RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji ta' l-għargħar
9.3.2007 - (12131/6/2006 – C6‑0038/2007 – 2006/0005(COD)) - ***II
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Richard Seeber
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji ta' l-għargħar
(12131/6/2006 – C6‑0038/2007 – 2006/0005(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (12131/6/2006 – C6‑0038/2007),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0015)[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6‑0064/2007),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Premessa 2 | |
(2) L-għargħar huwa fenomenu naturali li ma jistax ikun evitat. Madankollu, xi attivitajiet tal-bniedem u l-bidla fil-klima jikkontribwixxu għaż-żieda fil-possibbiltà ta' għargħar u fl-impatti negattivi ta' l-għargħar. |
(2) L-għargħar huwa fenomenu naturali li ma jistax ikun evitat. Madankollu, xi attivitajiet tal-bniedem (bħaż-żieda ta’ l-irħula u tal-beni ekonomiċi fil-pjanuri ta’ l-għargħar u l-erożjoni u t-tnaqqis fil-livell ta’ l-ilma li l-art iżżomm b’mod naturali minħabba l-qtugħ tal-foresti u l-biedja fil-baċini tax-xmajjar) u l-bidla fil-klima jikkontribwixxu għaż-żieda fil-possibbiltà ta' għargħar u fl-impatti negattivi ta' l-għargħar. |
Ġustifikazzjoni | |
Terġa’ tiddaħħal l-emenda mill-ewwel qari, b’tibdiliet żgħar, għal skopijiet ta’ aktar ċarezza (ex. premessa 2). | |
Emenda 2 Premessa 4 | |
(4) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma[3] teżiġi li jkun hemm pjanijiet ta’ mmaniġġar tal-baċin tax-xmajjar li jridu jiġu żviluppati għal kull distrett tal-baċin ta’ xmara sabiex jinkiseb stat ekoloġiku u kimiku tajjeb, u se tikkontribwixxi biex jittaffew l-effetti ta’ l-għargħar. Madankollu t-tnaqqis tar-riskju ta’ għargħar mhuwiex wieħed mill-għanijiet prinċipali ta’ dik id-Direttiva u din lanqas ma tqis ir-riskji futuri ta' għargħar ikkawżati minħabba l-bidla fil-klima. |
(4) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma teżiġi li jkun hemm pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmajjar li jridu jiġu żviluppati għal kull distrett tal-baċin ta’ xmara sabiex jinkiseb stat ekoloġiku u kimiku tajjeb, u se tikkontribwixxi biex jittaffew l-effetti ta’ l-għargħar. Madankollu, it-tnaqqis tar-riskju ta’ għargħar mhuwiex wieħed mill-għanijiet prinċipali ta’ dik id-Direttiva, u din lanqas ma tqis ir-riskju aktar frekwenti ta' għargħar fil-futur, b’riżultat tal-bidla fil-klima. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda mill-ewwel qari (ex premessa 9) hija mdaħħla mill-ġdid, b’tibdiliet lingwistiċi żgħar, sabiex tikkjarifika li l-prekawzjonijiet kontra r-riskji ta’ għargħar għandhom jiżdiedu sabiex jevitaw il-livelli ta’ riskju ogħla li jirriżulta mill-bidla tal-klima; madankollu, mhemmx bżonn li jsir tbassir dettaljat tal-bidla fil-klima għal kull miżura prekawżjonarja, għax dan joħloq spejjeż konsiderevoli u ġeneralment mhux ġustifikati, kif ukoll jittardja t-tfassil ta’ pjanijiet fejn mhemm l-ebda data affidabbli disponibbli. | |
Emenda 3 Premessa 8 a (ġdida) | |
|
(8a) Id-dispożizzjonijiet dwar l-immaniġġjar sostenibbli tar-riskju ta' l-għargħar għandhom jitqiesu mill-Istati Membri u mill-Komunità meta jistipulaw u jimplimentaw il-politiki kollha tagħhom, anke pereżempju l-politika tat-trasport, l-ippjanar ta' l-ispazju, l-iżvilupp urban, u l-politika ta' industrijalizzazzjoni, il-politika agrikola, il-politika ta' koeżjoni, il-politika ta' l-enerġija u l-politika tar-riċerka. |
Ġustifikazzjoni | |
Terġa' tiddaħħal l-emenda mill-ewwel qari. Hemm evidenza biżżejjed li l-ippjanar żbaljat ta' l-ispazju, l-iżvilupp urban żbaljat, u l-politiki ta' industrijalizzazzjoni żbaljati jżidu ħafna r-riskji ta' għargħar. Sabiex ikun hemm immaniġġjar effiċjenti tar-riskji ta' għargħar, dan l-immaniġġjar irid ikun integrat ma' politiki rilevanti oħra, skond il-prinċipju ta' l-IRBM (Immaniġġjar Integrat ta' Baċin ta' Xmara). Irid ikun hemm koordinazzjoni sodi ma' miżuri oħra li jista' jkollhom impatt fuq l-immaniġġjar tar-riskji ta' għargħar, kif ukoll ma' miżuri li jistgħu jkunu affettwati mill-immaniġġjar tar-riskju ta' l-għargħar. | |
Emenda 4 Premessa 9 | |
(9) Fil-Komunità kollha jseħħu tipi differenti ta’ għargħar, bħalma huma l-għargħar tax-xmajjar, l-għargħar għal għarrieda, l-għargħar urban, u l-għargħar mill-baħar f'żoni kostali. Il-ħsara kkawżata mill-għargħar tista’ tvarja wkoll minn naħa għal oħra tal-pajjiżi u tar-reġjuni tal-Komunità. Għalhekk, l-objettivi li jikkonċernaw l-immaniġġar tar-riskju ta’ għargħar għandhom ikunu determinati mill-Istati Membri infushom u għandhom ikunu bbażati fuq iċ-ċirkostanzi lokali u reġjonali. |
(9) Fil-Komunità kollha jseħħu tipi differenti ta’ għargħar, bħalma huma l-għargħar tax-xmajjar, l-għargħar għal għarrieda, l-għargħar urban, għargħar tas-sistemi tad-drenaġġ u l-għargħar mill-baħar f'żoni kostali. Il-ħsara kkawżata mill-għargħar tista’ wkoll tvarja minn naħa għal oħra tal-pajjiżi u tar-reġjuni tal-Komunità. Għalhekk, l-objettivi li jikkonċernaw l-immaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar għandhom ikunu determinati mill-Istati Membri nfushom u għandhom ikunu bbażati fuq iċ-ċirkostanzi lokali u reġjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda terġa’ ddaħħal it-test mill-ewwel qari (ex premessa 15). L-għargħar tas-sistemi tad-drenaġġ għandu jiġi inkluż ukoll fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-direttiva. | |
Emenda 5 Premessa 10 | |
(10) Ir-riskji ta’ l-għargħar f’ċerti żoni tal-Komunità jistgħu jitqiesu bħala mhux sinifikanti, per eżempju f’żoni fejn hemm ftit nies jew xejn jew f’żoni b’assi ekonomiċi jew b’valur ekoloġiku limitat. F'kull distrett ta' baċin ta' xmara jew unità ta' maniġġar għandhom jiġu valutati r-riskji ta' l-għargħar u l-ħtieġa għal aktar azzjoni. |
(10) Ir-riskji ta’ l-għargħar f’ċerti żoni tal-Komunità jistgħu jitqiesu bħala mhux sinifikanti, per eżempju f’żoni fejn hemm ftit nies jew xejn jew f’żoni b’assi ekonomiċi jew b’valur ekoloġiku limitat. F'kull distrett ta' baċin ta' xmara jew unità ta' maniġġar, ir-riskji ta' l-għargħar u l-ħtieġa għal aktar azzjoni– bħall-evalwazzjoni tal-potenzjal li jittaffew l-għargħar – għandhom jiġu valutati. |
Ġustifikazzjoni | |
Jerġa’ jiddaħħal, b’tibdil, it-test mill-ewwel qari (ex premessa 16). | |
Emenda 6 Premessa 11 | |
(11) Biex ikun hemm għodda effettiva ta' informazzjoni, kif ukoll bħala bażi importanti biex ikunu stabbiliti l-prijoritajiet kif ukoll id-deċiżjonijiet tekniċi, finanzjarji u politiċi oħrajn rigward l-imaniġġar tar-riskju ta' għargħar huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti mapep tar-riskju ta' għargħar u mapep tar-riskju ta' għargħar li juru l-konsegwenzi negattivi potenzjali b'xenarji differenti ta' għargħar. |
(11) Biex ikun hemm għodda effettiva ta' informazzjoni, kif ukoll bħala bażi importanti biex ikunu stabbiliti l-prijoritajiet kif ukoll id-deċiżjonijiet tekniċi, finanzjarji u politiċi oħrajn rigward l-imaniġġar tar-riskju ta' għargħar huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti mapep tar-riskju ta' għargħar u mapep tar-riskju ta' għargħar li juru l-konsegwenzi negattivi potenzjali b'xenarji differenti ta' għargħar, inkluż ir-riskju ta’ tniġġis ambjentali b’konsegwenza ta’ l-għargħar. |
|
F'dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw is-sussidji diretti jew indiretti għal attivitajiet li għandhom l-effett li jżidu r-riskji ta' l-għargħar. |
Ġustifikazzjoni | |
Dħul mill-ġdid, kelma b’kelma, mill-ewwel qari (ex premessa 17) għal skopijiet ta’ aktar ċarezza.Minħabba li l-Artikolu 6(5) tad-direttiva jistipula li l-mapep tar-riskju ta’ l-għargħar għandhom jindikaw il-konsegwenzi negattivi potenzjali, il-konsistenza titlob li r-riskju assoċjat mat-tniġġis ambjentali b’riżultat ta’ għargħar għandu jiġi inkluż fil-premessi. | |
Emenda 7 Premessa 12 | |
(12) Bil-ħsieb li jkunu evitati u jitnaqqsu l-impatti negattivi ta’ l-għargħar fiż-żona kkonċernata, ikun xieraq li jkun hemm pjanijiet ta’ mmaniġġar tar-riskju ta’ għargħar. Il-kawżi u l-konsegwenzi ta’ l-għargħar ivarjaw skond il-pajjiżi u r-reġjuni tal-Komunità. Il-pjanijiet ta' mmaniġġar tar-riskju ta’ għargħar għalhekk għandhom iqisu l-karatteristiċi partikolari taż-żoni li jkopru u jipprovdu għal soluzzjonijiet maħsubin apposta skond il-ħtiġiet u l-prijoritajiet ta' dawk iż-żoni, filwaqt li jiżguraw koordinazzjoni rilevanti fid-distretti tal-baċin tax-xmara. |
(12) Bil-ħsieb li jkunu evitati u jitnaqqsu l-impatti negattivi ta’ l-għargħar fiz-zona kkonċernata, ikun xieraq li jkun hemm pjanijiet ta’ mmaniġġjar tar-riskji ta’ l-għargħar. Il-kawżi u l-konsegwenzi ta’ l-għargħar ivarjaw skond il-pajjiżi u r-reġjuni tal-Komunità. Il-pjanijiet ta' mmaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar għalhekk għandhom iqisu l-karatteristiċi partikolari taż-żoni li jkopru, filwaqt li jitqiesu wkoll il-faċilitajiet industrijali u tal-biedja u għejjun oħra possibbli ta’ tniġġis fiz-zona kkonċernata, bil-għan li jiġi evitat dan it-tip ta’ tniġġis, u jipprovdu għal soluzzjonijiet maħsubin apposta skond il-ħtiġiet u l-prijoritajiet ta' dawk iz-zoni, filwaqt li jiżguraw koordinazzjoni rilevanti fid-distretti tal-baċin tax-xmara |
|
B'mod partikulari, l-Istati Membri m'għandhomx joħolqu miżuri li jżidu r-riskji ta' l-għargħar fi Stati Membri oħra, u għandhom jitolbu kumpens fit-territorju tagħhom stess għal limitazzjonijiet tal-miġra naturali tax-xmara. |
Ġustifikazzjoni | |
Reġgħet iddaħħlet l-emenda mill-ewwel qari. L-għargħar huwa fenomenu naturali. L-għargħar huwa ta' riskju biss għall-attivitajiet tal-bniedem li jsiru fil-pjanuri ta' l-għargħar. Billi ħafna drabi l-għargħar jikkawża tniġġis ambjentali aċċidentali minħabba li jkun hemm faċilitajiet industrijali, agrikoli u oħrajn fiz-zona kkonċernata, il-pjanijiet għall-immaniġġjar tar-riskji ta' għargħar għandhom iqisu s-sorsi li jistgħu jniġġsu. | |
Emenda 8 Premessa 13 | |
(13) Il-pjanijiet ta' mmaniġġar tar-riskju ta’ għargħar għandhom jiffukaw fuq il-prevenzjoni, il-protezzjoni u l-istat ta' tħejjija.L-elementi tal-pjanijiet ta' mmaniġġar tar-riskju ta' għargħar għandhom ikunu riveduti perjodikament u aġġornati jekk meħtieġ, billi jkunu kkunsidrati l-effetti probabbli tal-bidla fil-klima fuq il-fatt li jseħħ l-għargħar. |
(13) Il-pjanijiet ta' mmaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar għandhom jiffukaw fuq il-prevenzjoni, il-protezzjoni u l-istat ta' tħejjija. L-elementi tal-pjanijiet ta' mmaniġġjar tar-riskju ta' għargħar għandhom ikunu riveduti perjodikament u aġġornati jekk meħtieġ, billi jkunu kkunsidrati l-effetti probabbli tal-bidla fil-klima fuq il-fatt li jseħħ l-għargħar. |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda lingwistika fil-Ġermaniż: ma taffettwax il-verżjoni Maltija. | |
Emenda 9 Premessa 14 | |
(14) Il-prinċipju ta' solidarjetà hu importanti ħafna fil-kuntest ta' l-immaniġġar tar-riskju ta' għargħar. Fid-dawl tiegħu l-Istati Membri għandhom jiġu inkoraġġiti jfittxu t-tqassim ġust ta' responsabbiltajiet, meta miżuri jiġu deċiżi konġuntament għall-benefiċċju komuni, rigward l-immaniġġar tar-riskju ta' għargħar tul il-korsiji ta' l-ilma. |
(14) Il-prinċipju ta' solidarjetà hu importanti ħafna fil-kuntest ta' l-immaniġġjar tar-riskji ta' l-għargħar. Fid-dawl ta' dan il-prinċipju, l-Istati Membri għandhom jiġu inkoraġġiti jieħdu miżuri konġunti li huma ta' benefiċċju komuni. Meta jagħmlu dan, ir-responsabilitajiet għandhom jinqasmu b'mod ġust. |
|
Il-prinċipju tas-solidarjetà jfisser li l-Istati Membri jikkollaboraw ma’ xulxin sabiex ifasslu l-pjanijiet u jieħdu miżuri sabiex jevitaw l-għargħar, u li l-Istati Membri ma jeħdux miżuri li jżidu r-riskju ta’ l-għargħar fi Stat Membru ieħor, sakemm dan it-tip ta’ miżuri ma jkunux parti minn pjan komuni. |
Ġustifikazzjoni | |
Premessa 14 tal-Pożizzjoni Komuni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jippruvaw jaqsmu b'mod ġust ir-responsabilitajiet bejn il-fruntieri għal miżuri konġunti li għandhom impatt f'żewġ pajjiżi jew aktar. F'dan il-każ, l-iktar ħaġa importanti hija li r-responsabiltajiet jinqasmu b'mod ġust, u mhux l-isforzi biex jiġu identifikati l-miżuri konġunti possibbli. Karatteristika benefiċjali importanti tad-direttiva għandha tkun li tħeġġeġ lill-Istati Membri li jużaw miżuri bejn il-fruntieri tagħhom li għandhom effett konġunt f'żewġ pajjiżi jew aktar. | |
Emenda 10 Premessa 16 | |
(16) L-iżvilupp ta' pjanijiet ta' maniġġar ta’ baċin ta' xmara taħt id-Direttiva 2000/60/KE u ta' pjanijiet ta' mmaniġġar tar-riskju ta’ għargħar taħt din id-Direttiva huma elementi ta’ mmaniġġar integrat ta’ baċin ta' xmara. Għalhekk iż-żewġ proċessi għandhom jużaw il-potenzjal reċiproku għal sinerġiji u benefiċċji komuni, billi jikkunsidraw l-objettivi ambjentali tad-Direttiva 2000/60/KE, jiżguraw effiċjenza u użu għaqli ta' riżorsi filwaqt li jirrikonoxxu li l-awtoritajiet kompetenti u l-unitajiet ta' mmaniġġar jistgħu jkunu differenti f'din id-Direttiva u fid-Direttiva 2000/60/KE. |
(16) L-iżvilupp ta' pjanijiet ta' mmaniġġjar ta’ baċin ta' xmara skond id-Direttiva 2000/60/KE u ta' pjanijiet ta' mmaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar skond din id-Direttiva huma elementi ta’ mmaniġġjar integrat ta’ baċin ta' xmara. Għalhekk iż-żewġ proċessi għandhom jużaw il-potenzjal reċiproku għal sinerġiji u benefiċċji komuni, billi jikkunsidraw l-objettivi ambjentali tad-Direttiva 2000/60/KE, jiżguraw effiċjenza u użu għaqli ta' riżorsi. |
Ġustifikazzjoni | |
L-immaniġġjar tar-riskji ta' għargħar huwa element importanti ta' l-immaniġġjar integrat tal-baċini tax-xmajjar, li ġie stabbilit permezz tad-Direttiva 2000/60/KE. Sabiex wieħed jibbenefika minn potenzjal konġunt għal sinerġiji u benefiċċji komuni bejn id-direttivi filwaqt li jkunu żgurati l-effiċjenza u l-użu għaqli tar-riżorsi, l-istess tip ta' mmaniġġjar għandu japplika f'din id-direttiva. | |
Emenda 11 Premessa 16 a (ġdida) | |
|
(16a) l-Istati Membri għandhom jibbażaw il-valutazzjonijiet, il-mapep u l-pjanijiet tagħhom fuq l-aħjar data, prattiki u teknoloġiji disponibbli fil-qasam ta’ l-immaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tgħaqqad u tiċċara żewġ emendi mill-ewwel qari (ex premessi 22 u 24) dwar l-użu ta’ prattiki u teknoloġiji ġodda għall-protezzjoni taċ-ċittadini. | |
Emenda 12 Premessa 17 | |
(17) F’każijiet fejn l-ilmijiet jintużaw għal forom differenti ta’ attivitajiet sostenibbli mill-bniedem (eż. għall-immaniġġar tar-riskju ta’ għargħar, għall-ekoloġija, għan-navigazzjoni fl-ilmijiet interni jew għall-enerġija idro-elettrika) u minħabba l-impatti ta’ dan l-użu fuq il-korpi ta' l-ilma, id-Direttiva 2000/60/KE tipprovdi għal proċess ċar u trasparenti biex ikun indirizzat dan l-użu u l-impatti, inklużi l-eżenzjonijiet possibbli mill-objettivi ta’ ‘stat tajjeb’ jew ta’ ‘non-deterjorazzjoni’ li hemm fl-Artikolu 4 tagħha. |
F’każijiet fejn l-ilmijiet jintużaw għal forom differenti ta’ attivitajiet sostenibbli mill-bniedem (eż. għall-immaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar, għall-ekoloġija, għan-navigazzjoni fl-ilmijiet interni jew għall-enerġija idro-elettrika) u minħabba l-impatti ta’ dan it-tip ta’ użu fuq il-korpi ta' l-ilma, id-Direttiva 2000/60/KE tipprovdi għal proċess ċar u trasparenti biex ikun indirizzat dan it-tip ta’ użi u impatti, inklużi l-eżenzjonijiet possibbli mill-objettivi ta’ ‘stat tajjeb’ jew ta’ ‘non-deterjorazzjoni’ li hemm fl-Artikolu 4 tagħha. Il-prinċipju ta' l-irkupru ta' l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż ambjentali u l-ispejjeż mil-lat ta' riżorsi, għandu japplika għal miżuri u infrastruttura għall-immaniġġjar tar-riskji ta' l-għargħar skond id-Direttiva 2000/60/KE. |
Emenda 13 Premessa 18 a (ġdida) | |
|
(18a) B'mod partikulari, il-Kummissjoni għandu jkollha l-awtorità li tiddetermina l-formati tekniċi għall-ipproċessar tad-dejta, fosthom dejta marbuta ma' l-istatistika u mal-kartografija, u l-formati biex dawn jiġu mgħoddija lill-Kummissjoni, kif ukoll li tadatta l-Anness dwar l-avvanzi xjentifiċi u tekniċi. Billi dawn huma miżuri li għandhom kamp ta' applikazzjoni wiesa', u li jbiddlu elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva u jestenduha billi jżidu dispożizzjonijiet ġodda mhux essenzjali, dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju ta' l-Aritkolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tagħmel l-aġġustamenti neċessarji b’konformità mal-proċedura ġdida ta’ komitoloġija. | |
Emenda 14 Artikolu 1 | |
Il-fini ta' din id-Direttiva hu li jiġi stabbilit qafas għall-valutazzjoni u l-imaniġġar tar-riskji ta' għargħar, bil-għan li jitnaqqsu l-konsegwenzi negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, il-wirt kulturali u l-attività ekonomika assoċjata ma' l-għargħar fil-Komunità. |
Il-fini ta' din id-Direttiva hu li jiġi stabbilit qafas għall-valutazzjoni u l-imaniġġar tar-riskji ta' għargħar, bil-għan li jitnaqqsu l-konsegwenzi negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, il-wirt kulturali u l-attività ekonomika assoċjata ma' l-għargħar fil-Komunità. Barra minn hekk, ser tgħin biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja fis-seħħ. |
Ġustifikazzjoni | |
Reġgħet iddaħħlet l-emenda mill-ewwel qari (ex emenda 27): Huwa kruċjali li l-qafas għall-immaniġġjar tar-riskji ta' għargħar jappoġġja l-ilħuq ta' l-objettivi ta' leġiżlazzjoni Komunitarja oħra. | |
Emenda 15 Artikolu 3, paragrafu 2, subparagrafu 1 | |
2. Madankollu, għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu: |
2. Madankollu, għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jaħtru awtoritajiet kompetenti differenti minn dawk identifikati skond l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/60/KE. |
(a) jaħtru awtoritajiet kompetenti differenti minn dawk identifikati skond l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/60/KE; |
|
(b) jidentifikaw ċerti żoni kostali jew baċini ta' xmajjar individwali u jassenjawhom lil unità ta' maniġġar differenti minn dawk assenjati skond l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/60/KE.
|
|
Ġustifikazzjoni | |
L-immaniġġjar tar-riskji ta' għargħar huwa element importanti ta' l-immaniġġjar integrat tal-baċini tax-xmajjar, li ġie stabbilit permezz tad-Direttiva 2000/60/KE. Sabiex wieħed jibbenefika minn potenzjal reċiproku għal sinerġiji u benefiċċji komuni bejn iż-żewġ direttivi u biex jiġu żgurati l-effiċjenza u l-użu għaqli tar-riżorsi, għandha tintuża l-istess unità ta’ mmaniġġjar f’din id-direttiva. | |
Emenda 16 Artikolu 4, paragrafu 2, parti introduttorja | |
2. Għandha titwettaq valutazzjoni preliminari tar-riskju ta' għargħar biex tipprovdi valutazzjoni ta' riskji potenzjali bbażata fuq informazzjoni disponibbli jew faċilment derivabbli, bħal reġistri. Il-valutazzjoni għandha tinkludi ta' l-inqas dan li ġej: |
2. Għandha titwettaq valutazzjoni preliminari tar-riskju ta' għargħar biex tipprovdi valutazzjoni ta' riskji potenzjali bbażata fuq informazzjoni disponibbli jew faċilment derivabbli, bħal reġistri u studji dwar żviluppi tul medda twila ta’ żmien, b’mod partikulari rigward il-bidla fil-klima. Il-valutazzjoni għandha tinkludi ta' l-inqas dan li ġej: |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tgħaqqad u tiċċara emendi mill-ewwel qari (ex Artikolu 4(2)(c), (e) u (f).Huma biss l-istudji eżistenti dwar żviluppi fuq medda twila ta’ żmien, b’mod partikulari il-bidla fil-klima, li għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni preliminari. | |
Emenda 17 Artikolu 4, paragrafu 2, punt (a) | |
(a) mapep tad-distrett ta' baċin tax-xmara bi skala adatta inklużi l-konfini tal-baċini tax-xmara, tas-sotto-baċini u fejn jgħodd taż-żoni kostali, li juru t-topografija u l-użu ta' l-art; |
(a) mapep tad-distrett ta' baċin tax-xmara bi skala adatta inklużi l-konfini tal-baċini tax-xmara, tas-sotto-baċini u taz-zoni kostali, li juru t-topografija u l-użu ta' l-art; |
Ġustifikazzjoni | |
L-attivitajiet tal-bniedem huma kkonċentrati l-aktar fiz-zoni kostali li huma partikolarment esposti għall-effetti li x'aktarx iseħħu minħabba l-bidla fil-klima. Għalhekk iz-zoni kostali kollha għandhom ikunu inklużi fl-evalwazzjoni preliminari tar-riskji ta' l-għargħar. | |
Emenda 18 Artikolu 4, paragrafu 2, frażi introduttorja qabel punt (d) | |
u, fejn xieraq, hi għandha tinkludi: |
mħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Dan huwa attentat sabiex jinstab kompromess bejn il-pożizzoni tal-Parlament fl-ewwel qari (il-pożizzjoni kienet li ma kellu jkun hemm l-ebda restrizzjoni) u l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill. | |
Emenda 19 Artikolu 4, paragrafu 2, punt (d) | |
(d) valutazzjoni tal-konsegwenzi negattivi potenzjali ta' għargħar futuri għas-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, il-wirt kulturali u l-attività ekonomika, b'kont meħud kemm jista' jkun ta' kwistjonijiet possibbli bħat-topografija, il-pożizzjoni tal-mogħdijiet ta' l-ilma u l-karatteristiċi idroloġiċi u ġeomorfoloġiċi ġenerali tagħhom, il-pożizzjoni taż-żoni fejn jgħixu n-nies, iż-żoni ta' attività ekonomika u żviluppi fuq perijodu fit-tul inklużi l-impatti tal-bidla fil-klima fuq l-okkorrenza ta' għargħar. |
(d) valutazzjoni tal-konsegwenzi negattivi potenzjali ta' għargħar futuri għas-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, il-wirt kulturali u l-attività ekonomika, b'kont meħud kemm jista' jkun ta' kwistjonijiet possibbli bħat-topografija, il-pożizzjoni tal-mogħdijiet ta' l-ilma u l-karatteristiċi idroloġiċi u ġeomorfoloġiċi ġenerali tagħhom, l-irwol tal-pjanuri ta’ l-għargħar bħala nħawi naturali li jżommu l-ilma, il-pożizzjoni taz-zoni fejn jgħixu n-nies, iz-zoni ta' attività ekonomika u żviluppi fuq perijodu fit-tul inklużi l-impatti tal-bidla fil-klima fuq l-okkorrenza ta' għargħar. Fejn il-kundizzjonijiet lokali jippermettu, il-valutazzjonijiet imsemmija hawn fuq m’għandhomx isiru b’mod obbligatorju. |
Ġustifikazzjoni | |
Terġa’ tiddaħħal l-emenda mill-ewwel qari (ex Artikolu 4(2)(c), għax huwa magħruf li l-inħawi fejn joqgħod l-ilma huma kruċjali għall-ħarsien mill-għargħar.Dan huwa wkoll attentat sabiex jintlaħaq kompromess bejn il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari, u l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill. | |
Emenda 20 Artikolu 4, paragrafu 2, punt (d a) (ġdid) | |
|
(da) jekk hemm bżonn, valutazzjoni ta’ l-effettività ta’ l-infrastrutturi eżistenti magħmula mill-bniedem għad-difiża mill-għargħar, filwaqt li titqies il-kapaċità reali tagħhom għall-prevenzjoni tad-dannu kif ukoll għall-effettività ekonomika u ambjentali tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Terġa’ tiddaħħal l-emenda mill-ewwel qari (ex Artikolu 4(2)(h)). | |
Emenda 21 Artikolu 4, paragrafu 4 | |
4. L-Istati Membri għandhom ilestu il-valutazzjoni preliminari tar-riskju ta' għargħar sat-22 ta' Diċembru 2012. |
4. L-Istati Membri għandhom ilestu il-valutazzjoni preliminari tar-riskju ta' għargħar sat-22 ta' Diċembru 2010. |
Ġustifikazzjoni | |
Reġgħet iddaħħlet l-iskadenza oriġinali tal-Parlament sabiex tissoda l-proċedura (ex Artikolu 6(1), emendat). | |
Emenda 22 Artikolu 5, paragrafu 1 | |
1. Abbażi tal-valutazzjoni preliminari tar-riskju ta' għargħar imsemmija fl-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom, għal kull distrett ta' baċin tax-xmara jew unità ta' maniġġar imsemmija fl-Artikolu 3(2)(b) jew il-parti ta' distrett ta' baċin tax-xmara internazzjonali li jinsab fit-territorju tagħhom jidentifikaw dawk iż-żoni li għalihom l-Istati Membri jikkonkludu li hemm riskji potenzjali sinifikanti jew jista' raġonevolment jitqies li x'aktarx iseħħ għargħar. |
1. Abbażi tal-valutazzjoni preliminari tar-riskju ta' għargħar imsemmija fl-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom, għal kull distrett ta' baċin tax-xmara jew unità ta' maniġġar imsemmija fl-Artikolu 3(2)(b) jew il-parti ta' distrett ta' baċin tax-xmara internazzjonali li jinsab fit-territorju tagħhom jidentifikaw dawk iz-zoni li għalihom l-Istati Membri jikkonkludu li hemm riskji sinifikanti jew jista' jitqies li x'aktarx iseħħ għargħar. |
Ġustifikazzjoni | |
Simplifikazzjoni tal-lingwaġġ sabiex tiftiehem aħjar u sabiex tkun aktar ċara legalment. | |
Emenda 23 Artikolu 6, paragrafu 3, punt (c) | |
(c) għargħar ta' probabbiltà kbira, fejn ikun il-każ. |
(c) għargħar ta' probabbiltà kbira, fejn huwa possibbli. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda hija kompromess bejn il-pożizzjoni tal-Parlament, li ma tipprovdix għal eċċezzjonijiet (ex Artikolu 7(2)), u l-pożizzjoni attwali tal-Kunsill. Għargħar bi probabilità kbira jridu jitqiesu kemm jista’ jkun, għall-protezzjoni pubbliku. Il-korpi responsabbli għandhom jitħallew li ma jagħmlux dan fil-każijiet biss fejn ikun impossibbli u/jew f'każ li jkun hemm raġunijiet plawsibbli biex dan ma jsirx. | |
Emenda 24 Artikolu 6, paragrafu 4, punt (c a) (ġdid) | |
|
(ca) il-pjanuri ta’ l-għargħar u l-inħawi naturali oħra li jistgħu iservu ta’ post li jżomm l-ilma jew li jmewwet (buffer), fil-preżent jew fil-futur. |
Ġustifikazzjoni | |
Terġa' tiddaħħal l-emenda mill-ewwel qari (Emenda 156). L-inħawi mhux żviluppati li jistgħu jgħerqu b’mod naturali (eż. l-pjanuri ta’ l-għargħar) u għandhom funzjoni siewja ta’ maqgħad ta' l-ilma, jekk ma jiġux ikkunsidrati fil-mapep ta' riskju ta' għargħar u fil-pjanijiet ta’ l-immaniġġjar, jistgħu isiru mira għall-iżvilupp. Jekk dan iseħħ, tintilef jew tiddgħajjef il-funzjoni importanti tagħhom għat-tnaqqis tar-riskju ta' l-għargħar, u l-beni ġodda li jinbnew hemm ikunu f'riskju. Għalhekk, jeħtieġ li dawn iz-zoni u l-funzjonijiet tagħhom jiġu inklużi/kkunsidrati fil-mapep u fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar rilevanti għar-riskji ta' l-għargħar li ser jitfasslu skond din id-Direttiva. | |
Emenda 25 Artikolu 6, paragrafu 5, punt (c) | |
(c) stallazzjonijiet kif imsemmijin fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis li jistgħu jikkawżaw tniġġis aċċidentali f'każ ta' għargħar u żoni protetti potenzjalment affettwati identifikati fl-Anness IV(1)(i),(iii) u (v) tad-Direttiva 2000/60/KE; |
(c) stallazzjonijiet kif imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, li jistgħu jikkawżaw tniġġis aċċidentali f'każ ta' għargħar u żoni protetti potenzjalment affettwati identifikati fl-Anness IV(1) tad-Direttiva 2000/60/KE; |
Ġustifikazzjoni | |
Terġa' tiddaħħal l-emenda mill-ewwel qari (emenda 49). Ir-reġistru ta' zoni protetti li huwa meħtieġ skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/60/KE għandu jinkludi wkoll zoni għonja fin-nutrijenti u zoni kklassifikati għal speċijiet akkwatiċi li huma sinifikanti ekonomikament. Skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2000/60/KE, Stati Membri jridu jmexxu strateġija konġunta fir-rigward emissjonijiet minn sorsi fissi u minn sorsi mxerrda. | |
Emenda 26 Article 6, paragraph 5, point (d) | |
(d) informazzjoni oħra li l-Istat Membru jqis li hija utli bħall-indikazzjoni ta' żoni fejn jista' jseħħ għargħar b'kontenut kbir ta' sedimenti trasportati u għargħar bi tkaxkir ta' materjal. |
(d) informazzjoni dwar sorsi oħra potenzjali ta’ tniggis, fissi jew imxerrda, fejn disponibbli, u informazzjoni oħra li l-Istat Membru jqis li hija utli bħall-indikazzjoni ta' żoni fejn jista' jseħħ għargħar b'kontenut kbir ta' sedimenti trasportati u għargħar bi tkaxkir ta' materjal u ta’ pjanuri ta’ għargħar u inħawi oħra naturali li jistgħu iservu ta’ post li jżomm jew li jmewwet l-ilmijiet, fil-preżent jew fil-futur. |
Ġustifikazzjoni | |
Sorsi fissi għajr dawk koperti mid-Direttiva IPPC jew sorsi potenzjali ta' tniġġis imxerrda għandhom ikunu esklużi jekk informazzjoni hija disponibbli fl-Istati Membri.Asserzjoni mill-ġdid tal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari (ara l-ewwel paragrafu tal-ġustifikazzjoni għall-Emenda 12). | |
Emenda 27 Artikolu 7, paragrafu 1 | |
1. Abbażi tal-mapep imsemmija fl-Artikolu 6 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjanijiet għall-maniġġar tar-riskju ta' għargħar ikkoordinati fil-livell ta' distrett ta' baċin tax-xmara jew unità ta' maniġġar imsemmija fl-Artikolu 3(2)(b) għaż-żoni identifikati fl-Artikolu 5(1) u ż-żoni koperti bl-Artikolu 13(1)(b) skond il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu. |
1. Abbażi tal-mapep imsemmija fl-Artikolu 6 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw pjanijiet għall-immaniġġjar tar-riskji ta' l-għargħar ikkoordinati fil-livell ta' distrett ta' baċin tax-xmara jew unità ta' mmaniġġjar imsemmija fl-Artikolu 3(2)(b) għaz-zoni identifikati fl-Artikolu 5(1) u z-zoni koperti bl-Artikolu 13(1)(b) skond il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu. |
Ġustifikazzjoni | |
Terġa' tintroduċi l-kliem oriġinali tal-Kummissjoni biex ikun iċċarat li hemm obbligu mhux biss biex jiġu stabbiliti l-pjanijiet, iżda wkoll biex dawn il-pjanijiet jiġu implimentati. | |
Emenda 28 Artikolu 7, paragrafu 2 | |
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu objettivi adatti għall-maniġġar tar-riskji ta' għargħar għaż-żoni identifikati taħt l-Artikolu 5(1) u ż-żoni koperti bl-Artikolu 13(1)(b), li jiffukaw fuq it-tnaqqis tal-konsegwenzi negattivi potenzjali ta' l-għargħar għas-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, il-wirt kulturali u l-attività ekonomika, u, jekk jitqies xieraq, fuq inizjattivi non-strutturali u/jew fuq it-tnaqqis tal-probabbiltà ta' għargħar. |
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu objettivi adatti għall-immaniġġjar tar-riskji ta' għargħar għaz-zoni identifikati taħt l-Artikolu 5(1) u z-zoni koperti bl-Artikolu 13(1)(b), li jiffukaw fuq it-tnaqqis tal-konsegwenzi negattivi potenzjali ta' l-għargħar għas-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, il-wirt kulturali u l-attività ekonomika, u, fuq inizjattivi non-strutturali u/jew fuq it-tnaqqis tal-probabilità ta' għargħar. L-użu tal-pjanuri ta' l-għargħar mill-bniedem irid ikun adattat għar-riskji identifikati ta' l-għargħar. |
Ġustifikazzjoni | |
Reġgħet iddaħħlet l-emenda mill-ewwel qari. Jeħtieġ li nitbiegħdu mill-mudell tradizzjonali għall-żmien qasir ta' difiżi mill-għargħar mibnija bl-użu ta' l-inġinerija, li ħafna drabi naqsu milli jaqdu l-funzjoni tagħhomi, u nadottaw immaniġġjar integrat tar-riskji ta' għargħar li jinkludi kollox fil-livell tal-baċini tax-xmajjar, filwaqt li tingħata iktar importanza lil miżuri mhux strutturali u marbuta man-natura. L-immaniġġjar sostenibbli tar-riskji ta' l-għargħar jindirizza l-kawżi ta' l-għargħar u l-effetti devastanti ta’ l-għargħar, u mhux biss is-sintomi. | |
Emenda 29 Artikolu 7, paragrafu 2, subparagrafi 1 u 2 | |
3. Il-pjanijiet għall-maniġġar tar-riskju ta' għargħar għandhom jinkludu miżuri bil-għan li jintlaħqu l-objettivi stabbiliti skond il-paragrafu 2 u għandhom jinkludu l-komponenti mniżżla fil-Parti A ta' l-Anness. |
3. Il-pjanijiet għall-immaniġġjar tar-riskju ta' għargħar għandhom jilħqu l-livelli ta’ protezzjoni stabbiliti skond il-paragrafu 2 u għandhom jinkludu l-komponenti mniżżla fil-Parti A ta' l-Anness. |
|
Il-pjanijiet għall-immaniġġjar tar-riskju ta' għargħar jinkludu miżuri li jaħdmu ma’ proċessi naturali bħall-manutenzjoni u/jew restawr tal-pjanuri ta’ l-għargħar sabiex kull fejn huwa possibbli, jingħata lura l-ispazju lix-xmajjar u jiġi promoss użu xieraq ta’ l-art kif ukoll prattiki xierqa tal-biedja u tas-silvikultura fil-baċin kollu tax-xmara. |
Il-pjanijiet għall-maniġġar tar-riskju ta' għargħar għandhom iqisu aspetti rilevanti bħall-ispejjeż u l-benefiċċji, il-firxa ta’ l-għargħar u r-rotot ta' mogħdija ta' l-għargħar u ż-żoni bil-potenzjal ta' żamma ta' għargħar, l-objettivi ambjentali ta' l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, il-maniġġar tal-ħamrija u l-ilma, l-ippjanar ta' l-ispazju, l-użu ta' l-art, il-konservazzjoni tan-natura, in-navigazzjoni u l-infrastruttura tal-port. |
Il-pjanijiet għall-immaniġġjar tar-riskju ta' għargħar għandhom iqisu aspetti rilevanti bħall-ispejjeż u l-benefiċċji, il-firxa ta’ l-għargħar, l-irwol tal-pjanuri ta’ l-għargħar bħala postijiet li jżommu l-ilma jew mewwieta ta’ l-għargħar, u r-rotot ta' mogħdija ta' l-għargħar issa jew fil-futur, l-objettivi ta' l-Artikoli 1 u 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, l-objettivi tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta’ April 1979 dwar il-konservazzjoni tat-Tjur Selvaġġ1 u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-Ambjenti naturali u l-fawna u l-flora selvaġġa2, il-maniġġar tal-ħamrija u l-ilma, l-ippjanar ta' l-ispazju, l-użu ta' l-art, il-konservazzjoni tan-natura, in-navigazzjoni u l-infrastruttura tal-port. |
|
1 ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar permezz ta’ Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36). |
|
2 ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7. Direttiva kif emendata l-aħħar permezz ta’ Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1). |
Ġustifikazzjoni | |
Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma u l-objettivi tad-Direttivi dwar Tjur Selvaġġ u dwar l-Ambjenti Naturali huma rilevanti wkoll. | |
Emenda 30 Artikolu 7, paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
3a. Miżuri ta' mmaniġġjar tar-riskji ta' għargħar, speċjalment dawk konnessi ma' infrastrutturi tal-bini, għandhom ikunu suġġetti għal assessjar ekonomiku u ambjentali sod u trasparenti, sabiex tiġi żgurata vijabilità għall-futur imbiegħed tas-servizz tagħhom għaċ-ċittadini u n-negozji, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' l-irkupru ta' l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż ambjentali u ta’ riżorsi. |
Ġustifikazzjoni | |
Terġa' tiddaħħal l-emenda mill-ewwel qari (emenda 60). Billi l-livelli ta' l-għargħar qed jiżdiedu, miżuri ta' infrastruttra tradizzjonali m'humiex qed jagħtu biżżejjed protezzjoni mill-għargħar u saħansitra jżidu r-riskji billi hemm ċans li jċedu. Għalhekk jeħtieġ li l-effiċjenza ta' infrastruttura eżistenti tkun evalwata b'mod komprensiv, inklużi l-ispejjeż ambjentali u tar-riżorsi. Biex miżuri ġodda ta' mmaniġġjar ta' l-għargħar ikunu ta' benefiċċju għas-soċjetà, jeħtieġ li jkunu suġġetti għal assessjar ekonomiku sod, li għandu jinkludi wkoll l-ispejjeż ambjentali u ta’ riżorsi. | |
Emenda 31 Artikolu 7, paragrafu 4 | |
4. Pjanijiet ta' maniġġar tar-riskju ta' għargħar stabbiliti fi Stat Membru wieħed m'għandhomx jinkludu miżuri li, bil-firxa u l-impatt tagħhom, iżidu b'mod sinifikattiv ir-riskji ta' għargħar 'il fuq jew 'l isfel f'pajjiżi oħra fl-istess baċin jew sotto-baċin tax-xmara, sakemm dawn il-miżuri ma' jkunux ġew ikkoordinati u tkun instabet soluzzjoni miftiehma fost l-Istati Membri konċernati fil-qafas ta' l-Artikolu 8. |
4. Fl-interess tas-solidarjetà, pjanijiet ta' mmaniġġjar tar-riskji ta' l-għargħar iridu, meta meħtieġ, iqisu miżuri f'zoni 'l fuq jew 'l isfel mix-xmara. Pjanijiet ta' immaniġġjar tar-riskju ta' għargħar stabbiliti fi Stat Membru wieħed m'għandhomx jinkludu miżuri li, bil-firxa u l-impatt tagħhom, iżidu b'mod sinifikattiv ir-riskji ta' għargħar 'il fuq jew 'l isfel f'pajjiżi oħra fl-istess baċin jew sotto-baċin tax-xmara, sakemm dawn il-miżuri ma jkunux ġew ikkoordinati u tkun instabet soluzzjoni miftiehma fost l-Istati Membri konċernati fil-qafas ta' l-Artikolu 8. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda hija maħsuba biex issir enfasi akbar fuq il-prinċipju tas-solidarjetà, skond l-Emenda 61 adottata fl-ewwel qari. Hija marbuta ma' Emenda 1 imressqa mill-istess Membru għall-Premessa 14. | |
Emenda 32 Artikolu 8, paragrafu 1 | |
1. Għal distretti ta' baċin tax-xmara jew unità ta' maniġġar imsemmija fl-Artikolu 3(2)(b) li jinsabu kollha kemm huma fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir pjan uniku ta' maniġġar tar-riskju ta' għargħar, jew sett ta' pjanijiet ta' maniġġar tar-riskju ta' għargħar ikkoordinati fil-livell tad-distrett tal-baċin tax-xmara. |
1. Għal distretti ta' baċin tax-xmara jew unità ta' maniġġar imsemmija fl-Artikolu 3(2)(b) li jinsabu kollha kemm huma fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir pjan uniku ta' maniġġar tar-riskju ta' għargħar, jew sett ta' pjanijiet ta' maniġġar tar-riskju ta' għargħar ikkoordinati fil-livell tad-distrett tal-baċin tax-xmara. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri jistgħu, suġġetti għall-Artikoli 4, 5, 6 u 7, jagħmlu użu minn pjanijiet u minn strumenti eżistenti, jekk dawn joffru protezzjoni kumparabbli kontra l-għargħar. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda hija maħsuba biex ma jittiħdux miżuri żejda u superfluwi fi Stati Membri li diġà fasslu pjanijiet u ħadu miżuri huma stess. Din l-emenda hija skond il-Pożizzjoni Komuni, b'mod partikulari l-Premessa 21. | |
Emenda 33 Artikolu 8, paragrafu 2 | |
2. Fil-każ ta' distrett ta' baċin tax-xmara internazzjonali jew unità ta' maniġġar imsemmija fl-Artikolu 3(2)(b) li tkun kompletament fil-Komunità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw koordinazzjoni bil-ħsieb li jsir pjan internazzjonali wieħed ta' maniġġar tar-riskju ta' għargħar, jew sett ta' pjanijiet ta' maniġġar tar-riskju ta' għargħar ikkoordinati fil-livell tad-distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara. Fejn ma jsirux pjanijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jagħmlu pjanijiet ta' maniġġar tar-riskju ta' għargħar li jkopru ta' l-inqas il-partijiet tad-distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara li jinsabu fit-territorju tagħhom, kemm jista' jkun ikkoordinati fil-livell tad-distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara. |
2. Fil-każ ta' distrett ta' baċin tax-xmara internazzjonali jew unità ta' mmaniġġjar imsemmija fl-Artikolu 3(2)(b) li tkun kompletament fil-Komunità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw koordinazzjoni bil-ħsieb li jsir pjan internazzjonali wieħed ta' mmaniġġjar tar-riskju ta' għargħar, jew sett ta' pjanijiet ta' mmaniġġjar tar-riskju ta' għargħar ikkoordinati fil-livell tad-distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara. Fejn ma jsirux pjanijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jagħmlu pjanijiet ta' mmaniġġjar tar-riskju ta' għargħar li jkopru ta' l-inqas il-partijiet tad-distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara li jinsabu fit-territorju tagħhom, kemm jista' jkun ikkoordinati fil-livell tad-distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara. L-Istati Membri m'għandhomx jieħdu miżuri jew azzjonijiet li jżidu r-riskji ta' l-għargħar f'żoni 'l fuq jew 'l isfel mix-xmara, sakemm ma jkunux parti minn pjan komuni biex jitnaqqsu r-riskji ta' l-għargħar. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda hija skond il-Pożizzjoni Komuni. | |
Emenda 34 Kapitolu V, Titolu | |
Koordinazzjoni mad-Direttiva 2000/60/KE, l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-pubbliku |
Koordinazzjoni mad-Direttiva 2000/60/KE, il-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni tal-pubbliku |
Ġustifikazzjoni | |
L-involviment attiv tal-partijiet interessati rilevanti kollha għandu jkun element ewlieni ta' l-immaniġġjar tar-riskji ta' l-għargħar peress li jippermetti l-integrazzjoni u l-konsiderazzjoni ta' l-opinjonijiet, il-ħtiġijiet u l-interessi ta' dawk li jużaw l-ilma u ta’ dawk li huma affettwati mill-għargħar. M'huwiex biżżejjed li wieħed ikun infurmat. | |
Emenda 35 Artikolu 9, punt 1 | |
(1) L-iżvilupp ta' l-ewwel mapep ta' periklu u riskju ta' għargħar u r-reviżjonijiet sussegwenti tagħhom kif imsemmijin fl-Artikoli 6 u 14 ta' din id-Direttiva, għandhom jitwettqu b' mod illi l-informazzjoni li jkun fihom tkun konsistenti ma' l-informazzjoni rilevanti ppreżentata skond id-Direttiva 2000/60/KE. Huma jistgħu, jekk jitqies xieraq, ikomplu jiġu kkoordinati u integrati mar-reviżjonijiet previsti fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2000/60/KE. |
(1) L-iżvilupp ta' l-ewwel mapep ta' periklu u riskju ta' għargħar u r-reviżjonijiet sussegwenti tagħhom kif imsemmijin fl-Artikoli 6 u 14 ta' din id-Direttiva, għandhom jitwettqu b' mod illi l-informazzjoni li jkun fihom tkun konsistenti ma' l-informazzjoni rilevanti ppreżentata skond id-Direttiva 2000/60/KE. Huma għandhom jiġu kkoordinati u jistgħu jiġu integrati mar-reviżjonijiet previsti fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2000/60/KE; |
Ġustifikazzjoni | |
Kompromess bejn il-pożizzjoni tal-Kunsill u dik tal-Parlament (ex Artikolu 13(1)). Għandu jkun hemm koordinazzjoni bejn id-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma, filwaqt li l-integrazzjoni fid-Direttiva tibqa’ għażla. | |
Emenda 36 Artikolu 9, punt 2 | |
2) L-iżvilupp ta' l-ewwel pjanijiet ta' maniġġar tar-riskju ta' għargħar u r-reviżjonijiet sussegwenti tagħhom kif imsemmi fl-Artikoli 7 u 14 ta' din id-Direttiva għandu jitwettaq, jekk jitqies xieraq, f'koordinazzjoni u jista' jiġi integrat mar-reviżjonijiet tal-pjanijiet ta' maniġġar ta' baċin tax-xmara previsti fl-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE. |
2) L-iżvilupp ta' l-ewwel pjanijiet ta' mmaniġġjar tar-riskju ta' għargħar u r-reviżjonijiet sussegwenti tagħhom kif imsemmi fl-Artikoli 7 u 14 ta' din id-Direttiva għandu jitwettaq f'koordinazzjoni u integrat mar-reviżjonijiet tal-pjanijiet ta' mmaniġġjar ta' baċin tax-xmara previsti fl-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE; |
Ġustifikazzjoni | |
L-iżvilupp tal-pjanijiet ta’ l-immaniġġjar ta’ baċin tax-xmara taħt id-Direttiva 2000/60/KE u tal-pjanijiet ta’ l-immaniġġjar tar-riskju ta’ l-għargħar taħt din id-Direttiva huma elementi ta’ mmaniġġjar integrat ta’ baċin tax-xmara; Iż-żewġ proċessi għandhom għalhekk jużaw il-potenzjal reċiproku għal sinerġiji u benefiċċji komuni. Il-mod l-iktar sostenibbli u effettiv f'sens ta' nfiq biex jiġu żviluppati kwalunkwe miżuri ta' mmaniġġjar tar-riskji ta' l-għargħar huwa li jkunu integrati ż-żewġ proċessi ta' ppjanar u rappurtaġġ, sabiex tkun evitata l-ħela ta' riżorsi amministrattivi u pubbliċi. | |
Emenda 37 Artikolu 9, punt 3 | |
3) L-involviment attiv tal-partijiet interessati kollha taħt l-Artikolu 10 ta' din id-Direttiva għandu jkun ikkoordinat, skond il-każ, ma' l-involviment attiv tal-partijiet interessati taħt l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/60/KE. |
3) L-involviment attiv tal-partijiet interessati kollha skond l-Artikolu 10 ta' din id-Direttiva għandu jkun ikkoordinat ma' l-involviment attiv tal-partijiet interessati skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/60/KE. |
Ġustifikazzjoni | |
L-iżvilupp tal-pjanijiet ta’ l-immaniġġjar ta’ baċin tax-xmara taħt id-Direttiva 2000/60/KE u tal-pjanijiet ta’ l-immaniġġjar tar-riskju ta’ l-għargħar taħt din id-Direttiva huma elementi ta’ mmaniġġjar integrat ta’ baċin tax-xmara; Iż-żewġ proċessi għandhom għalhekk jużaw il-potenzjal reċiproku għal sinerġiji u benefiċċji komuni. Il-mod l-iktar sostenibbli u effettiv f'sens ta' nfiq għall-iżvilupp ta’ kwalunkwe miżuri ta' mmaniġġjar tar-riskji ta' l-għargħar huwa li jkunu integrati ż-żewġ proċessi ta' ppjanar u rappurtaġġ sabiex tkun evitata l-ħela ta' riżorsi amministrattivi u pubbliċi inklużi rekwiżiti għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku.. | |
Emenda 38 Artikolu 11 | |
1. Il-Kummissjoni tista', skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), tadotta formati tekniċi għall-finijiet ta' l-ipproċessar u t-trasmissjoni ta' data, inkluża data statistika u kartografika, lill-Kummissjoni. Il-formati tekniċi għandhom jiġu adottati mill-inqas sentejn qabel id-dati indikati fl-Artikoli 4(4), 6(8) u 7(5), waqt li jitqiesu l-istandards eżistenti kif ukoll il-formati żviluppati fi ħdan l-atti Komunitarji rilevanti. |
1Il-Kummissjoni tista', skond proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(2), tadotta formati tekniċi għall-finijiet ta' l-ipproċessar u t-trasmissjoni ta' dejta, inkluża dejta statistika u kartografika, formati biex id-dejta tiġi mgħoddija lill-Kummissjoni, meta dispożizzjonijiet mhux essenzjali ta' din i-Direttiva jiġu emendati permezz ta' żieda. Il-formati tekniċi għandhom jiġu adottati mill-inqas sentejn qabel id-dati indikati fl-Artikoli 4(4), 6(8) u 7(5), waqt li jitqiesu l-istandards eżistenti kif ukoll il-formati żviluppati fi ħdan l-atti Komunitarji rilevanti. |
2. Il-Kummissjoni tista', waqt li tqis il-perijodi għar-reviżjoni u l-aġġornament u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), tadatta l-Anness għall-progress xjentifiku u tekniku. |
2. Il-Kummissjoni tista', waqt li tqis il-perijodi għar-reviżjoni u l-aġġornament u skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(2), tadatta l-Anness għall-progress xjentifiku u tekniku. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-Emenda twassal għat-tibdil meħtieġ skond il-proċedura ġdida tal-komitoloġija. | |
Emenda 39 Artikolu 12, paragrafu 2 | |
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skond l-Artikolu 8 tagħha. |
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. |
Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE irid jiġi stabbilit bħala dak ta’ tliet xhur. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tagħmel l-aġġustamenti neċessarji b’konformità mal-proċedura ġdida ta’ komitoloġija. | |
Emenda 40 Artikolu 13, paragrafi 1 sa 3 | |
1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jwettqux il-valutazzjoni preliminari tar-riskju msemmija fl-Artikolu 4 għal dawk il-baċini tax-xmajjar, sotto-baċini jew żoni kostali fejn ikunu jew: |
1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jwettqux il-valutazzjoni preliminari tar-riskju msemmija fl-Artikolu 4 għal dawk il-baċini tax-xmajjar, sotto-baċini jew żoni kostali fejn ikunu jew: |
(a) diġà wettqu valutazzjoni tar-riskju biex jikkonkludu, qabel it-22 ta' Diċembru 2010, li jeżisti potenzjal ta' riskju ta' għargħar sinifikanti jew jista' raġonevolment jitqies li x'aktarx iseħħ li jwassal għall-identifikazzjoni taż-żona fost dawk imsemmijin fl-Artikolu 5(1) jew |
(a) diġà wettqu valutazzjoni tar-riskju biex jikkonkludu, qabel ...*, li jeżisti riskju ta' għargħar sinifikanti jew jista' jitqies li x'aktarx iseħħ li jwassal għall-identifikazzjoni taz-zona fost dawk imsemmijin fl-Artikolu 5(1) jew |
(b) iddeċidew qabel it-22 ta' Diċembru 2010 li jħejju mapep ta' periklu ta' għargħar u mapep ta' riskju ta' għargħar u li jistabbilixxu pjanijiet għall-maniġġar tar-riskju ta' għargħar skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva. |
(b) iddeċidew qabel ...*, li jħejju mapep ta' periklu ta' għargħar u mapep ta' riskju ta' għargħar u li jistabbilixxu pjanijiet għall-maniġġar tar-riskju ta' għargħar skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva. |
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu użu mill-mapep tal-periklu ta' għargħar u l-mapep tar-riskju ta' għargħar iffinalizzati qabel it-22 ta' Diċembru 2010, jekk tali mapep jipprovdu livell ta' informazzjoni ekwivalenti għall-ħtiġiet ta' l-Artikolu 6. |
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu użu mill-mapep tal-periklu ta' għargħar u l-mapep tar-riskju ta' għargħar iffinalizzati qabel ...*, jekk tali mapep jipprovdu livell ta' informazzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. |
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu użu minn pjanijiet ta' maniġġar tar-riskju ta' għargħar iffinalizzati qabel it-22 ta' Diċembru 2010, sakemm il-kontenut ta' dawn il-pjanijiet ikun ekwivalenti għall-ħtiġiet imniżżla fl-Artikolu 7. |
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu użu minn pjanijiet ta' maniġġar tar-riskju ta' għargħar iffinalizzati qabel ...*, sakemm il-kontenut ta' dawn il-pjanijiet ikun ekwivalenti għall-ħtiġiet imniżżla f’din id-Direttiva. |
|
_____ * Data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. |
Emenda 41 Artikolu 16 | |
Sa mhux aktar tard mit-22 ta' Diċembru 2018, u kull sitt snin minn hemm 'il quddiem il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. |
Sa mhux aktar tard mit-22 ta' Diċembru 2018, u kull sitt snin minn hemm 'il quddiem il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. L-impatt tal-bidla fil-klima għandu jitqies waqt it-tfassil ta’ dan ir-rapport. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tirrifletti l-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari (ex Artikolu 19). L-impatt negattiv tal-bidla fil-klima m’għandux jiġi injorat minn din id-direttiva u għandu jissemma b’mod espliċitu f’dan il-punt. | |
Emenda 42 Anness A, intestatura A, taqsima I, punt 4 a (ġdid) | |
|
4a) il-prijoritizazzjoni tal-miżuri li jippromwovu l-prevenzjoni ta' ħsara skond l-objettivi ta' "non-deterjorar" u/jew ta' "l-istejtus ekoloġiku, kimiku u kwantitattiv tajjeb" tad-Direttiva 2000/60/KE bħal: |
|
- ħarsien ta' artijiet mistagħdra u pjanuri ta' l-għargħar, |
|
- restawr ta' artijiet mistagħgra u pjanuri ta' l-għargħar irvinati (inklużi l-liwjiet tax-xmajjar), speċjalment ta' dawk fejn ix-xmajjar jerġgħu jgħaddu mill-pjanuri ta' l-għargħar tagħhom, |
|
- tneħħija ta' infrastrutturi obsoleti tad-difiża tax-xmajjar mill-għargħar, |
|
- prevenzjoni ta' iktar kostruzzjoni (infrastrutturi, djar, eċċ.) fil-pjanuri ta' l-għargħar, |
|
- promozzjoni ta' miżuri ta' kostruzzjoni biex jittejjeb bini eżistenti (bħal pedamenti b'kolonni tqal), |
|
- appoġġ għall-prattiki sostenibbli ta' użu ta' l-art f'zoni mnejn jaqa' l-ilma ġo xmara, bħar-riforestazzjoni, sabiex tittejjeb iż-żamma naturali ta' l-ilma u jiżdied l-ilma li jinfiltra taħt l-art, |
|
- awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni minn qabel għal attivitajiet permanenti fi pjanuri ta' l-għargħar, bħall-kostruzzjoni u l-iżvilupp industrijali. |
Ġustifikazzjoni | |
Terġa' tiddaħħal l-emenda mill-ewwel qari (emenda 37). Ara l-ġustifikazzjoni għall-Artikolu 7, paragrafu 2 (Lienemann). |
- [1] Testi adottati, 13.6.2006, P6_TA(2006)0253.
- [2] Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.
- [3] ĠU L 327, 22.2.2000, p. 1. Direttiva kif emendata mid-Deċiżjoni Nru. 2455/2001/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).
NOTA SPJEGATTIVA
1. Introduzzjoni:
Il-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar ta’ l-għargħar fit-18 ta’ Jannar 2006.
Il-Parlament Ewropew ta l-opinjoni tiegħu fl-ewwel qari fit-13 ta’ Ġunju 2006.
Il-Kumitat tar-Reġjuni ddeċieda li ma jagħtix opinjoni.
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta l-opinjoni tiegħu fis-17 ta’ Mejju 2006.
Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu fit-23 ta’ Novembru 2006.
2. Sfond:
L-għan tad-direttiva hu li jinħoloq qafas leġiżlattiv għall-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji ta’ l-għargħar, sabiex jiġu mħarsa s-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, il-wirt kulturali u l-attività ekonomika. Dan l-għan jintlaħaq permezz ta’ approċċ bi tliet stadji. L-ewwel għandha ssir valutazzjoni tar-riskji ta’ għargħar, sabiex jiġu identifikati inħawi li jkunu fil-periklu. Wara jsiru l-mapep ta’ l-għargħar, u fl-aħħar jitfasslu l-pjanijiet għall-immaniġġjar tar-riskju ta’ l-għargħar għall-baċini tax-xmajjar. Fid-dawl tal-kundizzjonijiet ġeografiċi u idroloġiċi u l-istrutturi ta’ rħula(settlement) differenti fl-Istati Membri, id-direttiva tippermettilhom grad konsiderevoli ta’ flessibilità fid-determinazzjoni tal-livell meħtieġ ta’ protezzjoni u l-miżuri li għandhom jittieħdu.
3. Tibdiliet introdotti bil-pożizzjoni komuni:
Il-pożizzjoni komuni tinkludi numru ta’ emendi mill-ewwel qari tal-Parlament, li ġew aċċettat b’mod sħiħ jew parzjali. Il-pożizzjoni komuni tbiddel ukoll l-istruttura tad-direttiva b’mod sinjifikanti. Minkejja li l-verżjoni tal-Kunsill daħħlet ċarezza strutturali f’xi postijiet, din il-verżjoni hija naqset milli tinkorpora wħud mill-emendi importanti tal-Parlament, jew inkella għammdithom (watered them down). Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill mhux biss għandha tinbidel sabiex jiġu rranġati każijiet ta’ użu ta’ lingwaġġ li mhux ċar u ta’ kliem li mhux legalment preċiż, iżda għandhom jerġgħu jiġu mdaħħla sensiela ta’ emendi mill-ewwel qari tal-Parlament. Qabel mar-rapporteur ikun jista’ jaċċetta l-pożizzjoni komuni, huwa essenzjali li jsir aktar titjib, kif juri ċar dan li ġej:
1) Bidla fil-klima:
L-evidenza tal-bidla fil-klima u d-dibattitu pubbliku li qed tqajjem ifissru li mhux komprensibbli li ma jsirux valutazzjoni u kunsiderazzjoni xierqa ta’ l-impatt tal-bidla fil-klima fuq ir-riskju ta’ għargħar fil-valutazzjoni preliminari tar-riskji ta’ għargħar. Ir-rapporteur huwa konxju li għal valutazzjoni preliminari ma tista’ tiġi prodotta ebda data estensiva ġdida, iżda għandu jsir użu mid-data eżistenti. Mhux ser ikun faċli li jiġi spjegat liċ-ċittadini Ewropej li l-kwistjoni tal-bidla fil-klima ġiet injorata f’din il-valutazzjoni fundamentali.
2) Skadenzi:
Sabiex tiġi żgurata proċedura ta’ ħeffa, l-iskadenzi oriġinali għall-ikkompletar tax-xogħol preliminari għandhom jerġgħu jiġu introdotti.
B’kuntrast mal-Kunsill, ir-rapporteur huwa konvint li jinħtieġu tibdiliet fir-rigward tax-xogħol preliminari magħmul mill-Istati Membri sabiex jitħares ix-xogħol eżistenti. Għal din ir-raġuni, l-emendi mill-ewwel qari qed jerġgħu jiġu mressqa. Ma jkunx rakkomandabbli l-validità tal-klawżola dwar ix-xogħol eżistenti tiġi estiża sa l-2010, jiġifieri lil hinn mid-data meta tidħol fis-seħħ id-direttiva, għax dan ma jkunx konformi mal-prinċipju tal-ħarsien tax-xogħol eżistenti, u jkun hemm riskju li l-objettivi tad-direttiva jiġu mxejna.
3) Komitoloġija:
Il-bidliet magħmula mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta’ Lulju 2006 li jistipulaw il-proċeduri għall-eżerċitar tas-setgħat ta' implimentazzjoni mgħoddija lill-Kummissjoni (komitoloġija) loġikament jirrikjedu li jsiru aġġustamenti, li huma ssuġeriti hawnhekk mir-rapporteur.
4) Koordinazzjoni mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma:
Rigward il-koordinazzjoni u l-integrazzjoni bejn din id-Direttiva u d-Direttiva 2000/60/KE, il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tneħħi r-rekwiżit għal kooordinazzjoni mil-qrib, filwaqt li tagħmilha għażla. Meta jitfasslu l-mapep tar-riskji u l-perikli ta’ l-għargħar, l-għan għandu jkun il-koordinazzjoni mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. L-integrazzjoni tal-mapep fid-Direttiva Qafas, madankollu, għandha tibqa’ għażla.
5) L-inħawi li jżommu l-ilma u l-potenzjal li jittaffa l-għargħar:
Il-Membri jemmnu li jekk fil-valutazzjonijiet preliminari u fit-tfassil tal-mapep u tal-pjanijiet għall-immaniġġjar tar-riskju ta’ l-għargħar, jiġu injorati nħawi li jistgħu potenzjalment ikollhom irwol siewi li jilqgħu l-għargħar, hemm il-periklu li ma jsirx biżżejjed sabiex jonqos ir-riskju ta’ għargħar.
6) Integrazzjoni tal-politiki:
Sabiex isir immaniġġjar effiċjenti tar-riskju ta’ l-għargħar, dan irid jiġi integrat ma’ politiki relevanti oħra.
7) Il-prinċipju tas-solidarjetà:
Il-Membri jaraw ħtieġa li jinkludu dan il-prinċipju espliċitament għal pajjiżi/reġjuni “upstream” u “downstream”.
8) Dritt tal-kontinwità:
Ir-rapporteur u wħud mill-Membri jfittxu li jsaħħu l-idea li jħallu lill-Istati Membri jużaw xogħol diġà eżistenti.
9) Effettività tad-difiżi kontra l-għargħar:
Valutazzjoni ta' l-effettività ekonomika u ambjentali hija introdotta mill-ġdid minn uħud mill-Membri.
PROĊEDURA
Titolu |
L-evalwazzjoni u l-immaniġġjar ta' l-għargħar |
|||||||
Referenzi |
12131/6/2006 - C6-0038/2007 - 2006/0005(COD) |
|||||||
Data ta’ l-ewwel qari tal-PE – Numru P |
13.6.2006 T6-0253/2006 |
|||||||
Proposta tal-Kummissjoni |
COM(2006)0015 - C6-0020/2006 |
|||||||
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni |
18.1.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 18.1.2007 |
|||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Richard Seeber 29.11.2005 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
30.1.2007 |
|
|
|
||||
Data ta' l-adozzjoni |
27.2.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: -: 0: |
49 5 1 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Liam Aylward, Pilar Ayuso, Irena Belohorská, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, Martin Callanan, Dorette Corbey, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Jill Evans, Anne Ferreira, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jens Holm, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Jules Maaten, Linda McAvan, Alexandru-Ioan Morţun, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Antonyia Parvanova, Frédérique Ries, Guido Sacconi, Daciana Octavia Sârbu, Karin Scheele, Carl Schlyter, Richard Seeber, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Anders Wijkman |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Kathalijne Maria Buitenweg, Christofer Fjellner, Milan Gaľa, Hélène Goudin, Jutta Haug, Karin Jöns, Henrik Lax, Andres Tarand |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Catherine Stihler, Elisa Ferreira |
|||||||