RAPPORT dwar Promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd
15.3.2007 - (2006/2240(INI))
Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Marie Panayotopoulos-Cassiotou
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar Promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd – Il-kontribuzzjoni ta’ l-UE fl-implimentazzjoni ta’ l-aġenda tax-xogħol deċenti fid-dinja, (COM(2006)0249),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma ta' l-Istaff tal-Kummissjoni - Anness tal-komunikazzjoni dwar ix-xogħol deċenti (SEC(2006)0643),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ix-xogħol deċenti (CESE 1054/2006),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' l-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali,
– wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet ta' l-ILO u l-Istandards Bażiċi tax-Xogħol,
– wara li kkunsidra l-paragrafu 47 tar-riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar ir-Riżultat tas-Samit Dinji ta' l-24 ta' Ottubru 2005,
– wara li kkunsidra r-riżultat tad-dokument tas-Sammit tan-NU ta' Settembru 2005 (paragrafu 47) dwar ix-xogħol deċenti u l-globalizzazzjoni ġusta u l-adozzjoni tad-dikjarazzjoni ministerjali mill-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-NU fil-5 ta' Lulju 2006, li tiddikjara li hemm bżonn urġenti biex jinħoloq ambjent fuq il-livelli nazzjonali u internazzjonali, li jwassal għal ġenerazzjoni ta' impjiegi sħaħ u produttivi u għal xogħol deċenti għal kulħadd, bħala element ewlieni għal żvilupp sostenibbli,
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni Dinjija dwar id-Dimensjoni Soċjali tal-Globalizzazzjoni, intitolat "Globalizzazzjoni ġusta: il-ħolqien ta' opportunitajiet għal kulħadd" ta' Frar 2004,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-Dimensjoni Soċjali tal-Globalizzazzjoni – il-kontribut politiku ta’ l-UE għall-estensjoni tal-benefiċċji għal kulħadd (COM(2004)0383),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma ta' l-Istaff tal-Kummissjoni intitolat "It-Tieni Rapport Annwali dwar il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (SEC(2006)0892),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-4 ta’ Lulju 2002 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali intitolat "Il-Promozzjoni ta’ l-Istandards Bażiċi tax-Xogħol u t-Titjib fit-Tmexxija Soċjali fil-Kuntest tal-Globalizzazzjoni"[1],
– wara li kkunsidra l-istqarrija konġunta mill-Kunsill u mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri f'laqgħa fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika ta' Żvilupp ta' l-Unjoni Ewropea: "Il-Konsensus Ewropew"[2],
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Investiment fiċ-Ċittadini - Komunikazzjoni dwar il-programm tematiku għall-iżvilupp uman u soċjali u l-prospettivi finanzjarji għall-2007-2013" (COM(2006)0018),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2002 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "L-Adattament għall-bidliet fix-xogħol u fis-soċjetà: strateġija ġdida tal-Komunità dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol 2002-2006[3],
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat tax-Xogħol u l-Politika Soċjali tal-Korp Governattiv ta' l-ILO, intitolat "Aġġornament ta' l-implimentazzjoni ta' l-Aġenda Dinjija għax-Xogħol u aspetti relatati ta' integrazzjoni ta' politika" ta' Marzu 2004,
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma ta' l-ILO dwar "Aspetti Legali tat-Traffikar għal Skopijiet ta' Xogħol Sfurzat" ta' April 2006,
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma ta' l-ILO Nru 58 dwar "Xogħol deċenti, standards u indikaturi" TA' Awwissu 2005,
– wara li kkunsidra l-istudju ta' l-ILO dwar "Nuqqasijiet ta' xogħol deċenti madwar id-dinja: tkejjil ta' tendenzi b'indiċi TA' Awwissu 2006,
– wara li kkunsidra n-nota ta' l-ILO dwar "Xogħol deċenti f'oqfsa nazzjonali", dipartiment ta' l-Integrazzjoni ta' Politika, Ottubru 2004,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 31(1), tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea li tiddikjara li "kull ħaddiem għandu d-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sikurezza u d-dinjità tiegħu jew tagħha",
– wara li kkunsidra l-Artikolu 152(1) tat-Trattat KE li jiddikjara li "livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem għandu jkun żgurat fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u ta' l-attivitajiet kollha tal-Komunità",
– wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tal-Ftehima ta' Sħubija bejn il-Grupp ta' Stati ta' l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (ACP), min-naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmata f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000[4],
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ix-xogħol deċenti għal kulħadd adottati fi Brussell fl-1 ta' Diċembru 2006,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' ffinanzjar għal koperazzjoni ta' żvilupp[5],
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' ffinanzjar għall-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fid-dinja kollha[6],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal- Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6‑0068/2007);
A. billi l-kunċett tax-xogħol deċenti jmur ferm lil hinn mill-ħarsien ta' l-istandards bażiċi tax-xogħol; billi l-kunċett jinkludi xogħol produttiv u magħżul b'mod liberu, id-drittijiet fuq ix-xogħol, ħarsien soċjali u djalogu soċjali, u l-ugwaljanza bejn is-sessi taħt l-erba' pilastri;
B. billi l-mezzi biex jinkiseb xogħol deċenti għandu jkun adattat għall-aspetti speċifiċi u għall-livell ta' żvilupp u ta' kapaċitajiet ta' kull soċjetà; billi l-isforzi biex jiġi promoss ix-xogħol deċenti għandu jinkludi l-ħaddiema fl-ekonomija formali u informali, inklużi l-ħaddiema fis-settur agrikolu, il-persuni li jaħdmu għal rashom, il-ħaddiema part-time, il-ħaddiema temporanji u dawk li jaħdmu d-dar;
C. billi l-promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd fil-livelli kollha għandha tkun objettiv globali, kif mitlub mill-Kummissjoni Dinjija dwar id-Dimensjoni Soċjali tal-Globalizzazzjoni, mir-riżoluzzjoni tan-NU dwar ir-Riżultat tas-Sammit Dinji 2005 u mid-dikjarazzjoni ministerjali adottata mill-ECOSOC fil-5 ta' Lulju 2006; billi dan l-objettiv għandu jkun parti mill-isforzi sabiex jitwettqu l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp u l-impenji tas-Samit Dinji għall-Iżvilupp Soċjali ta' Kopenħagen ta' l-1995;
D. billi llum hemm tendenza li x-xogħol deċenti jkun mistmerr u mżeblaħ minħabba l-ftuħ ta' swieq ġodda ta' xogħol irħis (cheap labour) u t-tentattiv korrispondenti li jiġi sfruttat id-dumping tal-ħaddiema bi qliegħ ('lucrative’ labour dumping), li laħaq dimensjonijiet allarmanti, l-iżjed minħabba r-rilokazzjoni (ġieli fuq skala kbira) ta' intrapriżi Ewropej;
E. billi l-ILO huwa korp kompetenti biex jiddefinixxi u jinnegozja l-istandards bażiċi tax-xogħol u biex jissorvelja l-applikazzjoni tagħhom fil-liġi u fil-prattika; billi koperazzjoni msaħħa bejn l-ILO u l-partijiet interessati rilevanti kollha u l-parteċipazzjoni sħiħa ta' l-ILO fix-xogħol tad-WTO hija essenzjali, u billi l-UE li tirrappreżenta 25 Stat Membru għandha piż sinifikanti u sehem ewlieni f'dan il-qasam kif ukoll fil-qasam ta' governanza soċjali;
F. billi l-Programmi tal-Pajjiżi għax-Xogħol Deċenti ta' l-ILO u kif ukoll sforzi oħrajn minn aġenziji ta' żvilupp internazzjonali u n-NU li għandhom l-għan li jindirizzaw l-isfida ta' l-impjiegi f'kuntest usa' għal strateġiji nazzjonali u reġjonali għall-iżvilupp, għall-ġlieda kontra l-qgħad u għat-tnaqqis ta' faqar;
G. billi fil-perjodu ta' bejn l-2000 u l-2006, l-impjiegi, il-koeżjoni soċjali u x-xogħol deċenti ma kinux koperti mill-biċċa l-kbira tal-programmi u l-istudji dwar il-koperazzjoni esterna;
H. billi x-xogħol deċenti qed isir iċ-ċentru tat-titjib kontinwu fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u fil-ġlieda kontra l-qgħad, il-faqar u l-esklużjoni soċjali; billi qiegħed isir dejjem iżjed diffiċli li jiġi ggarantit xogħol bi ħlas għal kulħadd, u għalhekk trid tingħata kunsiderazzjoni lil xi forma ta' dħul universali għaċ-ċittadini;
I. billi l-istandards tax-xogħol deċenti ta' spiss ma jintlaħqux fix-xogħol part-time, fl-impjegar limitat u f'forom oħrajn ta' xogħol partikularment ta' sfruttar, u, fl-ekonomija informali, fl-attivitajiet mhux iddikjarati u illegali, inklużi xogħol sfurzat u tħaddim tat-tfal;
J. billi sitwazzjonijiet ta' xogħol indeċenti jistgħu jiġu osservati wkoll fost dawk li jiġu sforzati (iżjed milli jagħżlu) li jaħdmu part-time, li ħafna minnhom jgħixu bi dħul li hu inqas mill-paga minima;
K. billi r-rispett tad-diversitajiet kulturali, il-globalizzazzjoni ġusta u l-għanijiet ta' impjiegi sħaħ u produttivi u x-xogħol deċenti għal kulħadd, inklużi l-persuni b'diżbiltà, in-nisa, il-ħaddiema żgħażagħ u anzjani, il-minoritajiet kulturali u indiġeni, il-migranti, in-nies bi kwalifiki ta' livell baxx u dawk li jgħixu f'zoni żvantaġġjati, huma l-istrument ewlieni għall-ġlieda kontra l-faqar, il-qgħad u l-esklużjoni soċjali;
L. billi l-entitajiet internazzjonali kollha għandhom jgħinu biex jiżdiedu l-opportunitajiet għall-persuni aktar anzjani biex jiksbu u jżommu xogħol deċenti, billi jtejjbu l-aċċess tagħhom għal skemi ta' tagħlim ta’ tul il-ħajja u t-taħriġ tagħhom għal tipi ġodda ta' xogħol fuq naħa, jew billi jiġi żgurat li jkollhom pensjoni xierqa, kura medika u servizzi u benefiċċji soċjali rilevanti oħrajn fuq in-naħa l-oħra; meta wieħed iqis li l-protezzjoni soċjali hija parti integrali tax-xogħol deċenti;
M. billi ż-żgħażagħ kullimkien għandhom id-dritt li jsibu xogħol deċenti; billi dawn l-isforzi għandhom jiġu żviluppati fuq approċċ bejn il-ġenerazzjonijiet li jqis iċ-ċiklu tal-ħajja; billi perjodu twil ta' qgħad fil-bidu tal-ħajja tax-xogħol ta' persuna żgħażugħa jaf ikollu impatt fit-tul fuq il-kapaċità ta' impjieg tagħha, id-dħul u l-aċċess tagħha għal impjiegi ta' kwalità;
N. billi bosta ħaddiema migranti fl-Ewropa ma jgawdux minn kundizzjonijiet ta' xogħol deċenti;
O. billi f'ħafna nħawi fid-dinja n-nisa huma f'riskju li jkunu soġġetti għal kundizzjonijiet tax-xogħol mhux ġusti u għalhekk jistħoqqilhom attenzjoni speċjali f'dan ir-rigward;
P. billi s-sistemi edukattivi u ta' taħriġ adattati għad-domandi ta' soċjetà ta' l-għarfien għandhom irwol kruċjali fil-preparazzjoni taż-żgħażagħ għall-inklużjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol billi jgħinu biex jiżdiedu l-opportunitajiet tagħhom li jsibu xogħol li jkun deċenti u ta' kwalità aħjar;
Q. billi t-tagħlim ta’ tul il-ħajja jippermetti lill-persuni kollha biex jiksbu l-ħiliet meħtieġa biex jadattaw għall-bżonnijiet li jinbidlu tas-suq tax-xogħol, biex jikkontribwixxu għall-produttività tiegħu u biex jipparteċipaw bħala ċittadini attivi fis-soċjetà ta' l-għarfien;
R. billi l-Istati Membri kollha fasslu pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali għall-impjieg skond il-Linji Gwida għall-Impjiegi li tniedew fil-Laqgħa Straodrinarja tal-Kunsill Ewropew dwar l-Impjiegi fil-Lussemburgu fl-20 u fil-21 ta' Novembru 1997;
S. billi l-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi (EES) u l-istrateġiji għall-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali għandhom l-għan li jagħtu direzzjoni u jiżguraw il-koordinazzjoni tal-prijotitajiet tal-politika ta' l-impjiegi u tal-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali li l-Istati Membri għandhom jikkonformow magħhom fuq livell ta' UE;
T. billi fl-Istrateġija ta' Liżbona għat-Tkabbir u għall-Impjiegi riveduta u fl-Istrateġija Ewropea dwar żvilupp sostenibbli tiegħu, il-Kunsill Ewropew fit-22 u t-23 ta' Marzu 2005, enfasizza l-importanza li tiġi żviluppata ħajja tax-xogħol b'mod sostenibbli soċjalment;
U. billi l-UE impenjat ruħha għal għan strateġiku ġdid permezz ta' l-Istrateġija ta' Liżbona: biex issir l-iktar ekonomija kompetittiva u dinamika bbażata fuq l-għarfien fid-dinja, kapaċi li tikber ekonomikament b’mod sostenibbli b’iktar impjiegi li jkunu aħjar, b’koeżjoni soċjali ikbar u b'livell għoli ta' ħarsien ambjentali; billi r-riżultati antiċipati s'issa għadhom ma ħarġux fid-dieher;
V. billi, kif indikat fil-Linji Gwida għall-politiki ta' l-impjiegi (2005-2008), sabiex tissaħħaħ il-kompetittività ta' l-Unjoni Ewropea b'mod soċjalment sostenibbli, huwa importanti ħafna li titjieb il-produttività permezz tal-promozzjoni tax-xogħol deċenti u tal-kwalità tal-ħajja tax-xogħol, inklużi s-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol, il-bilanċ aħjar bejn il-flessibiltà u s-sigurtà fl-impjiegi, it-tagħlim ta’ tul il-ħajja, il-fiduċja u l-parteċipazzjoni reċiproka kif ukoll konċiljazzjoni aħjar bejn il-ħajja privata/tal-familja u dik tax-xogħol; il-ġlieda kontra d-diskriminazzjon tas-sessi u l-forom l-oħra kollha ta' diskriminazzjoni, kif ukoll il-promozzjoni ta' integrazzjoni soċjali ta' gruppi vulnerabbli, huma partijiet integrali ta' l-isforzi lejn xogħol deċenti;
1. Iqis li x-xogħol deċenti huwa ċ-ċentru tal-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali;
2. Jemmen li l-Unjoni Ewropea tista' tagħti kontribut sinifikanti lejn il-promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd permezz tal-politiki tagħha kemm dawk interni u kemm ta' dawk esterni, billi tapplika l-valuri u l-prinċipji soċjali tagħha, billi tikkumbatti kull forma ta' labour dumping u billi tressaq 'il quddiem l-irwol tagħha fuq il-livell internazzjonali;
3. Jenfasizza li x-xogħol deċenti m'hux biss kwistjoni ta' impjiegi jew ta' protezzjoni soċjali iżda wkoll kwistjoni ta' tmexxija, u li l-implimentazzjoni ta' politiki effettivi ffokati fuq ix-xogħol deċenti teħtieġ istituzzjonijiet responsabbli, impenn politiku lejn immaniġġjar tajjeb ta' l-Istat u soċjetà ċivili soda u organizzata;
4. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iqisu l-kunsiderazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Dinjija dwar id-Dimensjoni Soċjali tal-Globalizzazzjoni, tar-riżoluzzjoni tan-NU dwar ir-Riżultat tas-Sammit Dinji 2005 u tad-dikjarazzjoni ministerjali adottata mill-ECOSOC fil-5 ta' Lulju, u biex jinkludu l-prospettiva tax-xogħol deċenti fl-attivitajiet kollha ta' l-Unjoni Ewropea u biex jinkuraġġixxu lill-Istati Membri biex jagħmlu l-istess;
5. Jenfasizza l-bżonn tal-kumpaniji multinazzjonali b'mod partikulari biex jiddefendu l-prinċipju tad-dimensjoni soċjali tal-globalizzazzjoni, u biex jikkonformaw ma' l-istandards internazzjonali tax-xogħol u mal-prattiki tax-xogħol deċenti fil-ħidmiet tagħhom kollha madwar id-dinja;
6. Jitlob lill-Kummissjoni biex tpoġġi fil-prattika l-istrateġija u l-orjentazzjonijiet li pproponiet għall-mobilizzazzjoni aħjar tal-politiki interni u esterni ta' l-UE dwar il-promozzjoni ta' l-aġenda tax-xogħol deċenti, speċjalment f'kwistjonijiet ta' żvilupp, assistenza esterna, tkabbir, politika għall-maġar, kummerċ, migrazzjoni, relazzjonijiet esterni bilaterali u multilaterali;
7. Jenfasizza li l-possibilità li jinkisbu l-Miri ta' Żvilupp tal-Millenju (MDGs) u t-tisħiħ tal-kunċett tax-xogħol deċenti permezz ta' għajnuna ta' żvilupp sostenibbli teħtieġ politika ta' taxxa innovattiva u ġusta, eż. taxxi fuq tranżazzjonijiet finanzjarji u fuq il-valuta;
8. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ma jabdikawx mir-responsabilitajiet tagħhom ta' l-implimentazzjoni tal-GSP+, iżda biex taħdem b'mod attiv ma' l-ILO biex tiżgura li t-termini tal-ftehimiet ikunu osservati b'mod sħiħ, u, fejn meħtieġ, biex tuża l-poteri fid-dispożizzjoni tagħha biex tikkanċella preferenzi ma' kwalunkwe pajjiż li jfalli milli jirrispetta d-drittijiet fundamental soċjali, tax-xogħol u tal-bniedem, inklużi d-dritt tal-libertà ta' assoċjazzjoni, u konvenzjonijiet bażiċi oħrajn ta' l-ILO u standards tax-xogħol;
9. Jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex turi aktar dixxiplina fl-implimentazzjoni tal-GSP billi tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-gvernijiet benefiċjarji u biex tagħmel użu mill-istrumenti ta' kontroll disponibbli fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 billi tapplika skema ta' preferenzi ta' tariffi ġeneralizzati u, fejn ikun hemm bżonn, tapplika l-mekkaniżmi biex tissospendi temporanjament il-preferenzi għal dawk il-pajjiżi li ma jonorawx l-impenji tagħhom u li jiksru d-drittijiet soċjali fundamentali b'mod gravi u sistematiku filwaqt li tiżgura li t-tneħħija tal-preferenzi ma tinkuraġġixix il-protezzjoniżmu; jappella wkoll għal sorveljanza u biex l-applikazzjoni ta' dawk il-mekkaniżmi tiġi estiża biex tkopri pajjiżi benefiċjarji oħra tal-GSP, speċjalment rigward it-tħaddim ta' tfal u x-xogħol sfurzat, li l-eliminazzjoni tagħhom hija sfida ċentrali għall-ILO, kif indikat fir-rapport tagħha bit-titolu 'It-tmiem tat-tħaddim ta' tfal: Għan fil-viċin';
10. Jitlob lill-Istati Membri, wara l-impenn tal-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha dwar ix-xogħol deċenti, biex tikkunsidra d-dimensjoni soċjali tax-xogħol deċenti fl-inizjattivi tal-Kummissjoni meta tikkonkludi l-ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi;
11. Jenfasizza li l-aġenda tax-xogħol deċenti tinkorpora numru ta' strateġiji universali, li m'humiex marbutin ma' mudell ta' żvilupp speċifiku iżda huma direttament relatati ma' distribuzzjoni iżjed ġusta u bilanċjata tal-ġid prodott, u li din hija strument li jfassal l-iżvilupp għal valuri u prinċipji ta' azzjoni u ta' tmexxija li jgħaqqdu l-kompetittività ekonomika mal-ġustizzja soċjali;
12. Fi ħdan il-kuntest ta' l-istrateġija ta' l-iżvilupp sostenibbli, jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa approċċ konsistenti rigward ir-rabtiet bejn il-politiki soċjali, ambjentali u dawk ta' l-impjiegi, ibbażati fuq il-libertà u r-responsabilità;
13. Jisħaq li l-għan tax-xogħol deċenti jitlob pakkett koerenti u integrat ta' politiki ekonomiċi u soċjali li jfittxu li jippromwovu impjiegi produttivi u ta' kwalità; jenfasizza li l-aġenda tax-xogħol deċenti ssostni l-adozzjoni ta' politiki li jmorru lil hinn mill-politiki tas-suq tax-xogħol tradizzjonali, u li għandha tkun appoġġjata bil-politiki ekonomiċi kollha ta' l-Istati Membri;
14. Jistieden lill-Istati Membri u lin-negozji, b'koperazzjoni ma' l-isħab soċjali u fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol, biex jadottaw strateġiji ta' prevenzjoni u biex jimplimentaw miżuri maħsubin biex jipproteġu l-maternità u biex itejjbu s-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol għal ħaddiema tqal u għal ħaddiema li jkunu għadhom kif welldu jew li jkunu għadhom ireddgħu;
15. Jisħaq fuq il-bżonn li tittejjeb it-trasparenza tas-suq tax-xogħol, sabiex kull tip ta' xogħol (temporanju, permanenti, full-time, part-time, u dak li jitħallas bis-siegħa) jkun uffiċjali, imħallas b'mod deċenti, u jkun jirrispetta b'mod sħiħ id-drittijiet tal-ħaddiema, l-istandards bażiċi tax-xogħol, id-djalogu soċjali, il-protezzjoni soċjali (inklużi s-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol) u l-ugwaljanza bejn is-sessi;
16. Ifakkar li l-kundizzjonijiet tax-xogħol għaż-żgħażagħ, inklużi dawk ta' l-apprendisti, jridu jirrispettaw id-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema kollha u l-prinċipji tax-xogħol deċenti;
17. Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar xogħol deċenti i jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-pajjiżi li se jissieħbu biex jirratifikaw u jimplimentaw b'mod sħiħ il-konvenzjonijiet ta' l-ILO li kienu klassifikati mill-ILO bħala aġġornati, b'mod partikulari dawk relatati max-xogħol deċenti; huwa konvint li l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet ta' l-ILO relatati max-xogħol deċenti għandhom ikunu promossi fil-politiki esterni u għall-maġar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jappoġġjaw l-ILO fit-tisħiħ tas-sistema u tal-mekkaniżmi ta' sorveljanza tagħha;
18. Jappoġġja bil-qawwi l-approċċ tal-Kummissjoni maħsub biex jappoġġja l-inizjattivi li jippromwovu l-libertà trejdunjonistika u l-ftehim kollettiv, it-titjib ta' l-amministrazzjoni tax-xogħol, ta' l-ispettorati u tal-korpi tax-xogħol li jimmaniġġjaw il-protezzjoni soċjali, u l-iżvilupp ta' strateġiji ta' prevenzjoni integrati fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol fil-qafas tat-tkabbir u tal-programmi ta' qabel l-adeżjoni;
19. Jilqa' t-twaqqif mill-Kummissjoni tal-programm tematiku ġdid 'Investiment fiċ-Ċittadini" (2007-2013) fil-kuntest tal-'Konsensus Ewropew' (il-politika ta' l-UE għall-Iżvilupp) u l-importanza li dan il-programm jiddedika lill-implimentazzjoni ta' l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti fil-pajjiżi msieħba ta' l-UE;
20. Jenfasizza li l-Artikolu 12(2)(d)(ii) tar-Regolament li jwaqqaf l-Istrument ta' Koperazzjoni għall-Iżvilupp jistieden għall-promozzjoni ta' l-aġenda ta' 'xogħol deċenti għal kulħadd' bħala objettiv universali, li jrid jinkiseb, inter alia, permezz ta' inizjattivi globali oħrajn u mifruxin f'pajjiżi differenti biex ikunu implimentati standards tax-xogħol prinċipali ta' l-ILO li sar qbil dwarhom b'mod internazzjonali, analiżi ta' l-impatt tal-kummerċ fuq xogħol deċenti u mekkaniżmi sostnuti u xierqa għall-iffinanzjar ġust u l-iffunzjonar effettiv - u kopertura aktar wiesgħa - ta' sistemi ta' protezzjoni soċjali; jenfasizza li, anke fl-Artikolu 5(2)(c) ta' l-istess Regolament, xogħol deċenti jissemma' bħala qasam ta' ffukar; jistieden lill-Kummissjoni biex tuża dawn id-dispożizzjonijiet b'mod attiv fil-politika għall-iżvilupp tagħha; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tirraporta b'mod sistematiku dwar l-isforzi tagħha biex tippromwovi xogħol deċenti fir-rapport annwali tagħha dwar il-politika għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' l-assistenza esterna;
21. Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkuraġġixxi r-rispett ta' l-Istandards Bażiċi tax-Xogħol ta' l-ILO u l-objettiv tax-xogħol deċenti fil-politika kummerċjali tal-Membri tad-WTO bħala sett ta' regoli effettiv u li jorbot, ikkumplimentat b'mekkaniżmu ta' sanzjonijiet għal dawk l-imsieħba li ma jaġġustawx ruħhom għal dawn l-istandards, fil-waqt li tagħti effett sħiħ lill-proċedura tal-GSP; jinkuraġġixxi lill-Unjoni Ewropea biex tikkunsidra t-twaqqif ta' mekkaniżmi li jkunu inkarigati jissorveljaw l-evoluzjoni parallela tal-kummerċ u x-xogħol deċenti kemm fuq livell Ewropew u kemm fuq livell internazzjonali;
22. Jistieden lill-Kummissjoni biex mhux biss tappoġġja iżda wkoll tieħu sehem, fejn possibbli, fid-djalogu mniedi bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, l-ILO, n-NU u d-WTO rigward il-kumplimentarjetà u l-konsistenza tal-politiki tagħhom li huma relatati mat-tkabbir ekonomiku, l-investiment, il-kummerċ u x-xogħol deċenti;
23. Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis, meta tagħti preferenzi ta' kummerċ, ngħidu aħna taħt il-patt ta' stabilità u tkabbir, il-konformità mal-pajjiżi benefiċjarji ma' l-istandards tax-xogħol internazzjonali li jissalvagwardjaw ix-xogħol deċenti, sabiex pajjiżi li ma jilħqux dawn l-istandards bażiċi ma jibbenefikawx mill-preferenzi tal-kummerċ ta' l-Unjoni Ewropea;
24. Jenfasizza l-bżonn ta' koperazzjoni akbar bejn id-WTO, l-UNCTAD, l-ILO u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn fir-rigward tal-kumplimentarjetà tal-politiki tagħhom; jikkunsidra bħala essenzjali l-koerenza bejn il-miżuri li jittieħdu għall-promozzjoni tax-xogħol deċenti u l-garanzija tiegħu fil-prattika; jipproponi li l-ILO tingħata stejtus ta' osservatur fiid-WTO; jindirizza lill-parlamenti tal-membri l-oħra tad-WTO biex jitlobhom appoġġ għal din it-talba;
25. Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi l-ħolqien fid-WTO ta' kumitat 'kummerċ u xogħol deċenti' fuq il-mudell tal-kumitat 'kummerċ u ambjent';
26. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-istatuti ta' l-ILO jippermettulha li ssejjaħ sanzjonijiet kummerċjali kontra pajjiż fil-każ li dan jonqos li jikkonforma mal-konvenzjonijiet soċjali internazzjonali, u jistieden lid-WTO biex timpenja ruħha sabiex tikkonforma mad-deċiżjonijiet ta' l-ILO għall-konsistenza fl-azzjoni ta' l-istituzzjonijiet internazzjonali;
27. Jipproponi li l-ILO tkun awtorizzata li tissottometti rapporti ta' esperti kompetenti (amicus briefs) lill-bords tad-WTO u lill-Awtorità ta' l-Appell f'każi rilevanti fejn f'tilwima tidħol il-kwistjoni tal-ksur tal-konvenzjonijiet internazzjonali u fejn fiha jkun iridu jiġu kkunsidrati d-deċiżjonijiet ta' l-ILO;
28. Jipproponi li meta deċiżjoni mill-Awtorità għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (Dispute Settlement Body) titqies minn Stat Membru tad-WTO li tinvolvi deċiżjonijiet ta' l-ILO dwar konformità mal-konvenzjonijiet tax-xogħol, triq ta' appell għall-ILO għandha teżisti biex tiġi ggarantita l-koerenza ta' l-azzjoni tal-komunità internazzjonali fil-promozzjoni tax-xogħol deċenti;
29. Jistieden lill-UE biex tagħmel il-konformità ma' l-istandards tax-xogħol internazzjonali element fin-negozjati għall-adeżjoni ta' stati membri ġodda fid-WTO;
30. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel ir-rispett ta' l-istandards bażiċi dwar ix-xogħol kundizzjoni minn qabel għall-politika tagħha tax-xiri u ta' l-għoti ta' kuntratti; jistieden lill-Kummissjoni, għal dan l-iskop, biex tiżviluppa politika u biex tipprovdi għajnuna marbuta mal-kummerċ li permezz tagħha produtturi żgħar f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw ikunu jistgħu bl-istess mod jikkonformaw ma' dawn l-istandards;
31. Jenfasizza l-ħtieġa għall-iżjed żvilupp ta' metodoloġiji li jevalwaw l-effetti tal-kummerċ u tal-ftehimiet tal-kummerċ fuq il-promozzjoni tax-xogħol deċenti, inkluż fil-katini tal-forniment dinjija u fiz-zoni ta' l-esportazzjoni, kif ukoll il-bżonn li jiġu żgurati t-tisħiħ u l-ippjanar effettiv ta' l-Istudji dwar l-Impatt fuq is-Sostenibilità;
32. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħraf, u tinkorpora fin-negozjati kummerċjali bilaterali u multilaterali tagħha u fl-SIAs, indikaturi raġonevoli, kif definiti mill-ILO, għan-numru ta' spetturi tax-xogħol ibbażati fuq in-numru ta' ħaddiema impjegati: spettur wieħed għal kull 10 000 ħaddiem fil-pajjiżi industrijalizzati b'ekonomija ta' suq, wieħed għal kull 20 000 f'ekonomiji tranżitorji u wieħed kull 40 000 fil-pajjiżi inqas żviluppati;
33. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 50 tal-Ftehima ta' Cotonou, li għandu fih dispożizzjoni speċifika dwar il-kummerċ u l-istandards tax-xogħol u li jikkonferma l-impenn tal-partijiet favur l-istandards bażiċi dwar ix-xogħol;
34. Jitlob lill-Kummissjoni, b'kollaborazzjoni ma' l-organi tan-Nazzjonijiet Uniti, l-organizzazzjonijiet nazzjonali u reġjonali, l-imsieħba soċjali, u partijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili biex jikkoordinaw b'mod aħjar ix-xogħol deċenti u l-programmi ta' koperazzjoni esterni dwar ix-xogħol deċenti ma' l-implimentazzjoni tal-Programmi tal-Pajjiżi għax-Xogħol Deċenti ta' ILO jew ma' pjanijiet ta' direzzjoni (roadmaps) ekwivalenti, u biex iżżid l-isforzi konġunti bil-ħsieb li tintegra x-xogħol deċenti fi strateġiji għat-tnaqqis tal-faqar, f'dokumenti ta' strateġija għat-tnaqqis tal-faqar u fi strateġiji għall-iżvilupp minħabba li dawn jistgħu jipprovdu valur miżjud għall-ġlieda favur xogħol deċenti għal kulħadd; f'dan il-kuntest jitlob għal konsultazzjoni mill-qrib bejn l-imsieħba soċjali u partijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili;
35. Jistieden lill-Unjoni Ewropea biex tiffinanzja programm ta' żvilupp għax-xogħol deċenti b'koperazzjoni ma' l-ILO, b'mod partikulari bil-ħsieb li jiġu identifikati l-iżjed strateġiji effettivi għall-promozzjoni tax-xogħol deċenti;
36. Jisħaq li huwa ta' importanza kruċjali, fl-interess tal-progress lejn l-objettiv tax-xogħol deċenti, li l-Istati Membri jilħqu l-mira ta' nfiq ta' 0,7 % tal-GNP tagħhom f'għajnuna lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, ladarba t-tkabbir u l-istrutturi soċjali sodi huma kundizzjoni essenzjali minn qabel għall-evoluzzjoni tax-xogħol deċenti, b'mod partikulari f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;
37. Jinkuraġġixxi lill-Kummissjoni biex issegwi approċċ integrat u multidimensjonali fl-attivitajiet tagħha bbażat fuq l-erba' pilastri ta' l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti: impjiegi produttivi u magħżula liberament, id-drittijiet fuq ix-xogħol, inklużi l-istandards fundamentali tax-xogħol, il-protezzjoni soċjali u d-djalogu soċjali, u l-inklużjoni ugwali tad-dimensjoni tas-sessi fil-pilastri kollha; jinkuraġġixxi lill-Istati Membri biex jikkunsidraw l-introduzzjoni tal-paga minima bħala xibka ta' sikurezza (safety-net) sabiex jevitaw l-isfruttar tan-nies u l-faqar fl-impjiegi;
38. Jenfasizza l-importanza ta' l-appoġġ ta' l-integrazzjoni ta' l-impjieg u x-xogħol deċenti fl-istrateġiji ta' żvilupp; jistieden għall-inklużjoni ta' analiżi aktar dettaljata ta' l-impjieg u ta' aspetti oħrajn tax-xogħol deċenti fid-Dokumenti ta' Strateġija għat-Tnaqqis tal-Faqar (PRSPs), fil-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (EPAs), fid-Dokumenti ta' Strateġija għall-Pajjiżi (CSPs) u fil-Programmi Indikattivi Plurijennali (MIPs); f'dan il-kuntest, jimmarka l-importanza tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet kollha li għandhom sehem, inklużi persuni li jħaddmu organizzati, sindakati u ħaddiema kif ukoll is-settur privat u s-soċjetà ċivili fl-aktar sens wiesa';
39. Jistieden lill-ministeri tax-xogħol, l-assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem u organizzazzjonijiet tal-ħaddiema biex jissaħħu u jkunu integrati aktar b'mod sistematiku fil-proċess ta' parteċipazzjoni li jenfasizza t-tfassil u l-implimentazzjoni ta' PRSPs, CSPs u MIPs; jemmen li, għal dan l-iskop, trid tittejjeb il-koperazzjoni tagħhom ma' ministri ta' l-ekonomija u tal-finanzi kif ukoll ma' l-istituzzjonijiet finanzjarji u ekonomiċi internazzjonali rispettivi bħall-Istituzzjonijiet ta' Bretton Woods, il-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) u l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO); jistieden lill-partijiet kollha biex jiżguraw li s-CSPs jitfasslu b'mod partiċipattiv xieraq; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tinvesti aktar fil-bini tal-kapaċità teknika u istituzzjonali u biex tiffaċilita miżuri biex tistabbilixxi x-xogħol deċenti f'dokumenti ta' strateġija tal-pajjiżi;
40. Jenfasizza b'mod partikulari l-ħtieġa ta' Programmi Nazzjonali għal Xogħol Deċenti mmexxija mill-pajjiżi, jew ta' pjan direzzjonali simili, żviluppati bil-parteċipazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet ta' l-imsieħba soċjali u ta' partijiet li għandhom sehem relevanti oħrajn, immirati biex jiksbu xogħol deċenti għal kulħadd permezz tal-koperazzjoni għall-iżvilupp - inkluż djalogu politiku dwar l-impatti fuq l-impjiegi ta' politiki ta' l-ekonomija u tat-tmexxija, ta' miżuri ta' appoġġ baġitarju u ta' bini tal-kapaċità, b'mod partikulari bini tal-kapaċità istituzzjonali - li huma kkoordinati b'mod xieraq u armonizzati bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u msieħba fl-iżvilupp internazzjonali u parteċipanti relevanti oħrajn, inklużi l-ILO u aġenziji tan-NU oħrajn kif ukoll istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali;
41. Jistieden mill-ġdid għal sforz biex jissielet il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi tax-xogħol u biex l-attivitajiet tal-kumpaniji multinazzjonali jkunu sorveljati, bil-possibilità li dawk li jkunu joperaw f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw ikunu esklużi minn akkwisti pubbliċi ffinanzjati jew appoġġjati mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha kif ukoll mill-garanziji ta' kreditu ta' esportazzjoni mogħtija mill-Bank Ewropew għall-Investiment u minn istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn fil-każ ta' ksur ta' dawn id-drittijiet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu bħala obbligatorju r-rispett għall-istandards bażiċi tax-xogħol fil-qafas ta' l-akkwist pubbliku ffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u minn appoġġ Komunitarju jew bilaterali ieħor;
42. Jitlob lill-Istati Membri biex jikkoordinaw sforzi akbar fl-iżvilupp ta' ħiliet sabiex jaħżnu u jgawdu l-benefiċċji ta' teknoloġiji ġodda u ta' l-innovazzjoni; jinnota li x-xogħol deċenti jinkiseb permezz tat-tkabbir, l-investiment u l-iżvilupp ta' l-intrapriża flimkien ma' kapaċità ta' reazzjoni soċjali;
43. Jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej, fil-kuntest ta' l-Aġenda ta' Liżbona u tal-Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir u għall-Impjiegi (2005-2008), biex jiżviluppaw u jippromwovu kultura intraprenditorjali Ewropea maħsuba għall-individwi u b'mod speċjali għaż-żgħażagħ, sabiex jiġu ġenerati intrapriżi ta' tkabbir kbir u biex jiksbu b'mod aħjar wieħed mill-għanijiet tax-xogħol deċenti, jiġifieri dak li jinħolqu "iżjed impjiegi u impjiegi aħjar";
44. Jistieden lill-Istati Membri biex ipoġġu x-xogħol deċenti bħala prijorità tal-politika ekonomika u soċjali tagħhom billi jagħmlu enfasi speċjali fuq il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, fuq ir-rispett għad-drittijiet fundamentali tax-xogħol għall-kategoriji kollha tal-ħaddiema, fuq it-tisħiħ tal-protezzjoni soċjali u fuq il-promozzjoni tad-djalogu soċjali;
45. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkuraġġixxu l-adozzjoni ta' kodiċi ta' mġiba bħala inizjattivi volontarji fil-livell settorjali jew ta' intrapriża li jikkumplimentaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-istandards internazzjonali u jirreferu għalihom, kif ukoll il-kodiċi ta' mġiba għall-intrapriżi multinazzjonali ta' l-OECD u l-ILO;
46. Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tinvestiga u tidentifika kumpaniji li b'mod kontinwu u persistenti jippermettu l-ksur ta' l-istandards bażiċi tax-xogħol f'xi parti tal-produzzjoni u tal-katina tal-forniment u jappella biex din il-lista ssir disponibbli għall-importaturi li għandhom is-sede tagħhom ibbażata fl-UE;
47. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżviluppa tikketta għal prodotti li jinħadmu f'kundizzjonijiet li jirrispettaw il-prinċipji tax-xogħol deċenti u li jknuu konformi ma' l-istandards bażiċi tax-xogħol, u li jeskludu b'mod speċifiku kwalunkwe tħaddim tat-tfal;
48. Jirrakkomanda bis-sħiħ li l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea jippromwovu l-applikazzjoni tal-prattiki tajbin tar-responsabiltà soċjali korporattiva (CSR) mill-kumpaniji kollha, kull fejn iwettqu l-attivitajiet tagħhom, bil-għan li jinħoloq ambjent tax-xogħol mingħajr periklu, flessibbli u ta' kwalità għolja; jistieden lill-Forum b'Bosta Partijiet Interessati u lill-Alleanza Ewropea futura dwar ir-responsabiltà soċjali korporattiva biex jiżviluppaw inizjattivi li jorbtu u li jippromwovu l-inklużjoni tax-xogħol deċenti bħala element importanti tar-responsabiltà soċjali korporattiva;
49. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, bħala entitajiet li jħaddmu fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, biex iqisu l-prinċipju tax-xogħol deċenti, b'mod partikulari billi jżidu l-pagi bi qbil mar-Rakkomandazzjoni 135 ta' l-ILO rigward l-Iffissar tal-Paga Minima, b'Referenza Speċjali għall-Pajjiżi li qegħdin Jiżviluppaw;
50. Jilqa' l-kontribut lejn ix-xogħol deċenti magħmul mill-organizzazzjonijiet tan-NU, bħall-inizjattiva tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem għal rapport supplimentari dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-korporazzjonijiet transnazzjonali (TNCs);
51. Jitlob, għal dan il-għan, biex l-evalwazzjoni u s-sorveljanza tar-rispett tan-negozji Ewropej għall-prinċipji tax-xogħol deċenti, u ta' l-impenji tagħhom għar-responsabiltà soċjali korporattiva, jestendu wkoll għall-attivitajiet u s-sussidjarji tagħhom barra mill-UE, ħalli l-pajjiżi terzi jkunu jistgħu jibbenefikaw mir-responsabiltà soċjali korporattiva wkoll, b'mod partikulari fir-rigward tad-drittijiet trejdunjonistiċi u tal-projbizzjoni fuq it-tħaddim tat-tfal u fuq ix-xogħol sfurzat, b'mod speċifiku fir-rigward tan-nisa, il-migranti u l-gruppi ta' minoranza;
52. Iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-pajjiżi minn fejn ġejjin l-intrapriżi transnazzjonali biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida ta' l-OECD għal Intrapriżi Multinazzjonali u biex jippubblikaw rapporti kull tant żmien dwar il-kontribut ta' dawk l-intrapriżi għall-implimentazzjoni effettiva ta' l-istandards bażiċi tax-xogħol ta' l-ILO;
53. Jagħmel enfasi fuq l-importanza tal-promozzjoni tad-Dikjarazzjoni bejn Tliet Partijiet ta' l-ILO dwar l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali;
54. Jinkuraġġixxi lin-negozji biex jadottaw politiki responsabbli u mhux diskriminatorji ta' reklutaġġ u ta' żvilupp professjonali sabiex jagħtu spinta lill-impjegar tan-nisa u ta' dawk żvantaġġjati fis-suq tax-xogħol;
55. Jirrakomanda li n-negozji jieħdu inizjattivi biex jippromwovu parteċipazzjoni u rappreżentazzjoni akbar tan-nisa f'korpi involuti fid-djalogu soċjali, li hu għan strateġiku tal-kunċett tax-xogħol deċenti;
56. Jistieden lill-Kummissjoni, b'koperazzjoni ma' l-imsieħba soċjali u l-ILO, biex tinkuraġġixxi l-imprendituri nisa biex jistabbilixxu u jiżviluppaw negozji fl-Unjoni Ewropea u barra minnha bħala parti mill-politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp;
57. Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-intrapriżi li joperaw fl-Unjoni Ewropea u barra minnha jipprovdu informazzjoni u konsulatzzjoni aħjar mar-rappreżentanti tal-ħaddiema bħala parti minn djalogu soċjali usa' u kontinwu, billi jgħarrfu u jikkonsulataw lill-ħaddiema dwar firxa ta' kwistjonijiet li jkunu relevanti għall-impjieg u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-imsieħba soċjali biex jirrikonoxxu li standards għoljin ta' saħħa u sikurezza fuq il-post tax-xogħol huma dritt essenzjali tal-bniedem;
58. Jenfasizza l-importanza tad-djalogu soċjali fit-tfassil tal-Programmi tal-Pajjiżi għax-Xogħol Deċenti għall-implimentazzjoni mill-Istati Membri, u jitlobhom biex jagħmlu konsultazzjoni ġenwina ma' l-imsieħba soċjali;
59. Jisħaq li l-imsieħba so ċjali huma kruċjali għall-implimentazzjoni b'suċċess ta' l-aġenda tax-xogħol deċenti, u għalhekk għandhom ikunu involuti b'mod attiv, ta' l-inqas permezz ta' proċess ta' smigħ, fl-implimentazzjoni ta' l-inizjattivi dwar ix-xogħol deċenti;
60. Jilqa' n-negozjati ta' l-imsieħba soċjali Ewropej dwar ftehima ta' qafas dwar l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq ix-xogħol bħala eżempju ta' promozzjoni tax-xogħol deċenti fl-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni biex tinkuraġġixxi lill-imsieħba soċjali biex jikkonkludu dawn in-negozjati b'suċċess;
61. Jenfasizza li l-aġenda soċjali Ewropea, l-Istrateġija ta' Liżbona (inklużi l-programmi ta' riforma nazzjonali) u l-isforzi dejjem jiżdiedu biex jiġu ratifikati u applikati l-konvenzjonijiet internazzjonali tax-xogħol li ġew ikklassifikati mill-ILO bħala aġġornati, jikkostitwixxu l-pjan ta' direzzjoni ta' l-UE għax-xogħol deċenti;
62. Jitlob lill-Istati Membri biex jimplimentaw politiki u programmi effettivi, preventivi u protettivi sabiex jiżdiedu n-numru, il-kwalità u l-kompetenzi u l-għodod ta' l-ispettorat tax-xogħol skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità u l-konvenzjonijiet ta' l-ILO, sabiex jiġu infurzati s-sikurezza u s-saħħa fuq ix-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u leġiżlazzjoni soċjali oħra;
63. Jissuġġerixxi koperazzjoni aqwa bejn l-iżvilupp ta' l-iskambji ta' l-aqwa prattika fuq livell Komunitarju fost is-servizzi ta' l-ispezzjonar tax-xogħol sabiex din tikkontribwixxi għall-promozzjoni tax-xogħol deċenti; jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu lill-awtoritajiet responsabbli mill-ispezzjonar tax-xogħol iżjed riżorsi komprensivi sabiex ikunu jistgħu jagħmlu xogħlhom bil-ħsieb li jiżguraw li l-liġijiet nazzjonali tax-xogħol ikunu applikati fil-prattika u mhux skartati;
64. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li forom ġodda ta' xogħol ikunu protetti mil-liġi eżistenti wkoll, u biex jikkunsidraw strumenti legali ġodda li jistgħu jkunu applikati b'mod flessibbli għal forom ta' xogħol ġodda, sabiex ikun garantit livell ugwali ta' protezzjoni għall-ħaddiema kollha;
65. Jirrikonoxxi l-importanza tax-xogħol tan-Netwerk għall-Impjiegi taż-Żgħażagħ u l-Forum ta' l-ILO għal Xogħol Deċenti bħala skambju bejn pari, appoġġ u mekkaniżmi ta' reviżjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-iżvilupp ta' dawn in-newterks f'pajjiżi msieħba ta' l-UE flimkien ma' l-ILO bħala mod biex tiġi implimentata l-Aġenda Dinjija għax-Xogħol;
66. Jistieden lill-Istati Membri biex jiggarantixxu l-edukazzjoni għaż-żgħażagħ bħala strateġija effettiva biex jiġu evitati l-esklużjoni soċjali u l-faqar u biex tiġi żviluppata l-kapaċità ta' impjieg tagħhom bl-użu ta' mekkaniżmi eżistenti bħan-netwerk Euroguidance, li jgħin lill-individwi jifhmu aħjar l-opportunitajiet ta' xogħol fl-Ewropa; jitlob ukoll lill-Istati Membri biex iħaffu t-tranżizzjoni b'suċċess għas-suq tax-xogħol u biex itejjbu l-aċċess għax-xogħol permezz ta' skemi ta' orjentazzjoni professjonali, filwaqt li jiżguraw konsistenza ma' approċċ bejn il-ġenerazzjonijiet li jqis iċ-ċiklu tal-ħajja;
67. Jitlob lill-Istati Membri biex jespandu l-investimenti tagħhom f'infrastruttura meħtieġa għall-użu ta' teknoloġiji ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni u fl-edukazzjoni u fit-taħriġ ta' żgħażagħ b'investimenti maqsuma kemm mis-setturi pubbliċi u kemm minn dawk privati;
68. Jitlob lill-Istati Membri biex, meta jkunu qed jimplimentaw il-politiki tal-Komunità, jiġġeneralizzaw u jwessgħu l-aċċess għall-opportunitajiet ta' tagħlim ta’ tul il-ħajja, anki f'zoni remoti ġeografikament u rurali u biex jimplimentaw miżuri speċifiċi adattati għar-realtajiet lokali sabiex jiggarantixxu l-prospetti ta’ l-impjieg ta' kulħadd fi ħdan ambjent tax-xogħol li qed jinbidel;
69. Jistieden lill-Istati Membri biex jintroduċu riformi rilevanti fis-sisteni edukattivi tagħhom u biex jiggarantixxu aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità għolja għal kulħadd;
70. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jintegraw id-dimensjonijiet tas-sessi u ta' l-iżvilupp fil-politiki u l-programmi kollha li jippromwovu x-xogħol deċenti u jitlob lill-Istati Membri biex jiggarantixxu opportunitajiet ugwali għall-irġiel u għan-nisa għal xogħol deċenti, mhux biss mill-perspettiva ta' l-aċċess għall-impjiegi jew tal-promozzjoni iżda wkoll minn dik tal-livell tal-paga;
71. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw il-konċiljazzjoni bejn il-ħajja privata/tal-familja u dik tax-xogħol, bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u biex jeżaminaw u jeliminaw il-kawżi li jistgħu jdgħajfu l-effettività ta' miżuri bħal dawn;
72. Jirrakomanda li jiġu esplorati mezzi biex jiżdied l-appell ta' impjiegi li huma meqjusin bħala tqal wisq jew baxxi (għajnuna domestika, assistenza lill-familji, kura lill-anzjani, servizzi personali, eċċ.);
73. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejjbu l-miżuri li jippermettu lill-ħaddiema kollha biex jiksbu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja, billi jżommu f'moħħhom li s-sigħat twal, l-istress u l-insigurtà ta' l-impjieg jheddu l-binja tal-ħajja tal-familja, li hi pedament importanti tas-soċjetà tagħna;
74. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkoperaw ma' l-NGOs, it-trejdunjins, l-organizzazzjonijiet u n-netwerks tan-nisa għat-tisħiħ ekonomiku u soċjali tan-nisa f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u għall-promozzjoni tax-xogħol deċenti fil-livelli kollha;
75. Jilqa' l-inizjattiva mħabbra fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ix-xogħol deċenti biex jiġu appoġġjati l-isforzi biex jittejjeb l-involviment ta' l-imsieħba soċjali u tal-partijiet interessati oħrajn fis-soċjetà fit-tmexxija globali fuq il-bażi tal-mudell konsultattiv ta' l-OECD;
76. Jitlob lill-Istati Membri biex jadottaw politiki nazzjonali biex jippromwovu l-ugwaljanza ta' l-opportunitajiet u l-ugwaljanza tat-trattament tal-ħaddiema, irrispettivament mill-etajiet jew is-sess tagħhom; jitlob lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri għall-prevenzjoni ta' diskriminazzjoni kontra ħaddiema aktar anzjani u biex jiżguraw irtirar volontarju, it-tranżizzjoni gradwali mix-xogħol, u età tal-pensjoni flessibbli, li madankollu, m'għandhiex taqbeż l-età tal-pensjoni kurrenti;
77. Jenfasizza li l-promozzjoni tax-xogħol deċenti għandha l-għan li tikseb progress ġenerali fil-kundizzjonijiet ta' l-għixien u tax-xogħol għal kulħadd, u għal dan l-gġan tinkludi l-appoġġ għall-integrazzjoni tas-settur informali fl-ekonomija tradizzjonali;
78. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw u jippromwovu inizjattivi leġiżlattivi u politiċi dwar id-diżabilità, in-non-diskriminazzjoni u l-opportunitajiet ugwali fit-taħriġ vokazzjonali u fil-post tax-xogħol, inkluż appoġġ għall-adattament tal-postijiet tax-xogħol biex jakkomodaw persuni b'diżabilitajiet f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;
79. Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkuraġġixxi lill-Istati Membri biex jużaw il-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni soċjali sabiex jżidu valur lis-sistemi soċjali differenti; għal dan il-għan, u b'konformità ma' l-Istrateġija ta' Liżbona mġedda, bil-ħsieb li tittejjeb il-flessibilità u l-mobilità tal-ħaddiema Ewropej u l-koeżjoni soċjali fl-Unjoni, iqis li hemm bżonn li nirsistu għall-iżjed armonizzazzjoni fl-iskemi tal-pensjoni, l-iżjed fir-rigward tal-kopertura ta' servizzi fil-każ ta' persuni li ħadmu fi Stati Membri differenti, partikularment minħabba li din mhix biss ostakolu serju għall-moviment liberu tal-ħaddiema iżda wkoll xkiel għal suq waħdani fis-servizzi finanzjarji;
80. Jinnota li arġinalizzazzjoni ta' ċerti minoranzi bbażata fuq ir-reliġjon jew ir-razza hija ta' xkiel għall-kisba tax-xogħol deċenti għal kulħadd fl-UE, u għalhekk jitlob lil dawk l-Istati Membri kollha li għadhom ma lestewx it-traspożizzjoni tar-Race Directive[7]biex jagħmlu dan;
81. Fi ħdan il-qafas ta' approċċ konsistenti ma' migrazzjoni internazzjonali tal-ħaddiema, jilqa' r-rieda ta' l-Istati Membri li jirratifikaw il-Konvenzjoni Internazzjonali C 97 dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familji tagħhom, kif ukoll l-Konvenzjonijiet 97 u 143 ta' l-ILO;
82. Jitlob lill-Istati Membri biex jaqblu dwar definizzjoni komuni u standard ta' xogħol sfurzat u abbuż ta' vulnerabilità, sabiex jitnaqqsu l-ambigwità u l-preġudizzju f'deċiżjonijiet ġudizzjarji;
83. Jinnota li xi ċittadini ta' l-UE li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-libertà tal-moviment huma vulnerabbli għal kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jadottaw politiki biex jissorveljaw l-esperjenzi fis-suq tax-xogħol ta' migranti intra-UE u biex jaddottaw miżuri biex jeliminaw prattiċi tax-xogħol ta' sfruttar;
84. Jistieden lill-Kummissjoni u lid-delegazzjonijiet nazzjonali tal-Komunità f'pajjiżi msieħba biex jippromwovu b'mod attiv l-inklużjoni ta' l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti, il-Programmi tal-Pajjiżi għax-Xogħol Deċenti u l Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali (NAPs) u fi strumenti ta' programmar tal-politiki Komunitarji tal-koperazzjoni għall-iżvilupp;
85. Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tikkunsidra li testendi d-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2110/2005[8], fir-rigward tal-konformità ma' l-istandards bażiċi tax-xogħol, għal kuntratti finanzjati permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp;
86. Jistieden lill-Kummissjoni biex talloka riżorsi adegwati għall-implimentazzjoni tal-proposti għall-promozzjoni tax-xogħol deċenti li hemm fil-programm tematiku "Investiment fiċ-Ċittadini";
87. Jilqa' l-introduzzjoni mill-Kummissjoni tal-programm tematiku ġdid 'Investiment fiċ-Ċittadini (2007-2013)' fil-kuntest tal-'Konsensus Ewropew' (ta' l-UE dwar il-politika għall-Iżvilupp) u l-importanza li dan il-programm jiddedika lill-implimentazzjoni ta' l-aġenda tax-xogħol deċenti tal-pajjiżi msieħba ta' l-UE; jilqa' r-rikonoxximent tal-programm tal-ħolqa ċara bejn xogħol deċenti u protezzjoni soċjali; jistieden lill-Kummissjoni biex tiddedika ffinanzjar meħtieġ għall-protezzjoni tax-xogħol deċenti fi ħdan il-programm tematiku Investiment fiċ-Ċittadini;
88. Jilqa' l-istrateġija integrata l-ġdida għad-drittijiet tat-tfal imħabbra fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Lejn Strateġija ta' l-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal (COM(2006)0367) u jfakkar li azzjoni kontra tħaddim tat-tfal, kif definita fil-Konvenzjonijiet ta' l-ILO Nru 138 u 182 kontra x-xogħol sfurzat, għandha tkun integrata f'miżuri nazzjonali u internazzjonali;
89. Jinnota li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi huma f'riskju li jiffaċċjaw kundizzjonijiet ta' xogħol inqas tajbin minn dawk taċ-ċittadini ta' l-UE, u għalhekk jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw politiċi li jkunu konformi mal-prinċipji komuni u bażiċi dwar l-Integrazzjoni ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi fl-UE, b'mod partikulari s-CBP 3 dwar il-promozzjoni ta' l-integrazzjoni tal-migranti fis-suq tax-xogħol;
90. Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tfassal rapport ta' segwitu għall-komunikazzjoni tagħha dwar ix-xogħol deċenti sa l-2008, li għandu jinkludi analiżi u evalwazzjoni tar-ratifikazzjoni u l-applikazzjoni mill-Istati Membri tal-konvenzjonijiet ta' l-ILO dwar l-impjiegi, is-saħħa u s-sikurezza, il-ħarsien tal-maternità u d-drittijiet tal-ħaddiema migranti; jitlob biex dan ir-rapport ikun fih programm ta' azzjoni għax-xogħol deċenti li jkopri kemm il-koperazzjoni fl-UE u kemm l-isforzi fuq livell internazzjonali;
91. Jilqa' l-isforz tal-Kummissjoni li ttejjeb l-analiżi u li tiżviluppa indikaturi adegwati relatati ma' l-implimentazzjoni ta' l-aġenda tax-xogħol deċenti;
92. Jilqa' s-suġġeriment tal-Kumitat tan-NU dwar l-ekonomija u l-affarijiet soċjali li l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti għandha tkun żviluppata b'ritmu mgħaġġel, sabiex jinkisbu riżultati tanġibli sa l-2015;
93. Jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta lill-Parlament ċifri speċifiċi dwar kif ix-xogħol deċenti u kwistjonijiet relatati miegħu huma ffinanzjati sabiex jiġi evalwat aħjar, f'termini ta' finanzjament, l-impenn politiku;
94. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri.
- [1] ĠU C 271 E, 12.11.2003, p. 598.
- [2] ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.
- [3] ĠU C 300 E, 11.12.2003, p. 290.
- [4] 2000/483/KE (ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.)
- [5] ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.
- [6] ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1.
- [7] Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn in-nies, irrispettivament mir-razza jew l-oriġini etnika (ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22).
- [8] Regolament (KE) Nru 2110/2005 tal-Parlament u l-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-aċċess għall-assistenza esterna tal-Komunità (ĠU L 344, 30.4.2004, p. 1).
NOTA SPJEGATTIVA
Sfond
Il-kunċett tax-xogħol deċenti ġie propost mill-ILO fis-sena 2000 biex jiġi formulat objettiv politiku universali tal-promozzjoni ta' l-impjiegi u tat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, li jmur lil hinn mir-rispett għad-drittijiet soċjali fundamentali kif definiti mit-tmien konvenzjonijiet ta' l-istandards bażiċi dwar ix-xogħol ta' l-ILO[1]. Huwa jikkonsisti f'dawn l-erba' objettivi strateġiċi li ġejjin, bl-ugwaljanza bejn is-sessi bħala objettiv trasversali:
Ø Il-ħolqien tax-xogħol
Ø Il-garanzija tad-drittijiet fuq ix-xogħol
Ø L-estensjoni tal-ħarsien soċjali
Ø Il-promozzjoni tad-djalogu u tar-riżoluzzjoni tal-kunflitti
Fl-2006, fis-segment ta' livell għoli tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-NU (ECOSOC), ġiet adottata dikjarazzjoni ministerjali filwaqt li ġiet enfasizzata l-prijorità ta' mmaniġġjar biex jinkisbu impjiegi full-time, produttivi u xogħol deċenti għal kulħadd.
Il-laqgħa kienet l-ewwel samit internazzjonali li laqa' r-rakkomandazzjonijiet tas-Samit tal-Kapijiet ta' l-Istati u tal-Gvernijiet tan-NU organizzat f'Settembru 2005. 150 mexxej globali qablu biex ipoġġu l-impjiegi sħaħ u produttivi u x-Xogħol Deċenti bħala objettiv ċentrali tal-politiki nazzjonali u internazzjonali rilevanti, fl-isforzi biex jinkisbu l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp.
Il-Parlament Ewropew[2] diġà talab għat-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-globalizzazzjoni u għall-promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd, skond l-istrateġija ta' l-ILO f'dan il-qasam.
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni għandha l-għan li tmur lil hinn milli tiżgura drittijiet minimi tax-xogħol biss, billi tagħti indikazzjoni ċara ta' kif il-promozzjoni tax-xogħol deċenti tista' tinkiseb. Din tinkludi l-promozzjoni tal-ħolqien ta' l-impjiegi, il-governanza u d-djalogu soċjali aħjar, l-identifikar u l-indirizzar ta' nuqqasijiet tax-xogħol deċenti, il-koperazzjoni aħjar bejn il-partijiet interessati ewlenin u t-tnaqqis tal-korruzzjoni.
Il-Kummissjoni tistenna ħafna azzjonijiet, li jinkludu:
Ø It-tisħiħ tal-kontribut tax-xogħol deċenti fil-politika ta' żvilupp u l-għajnuna esterna ta' l-UE
Ø Koperazzjoni msaħħa ma' organizzazzjonijiet reġjonali, internazzjonali, l-komunità tan-negozju u partijiet oħra tas-soċjetà ċivili
Ø L-enfasizzar tal-bżonn tax-xogħol deċenti għal kulħadd fil-ftehimiet u fil-koperazzjoni tagħha ma' pajjiżi barra l-UE inklużi pajjiżi kandidati, pajjiżi ġirien, pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u pajjiżi żviluppati
Ø It-tisħiħ tax-xogħol deċenti f'sistema ta' kummerċ miftuħ
Ø It-tħeġġiġ lill-pajjiżi biex jifformulaw 'pjan direzzjonali' biex jiġi stabbilit xogħol deċenti għal kulħadd, filwaqt li jitqiesu l-bżonnijiet u s-sitwazzjonijiet speċifiċi ta' pajjiżi msieħba
Il-pożizzjoni tar-rapporteur għal opinjoni
Ir-rapporteur għal opinjoni jemmen li l-UE jista' jkollha rwol sinifikanti fil-promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd fil-politiki kemm interni u kemm esterni tagħha, permezz tal-mudell soċjali tagħha u permezz ta' l-irwol fuq livell internazzjonali tagħha. Għal dan il-għan u sabiex jiġi evalwat aħjar l-impatt ta' l-attivitajiet ta' l-UE, is-Sinjura Panayotopoulus talbet lill-Kummissjoni biex tippreżenta perjodikament lill-Parlament u lill-Kunsill rapport dwar evalwazzjoni ta' l-impatt għall-politiki kollha differenti ta' l-UE dwar il-promozzjoni tax-xogħol deċenti għall-ħaddiema kemm ta' l-UE u kemm tal-pajjiżi msieħba tagħha.
Barra minn hekk, applikazzjoni effettiva ta' metodoloġiji u indikaturi biss tista' turi l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta' l-aġenda dwar ix-xogħol deċenti.
Ir-regoli attwali ta' globalizzazzjoni li jsegwu l-loġika ta' liberalizzazzjoni miżjuda fl-oqsma kollha tal-politiki ekonomiċi u soċjali jimbuttaw lejn suq tax-xogħol globali, anki jekk għadu maqsum ħafna. Din tqajjem il-kwistjoni ta' l-iżvilupp u, sussegwentement, l-irratifikar u l-applikazzjoni tan-normi xierqa għal suq tax-xogħol globali ġust. Ir-rapporteur għal opinjoni jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati biex jirratifikaw u japplikaw il-Konvenzjonijiet ta' l-ILO. Mit-tabella jirriżulta li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li ġew analizzati għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjonijiet ta' l-ILO li ġejjin:
Ø Konvenzjoni Nru 168 dwar il-politika ta' l-impjiegi
Ø Konvenzjoni Nru 155 dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol
Ø Konvenzjoni Nru 183 dwar il-ħarsien tal-maternità
Ø Konvenzjonijiet Nru 118 u 157 dwar l-ugwaljanza tat-trattament u ż-żamma tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali f'każ ta' mobilità
Ø Konvenzjonijiet Nru 97 u 143 dwar il-ħaddiema migranti
Il-Kodifikazzjoni reċenti tal-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, li tistipula d-drittijiet tal-baħħara għal kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u hija eżempju tal-promozzjoni tax-xogħol deċenti fuq livell ta' settur, għad trid tiġi rratifikata mill-pajjiżi kollha ta' l-UE.
Ir-rapporteur għal opinjoni jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-approvazzjoni ta' objettivi soċjali ma tistax taħt l-ebda kundizzjoni tintuża għal skopijiet ta' protezzjoniżmu. L-objettiv għandu jkun li jinkiseb progress soċjali fil-livelli kollha u jiġi żgurat li jinfirex b'mod ġust għall-benefiċċju ta' kulħadd. Barra minn hekk, is-Sinjura Panayotopoulus temmen li l-flessibiltà tas-suq tax-xogħol u s-sigurtà ta' l-impjieg m'humiex objettivi esklussivi reċiprokament, iżda bi prattiċi xierqa għandhom isaħħu lil xulxin. Anki jekk ma hemm l-ebda mudell ta' politiki tas-suq tax-xogħol li jpoġġi lil kulħadd f'keffa waħda, hemm xi karatteristiċi istituzzjonali li jistgħu jgħinu biex titjieb l-effettività tas-swieq tax-xogħol. Uħud minnhom huma d-djalogu soċjali, it-twaqqif fuq perjodu ta' żmien twil ta' politiki attivi tas-suq tax-xogħol bħala komponent tal-politika makro-ekonomika, ir-relazzjonijiet sodi ta' mmaniġġjar tax-xogħol, l-appoġġ għall-iżvilupp ta' kapaċitajiet istituzzjonali u n-nefqa li hija rranġata skond il-fażijiet differenti taċ-ċiklu tan-negozju. Barra minn hekk, sforz akbar fuq l-iżvilupp ta' ħiliet għal ħaddiema u l-maniġers huwa vitali biex jinkisbu u jitqassmu l-banefiċċji ta' teknoloġiji ġodda. Rekwiżiti ta' ħiliet li jinbidlu malgħajr jeħtieġu sforz komprensiv biex jiżdied il-livell ta' edukazzjoni fil-pajjiżi kollha u speċjalment f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Dan ikun jeħtieġ tfassil ta' politiki nazzjonali għal sistema edukattiva integrata li fiha l-ħiliet tal-ħaddiema jkunu aġġornati b'mod permanenti u ż-żgħażagħ jiġu ppreparati għall-isfidi tal-globalizzazzjoni. Sabiex it-tħaddim taż-żgħażagħ jiġi inkorporat f'strateġiji ta' żvilupp nazzjonali, miżuri biex jitjiebu l-prospetti ta’ l-impjieg taż-żgħażagħ għandhom ikunu komponent ewlieni tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol u tar-riformi edukattivi.
Minkejja t-tkabbir ekonomiku ta' 4.3 fil-mija fl-2005 li żied il-produzzjoni dinjija b'xi 2.5 triljun Dollaru Amerikan, l-ekonomija globali llum il-ġurnata mhux qed jirnexxielha trendi biżżejjed impjiegi ġodda għal dawk li deħlin fis-swieq tax-xogħol[3]. B'referenza għal nies mingħajr l-ebda xogħol, il-qgħad huwa fl-ogħla punt li qatt kien u jammonta għal kważi 192 miljun madwar id-dinja (bejn wieħed u ieħor 6 fil-mija tal-forza tax-xogħol tad-dinja). Minn dawk li m'humiex impjegati, l-ILO tistma li 86 miljun (bejn wieħed u ieħor nofs it-total globali) huma żgħażagħ li għandhom bejn 15 u 24 sena[4]. Ir-rapporteur għal opinjoni jirrikonoxxi din il-problema u jitlob lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-iżvilupp tan-Newterk għall-Impjiegi taż-Żgħażagħ f'pajjiżi msieħba ta' l-UE flimkien ma' l-ILO bħala mod biex tiġi implimentata l-Aġenda Dinjija għax-Xogħol.
Barra minn hekk, is-Sinjura Panayotopoulos tenfasizza l-bżonn li tiġi integrata dimensjoni ta' sessi fl-aġendi tax-xogħol deċenti. In-nisa huma mħallsin inqas u jirċievu inqas taħriġ mill-kollegi rġiel tagħhom u huma f'periklu ikbar li jgħixu fil-faqar meta jsiru aktar anzjani.
Fl-aħħar nett, ir-rapporteur għal opinjoni jfakkar fil-kwistjonijiet ta' ħaddiema migranti, li n-nisa fost dawn issa jirrappreżentaw kważi nofshom, u li jikkostitwixxu sehem dejjem ikbar tal-forza tax-xogħol tad-dinja. Fis-sena 2000 kien hemm iktar minn 86 miljun ħaddiema migranti madwar id-dinja, b'34 miljun minn dawn f'reġjuni li qegħdin jiżviluppaw[5]. L-ILO stmat fl-2004 li 2.45 miljun persuna f'xogħol sfurzat ġew traffikati bejn fruntieri internazzjonali. Minn dawn, madwar 43 fil-mija spiċċaw vittmi ta' l-isfruttament sesswali kummerċjali u terz minnhom ta' l-isfruttament ekonomiku[6]. Ir-rapporteur għal opinjoni jfakkar li azzjonijiet kontra t-tħaddim tat-tfal għandhom jittieħdu fuq livelli nazzjonali u internazzjonali sabiex jittaffew l-isfruttar tat-tfal u l-faqar u jinkiseb xogħol deċenti għall-adulti kullimkien.
ANNESS I: Livell ta' ratifikazzjoni tal-konvenzjonijiet ta' l-ILO fl-Istati Membri u f'pajjiżi kandidati
|
UE - 15 |
L-10 Stati Membri Ġodda |
Adeżjoni 2007 |
PAJJIŻI KANDIDATI |
||||||||||||||||||||||||||||
|
BE |
FR |
UK |
DE |
IT |
NL |
LU |
DK |
IE |
EL |
PT |
ES |
AT |
FI |
SE |
CY |
CZ |
EE |
HU |
LV |
LT |
MT |
PL |
SK |
SI |
BG |
RO |
HR |
TU |
FYROM |
||
Standards Bażiċi dwar ix-Xogħol |
||||||||||||||||||||||||||||||||
C87 |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
||
C98 |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
||
C138 |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
- |
- |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
||
C182 |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
||
C29 |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
||
C105 |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
||
C100 |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
||
C111 |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
||
Konvenzjonijiet dwar politika ta' l-impjiegi |
||||||||||||||||||||||||||||||||
C122 |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
+ |
||
C168 |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
+ |
+ |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
+ |
- |
- |
- |
||
Konvenzjoni dwar gwida u taħriġ ta’ impjiegi |
||||||||||||||||||||||||||||||||
C142 |
- |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
- |
- |
- |
+ |
+ |
||
Konvenzjonijiet dwar servizzi ta' l-impjiegi |
||||||||||||||||||||||||||||||||
C88 |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
- |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
||
C181 |
+ |
- |
- |
- |
+ |
+ |
- |
- |
- |
- |
+ |
+ |
- |
+ |
- |
- |
+ |
- |
+ |
- |
+ |
- |
- |
- |
- |
+ |
- |
- |
- |
- |
||
Konvenzjoni dwar is-sigurtà tax-xogħol |
||||||||||||||||||||||||||||||||
C158 |
- |
+ |
- |
- |
- |
- |
+ |
- |
- |
- |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
- |
- |
- |
+ |
- |
- |
- |
- |
+ |
- |
- |
- |
+ |
+ |
||
Konvenzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol |
||||||||||||||||||||||||||||||||
C155 |
- |
- |
- |
- |
- |
+ |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
- |
- |
- |
+ |
+ |
- |
- |
+ |
+ |
+ |
||
Konvenzjoni dwar servizzi tas-saħħa fuq ix-xogħol |
||||||||||||||||||||||||||||||||
C161 |
- |
- |
- |
+ |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
+ |
+ |
- |
+ |
- |
+ |
- |
- |
- |
+ |
+ |
+ |
- |
- |
+ |
+ |
+ |
||
Konvenzjonijiet dwar l-ispezzjoni u l-amministrazzjoni tax-xogħol |
||||||||||||||||||||||||||||||||
C81 |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
||
C150 |
- |
- |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
+ |
- |
- |
+ |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
||
Konvenzjonijiet dwar l-iffissar tal-paga minimau l-ħarsien tal-pagi |
||||||||||||||||||||||||||||||||
C26 |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
- |
- |
- |
+ |
- |
+ |
- |
- |
+ |
- |
+ |
- |
+ |
- |
- |
+ |
- |
||
C95 |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
- |
- |
- |
+ |
+ |
+ |
+ |
- |
- |
+ |
+ |
- |
+ |
- |
- |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
- |
+ |
- |
||
C131 |
- |
+ |
- |
- |
- |
+ |
- |
- |
- |
- |
+ |
+ |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
+ |
+ |
+ |
- |
- |
+ |
- |
+ |
- |
- |
+ |
||
Konvenzjoni dwar il-ħarsien tal-maternità |
||||||||||||||||||||||||||||||||
C183 |
- |
- |
- |
- |
+ |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
+ |
- |
- |
+ |
- |
- |
+ |
- |
+ |
- |
- |
+ |
- |
+ |
+ |
- |
- |
- |
||
Konvenzjonijiet dwar il-ħaddiema migranti |
||||||||||||||||||||||||||||||||
C97 |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
- |
- |
- |
- |
+ |
+ |
- |
- |
- |
+ |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
+ |
- |
- |
- |
- |
+ |
||
|
BE |
FR |
UK |
DE |
IT |
NL |
LU |
DK |
IE |
EL |
PT |
ES |
AT |
FI |
SE |
CY |
CZ |
EE |
HU |
LV |
LT |
MT |
PL |
SK |
SI |
BG |
RO |
HR |
TU |
FYROM |
|
C143 |
- |
- |
- |
- |
+ |
- |
- |
- |
- |
- |
+ |
- |
- |
- |
+ |
+ |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
+ |
- |
- |
- |
- |
+ |
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||
Konvenzjoni dwar ir-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja |
|||||||||||||||||||||||||||||||
C156 |
- |
+ |
- |
- |
- |
+ |
- |
- |
- |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
- |
- |
- |
- |
- |
+ |
- |
- |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
- |
+ |
|
Konvenzjoni dwar ir-rijabilitazzjoni vokazzjonali u l-impjiegi |
|||||||||||||||||||||||||||||||
C159 |
- |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
- |
- |
+ |
+ |
+ |
|
Konvenzjoni dwar il-ħarsien ta' popli indiġeni u tribali |
|||||||||||||||||||||||||||||||
C169 |
- |
- |
- |
- |
- |
+ |
- |
+ |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali (standards minimi) |
|||||||||||||||||||||||||||||||
C102 |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
- |
- |
- |
- |
- |
+ |
+ |
+ |
- |
- |
+ |
+ |
+ |
|
Konvenzjonijiet dwar l-ugwaljanza tat-trattament u ż-żamma tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali f'każ ta' mobiltà |
|||||||||||||||||||||||||||||||
C118 |
- |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
- |
- |
- |
- |
+ |
+ |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
+ |
- |
|
C157 |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
+ |
- |
- |
+ |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Konvenzjonijiet dwar il-promozzjoni effettiva ta' negozjar kollettiv |
|||||||||||||||||||||||||||||||
C151 |
+ |
- |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
- |
- |
+ |
+ |
- |
- |
+ |
- |
- |
- |
- |
- |
+ |
- |
|
C154 |
+ |
- |
- |
- |
- |
+ |
- |
- |
- |
+ |
- |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
- |
- |
+ |
+ |
+ |
- |
- |
- |
+ |
- |
+ |
- |
- |
- |
|
Konvenzjoni dwar il-konsultazzjoni tat-Tliet Partijiet |
|||||||||||||||||||||||||||||||
C144 |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
|
Konvenzjoni dwar l-informazzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fl-intrapriża |
|||||||||||||||||||||||||||||||
C135 |
- |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
+ |
- |
+ |
- |
+ |
+ |
+ |
+ |
|
Nota: +: konvenzjoni ratifikata, -: konvenzjoni għadha mhux ratifikata
ANNESS II: Klassifikazzjoni ta' Xogħol Deċenti
Dharam Ghai, "Xogħol Deċenti: Il-Kunċett u l-Indikaturi", International Labour Review,
Vol. 142 (2003), Nru 2
Mudelli ta' rendiment ta' xogħol deċenti
Sabiex jiġu indikati profili ta' xogħol deċenti tal-pajjiżi industrijalizzati, huwa utli li jiġu miġbura f'dawn il-kategoriji:
Nordiċi: Id-Danimarka, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Iżvezja
Anglosassoni: L-Awstralja, il-Kanada, in-New Zealand, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti
Kontinentali: L-Awstrija, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda u l-Iżvizzera
Fil-proċess ta' industrijalizzazzjoni: Il-Greċja, l-Irlanda, il-Portugall u Spanja
Il-Ġappun ma jidħol fl-ebda waħda minn dawn il-kategoriji.
Il-pajjiżi Nordiċi jmorru tajjeb fl-indikaturi kollha ħlief għar-rata tan-nuqqas ta' xogħol, fejn l-Iżvezja u d-Danimarka huma medji u l-Finlandja hija fost dawk li għandhom rendiment fqir.
ANNESS III: Xogħol Deċenti u Rendiment Ekonomiku: Klassifikazzjoni Kombinata
Il-pajjiżi li qed jindustrijalizzaw huma foqra fl-indikaturi kollha. Hemm eċċezzjonijiet għal ftit indikaturi: disparitajiet bejn sessi (L-Irlanda u l-Portugall huma medji), parteċipazzjoni tal-forza tax-xogħol (il-Portugall huwa medju), inugwaljanza, ħarsien soċjali u djalogu soċjali (l-Irlanda hija tajba). Fil-każ ta' rendiment ekonomiku, huwa interessanti li wieħed jinnota li din it-tipoloġija ma treġix. Pereżempju, filwaqt li d-Danimarka u n-Norveġja huma fost dawk li jmorru l-aħjar, l-Iżvezja hija fost dawk li għandhom rendiment fqir. Bl-istess mod, fil-grupp Anglosassonu, l-Awstralja u l-Istati Uniti huma fost l-aqwa, in-New Zealand u l-Kanada fin-nofs u r-Renju Unit fost dawk li jikklassifikaw l-aktar baxx. Fil-grupp kontinentali, l-Olanda hija fost l-aqwa, Franza, il-Lussemburgu u l-Belġju huma fost dawk li jikklassifikaw fin-nofs, u l-Iżvizzera, l-Awstrija, il-Ġermanja u l-Italja fost dawk li jikklassifikaw l-aktar fil-baxx. Fil-grupp ta' pajjiżi li qed jindustrijalizzaw, l-Irlanda hija fost l-aqwa, il-Porugall u Spanja huma fost dawk li jikklassifikaw fin-nofs u l-Greċja hija fost dawk li jikklassifikaw fil-baxx.
- [1] Standards bażiċi dwar ix-xogħol:
- Konvenzjoni Nru 87 dwar libertà ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u tal-ħaddiema
- Konvenzjoni Nru 98 dwar il-promozzjoni ta' negozjar kollettiv
- Konvenzjonijiet Nru 138 u 182 dwar l-eliminazzjoni tat-tħaddim ta' tfal
- Konvenzjonijiet Nru 29 u 105 dwar l-eliminazzjoni tax-xogħol sfurzat
- Konvenzjonijiet Nru 100 u 111 dwar remunerazzjoni ugwali għall-irġiel u għan-nisa - [2] A6-0308/2005 u A5/0251/2002.
- [3] ILO: "Mudelli li jinbidlu fid-dinja tax-xogħol", Rapport I (C), Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol, il-95 Sessjoni 2006.
- [4] Ibidem.
- [5] ILO: "Lejn trattament ġust tal-ħaddiema migranti", Rapport IV, Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol, it-92 Sessjoni, f'Ġinevra, 2004.
- [6] ILO: "Alleanza globali kontra x-xogħol sfurzat", Rapport Globali skond is-segwitu għad-Dikjarazzjoni ta' l-ILO, Rapport I (B), Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol, it-93 Sessjoni, f'Ġinevra, 2004, para. 60.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (2.3.2007)
għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
dwar l-ippromowtjar ta' xogħol deċenti għal kulħadd
(2006/2133(INI))
Rapporteur għal opinjoni : Feleknas Uca
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu s-suġġerimenti li ġejjin:
– wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tal-Ftehima ta' Sħubija bejn il-Grupp ta' Stati ta' l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (ACP), min-naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmata f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000,
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar xogħol deċenti għal kulħadd adottati fl-1 ta' Diċembru 2006 fl-2767 laqgħa tal-Kunsill għall-Politika Soċjali, is-Saħħa u l-Affarijiet tal-Konsumaturi fi Brussell,
– wara li kkunsidra l-Istqarrija Konġunta mill-Kunsill u mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri f'laqgħa fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika ta' Żvilupp ta' l-Unjoni Ewropea: Il-Konsensus Ewropew ('il-Konsensus Ewropew għall-Iżvilupp') iffirmat fl-20 ta' Diċembru 2005,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' ffinanzjar għal koperazzjoni ta' żvilupp,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' ffinanzjar għall-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fid-dinja kollha,
1. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 50 tal-Ftehima ta' Sħubija bejn l-ACP-KE, li fih il-partijiet stabbilew, inkluż fir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom, li jirrispettaw l-istandards tax-xogħol fundamentali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw lill-pajjiżi ta' l-ACP biex jifformolaw u jinfurzaw leġiżlazzjoni dwar is-suġġett u biex jorganizzaw kampanji ta' informazzjoni;
2. Jilqa' l-introduzzjoni mill-Kummissjoni tal-programm tematiku ġdid 'Investiment fiċ-Ċittadini (2007-2013)' fil-kuntest tal-'Konsensus Ewropew' (ta' l-UE dwar il-politika għall-Iżvilupp) u l-importanza li dan il-programm jiddedika lill-implimentazzjoni ta' l-aġenda ta' xogħol deċenti tal-pajjiżi msieħba ta' l-UE; jilqa' r-rikonoxximent tal-programm tal-ħolqa ċara bejn xogħol deċenti u protezzjoni soċjali; jistieden lill-Kummissjoni biex tiddedika ffinanzjar meħtieġ għall-protezzjoni ta' xogħol deċenti fi ħdan il-programm tematiku Investiment fiċ-Ċittadini;
3. Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni inkludiet standards fundamentali tax-xogħol u l-promozzjoni ta' responsabilità soċjali korporattiva fi ħdan l-iskop ta' l-istrument ta' ffinanzjar tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija; jistieden lill-Kummissjoni biex tiddedika attenzjoni xierqa għal dawn il-punti fl-ipprogrammar u l-għoti ta' approprjazzjonijiet operattivi skond dan l-istrument;
4. Jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-24 ta' Mejju 2006 u d-deċiżjonijiet meħudin mill-2767 Kunsill għall-Politika Soċjali, is-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumatur;
5. Jenfasizza l-importanza ta' l-appoġġ ta' l-integrazzjoni ta' l-impjieg u x-xogħol deċenti fl-istrateġiji ta' żvilupp; jistieden għall-inklużjoni ta' analiżi aktar dettaljata ta' l-impjieg u ta' aspetti oħrajn ta' xogħol deċenti fid-Dokumenti ta' Strateġija għat-Tnaqqis tal-Faqar (PRSPs), Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (EPAs), Dokumenti ta' Strateġija għall-Pajjiżi (CSPs) u Programmi Indikattivi Plurijennali (MIPs); f'dan il-kuntest, jimmarka l-importanza tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet kollha li għandhom sehem, inklużi persuni li jħaddmu organizzati, sindakati u ħaddiema kif ukoll is-settur privat u s-soċjetà ċivili fl-aktar sens wiesa';
6. Jistieden lill-ministeri tax-xogħol, l-assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem u organizzazzjonijiet tal-ħaddiema biex jissaħħu u jkunu integrati aktar b'mod sistematiku fil-proċess ta' parteċipazzjoni li jenfasizza t-tfassil u l-implimentazzjoni ta' PRSPs, CSPs u MIPs; jemmen li, għal dan l-iskop, trid tittejjeb il-koperazzjoni tagħhom ma' ministri ta' l-ekonomija u tal-finanzi kif ukoll ma' l-istituzzjonijiet finanzjarji u ekonomiċi internazzjonali rispettivi bħall-Istituzzjonijiet ta' Bretton Woods, il-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) u l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO); jistieden lill-partijiet kollha biex jiżguraw li s-CSPs jitfasslu b'mod partiċipattiv xieraq; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tinvesti aktar fil-bini tal-kapaċità teknika u istituzzjonali u biex tiffaċilita miżuri biex tistabbilixxi xogħol deċenti f'dokumenti ta' strateġija tal-pajjiżi;
7. Jenfasizza b'mod partikulari l-ħtieġa ta' Programmi tal-Pajjiżi għal Xogħol Deċenti mmexxija mill-pajjiżi, jew ta' pjan direzzjonali simili, żviluppati bil-parteċipazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet ta' l-imsieħba soċjali u ta' partijiet li għandhom sehem relevanti oħrajn, immirati biex jiksbu xogħol deċenti għal kulħadd permezz tal-koperazzjoni għall-iżvilupp - inkluż djalogu politiku dwar l-impatti fuq l-impjiegi ta' politiki ta' l-ekonomija u tat-tmexxija, ta' miżuri ta' appoġġ baġitarju u ta' bini tal-kapaċità, b'mod partikulari bini tal-kapaċità istituzzjonali - li huma kkoordinati b'mod xieraq u armonizzati bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u msieħba fl-iżvilupp internazzjonali u parteċipanti relevanti oħrajn, anke l-Organizzazzjoni Internazzjonali għax-Xogħol (ILO) u aġenziji tan-NU oħrajn kif ukoll istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali;
8. Jenfasizza li x-xogħol fost it-tfal huwa wieħed mill-kawżi prinċipali ta' faqar fil-ġenerazzjonijiet tal-futur u li x-xogħol ta' tfal u dak sfurzat jiffurmaw ksur tad-drittijiet fundamentali;
9. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw u jippromowtjaw inizjattivi leġiżlattivi u ta' politika fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw dwar opportunitajiet ugwali u li ma jiddiskriminawx fi skemi ta' taħriġ vokazzjonali u fil-post tax-xogħol, inkluż appoġġ għal adattamenti/akkomodazzjoni fil-post tax-xogħol għal persuni b'diżabilitajiet;
10. Jistieden mill-ġdid għal sforz biex jissielet il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi tax-xogħol u biex l-attivitajiet tal-kumpaniji multinazzjonali jkunu monitorjati, bil-possibilità li dawk li jkunu joperaw f'pajjiżi qegħdin jiżviluppaw ikunu esklużi minn akkwisti pubbliċi ffinanzjati jew appoġġjati mill-UE u l-Istati Membri tagħha kif ukoll mill-garanziji ta' kreditu ta' esportazzjoni mogħtija mill-EIB u minn istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn fil-każ ta' ksur ta' dawn id-drittijiet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jifformulaw bħala obbligatorju r-rispett għal standards prinċipali tax-xogħol fil-qafas ta' l-akkwist pubbliku ffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u appoġġ Komunitarju u bilaterali ieħor;
11. Jenfasizza li l-Artikolu 12(2)(d)(ii) tar-Regolament li jistabbilixxi l-Istrument ta' Koperazzjoni għall-Iżvilupp jistieden għall-promozzjoni ta' l-aġenda ta' 'xogħol deċenti għal kulħadd' bħala objettiv universali, li jrid jinkiseb, inter alia, permezz ta' inizjattivi globali oħrajn u mifruxin f'pajjiżi differenti biex ikunu implimentati standards tax-xogħol prinċipali ta' l-ILO li sar qbil dwarhom b'mod internazzjonali, analiżi ta' l-impatt tal-kummerċ fuq xogħol deċenti u mekkaniżmi sostnuti u xierqa għall-iffinanzjar ġust u l-iffunzjonar effettiv - u kopertura aktar wiesgħa - ta' sistemi ta' protezzjoni soċjali; jenfasizza li, anke fl-Artikolu 5(2)(c) ta' l-istess Regolament, xogħol deċenti jissemma' bħala qasam ta' ffukar; jistieden lill-Kummissjoni biex b'mod attiv tuża dawn id-dispożizzjonijiet fil-politika ta' żvilupp tagħha; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tirraporta b'mod sistematiku dwar l-isforzi tagħha biex tippromwovi xogħol deċenti fir-rapport annwali tagħha dwar il-politika ta' żvilupp u l-implimentazzjoni ta' l-assistenza esterna;
12. Jenfasizza li l-possibilità li jinkisbu l-Miri ta' Żvilupp tal-Millenju (MDGs) u t-tisħiħ tal-kunċett ta' xogħol deċenti permezz ta' għajnuna ta' żvilupp sostenibbli teħtieġ politika ta' taxxa innovattiva u ġusta, eż. taxxi fuq tranżazzjonijiet finanzjarji u fuq il-valuta;
13. Jenfasizza li xogħol deċenti huwa suġġett multidixxiplinari li għandu impatt fuq l-aspetti kollha tal-politika barranija; għalhekk, iqis li l-appoġġ għal xogħol deċenti jrid ikun inkoraġġut permezz ta' strumenti ta' ffinanzjar tal-politika barranija;
14. Jistieden biex il-programmi kollha tal-Kummissjoni fl-oqsma tal-koperazzjoni ta' żvilupp u tal-politika tal-kummerċ, iwettqu dispożizzjoni finanzjarja għal miżuri biex irawwmu xogħol deċenti;
15. Jemmen li ftehimiet tal-kummerċ iridu jkunu xprun tal-promozzjoni ta' xogħol deċenti; għalhekk jenfasizza li l-UE għandha tinkludi fil-mandati ta' negozjar tagħha għal ftehimiet bilaterali u għal ta' kummerċ oħrajn, il-prinċipji u l-objettivi ta' xogħol deċenti; jistieden lill-Kummissjoni biex tqis, meta tagħti preferenzi ta' kummerċ, il-konformità mal-pajjiżi benefiċjarji ma' standards tax-xogħol prinċipali internazzjonali, biex pajjiżi li ma jilħqux dawn l-istandards bażiċi ma jibbenefikawx mill-preferenzi tal-kummerċ ta' l-UE; jistieden lill-Kummissjoni biex taħdem b'mod attiv ma' l-ILO biex tiżgura li t-termini tal-ftehimiet ikunu osservati b'mod sħiħ, u, fejn meħtieġ, tuża l-poteri fid-dispożizzjoni tagħha biex tikkanċella preferenzi ma' kwalunkwe pajjiż li jfalli milli jirrispetta d-drittijiet soċjali fundamentali, id-drittijiet tax-xogħol u d-drittijiet tal-bniedem;
16. Jistieden għall-inklużjoni tal-prinċipju tax-xogħol deċenti fl-azzjonijiet Komunitarji kollha; ifakkar f'dan ir-rigward fl-importanza kruċjali ta' koerenza u koordinazzjoni politika soċjo/ekonomika fil-livelli nazzjonali, reġjonali u internazzjonali, li, fil-każ ta' dan ta' l-aħħar, għandha tinkludi l-involviment ta' l-ILO f'dan il-proċess;
17. Jenfasizza l-ħtieġa għall-kunċett ta' xogħol deċenti biex ikun stabbilit fil-prattika mill-protagonisti lokali kollha fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, b'enfasi partikulari fuq zoni rurali u s-settur informali; jenfasizza l-importanza ta' l-NGOs fil-promozzjoni u l-appoġġ ta' dan il-proċess; jenfasizza l-ħtieġa urġenti biex tittieħed azzjoni effettiva, anke permezz ta' għajnuna mill-UE fil-pajjiżi msieħba, għal promozzjoni ta' xogħol deċenti fl-ekonomija informali, bil-ħsieb ta' l-integrazzjoni gradwali ta' l-ekonomija informali fl-ekonomija formali;
18. Jenfasizza l-ħtieġa biex għal apopġġ tal-prattiki eżistenti li jiggarantixxu kundizzjonijiet ta' xogħol deċenti fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, bħal dawk tal-moviment internazzjonali tal-Kummerċ Ġust;
19. Jinnota li r-rispett għal konvenzjonijiet fundamentali ta' l-ILO biss kienu inklużi bħala indikatur ta' tmexxija xierqa li fuq il-bażi tagħhom il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jistgħu jkunu eliġibbli għal iffinanzjar addizzjonali; iqis li l-investiment f'xogħol deċenti huwa sinjal ta' tmexxija xierqa wkoll; għalhekk jenfasizza, li, b'addizzjoni għall-konvenzjonijiet fundamentali ta' l-ILO, xogħol deċenti għandu jkun inkluż bħala indikatur ta' tmexxija xierqa;
20. Jenfasizza l-ħtieġa li jkun stabbilit netwerk globali bbażat fuq id-domanda ta' qsim ta' tagħrif dwar xogħol deċenti u żvilupp lokali bbażat b'mod primarju fuq riċerka nazzjonali, bini ta' istituzzjoni u kapaċità;
21. Jipproponi li l-UE titlob status ta' osservatriċi għall-ILO fi ħdan id-WTO u t-twaqqif ta' kumitat għal kummerċ u x-xogħol deċenti fit-termini tal-kumitat għall-kummerċ u l-ambjent;
22. Ifakkar lill-Istati Membri tal-Konvenzjoni C100 ta' l-ILO rigward ir-Rinumerazzjoni Ugwali għal Ħaddiema Irġiel u Nisa għal Xogħol ta' Valur Ugwali, li tistieden lill-gvernijiet u lill-imsieħba soċjali biex jibnu strutturi soċjali u ekonomiċi ġodda biex isaħħu l-irwol tan-nisa fl-ekonomija u fis-suq tax-xogħol; jemmen li teżisti ħtieġa kemm biex jittieħdu miżuri speċifiċi favur in-nisa u għal introduzzjoni ta' l-integrazzjoni tas-sessi fil-politiki, programmi u proġetti kollha, biex tegħleb ostakoli li jevitaw li n-nisa jsibu xogħol deċenti;
23. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, bħala entitajiet li jħaddmu fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, biex iqisu l-prinċipju ta' xogħol deċenti, b'mod partikulari billi jżidu l-pagi bi qbil mar-Rakkomandazzjoni 135 ta' l-ILO rigward l-Iffisar tal-Paga Minima, b'Referenza Speċjali għal Pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.
PROĊEDURA
Titolu |
Il-promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd |
||||||
Numru tal-proċedura |
|||||||
Kumitat responsabbli |
EMPL |
||||||
Kumitat mitlub jagħti opinjoni |
DEVE |
||||||
Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
|
||||||
Rapporteur(s) |
Feleknas Uca |
||||||
Rapporteur preċedenti |
|
||||||
Eżami fil-kumitat |
27.2.2007 |
|
|
|
|
||
Data ta' l-adozzjoni |
27.2.2007 |
||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
25 0 0 |
|||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Margrietus van den Berg, Josep Borrell Fontelles, Danutė Budreikaitė, Corina Creţu, Alexandra Dobolyi, Filip Kaczmarek, Glenys Kinnock, Maria Martens, José Javier Pomés Ruiz, Miguel Portas, Horst Posdorf, Pierre Schapira, Frithjof Schmidt, Jürgen Schröder, Feleknas Uca, Luis Yañez-Barnuevo García, Anna Záborská |
||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Ana Maria Gomes, Jan Jerzy Kułakowski, Miguel Angel Martínez Martínez, Manolis Mavrommatis, Tobias Pflüger, Anne Van Lancker, Åsa Westlund, Zbigniew Zaleski |
||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
|
||||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... |
||||||
OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (24.1.2007)
għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
dwar l-ippromowtjar ta' xogħol deċenti għal kulħadd
(2006/2240(INI))
Rapporteur għal opinjoni: Amalia Sartori
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza Bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu s-suġġerimenti li ġejjin:
1. Jiddikjara li l-impjiegi kollha jkunu dinjitużi meta d-drittijiet tal-ħaddiema jkunu rispettati: pagi ġusti u ugwali għal xogħol ugwali, irrispettivament mis-sess tal-ħaddiema, ħlas adegwat ta' l-assigurazzjoni u tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u ambjent tax-xogħol sigur u san;
2. Jistieden lill-Istati Membri u lin-negozji, b'koperazzjoni ma' l-isħab soċjali u fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol, biex jadottaw strateġiji ta' prevenzjoni u biex jimplimentaw miżuri maħsubin biex jipproteġu l-maternità u biex itejjbu s-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol għal ħaddiema tqal u għal ħaddiema li jkunu għadhom kif welldu jew li jkunu għadhom ireddgħu;
3. Jenfasizza li l-kunċett tax-xogħol deċenti jinvolvi wkoll irtirar deċenti u jeddijiet relatati;
4. Barra dan, jistqarr li ma jista' jkun hemm l-ebda xogġol deċenti mingħajr ugwaljanza bejn is-sessi u jenfasizza b'mod partikulari r-rekwiżit li xogħol ugwali jrid ikun imħallas b'paga ugwali;
5. Jenfasizza li x-xogħol deċenti jitlob li tkun evitata kwalunkwe vjolenza fuq ix-xogħol, b'referenza partikulari - minħabba l-inċidenza u l-impatt ikbar tagħha - l-vjolenza (kemm fiżika u kemm psikoloġika) relatata mas-sess tal-vittma;
6. Jisħaq fuq il-bżonn li tittejjeb it-trasparenza tas-suq tax-xogħol, sabiex kull tip ta' xogħol (temporanju, permanenti, full-time, part-time, u dak li jitħallas bis-siegħa) jkun uffiċjali, imħallas b'mod deċenti, u jkun jirrispetta b'mod sħiħ id-drittijiet tal-ħaddiema, l-istandards bażiċi tax-xogħol, id-djalogu soċjali, il-protezzjoni soċjali (inklużi s-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol) u l-ugwaljanza bejn is-sessi;
7. Jinkuraġġixxi lin-negozji biex jadottaw politiki responsabbli u mhux diskriminatorji ta' reklutaġġ u ta' żvilupp professjonali sabiex jagħtu spinta lill-impjegar tan-nisa u ta' dawk żvantaġġjati fis-suq tax-xogħol;
8. Jirrimarka li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-impjegar tan-nisa, li r-regolamenti dwaru f'bosta każi għadhom m'humiex imħarsa b'mod sħiħ u f'termini kemm kwantitattivi u kemm kwalitattivi l-indiċi huma inqas favorevoli minn dawk konnessi ma' l-impjegar ta' l-irġiel, u biex jinħoloq ambjent li jippermetti lin-nisa li jibbilanċjaw ix-xogħol u l-ħajja tal-familja;
9. Jirrakomanda li n-negozji jieħdu inizjattivi biex jippromwovu parteċipazzjoni u rappreżentazzjoni akbar tan-nisa f'korpi involuti fid-djalogu soċjali, li hu għan strateġiku tal-kunċett tax-xogħol deċenti;
10. Jistieden lill-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan biex jinkorporaw fil-liġi domestika tagħhom dispożizzjonijiet li jikkundannaw il-bullying u l-fastidju sesswali;
11. Jikkritika l-fatt li fl-approċċ tal-Kummissjoni dwar il-promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd l-ugwaljanza bejn is-sessi għadha ma tqisitx b'mod adegwat; jenfasizza n-nuqqas ta' indikaturi adegwati ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-assenza sistematika ta' informazzjoni dwar il-differenzi fil-pagi u l-'glass ceilings';
12. Jisħaq fuq l-importanza tal-promozzjoni tar-relazzjonijiet professjonali li fihom il-kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sessi jkunu regolati kif jixraq għal kulħadd u f'kull settur, kemm fir-relazzjonijiet u kemm fil-programmi ta' koperazzjoni ta' l-UE ma' reġjuni u ma' stati terzi, bil-ħsieb li jinkisbu opportunitajiet ugwali għan-nisa u l-irġiel u kuxjenza dwar id-dimensjoni tas-sessi fis-suq tax-xogħol;
13. Jistieden lill-Kummissjoni, b'koperazzjoni ma' l-imsieħba soċjali u l-ILO, biex tinkuraġġixxi l-imprendituri nisa biex jistabbilixxu u jiżviluppaw negozji fl-Unjoni Ewropea u barra minnha bħala parti mill-politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp;
14. Jenfasizza l-bżonn li jintemmu x-xogħol part-time sfurzat (li jaffettwa l-iżjed lin-nisa) u s-sigħat tax-xogħol li jkunu ta' dannu għall-ħajja tal-familja minħabba li ma jkunux kontinwi jew imferrxin b'mod eċċessiv;
15. Jisħaq fuq il-bżonn li jsiru iżjed sforzi fir-rigward tat-taħriġ vokazzjonali permezz ta' l-introduzzjoni b'mod partikulari ta' sorveljanza personalizzata adegwata fuq il-ħaddiema f'kull stadju tal-ħajja tax-xogħol tagħhom;
16. Jirrakomanda li jiġu esplorati mezzi biex jiżdied l-appell ta' impjiegi li huma meqjusin bħala tqal wisq jew baxxi (għajnuna domestika, assistenza lill-familji, kura lill-anzjani, servizzi personali, eċċ.);
17. Jenfasizza l-importanza, għalhekk, li naħdmu fuq strateġiji prattiċi għall-promozzjoni ta' karrieri li, minħabba raġunijiet ta' kultura jew 'immaġini soċjali', huma stigmatizzati bħala diffiċli jew perikolużi, u għalhekk fihom innfushom m'humiex regolati mil-liġi u m'għandhom l-ebda protezzjoni soċjali;
18. Jenfasizza li għandu jingħata appoġġ lill-isforzi ta' l-Istati Membri biex jikkordinaw l-attivitajiet tagħhom u biex jiskambjaw l-aqwa prattiċi sabiex jinkisbu dawn l-objettivi.
PROĊEDURA
Titolu |
Il-promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd |
||||||
Numru tal-proċedura |
|||||||
Kumitat responsabbli |
EMPL |
||||||
Opinjoni mogħtija minn |
FEMM |
||||||
Koperazzjoni aktar mill-qrib |
|
||||||
Rapporteur għal opinjoni |
Amalia Sartori |
||||||
Rapporteur għal opinjoni preċedenti |
|
||||||
Eżami fil-kumitat |
19.12.2006 |
24.1.2007 |
|
|
|
||
Data ta' l-adozzjoni |
24.1.2007 |
||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
30 0 0 |
|||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Edit Bauer, Maria Carlshamre, Edite Estrela, Ilda Figueiredo, Věra Flasarová, Claire Gibault, Lissy Gröner, Zita Gurmai, Esther Herranz García, Anneli Jäätteenmäki, Lívia Járóka, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Urszula Krupa, Pia Elda Locatelli, Angelika Niebler, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Christa Prets, Marie-Line Reynaud, Teresa Riera Madurell, Eva-Britt Svensson, Britta Thomsen, Corien Wortmann-Kool, Anna Záborská |
||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Christa Klaß, Zita Pleštinská, Bernadette Vergnaud |
||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean Lambert, Elisabeth Schroedter |
||||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... |
||||||
OPINJONI Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (8.1.2007)
għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
dwar il-Promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd
(2006/2240(INI))
Rapporteur għal opinjoni : Harlem Désir
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:
1. Ifakkar l-impenn tal-komunità internazzjonali, fis-samit tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-14-16 ta' Settembru 2005 għall-appoġġ ta' l-aġenda dwar ix-xogħol deċenti mfassla mill-ILO; iqis il-promozzjoni ta' din l-aġenda bħala prijorità bil-ħsieb li jitwettqu l-objettivi ta' l-iżvilupp tal-millennju u t-tneħħija tal-faqar;
2. Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rieda tal-Kummissjoni li tintegra l-promozzjoni tax-xogħol deċenti fil-politiki esterni ta' l-UE, b'mod partikolari fil-politiki dwar il-kummerċ bilaterali u reġjonali u dwar l-għajnuna esterna; jagħmel enfasi li l-Kummissjoni trid tieħu vantaġġ min-negozjati bilaterali u multilaterali biex tpoġġi aktar mill-piż kummerċjali tagħha għall-promozzjoni ta' l-istandards soċjali u tax-xogħol deċenti;
3. Jistieden lill-Kummissjoni biex ma tittraskurax id-dimensjoni multilaterali fil-promozzjoni ta' aġenda għax-xogħol deċenti; jitlob lill-Kummissjoni, b'mod partikolari, biex tressaq proposta fid-WTO bl-iskop li tiżgura li d-deċiżjonijiet tad-WTO jinkorporaw il-proposti kollha ta' l-ILO dwar xogħol deċenti;
4. Jafferma li l-promozzjoni tax-xogħol deċenti hija konsistenti mal-valuri ta' l-UE u li huwa fl-interess ta' l-UE li jiġi żgurat li l-kummerċ internazzjonali jikber skond il-mudell soċjali Ewropew bil-ħsieb li jiġu evitati l-forom kollha ta' 'dumping' soċjali; jappella biex l-politiki esterni ta' l-UE jimmiraw għall-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiżi msieħba, iżda wkoll biex jirrispettaw l-istandards soċjali u x-xogħol deċenti, billi jiżguraw dħul deċenti għal min jaħdem u l-familja tiegħu kif ukoll bi dritt għas-sikurezza u għas-saħħa fuq ix-xogħol, għall-ħarsien soċjali u għall-libertà trjedjunjinistika;
5. Jagħmel enfasi fuq ir-responsabbiltà tas-sħab soċjali għall-promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd, u jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġjhom u biex tħeġġeġ l-inizjattivi tagħhom f'dan il-qasam;
6. Jemmen li kumpaniji multinazzjonali, fosthom dawk multinazzjonali Ewropej, li qegħdin joperaw f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw iridu jqisu ruħhom li għandhom responsabbiltajiet li jkopru wkoll l-isfera soċjali, li jitolbu minnhom li jippromwovu x-xogħol deċenti fl-eżerċizzju ta' l-attivitajiet tagħhom u li jagħmlu ħilithom biex jiġi eliminat it-tħaddim ta' tfal;
7. Jappoġġja l-azzjoni tal-Kummissjoni bil-ħsieb li tkun żgurata l-usa' ratifikazzjoni possibbli tal-konvenzjonijiet ta' l-ILO, b'mod partikolari ta' dawk dwar l-istandards fundamentali tax-xogħol; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tagħmel l-implimentazzjoni ta' l-istandards bażiċi dwar ix-xogħol element permanenti fil-livelli kollha tal-konsultazzjonijiet bilaterali, kemm ma' pajjiżi fejn isiru vjolazzjonijiet kif ukoll ma' pajjiżi li għandhom rabtiet ta' kummerċ u investimenti ma' dawn il-pajjiżi; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tinkludi, fil-ftehimiet kummerċjali u fis-sħubijiet strateġiċi bilaterali kollha, klawsola dwar l-implimentazzjoni ta' standards bażiċi dwar ix-xogħol, b'mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet tat-trejdjunjins, tal-projbizzjoni ta' xogħol sfurzat u tat-tħaddim ta' tfal, ta' l-ugwaljanza tas-sessi fuq ix-xogħol u tad-drittijiet tal-ħaddiema migranti; jistieden lill-Kummissjoni, wara r-ratifika tal-konvenzjonijiet ta' l-ILO, biex tissorvelja b'mod effettiv l-implimentazzjoni tagħhom u tirrapporta lill-Parlament fuq bażi regolari; jitlob ukoll li jittieħdu miżuri bil-ħsieb li jiġi missielet id-'dumping' soċjali;
8. Jipproponi li l-UE tinkorpora, bħala ħaġa fissa, klawsoli soċjali dwar ix-xogħol deċenti fl-istrumenti kollha ta' koperazzjoni bilaterali u reġjonali, fosthom il-ftehimiet kummerċjali;
9. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 50 tal-Ftehima ta' Cotonou, li għandu fih dispożizzjoni speċifika dwar il-kummerċ u l-istandards tax-xogħol u li jikkonferma l-impenn tal-partijiet favur l-istandards bażiċi dwar ix-xogħol;
10. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ir-rispett ta' l-istandards bażiċi dwar ix-xogħol tagħmlu kundizzjoni minn qabel għall-politika tagħha tax-xiri u ta' l-għoti ta' kuntratti; jistieden lill-Kummissjoni, għal dan l-iskop, biex tiżviluppa politika u biex tipprovdi għajnuna marbuta mal-kummerċ li biha produtturi żgħar f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw ikunu jistgħu bl-istess mod jikkonformaw ma' dawn l-istandards;
11. Jinsab konvint li l-pożizzjoni ta' gwida ta' l-UE fil-kummerċ globali u fil-ġbir ta' benefiċċi ekonomiċi miż-żieda fil-kummerċ globali hija dovuta għall-livell għoli tas-sħubija soċjali u tal-paċi fl-UE, li jrid jinżamm bħala l-iskop predominanti ta' l-istrumenti kollha tal-politika kummerċjali;
12. Japprova l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp ta' indikaturi u metodoloġiji ta' assessjar li jinkorporaw ix-xogħol deċenti fl-istudji dwar l-impatt sostenibbli (SIAs), b'mod partikolari għal ftehimiet kummerċjali ġodda bilaterali u reġjonali u z-zoni ta' l-ipproċessar ta' l-esportazzjoni; jilqa' b'sodisfazzjon il-proġett pilota mniedi ma' l-ILO biex ikejjel l-impatt tal-kummerċ u tal-liberalizzazzjoni tiegħu fuq ix-xogħol deċenti; jittama li dan jista' jiġi estiż għal aktar pajjiżi u li dawn l-indikaturi jistgħu jiġu inklużi b'mod sistematiku fl-SIAs bħala għodod għall-evalwazzjoni tal-politiki kummerċjali;
13. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħraf, u tinkorpora fin-negozjati kummerċjali bilaterali u multilaterali tagħha u fl-SIAs, indikaturi raġonevoli, kif definiti mill-ILO, għan-numru ta' spetturi tax-xogħol skond in-numru ta' ħaddiema impjegati: spettur wieħed għal kull 10,000 ħaddiem fil-pajjiżi industrijalizzati b'ekonomija ta' suq, wieħed għal kull 20,000 f'ekonomiji tranżitorji u wieħed kull 40,000 fil-pajjiżi anqas żviluppati;
14. Jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ l-impenn tagħha biex tippromwovi u tiggarantixxi fil-pajjiżi benefiċjarji tal-GSP+, l-applikazzjoni effettiva tad-drittijiet fondamentali tal-ħaddiema stabbiliti fil-konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' l-ILO; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex turi aktar dixxiplina fl-implimentazzjoni tal-GSP billi tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-gvernijiet benefiċjarji u biex tagħmel użu mill-istrumenti ta' kontroll disponibbli fir-Regolament tal-Kunsill (CE) Nru 980/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 billi tapplika skema ta' preferenzi ta' tariffi ġeneralizzati ("ir-Regolament GSP") u, fejn ikun hemm bżonn, tapplika l-mekkaniżmi biex tissospendi temporanjament il-preferenzi għal dawk il-pajjiżi li ma jonorawx l-impenji tagħhom u li jiksru d-drittijiet soċjali fondamentali b'mod gravi u sistematiku filwaqt li tiżgura li t-tneħħija tal-preferenzi ma tinkoraġġix il-protezzjoniżmu; jappella wkoll għal sorveljanza u biex l-applikazzjoni ta' dawk il-mekkaniżmi tiġi estiża biex tkopri pajjiżi benefiċjarji oħra tal-GSP, speċjalment rigward it-tħaddim ta' tfal u x-xogħol sfurzat, li l-eliminazzjoni tagħhom hija sfida ċentrali għall-ILO, kif indikat fir-rapport tagħha bit-titolu 'It-tmiem tat-tħaddim ta' tfal: Fil-viċin'; jemmen li l-ekonomija Ċiniża issa kibret f'dimensjoni tali u qiegħda tagħmel impatt qawwi tali fuq il-kummerċ internazzjonali li standards simili jridu jiġu applikati jekk iċ-Ċina għandha tkompli tgawdi preferenzi kummerċjali; jitlob li l-Kummissjoni, kull sena, tgħarraf dwar dan lill-Parlament;
15. Jistieden lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ impenn akbar dwar ir-responsabbiltà soċjali min-naħa ta' l-impriżi; jagħmel enfasi fuq l-importanza ta' l-impriżi biex jiġi żgurat rispett akbar lejn l-istandards fundamentali tax-xogħol fir-relazzjonijiet tagħhom ma' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, b'mod partikolari fl-istadju tad-disinn tal-prodott;
16. Jitlob li, fir-reviżjoni li ġejja tar-Regolament tal-GSP, il-Kummissjoni tagħmel provvediment speċifiku biex is-sospensjoni u t-tneħħija tal-benefiċċji tal-GSP+ jkunu bbażati fuq kriterju ta' proporzjonalità, sabiex ma ċċaħħadx l-inċentivi lil kumpaniji li, fl-operazzjonijiet tan-negozju tagħhom u fir-relazzjonijiet tagħhom mal-ħaddiema tagħhom, jikkonformaw ruħhom ma' l-obbligi li jitnisslu mill-impenji internazzjonali li jkunu ttieħdu mill-pajjiżi benefiċjarji;
17. Ifakkar li, filwaqt li l-Istati huma primarjament responsabbli għall-adozzjoni xierqa u l-implimentazzjoni ta' standards bażiċi tax-xogħol, korporazzjonijiet transnazzjonali għandhom jinżammu responsabbli għallinqas b'mod indirett; iħeġġeġ lill-korporazzjonijiet transnazzjonali biex jadottaw u jippromwovu prattiki dwar ir-Responsabbiltà Soċjali ta' l-Impriżi u standards bażiċi tax-xogħol rigward kemm l-attivitajiet li kumpanija għandha u li tikkontrolla b'mod dirett u kemm il-fornituri ta' barra u s-subkontratturi (is-soltu fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw) tal-kumpanija; jirrakkomanda li dawn il-politiki jkunu żviluppati bi sħubija mal-partijiet interessati kollha rilevanti (gvernijiet, kumpaniji, trejdjunjins u NGOs); jirrikonoxxi li l-interess li qed jikber fir-Responsabbiltà Soċjali ta' l-Impriżi żied l-għarfien ta' l-impriżi transnazzjonali dwar l-irwol pożittiv ta' l-istandards tax-xogħol fl-iżvilupp ta' l-intrapriża; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tinvestiga l-possibilità li tipprovdi assistenza teknika lill-kumpaniji, b'mod partikolari lill-intrapriżi żgħar u dawk ta' daqs medju, u lill-awtoritajiet lokali ta' pajjiżi terzi biex tiżgura li jkollhom ir-riżorsi finanzjarji u umani neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dawn il-politiki;
18. Iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-pajjiżi minn fejn ġejjin l-intrapriżi transnazzjonali biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida ta' l-OECD għal Intrapriżi Multinazzjonali u biex jippubblikaw rapporti kull tant żmien dwar il-kontribuzzjoni ta' dawk l-intrapriżi għall-implimentazzjoni effettiva ta' l-istandards bażiċi tax-xogħol ta' l-ILO;
19. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkontribwixxi għall-iżvilupp tan-Normi tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Responsabbiltajiet ta' Impriżi Transnazzjonali u Intrapriżi Oħra tan-Negozju rigward id-Drittijiet tal-Bniedem biex tiżgura li dawn ikunu strument globali effettiv kontra l-vjolazzjoni ta' l-istandards bażiċi tax-xogħol u kontra abbużi oħra possibbli dwar id-drittijiet tal-bniedem mill-kumpaniji;
20. Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tinvestiga l-ħolqien ta' salvagwardji u mekkaniżmi legali xierqa fil-livell ta' l-UE li jidentifikaw u jieħdu passi kontra importaturi li għandhom is-sede tagħhom fl-UE li jimpurtaw prodotti f'dawk il-każi fejn il-vjolazzjoni tal-konvenzjonijiet bażiċi ta' l-ILO kienet permessa f'xi parti tal-katina tal-fornitura; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tesplora l-possibilità li toħloq inċentivi għall-importaturi bis-sede tagħhom fl-UE li jwettqu monitoraġġ regulari u indipendenti tal-manifattura tal-prodotti tagħhom fil-pajjiżi terzi kollha li jagħmlu parti mill-katina tal-produzzjoni;
21. Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tinvestiga u tidentifika kumpaniji li b'mod kontinwu u persistenti jippermettu l-vjolazzjoni ta' l-istandards bażiċi tax-xogħol f'xi parti tal-produzzjoni u tal-katina tal-fornitura u jappella biex din il-lista ssir disponibbli għall-importaturi bis-sede tagħhom fl-UE;
22. Jistieden lill-UE biex tikkontribwixxi għax-xogħol deċenti permezz tal-politika tagħha tal-migrazzjoni, billi tipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet tal-pajjiżi li jilqgħu l-migranti bil-ħsieb li l-migranti li jgħixu f'pajjiżhom ikunu protetti u jiġu ttrattati aħjar, u biex tiġġieled kontra l-migrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin;
23. Jenfasizza l-irwol bażiku li r-responsabbiltà bażika ta' l-impriżi tista' twettaq għal-promozzjoni tax-xogħol deċenti u jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tippromwovih, flimkien mal-miżuri approvati mill-OECD u l-ILO;
24. Jenfasizza l-bżonn ta' koperazzjoni akbar bejn id-WTO, l-UNCTAD, l-ILO u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra fir-rigward tar-komplementarjetà tal-politiki tagħhom; jikkunsidra bħala essenzjali l-koerenza bejn il-miżuri li jittieħdu għall-promozzjoni tax-xogħol deċenti u li tiġi ggarantita fil-prattika; jipproponi li l-ILO tingħata stejtus ta' osservatur fi ħdan id-WTO ; jindirizza lill-parlamenti tal-membri l-oħra tad-WTO biex jitlobhom appoġġ għal din ir-rikjesta;
25. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel 'il-promozzjoni tax-xogħol deċenti' objettiv ta' l-UE fi ħdan id-WTO taħt il-forma ta' pakkett komprensiv bil-mira li jipprovdi lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw aktar spazju fil-qasam tal-politika, inkluż rispett akbar fl-UE għar-rikjesti u l-inizjattivi dwar Trattament Speċjali u Differenzjali (SDT) għall-istabilizzar tal-prezzijiet tal-prodotti;
26. Jistieden lill-Kummissjoni li tipproponi l-ħolqien fi ħdan id-WTO ta' kumitat 'kummerċ u xogħol deċenti' fuq il-mudell tal-kumitat 'kummerċ u ambjent';
27. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-istatuti ta' l-ILO jippermettulha li ssejjaħ sanzjonijiet kummerċjali kontra pajjiż fil-każ li dan jonqos li jikkonforma ruħu mal-konvenzjonijiet soċjali internazzjonali, u jistieden lid-WTO li timpenja ruħha li tikkonforma mad-deċiżjonijiet ta' l-ILO għall-konsistenza fl-azzjoni ta' l-istituzzjonijiet internazzjonali;
28. Jipproponi li l-ILO tkun awtorizzata li tissottometti rapporti ta' esperti kompetenti (amicus briefs) lill-bords tad-WTO u lill-Awtorità ta' l-Appell f'każi rilevanti fejn f'tilwima tidħol il-kwistjoni tal-vjolazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali u fejn fiha id-deċiżjonijiet ta' l-ILO iridu jiġu kkunsidrati;
29. Jipproponi li, fejn deċiżjoni mill-Awtorità għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (Dispute Settlement Body) titqies minn Stat Membru tad-WTO li tinvolvi deċiżjonijiet ta' l-ILO dwar konformità mal-konvenzjonijiet tax-xogħol, triq ta' appell għall-ILO għandha teżisti biex tiġi ggarantita l-koerenza ta' l-azzjoni tal-komunità internazzjonali fil-promozzjoni tax-xogħol deċenti;
30. Jenfasizza l-bżonn li jigu promossi kodiċijiet ta' kondotta għall-impriżi multinazzjonali li jiġu nnegozjati mat-trejdjunjins fl-OECD, li jinkorporaw l-objettivi tax-xogħol deċenti, u jappella biex dawn ir-regoli japplikaw għas-sussidjarji ta' kumpaniji fil-pajjiż terz li għandhom is-sede tagħhom fl-Ewropa, kif ukoll għas-subkontratturi u għall-fornituri involuti fil-katina tal-produzzjoni tal-kumpanija;
31. Jilqa' b'sodisfazzjon l-appoġġ li l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tagħti għat-titjib ta' l-involviment tas-sħab soċjali u ta' atturi oħra tas-soċjetà ċivili tal-governanza dinjija (bħalma huma d-WTO u l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali) skond il-linji tal-mudell konsultattiv ta' l-OECD, iżda jfakkar li huwa daqstant importanti li dawn l-atturi jkunu involuti fin-negozjati kummerċjali bilaterali u reġjonali ta' l-UE;
32. Jistieden lill-UE biex tagħmel il-konformità ma' l-istandards tax-xogħol internazzjonali element fin-negozjati għas-sħubija ta' stati membri ġodda fid-WTO;
33. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi approċċ aktar magħqud minn-naħa ta' l-Istati Membri ta' l-UE rigward it-twettiq ta' l-inkorporazzjoni effettiva tax-xogħol deċenti fl-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali, b'mod partikolari rigward il-pariri dwar il-politika tagħhom, il-programmi tagħhom dwar l-assistenza għall-iżvilupp u dwar is-self tagħhom lil kumpaniji privati;
34. Jagħmel enfasi li x-xogħol deċenti jikkonċerna lill-ħaddiema kollha u li x-xogħol magħmul fuq bażi mhux formali ġie identifikat mill-ILO bħala rifless ta' l-eżistenza ta' "nuqqas tax-xogħol deċenti" li jrid jiġi eliminat sabiex il-ħaddiema kollha jkunu jistgħu jagħmlu xogħol f'qafas legali u istituzzjonali li fih id-drittijiet tagħhom ikunu mħarsa;
35. Jagħmel enfasi li kodiċijiet ta' kondotta ma jridux jiġu approvati mingħajr ma jiġu identifikati b'mod speċifiku dawk it-tipi ta' inizjattivi li jippromwovu x-xogħol deċenti u li, spiss ħafna, il-kodiċijiet ma jissostitwixxux b'mod xieraq l-adozzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi u l-irwol tat-trejdjunjins u r-relazzjonijiet industrijali ġenwini; jappella minflok biex il-ħolqien tax-xogħol deċenti jkun rikonoxxut bħala element essenzjali biex intrapriża titqies bħala soċjalment responsabbli; jagħmel enfasi wkoll dwar il-fatt li l-Forum ta' Bosta Partijiet Interessati u l-Alleanza Ewropea dwar ir-Responsabbiltà Soċjali ta' l-Impriżi (CSR) ma jkunux mezz utli għall-iżvilupp tax-xogħol deċenti sakemm ma jkunx indirizzat it-tħassib tat-trejdjunjins u ta' l-NGOs rigward dawn il-korpi;
36. Jagħmel enfasi, fl-aħħarnett, dwar l-importanża tal-promozzjoni tad-Dikjarazzjoni bejn Tliet Partijiet ta' l-ILO dwar l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali.
PROĊEDURA
Titolu |
Il-promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd |
|||
Numru tal-proċedura |
||||
Kumitat responsabbli |
EMPL |
|||
Kumitat mitlub jagħti opinjoni |
INTA |
|||
Rapporteur għal opinjoni |
Harlem Désir |
|||
Eżami fil-kumitat |
3.10.2006 |
22.11.2006 |
||
Data ta' l-adozzjoni |
19.12.2006 |
|||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
24 1 0 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Kader Arif, Francisco Assis, Jean-Pierre Audy, Enrique Barón Crespo, Daniel Caspary, Françoise Castex, Christofer Fjellner, Béla Glattfelder, Alain Lipietz, Caroline Lucas, Erika Mann, Helmuth Markov, David Martin, Georgios Papastamkos, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Johan Van Hecke, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Zbigniew Zaleski |
|||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Panagiotis Beglitis, Harlem Désir, Elisa Ferreira, Małgorzata Handzlik, Jens Holm |
|||
PROĊEDURA
Titolu |
Il-promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd |
|||||||||||
Numru tal-proċedura |
||||||||||||
Kumitat responsabbli |
EMPL |
|||||||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni |
DEVE |
FEMM |
INTA |
|
|
|||||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija |
AFET |
|
|
|
|
|||||||
Koperazzjoni aktar mill-qrib |
|
|
|
|
|
|||||||
Rapporteur(s) |
Marie Panayotopoulos-Cassiotou |
|||||||||||
Rapporteur(s) preċedenti |
|
|
||||||||||
Eżami fil-kumitat |
22.11.2006 |
24.1.2007 |
28.2.2007 |
|
|
|||||||
Data ta' l-adozzjoni |
1.3.2007 |
|||||||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+ - 0 |
35 4 0 |
||||||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Andersson, Alexandru Athanasiu, Roselyne Bachelot-Narquin, Emine Bozkurt, Philip Bushill-Matthews, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Christina Christova, Derek Roland Clark, Luigi Cocilovo, Proinsias De Rossa, Harlem Désir, Harald Ettl, Richard Falbr, Carlo Fatuzzo, Ilda Figueiredo, Joel Hasse Ferreira, Stephen Hughes, Karin Jöns, Jan Jerzy Kułakowski, Jean Lambert, Raymond Langendries, Bernard Lehideux, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Ana Mato Adrover, Maria Matsouka, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Pier Antonio Panzeri, Jacek Protasiewicz, José Albino Silva Peneda, Kathy Sinnott, Jean Spautz, Gabriele Stauner, Anne Van Lancker |
|||||||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Edit Bauer, Mihael Brejc, Françoise Castex, Richard Howitt, Sepp Kusstatscher, Roberto Musacchio |
|||||||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
André Brie, Jaromír Kohlíček |
|||||||||||
Data tat-tressiq |
15.3.2007 |
|||||||||||
Kummenti |
|
|||||||||||