoni dwar produzzjoni organika. |
Kumitat Regolatorju dwar produzzjoni organika. |
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' Ġestjoni dwar produzzjoni organika (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat"). |
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Regolatorju dwar produzzjoni organika (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat"). |
|
1a. Il-Kumitat għandu jiżgura konsultazzjoni u koperazzjoni regolari mar-rappreżentanti tal-produtturi organiċi u mar-rappreżentanti tal-konsumatur bil-ħsieb li jintlaħqu kontinwament l-objettivi ta' l-agrikoltura organika kif stipulat fl-Artikolu 3, billi jkunu involuti fl-aġġornar u billi jiġu implimentati tekniki xierqa konsistenti ma' l-objettivi u l-prinċipji stipulati fit-Titolu II. |
|
1b. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Annessi I sa VIII tar-Regolament (KE) Nru 2092/91. |
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
|
2a. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Parlamet Ewropew dwar kwalunkwa bidla ppjanata għar-Regolament permezz tal-proċedura komitoloġika, u għandha tqis il-pożizzjoni tal-Parlament dwarha. |
3. Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur. |
|
4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. |
4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu skond l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
Ġustifikazzjoni | |
Meta wieħed iqis li din il-proposta għal regolament fiha ftit standards ta' armonizzazzjoni, il-miżuri varji li għandhom jittieħdu skond il-proċedura komitoloġika għandhom ikunu f'idejn il-kumitat regolatorju, li jinvolvi lill-Istati Membri fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet. | |
Għal kuntrarju ta' l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, l-Artikolu 5 ma jagħmel l-ebda referenza għal limitu ta' żmien. Għalhekk il-paragrafu 3 għandu jiġi mħassar. | |
Il-parteċipazzjoni tar-rappreżentati tal-bdiewa organiċi fit-teħid ta' deċiżjonijiet tikkostitwixxi realment il-punt ta' tluq oriġinali u l-innovazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-implimentazzjoni tar-regolament: l-aħjar prattika u metodi innovattivi pprovati u ttestjati jistgħu jtejbu l-proċess ta' t-teħid ta' deċiżjonijiet fis-sħuħija tiegħu biss, li għandu jiġi organizzat taħt ir-responsabiltà tal-Kummissjoni. | |
Sabiex dan ir-Regolament isir kemm jista' jkun trasparenti l-annessi mir-Regolament 2092/91 għandhom jinżammu, u l-proċedura komitoloġika għandha titnaqqas kemm jista' jkun. | |
Emenda 51 Artikolu 31 a (ġdid) | |
|
Artikolu 31a |
|
Permezz ta' deroga mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2) għandha tkun revokata jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill iqajjem oġġezzjonijiet għaliha fi żmien tliet xhur. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-biedja organika ġiet żviluppata minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili - konsumaturi, kummerċjanti, bdiewa u bejjiegħa kienu involuti. Meta wieħed iqis din it-tradizzjoni, hemm bżonn li jissaħħu l-istrutturi trasparenti u demokratiċi f'dan ir-regolament. Meta jiġu kkunsidrati deċiżjonijiet implimentattivi fil-qafas ta' dan ir-regolament, il-proċedura għandha tinvolvi l-informazzjoni tal-pubbliku u tal-Parlament Ewropew. Sabiex it-trasparenza tingħata impatt reali, il-Parlament għandu jkollu l-poter tal-veto. | |
Emenda 52 Artikolu 33 | |
1. Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa revokat mill-1 ta' Jannar 2009. |
1. Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa b'hekk revokat mill-1 ta' Jannar 2009, ħlief għall-Annessi I sa VIII. |
2. Referenzi magħmula għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 revokat għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament. |
2. Referenzi magħmula għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 revokat għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament, ħlief fejn dawn ir-refernzi huma għall-Annessi I sa VIII. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex dan ir-Regolament isir kemm jista' jkun trasparenti l-annessi mir-Regolament 2092/91 għandhom jinżammu, u l-proċedura komitoloġika għandha titnaqqas kemm jista' jkun. Bħala riżultat l-Annessi għandhom jiġu rranġati sabiex ir-referenzi ta' l-artikolu jaqblu mar-regolament propost. |
PROĊEDURA
Titolu |
Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika u l-ittikkettar ta' prodotti organiċi |
||||||
Referenzi |
COM(2005)0671– C6-0032/2006 – 2005/0278(CNS) |
||||||
Kumitat risponsabbli |
AGRI |
||||||
Opinjoni mogħtija minn |
ENVI |
||||||
Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
|
||||||
Rapporteur għal opinjoni |
Roberto Musacchio |
||||||
'Rapporteur' ta' opinjoni preċedenti |
|
||||||
Eżami fil-kumitat |
21.6.2006 |
|
|
|
|
||
Data ta' l-adozzjoni |
21.6.2006 |
||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
41 0 0 |
|||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Adamos Adamou, Johannes Blokland, Frieda Brepoels, Dorette Corbey, Chris Davies, Avril Doyle, Edite Estrela, Jill Evans, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Gyula Hegyi, Mary Honeyball, Dan Jørgensen, Eija-Riitta Korhola, Urszula Krupa, Aldis Kušķis, Peter Liese, Marios Matsakis, Roberto Musacchio, Dimitrios Papadimoulis, Vittorio Prodi, Guido Sacconi, Richard Seeber, Kathy Sinnott, Bogusław Sonik, Antonios Trakatellis, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Åsa Westlund |
||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Margrete Auken, María del Pilar Ayuso González, Bairbre de Brún, Christofer Fjellner, Milan Gaľa, Miroslav Mikolášik, Renate Sommer, Andres Tarand |
||||||
Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali |
Sepp Kusstatscher |
||||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... |
||||||
- [1] Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.
PROĊEDURA
Titolu |
Produzzjoni organika u ttikkettar ta’ prodotti organiċi |
|||||||
Referenzi |
COM(2005)0671 - C6-0032/2006 - 2005/0278(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
27.1.2006 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 2.2.2006 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 2.2.2006 |
ENVI 2.2.2006 |
IMCO 2.2.2006 |
|
||||
Opinjoni mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
INTA 25.1.2006 |
IMCO 21.2.2006 |
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Marie-Hélène Aubert 26.1.2006 |
|
|
|||||
Bażi legali kkontestata Data ta’ l-opinjoni tal-JURI |
JURI 27.2.2007 |
|
|
|
||||
Diskussjoni fil-kumitat |
20.2.2006 |
24.4.2006 |
21.6.2006 |
19.12.2006 |
||||
|
27.2.2007 |
|
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
27.2.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-vot finali |
+: –: 0: |
34 2 1 |
||||||
Membri preżenti għall-vot finali |
Vincenzo Aita, Peter Baco, Katerina Batzeli, Sergio Berlato, Thijs Berman, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, Giuseppe Castiglione, Dumitru Gheorghe Mircea Coşea, Albert Deß, Gintaras Didžiokas, Michl Ebner, Carmen Fraga Estévez, Duarte Freitas, Ioannis Gklavakis, Lutz Goepel, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Esther Herranz García, Elisabeth Jeggle, Tchetin Kazak, Atilla Béla Ladislau Kelemen, Heinz Kindermann, Vincenzo Lavarra, Diamanto Manolakou, Véronique Mathieu, Mairead McGuinness, Rosa Miguélez Ramos, María Isabel Salinas García, Willem Schuth, Czesław Adam Siekierski, Csaba Sándor Tabajdi, Marc Tarabella, Witold Tomczak, Donato Tommaso Veraldi, Janusz Wojciechowski |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-vot finali |
Marie-Hélène Aubert, Bernadette Bourzai, Béla Glattfelder, Gábor Harangozó, Wiesław Stefan Kuc, Astrid Lulling, Albert Jan Maat |
|||||||
Data tat-tressiq |
14.3.2007 A6-0061/2007 |
|||||||