RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligazzjoni ta’ min iġorr il-passiġġieri bil-baħar u fuq ilmijiet interni f'każ ta' inċidenti

8.3.2007 - (COM(2005)0592 – C6‑0057/2006 – 2005/0241(COD)) - ***I

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Paolo Costa

Proċedura : 2005/0241(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0063/2007

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligazzjoni ta’ min iġorr il-passiġġieri bil-baħar u fuq ilmijiet interni f'każ ta' inċidenti(COM(2005)0592 – C6‑0057/2006 – 2005/0241(COD))(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0592)[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0057/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6‑0063/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 3 a (ġdida)

 

(3a) L-arranġamenti ta' l-assigurazzjoni rikjesti taħt il-Konvenzjoni ta' Ateni 2002 għandhom ikunu jaqblu mal-kapaċitajiet tas-sidien tal-vapuri u tal-kumpaniji ta' l-assigurazzjoni. Is-sidien tal-vapuri għandhom ikunu f'pożizzjoni li jimmaniġġjaw l-arranġamenti ta' l-assigurazzjoni tagħhom b'mod ekonomikament aċċettabbli u, b'mod partikulari fil-każ ta' sidien żgħar tal-vapuri li joperaw servizzi nazzjonali ta' trasport, trid titqies in-natura staġonali ta' l-operazzjonijiet tagħhom. Il-perjodu tranżizzjonali li hu pprovdut għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jkun twil biżżejjed li jippermetti li l-assigurazzjoni obbligatorja prevista minn dan ir-Regolament tkun implimentata mingħajr ma taffettwa l-iskemi ta' assigurazzjoni eżistenti.

Ġustifikazzjoni

Jekk is-sistema tal-kumpens għandha tiffunzjona b’mod realistiku u effettiv, il-kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni jridu jkunu jistgħu jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni, u għandu jkun hemm ukoll mod kif tkun assigurata l-vijabilità u l-kompetittività tal-kumpaniji tat-tbaħħir, b’mod partikulari dawk ta' daqs żgħir u dawk ta' daqs medju.

Emenda 2

Premessa 4

(4) Jixraq li min iġorr ikun obbligat biex jagħmel ħlas bil-quddiem fil-każ ta’ mewt jew korriment ta’ passiġġier.

 

(4) Jixraq li min iġorr ikun obbligat jagħmel ħlas bil-quddiem fil-każ tal-mewt, jew il-korriment ta’ xi passiġġier li b'hekk il-ħlas bil-quddiem ma jikkostitwixxix l-għarfien tal-ħtija.

Ġustifikazzjoni

Għandha tkun iċċarata li kull ħlas bil-quddiem li jsir lil passiġġier waqt li jkun għadu għaddej il-proċess biex ikun stabbilit hemmx tort u/jew responsabilità m’għandux jikkostitwixxi għarfien ta’ responsabilità f’termini legali.

Emenda 3

Premessa 5

(5) Għandha tingħata informazzjoni xierqa dwar id-drittijiet mogħtija lill-passiġġieri lil dawk il-passiġġieri qabel il-vjaġġ.

(5) Informazzjoni xierqa, sħiħa u li tinftiehem dwar id-drittijiet il-ġodda mogħtija lill-passiġġieri għandha tingħata lil dawk il-passiġġieri qabel il-vjaġġ.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun iggarantit standard għoli ta’ informazzjoni għall-passiġġieri dwar id-drittijiet ġodda tagħhom.

Emenda 4

Premessa 7 a (ġdida)

 

(7a) Minħabba l-ħtieġa li jkun hemm konsultazzjoni aqwa fost l-Istati Membri fuq kwistjonijiet ta' sikurezza marittima, huwa vitali li jkunu evalwati mill-ġdid il-Kompetenzi ta' l-EMSA u possibilment li jkun ikkunsidrat għandhomx ikunu estiżi l-poteri tagħha.

Ġustifikazzjoni

L-istess bħal fil-każ ta’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Avjazzjoni, jidher li hu vitali li jiġi meqjus jekk jistax ikun li jeħtieġ li l-poteri ta’ l-EMSA jkunu estiżi u, jekk il-poteri tagħha tassew jiġu miżjuda, jekk dan iqawwix il-kapaċità ta' l-UE li tirrispondi għall-inċidenti marittimi.

Emenda 5

Premessa 7 b (ġdida)

 

(7b) L-awtoritajiet nazzjonali, b'mod partikolari l-awtoritajiet tal-port, jilagħbu parti fundamentali u vitali fl-identifikazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji varji għas-sikurezza marittima.

Ġustifikazzjoni

Għandha ssir referenza għall-irwol fundamentali li jilagħbu l-awtoritajiet nazzjonali u b’mod partikolari l-awtoritajiet tal-port fl-identifikazzjoni u l-immaniġġjar f’waqthom tar-riskji diversi għas-sikurezza marittima.

Emenda 6

Artiklu 3, paragrafu 1

L-obbligazzjoni ta’ min iġorr u ta’ min qed jagħmel att ta’ ġarr fil-każ tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom għandha tkun koperta bid-dispożizzjonijiet kollha tal-Konvenzjoni ta’ Ateni 2002 relevanti għal dik l-obbligazzjoni.

Ir-responsabilità ta’ min iġorr u ta’ min iwettaq l-att tal-ġarr fil-każ tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom għandha tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet kollha tal-Konvenzjoni ta’ Ateni 2002 relevanti għal responsabilità bħal din, inkluża r-riżerva tal-paragrafu 1 tal-linji gwida għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni adottati mill-Kumitat Legali ta' l-IMO fid-19 ta' Ottubru 2006, li t-tnejn li huma huma annesi ma' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

L-iskema speċjali li ġiet stabbilita mill-Kumitat legali ta’ l-IMO għar-responsabilità f’dak li jirrigwarda r-riskju mit-terroriżmu għandha tkun appoġġjata biex tilħaq kopertura ta’ dawk ir-riskji li tkun finanzjarjament sostenibbli permezz tas-suq ta’ l-assigurazzjoni.

Emenda 7

Artiklu 4, paragrafu 1

Artikolu 7(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ateni 2002 ma jgħoddx għall-ġarr tal-passiġġieri li jaqgħu fl-iskop ta’ dan ir-Regolament, ħlief jekk l-Istati Membri kollha jaqblu dwar dik l-applikazzjoni meta jemendaw dan ir-Regolament.

L-Artikolu 7(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ateni 2002 ma jgħoddx għall-ġarr tal-passiġġieri li jaqgħu fl-iskop ta’ dan ir-Regolament jekk kemm-il darba il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, ma jemendawx dan ir-Regolament f'dan is-sens.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-Artikolu 7(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ateni jirrigwarda l-limitu tar-responabilità għall-mewt u għall-korriment personali, huwa aktar sikur li wieħed jispeċifika li l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tista’ tiġi emendata biss permezz tal-proċedura tal-kodeċiżjoni.

Din l-emenda teknika tikkoreġi l-abbozzar illegali mill-Kummissjoni u mill-JURI peress li la hu possibbli li tkun rikjesta l-unanimità għall-adozzjoni jew l-emendament ta’ Regolament li jkun sar f’kodeċiżjoni (Kummissjoni u JURI) u l-anqas m’hu possibbli li tkun injorata l-kompetenza tal-Parlament fil-proċess tal-kodeċiżjoni (JURI).

Emenda 8

Artikolu 4, paragrafu 1 a (ġdid)

 

L-Artikolu 19 tal-Konvenzjoni ta' Ateni ta' l-2002 mhuwiex applikabbli għall-ġarr ta' passiġġieri li jaqgħu fl-iskop ta' dan ir-Regolament.

Justification

Article 19 of the Athens Convention 2002 states that: "This Convention shall not modify the rights or duties of the carrier, the performing carrier, and their servants or agents provided for in international conventions relating to the limitation of liability of owners of seagoing ships."

As it stands, Article 19 would authorise a carrier liable for death or injury to passengers on the basis of the Athens Convention 2002 to limit his liability by referring to global liability ceilings imposed by other international Conventions[2]. In some case, these global liability ceilings might prevent passengers from recovering a substantial part of their claims under the Athens Convention which entitles passengers to recover 250 000 SDR minimum without any global ceiling (a global ceiling fixes a total amount for all claims for any given incident/accident).

The consequence of this amendment will be that no other international Convention could be opposed to victims to limit their claims for death or injury on the basis of Article 3.1 and 7 of the Athens Convention.

Emenda 9

Artikolu 5

Fil-każ ta’ mewt jew korriment ta’ passiġġier min iġorr għandu jagħmel ħlas bil-quddiem biżżejjed biex ikopri l-bżonnijiet ekonomiċi immedjati, fi żmien 15-il ġurnata minn meta jkun identifikat dak li hu intitolat għall-ħsarat. F’każ ta' mewt dan il-ħlas m'għandux ikun inqas minn EUR 21 000.

Fil-każ tal-mewt, jew il-korriment ta’ xi passiġġier b’riżultat ta’ xi inċident jew diżgrazzja tat-tbaħħir, min iġorr jew min ikun qed iwettaq l-att tal-ġarr għandu jagħmel ħlas bil-quddiem biżżejjed biex ikopri l-bżonnijiet ekonomiċi immedjati, fi żmien 15-il ġurnata minn meta jkun identifikat dak li hu intitolat għall-ħsarat. Fil-każ tal-mewt jew ta’ l-invalidità assoluta u permanenti ta’ xi passiġġier, jew fil-każ tal-feriment ta’ 75% jew aktar tal-ġisem tal-passiġġier meqjus klinikament serju ħafna, dan il-ħlas m'għandux ikun ta’ inqas minn EUR 21 000.

Justification

For evident reasons of justice, it is important to ensure that passengers have access to advance payment in the cases referred to, in order to cover economic needs. For reasons of justice, carriers should be able to recover the advance payment if they were in fact cleared of fault. This provision is consistent with the legislation applicable in the field of air transport, i.e. Regulation (EC) No 889/2002 amending Regulation (EC) No 2027/97.

It is necessary to limit the possibility of an advance payment to claims resulting from shipping incidents because in this case only a strict (automatic) liability is engaged (up to 300 000 euros per passenger's claim) and no fault would have to be assigned to the carrier beforehand in order to benefit from the advance payment. The advance payment will thus be swifter because it will not lead to disputations on the existence of a fault. Finally it is also fair not to allow any advance payment when the passenger has been injured following an incident which does not involved the whole ship (for example a passengers falls on the deck following abuse of alcohol).

It is also necessary to include the performing carrier whose strict liability may also be engaged following Athens Convention 2002 (Art.1.1 and 3).

Emenda 10

Artikolu 5, paragrafi 1 a u b (ġodda)

 

Ħlas bil-quddiem m'għandux jikkostitwixxi għarfien tar-responsabilita' u jista' jitpatta minn kull somma sussegwenti mħallsa fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament u ma jistax jitreġġa' lura ħlief fejn il-persuna li tkun irċeviet il-ħlas bil-quddiem ma kinitx il-persuna intitolata għall-kumpens jew fejn min iġorr il-passiġġieri huwa meqjus li m'għandux tort. Il-wasla ta’ ħlas bil-quddiem għandu jagħmilha possibbli lil min iġorr, lil min wettaq l-att tal- ġarr jew lil passiġġier li jagħti bidu għal proċedimenti ġudizzjarji biex ikunu stabbiliti r-responsabilitajiet u t-tort.

Justification

A similar provision is included in Regulation (EC) 889/2002 of 13 May 2002 amending Council Regulation (EC) 2027/97 on air carrier liability in the event of accidents.

For evident reasons of justice, it is important to ensure that passengers have access to advance payment in the cases referred to, in order to cover economic needs. For reasons of justice, carriers should be able to recover the advance payment if they were in fact cleared of fault. This provision is consistent with the legislation applicable in the field of air transport, i.e. Regulation (EC) No 889/2002 amending Regulation (EC) No 2027/97.

For evident reasons of justice, it is important to ensure that passengers have access to advance payment in the cases referred to, in order to cover economic needs. For reasons of justice, carriers should be able to recover the advance payment if they were in fact cleared of fault. This provision is consistent with the legislation applicable in the field of air transport, i.e. Regulation (EC) No 889/2002 amending Regulation (EC) No 2027/97.

Emenda 11

Artiklu 6, paragrafu 1

Min iġorr, min iwettaq l-att tal-ġarr u/jew l-operatur turistiku għandu jagħti lill-passiġġieri, qabel jitilqu, informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament, speċjalment informazzjoni dwar il-limiti ta’ kumpens għal mewt, korriment personali jew telf u ħsara lill-bagalji, dwar id-dritt tagħhom għal azzjoni diretta kontra l-assiguratur jew il-persuna li qed tagħti sigurta` finanzjarja u dwar id-dritt tagħhom għall-ħlas bil-quddiem.

Min iġorr, min iwettaq l-att tal-ġarr u/jew l-operatur turistiku għandu jagħti lill-passiġġieri, qabel jitilqu, informazzjoni xierqa, sħiħa u komprensiva dwar id-drittijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament, b’mod partikulari informazzjoni dwar il-limiti ta’ kumpens għal mewt, korriment personali jew telf u ħsara lill-bagalji, dwar id-dritt tagħhom għal azzjoni diretta kontra l-assiguratur jew il-persuna li qed tagħti sigurta` finanzjarja u dwar id-dritt tagħhom għall-ħlas bil-quddiem.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika legali biex tiżdied iċ-ċertezza legali tar-regolament u ta’ l-aċċess tal-passiġġier għall-informazzjoni.

Emenda 12

Artiklu 6, paragrafu 2

Din l-informazzjoni għandha tingħata fl-aktar format xieraq.

This information shall be provided in an appropriate, full and comprehensible format and, in the case of information provided by tour operators, in accordance with Article 4 of Council Directive 90/314/EEC of 13 June 1990 on package travel, package holidays and package tours1.

 

Din l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta f'format xieraq, sħiħ u li jinftiehem u, fil-każ ta’ l-informazzjoni pprovduta mill-operaturi tal-ġiti, skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-pakketti ta’ vvjaġġar1.

___________________

1 OJ L 158, 23.6.1990, p. 59.

1 ĠU L i58, 23.6.1990, p. 59.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika legali biex tiżdied iċ-ċertezza legali tar-regolament u ta’ l-aċċess tal-passiġġieri għall-informazzjoni.

Emenda 13

Artikolu 8, paragrafu 2 a (ġdid)

 

F'dak li jirrigwarda l-ġarr domestiku mil-linji tal-vapuri tat-traġitt regolari dan għandu japplika minn sentejn wara [id-data li fiha jidħol fis-seħħ jew mid-data li fiha tidħol fis-seħħ il-Konvenzjoni ta’ Ateni 2002 għall-Komunita`, liema minnhom tiġi l-aħħar].

Ġustifikazzjoni

Għandha tkun offruta lill-ġarriera skadenza għall-implimentazzjoni differenti għal-linji domestiċi tal-vapuri tat-traġitt sabiex tkun żgurata kopertura effiċjenti u finanzjarjament sostenibbli tar-responsabilità ċivili.

Emenda 14

Artikolu 8, paragrafu 2 b (ġdid)

 

F'dak li jirrigwarda l-ġarr permezz ta’ ilmijiet navigabbli interni, dan għandu japplika minn erba’ snin wara [id-data li fiha jidħol fis-seħħ jew mid-data li fiha tidħol fis-seħħ il-Konvenzjoni ta’ Ateni 2002 għall-Komunita`, liema minnhom tiġi l-aħħar].

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-emenda 1. Hija meħtieġa skadenza itwal għat-trasport f’ilmijiet navigabbli interni għax il-ġarriera m’humiex koperti minn klabbs tal-Protezzjoni u l-Indennità (P&I clubs).

Emenda 15

Artikolu 8, paragrafu 2 c (ġdid)

 

F'dak li jirrigwarda l-ġarr domestiku mil-linji tal-vapuri tat-traġitt regolari koperti mill-Artikolu 299(2) tat-Trattat, dan għandu japplika minn erba’ snin wara [id-data li fiha jidħol fis-seħħ jew mid-data li fiha tidħol fis-seħħ il-Konvenzjoni ta’ Ateni 2002 għall-Komunita`, liema minnhom tiġi l-aħħar].

Ġustifikazzjoni

F’konformità mal-pożizzjoni tar-rapporteur, għandha tkun offruta skadenza għall-implimentazzjoni differenti għal-linji domestiċi tal-vapuri tat-traġitt sabiex tkun żgurata kopertura effiċjenti u finanzjarjament sostenibbli tar-responsabilità ċivili.

Id-dispożizzjoni rigward ir-reġjuni deskritti fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat KE tagħmilha possibbli li tkun stabbilita skadenza għall-implimentazzjoni differenti għal-linji domestiċi tal-vapuri tat-traġitt f’dawn ir-reġjuni sabiex tkun żgurata kopertura effiċjenti u finanzjarjament sostenibbli tar-responsabilità ċivili li tkun adattata għal-limitazzjonijiet permanenti li jinsabu fuq dawn ir-reġjuni.

  • [1]  Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
  • [2]  For claims relating to death or injury to passengers, the LLMC (Convention on limitation of liability for maritime claims - Article 7) has a global liability ceiling of 175 000 SDR multiplied by number of passengers and the CLNI (Convention on limitation of liability for inland navigation (Rhine and Moselle) - Article 7) has a global liability ceiling of 60 000 SDR multiplied by the number of passengers.

NOTA SPJEGATTIVA

Id-drittijiet tal-passiġġieri ta' l-UE kienu preżenti bis-sħiħ fuq l-aġenda tal-politika komuni tat-trasport sa mill-pubblikazzjoni tal-White Paper tal-Kummissjoni fl-2001[1]. Bħala parti integrali ta' din l-aġenda, il-protezzjoni tal-passiġġieri ta' l-UE taħt sistema effiċjenti ta' obbligazzjoni ddaħħlet f'modalitajiet differenti ta' trasport permezz tar-ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Montreal[2], u permezz ta' regoli addizjonali tal-KE[3] għat-trasport bl-ajru u tal-pubblikazzjoni tal-Proposta għal Regolament tal-Kummissjoni dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-Passiġġieri Internazzjonali tal-Ferroviji[4].

Fil-każ tal-passiġġieri bil-baħar, l-implimentazzjoni ta' sistema ta' obbligazzjonijiet fil-KE kienet iżjed kumplessa.

Fl-24 ta’ Ġunju 2003 l-Kummissjoni ppreżentat proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-għeluq mill-Komunita` Ewropea tal-Protokoll ta’ l-2002 tal-Konvenzjoni ta’ Ateni marbut mal-Ġarr ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom bil-Baħar[5]. Il-Kummissjoni pproponiet li l-Komunità ssir Parti f’Kuntratt għall-Protokoll kemm jista’ jkun malajr u li l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-istess qabel l-aħħar ta’ l-2005

Billi fil-Kunsill ma sar l-ebda progress fuq din il-Proposta, il-Proposta inkwistjoni issa għandha l-għanijiet li tinkorpora l-Konvenzjoni ta' Ateni fil-liġi tal-KE u li żżidilha xi adattamenti, b'mod partikulari fl-ambitu ta' l-implimentazzjoni tagħha.

Il-proposta se tiggarantixxi kundizzjonijiet ugwali fuq il-livell ta' l-UE għal obligazzjonijiet ċivili fir-rigward ta' inkonvenjenzi kkawżati lill-passiġġieri bil-baħar u tal-ħsara li ssir lill-ħwejjeġ personali tagħhom.

L-għan ġenerali segwit mill-Kummissjoni għandu jkun appoġġjat. Il-Proposta tindirizza kwistjonijiet ta' importanza primarja u għandha tipprovdi lill-passiġġieri bil-baħar skema ta' obbligazzjonijiet komprensiva, li toffri bażi tajba u armonizzata għall-Obbligazzjoni Ċivili.

1. Il-Konvenzjoni ta' Ateni

Introduzzjoni

Il-Protokoll ta’ l-2002 tal-Konvenzjoni ta’ Ateni Marbuta mal-Ġarr ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom bil-Baħar, 1974, kien adottat fl-1 ta’ Novembru 2002.

Il-Protokoll ta' l-2002 għandu jidħol fis-seħħ 12-il xahar wara li jkun aċċettat mill-10 Stati, li għalissa mhux il-każ.

L-Istati Membri ta' l-UE li ffirmaw il-Protokoll ta' l-2002 huma: FI, DE, ES, SE, UK

Il-Protokoll jintroduċi assigurazzjoni obbligatorja biex ikopri lill-passiġġieri fuq il-vapuri u biex ikabbar il-limiti ta' l-obbligazzjonijiet. Tintroduċi wkoll mekkaniżmi oħrajn li jgħinu lill-passiġġieri jiksbu kumpens, ibbażati fuq prinċipji stabbiliti u applikati f'reġimi ta' obbligazzjonijiet u ta' kumpens eżistenti li jittrattaw it-tniġġis ambjentali. Dawn jinkludu s-sostituzzjoni tas-sistema ta’ obbligazzjoni bbażata fuq tort b'sistema ta’ obbligazzjoni stretta għal aċċidenti relatati mat-tbaħħir, sostnuta bil-kundizzjoni li min iġorr il-passiġġieri jkollu assigurazzjoni obbligatorja biex ikopri l-ilmenti potenzjali.

Il-limiti msemmija fil-Protokoll jistipulaw limitu massimu, u b'hekk jagħtu s-setgħa - iżda bla ma jobbligaw - lill-qrati nazzjonali biex jikkumpensaw f'każi ta' mewt, korriment jew ta' ħsarat, sa dawk il-limiti.

Il-Protokoll jinkludi wkoll 'opt-out clause', li tippermetti lill-Istati Firmatarji li jżommu jew jintroduċu limiti ta' obbligazzjonijiet ogħla (jew obbligazzjonijiet bla limitu) fil-każ li dawk li jġorru l-passiġġieri jkunu suġġetti għall-ġuriżdizzjoni tal-qrati tagħhom.

Assigurazzjoni Obbligatorja

L-artiklu l-ġdid ta' din il-Konvenzjoni, l-Artikolu 4bis, jitlob lil dawk li jġorru l-passiġġieri biex ikollhom assigurazzjoni jew xi sigurtà finanzjarja oħra, bħall-garanzija ta' bank jew ta' xi istituzzjoni finanzjarja simili, sabiex ikopru l-limiti għal obliggazzjoniji stretta taħt il-Konvenzjoni f'każ li jmutu jew iweġġgħu xi passiġġieri.

Il-limitu ta' l-assigurazzjoni obbligatorja jew ta' xi sigurtà finanzjarja oħra m'għandux ikun inqas minn 250,000 Special Drawing Rights (madwar Euro 300 000) għal kull passiġġier f'kull okkażjoni distinta. Il-vapuri jrid jinħarġilhom ċertifikat li juri dawn ikollhom assigurazzjoni jew xi sigurtà finanzjarja oħra. Mudell ta' dan iċ-ċertifikat huwa mehmuż mal-Protokoll f'Anness.

Il-Limiti ta' obbligazzjoni

Il-limiti ta' obbligazzjoni fil-Protokoll għolew b'mod sinifikanti biex jiġu jirriflettu l-kundizzjonijiet ta' llum, u l-mekkaniżmi biex fil-futur jogħlew il-limiti saru iżjed faċli.

Il-persuna li ġġorr titqies bħala responsabbli, sakemm hija jipprova li l-inċident ikun irriżulta minn att ta' gwerra, ostilitajiet, gwerra ċivili, irvell jew minn xi fenomenu naturali li jkun eċċezzjonali, inevitabbli u irresistibbli; jew li l-inċident ikun ikkawżat kollu kemm huwa minn parti terza permezz ta' att ta' ommissjoni magħmul bl-intenzjoni li jikkawża l-inċident.

Jekk it-telf jaqbeż il-limitu, it-trasportatur ikun responsabbli wkoll sa limitu ta' 400,000 SDR (Euro 480 000) għal kull passiġġier għal kull okkażjoni distinta, sakemm it-trasportatur jipprova li l-inċident li jkun ikkawża t-telf ma jkunx ġara minħabba xi żball jew negliġenza tiegħu.

Fil-każ tat-telf imġarrab b'riżultat ta' mewt jew ta' korriment personali għal passiġġier mhux ikkawżati b'inċident ta' tbaħħir, it-trasportatur huwa responsabbli jekk l-inċident li jkun ikkawża t-telf ma jkunx ġara minħabba xi żball jew negliġenza tiegħu. Min jagħmel il-klejm huwa responsabbli biex jipprova l-ħsara jew negliġenza.

L-obbligu tat-trasportatur jinkludi biss telf ġej minn inċidenti li seħħew matul il-vjaġġ. Min jagħmel il-klejm huwa responsabbli biex jipprova li l-inċident li kkawża l-ħsara seħħ matul il-vjaġġ kif ukoll il-grad ta' ħsara.

Telf jew ħsara ta' bagalji u vetturi:

- L-obbligazzjoni tat-trasportatur għat-telf jew ħsara ta' bagalji tal-kabina hija limitata sa 2.250 SDR għal kull passiġġier, għal kull bagalja.

- L-obbligazzjoni tat-trasportatur għat-telf jew ħsara ta' vetturi jinkludi l-bagalji kollha li jinġarru fuq jew fil-vettura hija limitata sa 12.700 SDR għal kull vettura, għal kull bagalja.

- Ir-responsabilità tat-trasportatur għat-telf ta' bagalji oħrajn jew għal xi ħsara fihom hija limitata għal 3.375 SDR għal kull passiġġier għal kull vjaġġ.

- It-trasportatur u l-passiġġier jistgħu jaqblu li l-obbligazzjoni tat-trasportatur għandha tkun suġġetta għal tnaqqis li ma jaqbiżx 330 SDR fil-każ ta' ħsara ta' vettura u ma jaqbiżx 149 SDR għal kull passiġġier fil-każ ta' telf jew ħsara għal bagalji oħra, b'din is-somma titnaqqas mit-telf jew ħsara.

Klawsola "opt-out"

Il-Protokoll jippermetti Entità ta' l-Istat li tirregola b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi nazzjonali l-limitu ta' l-obbligazzjoni għal korriment personali u każ ta' mewt, dejjem jekk il-limitu nazzjonali ta' obbligazzjoni, jekk hu l-każ, mhux aktar baxx minn dak stipulat fil-Protokoll.

Emenda tal-limiti

Il-Protokoll ta' l-2002 jintroduċi proċedura ta' aċċettazzjoni taċita ġdida biex jiżdiedu l-limiti ta' l-obbligazzjoni. Proposta li temenda l-limiti, kif mitlub minn mill-inqas nofs il-Partijiet tal-Protokoll, għandha tkun ċirkolata fost l-Istati Membri ta' l-IMO kollha u l-Entitajiet ta' l-Istat kollha u wara tkun diskussa fil-Kumitat Legali ta' l-IMO. L-emendi jkunu adottati b'maġġoranza b'żewġ terzi tal-Partijiet ta' l-Istati tal-Konvenzjoni kif emendat mill-Protokoll preżenti u b'votazzjoni fil-Kumitat Legali, u l-emendi jidħlu fis-seħħ 18-il xahar wara d-data ta' aċċettazzjoni meqjusa. Id-data ta' aċċettazzjoni meqjusa se tkun ta' 18-il xahar wara l-adozzjoni, sakemm f'dan il-perjodu mhux inqas minn wieħed minn erba' mill-Istati li kienu Partijiet ta' l-Istati fiż-żmien ta' l-adozzjoni ta' l-emenda ikkomunikaw lis-Segretarju Ġenerali ta' l-IMO li huma ma jaċċettawx l-emenda.

Organizzazzjonijiet ta' Integrazzjoni Ekonomika Reġjonali

Għall-ewwel darba f'Konvenzjoni ta' l-IMO, organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali tista' tiffirma d-dokument. Artikolu fil-Protokoll jistipula li Organizzazzjoni ta' Integrazzjoni Ekonomika Reġjonali, li hija magħmula minn Stati sovrani li għandha kompetenza trasferita dwar ċerti kwistjonijiet regolati minn dan il-Protokoll ta' din l-Organizzazzjoni, jistgħu jiffirmaw, jirratifikaw, jaċċettaw, japprovaw jew jidħlu fil-Protokoll. Organizzazzjoni ta' Integrazzjoni Ekonomika Reġjonali li hija Parti minn dan il-Protokoll se jkollha d-drittijiet u l-obbligi ta' Parti ta' l-Istat, sal-punt li Organizzazzjoni ta' Integrazzjoni Ekonomika Reġjonali ikollha l-kompetenza fi kwistjonijiet regolati b'dan il-Protokoll.

2. X'inhuma r-regoli attwali li jirregolaw l-obbligazzjoni għat-trasport ta' passiġġieri bil-baħar fl-UE?

Sakemm il-Konvenzjoni ta' Ateni ma tkunx approvata u/jew inkorporata fil-liġi ta' l-UE, kwistjonijiet ta' obbligazzjoni għal passiġġieri bil-baħar se jkunu rregolati b'żewġ settijiet ta' liġi: il-liġi interna ta' l-Istati Membri u l-liġi internazzjonali għal dawk l-Istati Membri li rratifikaw il-Konvenzjoni ta' l-1976 dwar il-Limitu ta' Obbligazzjoni għal Klejms Marittimi (LLMC)[6] jew il-Protokoll ta' l-1996 tagħha[7].

Il-limitu ta' obbligazzjoni previst fiż-żewġ verżjonijiet tal-LLMC huwa differenti, bil-Protokoll ta' l-1996 li huwa aktar "ġeneruż" iżda għandu limitu ta' obbligazzjoni aktar baxx minn dak previst fil-Konvenzjoni ta' Ateni. (ara t-tabella)

 

Ammont massimu ta' kumpens għal kull passiġġier

Konvenzjoni ta' Ateni (1974)

- 46.666 SDR[8]

Konvenzjoni ta' Ateni (kif modifikata fl-2002)

(

- 250 000 SDR[9] (obbligazzjoni sħiħa għal inċidenti marittimi)- 400.000 SDR[10] (liability for fault)

LLMC 1976

- 46.666 SDR[11]

b'limitu globali ta' 25 miljun SDR[12]

 

Protokoll ta' LLMC 1996

- 175.000 SDR[13]

B'hekk l-inkorporazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni fil-liġi tal-KE se tagħti protezzjoni aktar b'saħħitha għal passiġġieri fil-livell ta' l-UE waqt li tiġġenera xi diffikultajiet fir-rigward tal-koordinazzjoni ta' dawn is-settijiet ta' liġi.

3. Dispożizzjonijiet addizzjonali mal-Konvenzjoni ta' Ateni fil-Proposta

Estensjoni ta' l-iskop ta' l-applikazzjoni tat-traffiku domestiku (kabotaġġ) u ta' kanali interni: L-iskop tar-Regolament propost huwa aktar wiesa' meta mqabbel ma' l-iskop tal-Konvenzjoni ta' Ateni ta' l-2002. Huwa jkopri l-iskop tal-Konvenzjoni ta' Ateni (biex tistabbilixxi l-Konvenzjoni biex infurzata b'mod sħiħ fi ħdan l-UE), iżda huwa estiż għal ġarr fi ħdan Stat Membru wieħed u għat-traffiku f'kanali interni.

Ir-regolament propost jelimina l-possibilità għall-Istati Membri skond il-Konvenzjoni ta' Ateni ta' l-2002 li jistipulaw limiti ta' obbligazzjoni ogħla minn dawk provduti fil-Konvenzjoni. Il-Kummissjoni tinvoka bħala ġustifikazzjoni l-mira ta' l-uniformità totali fi ħdan l-UE.

Fil-każ ta' ħsara jew telf ta' apparat ta' mobilità/apparat mediku li jappartjeni għal passiġġier b'mobilità mnaqqsa, il-kumpens se jkun, sal-massimu, ekwivalenti għall-valur ta' sostituzzjoni ta' l-apparat. Din id-dispożizzjoni hija bi qbil mal-Proposta dwar id-drittijiet tal-passiġġieri ferrovjarji kif inhi fil-preżent fil-kodeċiżjoni.

Pagament minn qabel huwa provdut bi qbil ma' l-iskema prevista għas-setturi ta' l-ajru u tal-ferroviji.

Fl-aħħarnett, hija prevista dispożizzjoni għal informazzjoni ta' qabel il-vjaġġ, li tikkonċerna b'mod partikulari informazzjoni dwar il-limiti tal-kumpens f'każ ta' mewt, korriment personali jew telf jew ħsara ta' bagalji, id-dritt ta' azzjoni diretta kontra dak li jassigura jew il-persuna li tipprovdi sigurtà finanzjarja u dwar id-dritt ta' pagament minn qabel. L-ebda mezz ta' informazzjoni partikulari mhu provdut fil-Proposta (kuntrarju għat-trasport bl-ajru - ara r-Regolament dwar il-'Blacklist' ta' linji ta' l-ajru u l-identità ta' dak li jwettaq l-att tal-ġarr).

4. Pożizzjoni tar-Rapporteur

· Estensjoni ta' l-iskop ta' l-applikazzjoni tat-traffiku domestiku (kabotaġġ) u ta' kanali interni. Diġà kien imsemmi li l-implimentazzjoni ta' din il-Proposta għat-trasport ta' kabotaġġ u għall-kanali interni toħloq piż mingħajr ħtieġa għall-operaturi f'dan is-settur. Iżda ebda element preċiż m'għadu tressaq li juri l-inadegwatezza ta' l-estensjoni ta' l-iskema għal dawn is-swieq, b'mod partikulari rigward il-limitu ta' l-obbligazzjoni. Ir-Rapporteur huwa ta' l-opinjoni li din l-estensjoni tista' tkun attivata u li s-suq ta' l-assigurazzjoni se jkollu l-kapaċità li jiżgura dawn it-tip ta' riskji bi spiża ekstra raġonevoli għall-passiġġieri. Iżda, peress li l-operaturi tat-traffiku bil-baħar domestiku u l-kanali interni m'humiex familjari ma' l-iskemi implimentati fil-livell internazzjonali u li s-suq ta' l-assigurazzjoni se jkun mobilizzat biex jorganizza l-garanzija u l-azzjonijiet diretti dwar riskji, huwa ssuġġerit li dawn l-operaturi u l-protagonisti fis-suq ta' l-assigurazzjoni jingħataw skadenzi supplimentari biex japplikaw ir-Regolament, sentejn għal-linji tal-vapuri tat-traġitt regolari li joperaw fit-traffiku domestiku bil-baħar u erba' snin għall-kanali interni għandu jkun perjodu ta' żmien suffiċjenti f'dan ir-rigward.

· Informazzjoni ta' qabel il-vjaġġ: din id-dispożizzjoni għandha tinżamm iżda għandha tkun bi qbil ma dak li diġà seħħ f'modi ta' trasport oħrajn (fis-settur ta' l-ajru, ara r-Regolament dwar l-identità tal-linji ta' l-ajru). Il-kontenut ta' l-obbligazzjoni biex jinforma għandu jitwettaq b'mod aktar preċiż aktar 'il quddiem (mehmuż mal-biljett (kundizzjonijiet tal-bejgħ ġenerali) u/jew imdaħħal fil-fuljetti).

· Trattament ta' riskji mit-terroriżmu

Il-kwistjoni ta' l-inklużjoni, l-esklużjoni jew it-trattament speċjali għar-riskju tat-terroriżmu fl-iskema ta' l-obbligazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni fil-preżent tinsab diskussa fl-IMO (Kumitat Legali-LEG). Hija relatata ma' 'l hekk imsejħa impossibilità li dawn ir-riskji jkunu assigurati (ta' l-inqas min-naħa tal-P&I) fir-rigward ta' l-Artikolu 3.1 (b) tal-Konvenzjoni li tistipula li t-trasportatur mhux responsabbli biss sakemm huwa jipprova li l-inċident "kien ikkawżat b'mod sħiħ b'att jew nuqqas imwettaq bl-intenzjoni li jikkawża l-inċident minn parti terza". Il-kompromess għandu jikkonsisti f'kopertura speċifika ta' riskji terroristiċi bl-organizzazzjoni ta' l-assigurazzjoni attwali disponibbli ta' riskju ta' gwerra b'mod li jistabbilixxi entità simili għall-Klabbijiet P&I li jistgħu jieħdu azzjoni bħala fornituri ta' kopertura ta' assigurazzjoni. Din l-entità tista' toħroġ garanzija finanzjarja biss fir-rigward ta' parti ta' l-assigurazzjoni ta' riskju ta' gwerra, u tkun 100% assigurata mill-ġdid fis-suq ta' riskju ta' gwerra. Skond l-aħħar informazzjoni mill-IMO, sensar ta' Londra jkun lest li jkopri dawn ir-riskji.

B'hekk jista' jinstab kompromess dwar din il-kwistjoni fis-sessjoni li jmiss tal-LEG f'Ottubru iżda dawn id-diskussjonijiet probabilment mhux se jkunu lesti qabel l-adozzjoni tar-Rapport fl-ewwel qari. Iżda l-kwistjoni tista' tkun indirizzata permezz ta' emendi mal-Proposta f'każ li jkun jidher li jkun meħtieġ trattament speċjali ta' riskji terroristiċi u jekk il-PE jrid li jkollu d-dritt ta' kodeċiżjoni fil-preżent dwar il-kwistjoni u/jew irid li r-riskji terroristiċi jkunu b'mod ċar fl-iskop tar-Regolament.

  • [1]  White Paper "Politika Ewropea għat-Trasport għall-2010: iż-żmien li niddeċiedu", COM(2001)0370 tat-12.9.2001
  • [2]  Deċiżjoni tal-Kunsill (2001/539/KE) tal-5 ta' April 2001 dwar il-konklużjoni tal-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjoni bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta' Montreal).
  • [3]  Regolament (2027/1997) dwar l-obbligi tal-kumpaniji ta' l-ajru f'każ ta' aċċidenti kif modifikat mir-Regolament (889/2002/KE).
  • [4]  COM(2004)0143, emendat mit-TRAN (Rapport PE/ TRAN (A6-0123/2005))
  • [5]  COM(2003)0375.
  • [6]  FR, LT, NL irratifikaw l-LLMC ta' l-1976 iżda mhux il-Konvenzjoni ta' Ateni.
  • [7]  DK, FI, DE u MT irratifikaw il-Protokoll LLMC ta' l-1996 iżda mhux il-Konvenzjoni ta' Ateni.
  • [8] 56 000 €.
     
  • [9] 300 000 €.
     
  • [10] 480 000 €.
  • [11] 56 000 €.
  • [12] 30 miljun €.
  • [13] 210 000 €.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (22.11.2006)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligu ta’ min iġorr il-passiġġieri bil-baħar u f'kanali interni f’każ ta’ inċidenti
(COM(2005)0592 – C6‑0057/2006 – 2005/0241(COD))

Draftswoman: Piia-Noora Kauppi

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament Ewropew jappoġġja bis-sħiħ l-għan tal-Kummissjoni li tinkorpora l-Protokoll ta’ Ateni ta’ l-2002 ta’ l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (l-IMO) fil-leġiżlazzjoni Komunitarja. Barra minn hekk, is-sistema ta’ l-UE dwar l-obbligi fil-konfront tal-passiġġieri marittimi bir-raġun tinkludi kemm il-baħar kif ukoll l-ilmijiet interni fil-każ ta’ inċidenti, u dan ikabbar is-sikurezza tal-passiġġieri.

Madankollu, qabel ma l-protokoll ta’ l-2002 ikun jista’ jiddaħħal fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, ikun xieraq li l-IMO issib soluzzjoni globali għal żewġ mistoqsijiet li għadhom mhux imwieġba rigward il-Protokoll, jiġifieri l-possibilità li l-assiguraturi joffru lill-bastimenti tal-passiġġieri assikurazzjonijiet li jkopru r-responsabilitajiet assenjati mill-Protokoll ta’ l-2002 u l-kwistjoni dwar jekk il-ħlasijiet ta’ l-assikurazzjoni għal tali assikurazzjonijiet ikunux raġonevoli għall-bastimenti, kif ukoll jekk ikunx xieraq li l-bastimenti jiġu eżentati mir-responsabilità tagħhom fil-każ ta' inċidenti kkaġunati mit-terroriżmu. Rigward bastimenti żgħar li jaħdmu f’ilmijiet domestiċi, ikun xieraq li tingħata attenzjoni speċjali għan-natura ċiklika ta’ l-attivitajiet tagħhom. Ikun xieraq li r-rekwiżit li wieħed jagħmel ħlasijiet bil-quddiem ikun japplika biss fil-każ ta’ inċidenti tat-tbaħħir fejn ir-responsabilità tal-bastimenti tkun diretta.

Ikun xieraq li dan ir-regolament, fir-rigward tal-partijiet essenzjali tiegħu, ikun ekwivalenti għall-Protokoll ta' l-2002 u għandu jkun implimentat fl-istess żmien meta jkun implimentat il-Protokoll.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni[1]Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 3 a (ġdida)

(3a) Ikun xieraq li dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tad-derogi stabbiliti separatament ġo fih, ikun identiku fis-sustanza għall-Konvenzjoni ta’ Ateni ta’ l-2002. Ikun xieraq li dan ir-Regolament u l-Konvenzjoni ta' Ateni ta’ l-2002 jidħlu fis-seħħ fl-istess żmien.

Emenda 2

Premessa 3 b (ġdida)

(3b) Ikun xieraq li s-sistemi ta’ assikurazzjoni mitluba mill-Konvenzjoni jkunu raġonevoli għas-sidien tal-vapuri. Ikun xieraq li s-sidien tal-vapuri jkunu f’qagħda li jiġġestixxu s-sistemi ta’ assikurazzjoni tagħhom b’mod ekonomikament raġonevoli, u, speċjalment fir-rigward ta’ sidien żgħar tal-vapuri li jħaddmu servizzi domestiċi, ikun xieraq li jingħata kas tan-natura staġjonali ta’ l-operazzjonijiet tagħhom. Ikun xieraq li l-perjodu tranżitorju li għandu jitħalla waqt l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament ikun twil biżżejjed biex jippermetti li l-assikurazzjoni obbligatorja skond dan ir-Regolament tiġi applikata mingħajr ħsara għas-sistemi ta’ assikurazzjoni li jkunu fis-seħħ.

Emenda 3

Premessa 4

(4) Jixraq li min iġorr ikun obbligat biex jagħmel ħlas bil-quddiem fil-każ ta’ mewt jew korriment ta’ passiġġier.

(4) Jixraq li min iġorr ikun obbligat biex jagħmel ħlas bil-quddiem fil-każ ta’ mewt jew korriment ta’ passiġġier f’inċidenti tat-tbaħħir fejn ir-responsabilità diretta għad-danni tkun ġiet assenjata lill-bastiment.

Emenda 4

Artiklu 4, paragrafu 1

Artikolu 7(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ateni 2002 ma jgħoddx għall-ġarr tal-passiġġieri li jaqgħu fl-iskop ta’ dan ir-Regolament, ħlief jekk l-Istati Membri kollha jaqblu dwar dik l-applikazzjoni meta jemendaw dan ir-Regolament.

Artikolu 7(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ateni 2002 ma jgħoddx għall-ġarr tal-passiġġieri li jaqgħu fl-iskop ta’ dan ir-Regolament, ħlief jekk l-Istati Membri kollha jaqblu dwar dik l-applikazzjoni meta jemendaw dan ir-Regolament sakemm il-Kunsill, li jaġixxi unanimament waqt il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, ma jemendax dan ir-Regolament..

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-Artikolu 7(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ateni jirrigwarda l-limitu tar-responabilità għall-mewt u għall-korriment personali, huwa aktar sikur li wieħed jispeċifika li l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tista’ tiġi emendata biss permezz tal-proċedura tal-kodeċiżjoni.

Emenda 5

Artikolu 5

Fil-każ ta’ mewt jew korriment ta’ passiġġier min iġorr għandu jagħmel ħlas bil-quddiem biżżejjed biex ikopri l-bżonnijiet ekonomiċi immedjati, fi żmien 15-il ġurnata minn meta jkun identifikat dak li hu intitolat għall-ħsarat. F’każ ta' mewt dan il-ħlas m'għandux ikun inqas minn EUR 21 000.

Fil-każ ta’ mewt jew korriment ta’ passiġġier min iġorr għandu jagħmel ħlas bil-quddiem biżżejjed biex ikopri l-bżonnijiet ekonomiċi immedjati, fi żmien 15-il ġurnata minn meta jkun identifikat dak li hu intitolat għall-ħsarat. F’każ ta' mewt dan il-ħlas m'għandux ikun inqas minn EUR 21 000. Il-ħlas bil-quddiem għandu japplika biss fil-każ ta’ inċidenti tat-tbaħħir fejn ir-responsabilità diretta għad-danni tkun ġiet assenjata lill-ġarrier. Ħlas bil-quddiem m’għandux jikkostitwixxi rikonoxximent tar-responsabilità u jista’ jiġi bbilanċjat ma’ kwalunkwe somom imħallsa aktar tard skond dan ir-Regolament.

Emenda 6

Artiklu 6, paragrafu 1

Min iġorr, min iwettaq l-att tal-ġarr u/jew l-operatur turistiku għandu jagħti lill-passiġġieri, qabel jitilqu, informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament, speċjalment informazzjoni dwar il-limiti ta’ kumpens għal mewt, korriment personali jew telf u ħsara lill-bagalji, dwar id-dritt tagħhom għal azzjoni diretta kontra l-assiguratur jew il-persuna li qed tagħti sigurta` finanzjarja u dwar id-dritt tagħhom għall-ħlas bil-quddiem.

Min iġorr, min iwettaq l-att tal-ġarr u/jew l-operatur turistiku għandu jagħti lill-passiġġieri, qabel jitilqu, informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom skond dan ir-Regolament, speċjalment informazzjoni dwar il-limiti ta’ kumpens għal mewt, korriment personali jew telf u ħsara lill-bagalji, dwar id-dritt tagħhom għal azzjoni diretta kontra l-assiguratur jew il-persuna li qed tagħti sigurta` finanzjarja u dwar id-dritt tagħhom għall-ħlas bil-quddiem fir-rigward ta’ dawk l-inċidenti tat-tbaħħir fejn ir-responsabilità diretta għad-danni tkun ġiet assenjata lill-bastiment.

Emenda 7

Artiklu 8, paragrafu 2

Għandu japplika mid-[data li fiha jidħol fis-seħħ jew mid-data li tidħol fis-seħħ il-Konvenzjoni ta’ Ateni għall-Komunita`, liema minnhom l-iktar tard].

Għandu japplika mid-data meta tidħol fis-seħħ il-Konvenzjoni ta’ Ateni għall-Komunita` u fi kwalunkwe każ mid-data ta’ l-adozzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali ta’ miżuri li jiżguraw spejjeż raġonevoli għall-assikurazzjoni għall-ġarriera u l-eżenzjoni tagħhom mir-responsabilità fil-każ ta’ inċidenti kkawżati mit-terroriżmu, liema minnhom l-iktar tard].

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligu ta’ min iġorr il-passiġġieri bil-baħar u fuq ilmijiet interni f’każ ta’ inċidenti

Referenzi

COM(2005)0592 – C6 0057/2006 – 2005/0241(COD)

Kumitat responsabbli

TRAN

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI
16.2.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Piia-Noora Kauppi
23.2.2006

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

13.7.2006

3.10.2006

20.11.2006

 

 

Data ta' l-adozzjoni

20.11.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

13

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Berger, Carlo Casini, Rosa Díez González, Giuseppe Gargani, Katalin Lévai, Antonio López-Istúriz White, Achille Occhetto, Aloyzas Sakalas, Gabriele Stauner, Diana Wallis, Nicola Zingaretti, Jaroslav Zvěřina

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Nicole Fontaine, Eva Lichtenberger, Manuel Medina Ortega

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

  • [1]  Għadha mhix ippublikata fil-GU.

PROĊEDURA

Titolu

Obbligu ta’ kumpaniji li jġorru l-passiġġieri bil-baħar fil-każ ta’ inċidenti

Referenzi

COM(2005)0592 - C6-0057/2006 - 2005/0241(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

16.2.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

16.2.2006

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Paolo Costa

21.3.2006

 

 

Eżami fil-kumitat

19.4.2006

10.10.2006

23.11.2006

 

Data ta' l-adozzjoni

27.2.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

-:

0:

45

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Inés Ayala Sender, Etelka Barsi-Pataky, Paolo Costa, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Arūnas Degutis, Christine De Veyrac, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Timothy Kirkhope, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Sepp Kusstatscher, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Erik Meijer, Seán Ó Neachtain, Josu Ortuondo Larrea, Willi Piecyk, Luís Queiró, Luca Romagnoli, Gilles Savary, Brian Simpson, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Silvia-Adriana Ţicău, Georgios Toussas, Yannick Vaugrenard, Marta Vincenzi, Lars Wohlin, Corien Wortmann-Kool, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Zsolt László Becsey, Johannes Blokland, Philip Bradbourn, Jeanine Hennis-Plasschaert, Anne E. Jensen

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman