Proċedura : 2005/0237A(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0070/2007

Testi mressqa :

A6-0070/2007

Dibattiti :

PV 24/04/2007 - 11
CRE 24/04/2007 - 11

Votazzjonijiet :

PV 25/04/2007 - 11.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0150

RAPPORT     ***I
PDF 269kWORD 318k
20.3.2007
PE 378.538v01-00 A6-0070/2007

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti ta' l-amministrazzjonijiet marittimi.

(COM(2005)0587 – C6‑0038/2006 – 2005/0237(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Luis de Grandes Pascual

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti ta' l-amministrazzjonijiet marittimi

(COM(2005)0587 – C6‑0038/2006 – 2005/0237(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0587)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 80(2), skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0038/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6‑0070/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 2

(2) In its resolution of 8 June 1993 on a common policy on safe seas, the Council set the objective of removing all substandard vessels from Community waters and gave priority to Community action to secure the effective and uniform implementation of international rules by elaborating common standards for classification societies.

(2) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 1993 dwar pożizzjoni komuni fuq ibħra siguri, il-Kunsill stabbilixxa l-għan li jneħħi l-bastimenti kollha substandard mill-ibħra tal-Komunità u ta prijorità lill-azzjoni Komunitarja biex jiżgura l-implimentazzjoni effettiva u uniformi tar-regoli internazzjonali billi elabora l-istandards komuni għas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni, iddefiniti bħala organizzazzjonijiet ta' spezzjoni tal-bastimenti u tal-perizji (hawn aktar 'l isfel imsejħa "organizzazzjonijiet rikonoxxuti").

Ġustifikazzjoni

Għalkemm din hija kwotazzjoni awtentika u t-termini użati kienu 'soċjetajiet ta' klassifikazzjoni' huwa xieraq li jintużaw l-istess termini tul id-Direttiva.

Emenda 2

Premessa 5

(5) Member States are responsible for the issuing of international certificates for safety and pollution provided for under conventions such as SOLAS 74, Load Lines 66 and Marpol 73/78, and for the implementation of the provisions thereof.

(5) L-Istati Membri huma responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati internazzjonali għas-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis kif hemm previst fil-konvenzjonijiet bħas-SOLAS 74, il-Linji tat-Tagħbija 66 u l-Marpol 73/78, u għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Huwa ovvju li hemm żball fit-test tal-Kummissjoni, peress illi l-iskop tal-ħruġ taċ-ċertifikati huwa li jiġi pprevenut it-tniġġis.

Emenda 3

Premessa 6

(6) In compliance with such conventions all Member States may authorise to a varying extent ship inspection and survey organisations, generally known as classification societies, for the certification of such compliance and may delegate the issue of the relevant safety certificates.

(6) Bi qbil ma' dawn il-konvenzjonijiet l-Istati Membri kollha, f'limiti li jvarjaw, jistgħu jawtorizzaw organizzazzjonijiet ta' spezzjoni tal-bastimenti u tal-perizji, magħrufa ġeneralment bħala soċjetajiet ta' klassifikazzjoni, għall-għoti ta' ċertifikati li juru tali konformità u jistgħu jiddelegaw il-kwistjoni taċ-ċertfikati rilevanti għas-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis.

Ġustifikazzjoni

Titjib tekniku għall-korrezzjoni ta' nuqqas fit-test tal-Kummissjoni.

Emenda 4

Premessa 7

(7) Worldwide a large number of the existing classification societies do not ensure either adequate implementation of the rules or reliability when acting on behalf of national administrations as they do not have adequate structures and experience to be relied upon and to enable them to carry out their duties in a highly professional manner.

(7) Madwar id-dinja, hemm numru kbir ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti eżistenti li jew ma jiżgurawx implimentazzjoni adegwata tar-regoli jew inkella ma jiżgurawx affidabilità meta jkunu qed jaġixxu f'isem amministrazzjonijiet nazzjonali peress illi m'għandhomx strutturi u esperjenza adegwati sabiex wieħed ikun jista' jserraħ fuqhom u li jkunu jistgħu jippermettulhom li jwettqu dmirijiethom b'mod professjonali ferm.

Din l-emenda tapplika tul it-test kollu. Jekk tiġi adottata dan ikun jeħtieġ tibdil tul it-test kollu.

Emenda 5

Premessa 8

(8) Furthermore, these organisations are given the duty of producing and implementing rules for the design, construction, maintenance and inspection of ships and to meet the requirements of the international conventions for the issue of the relevant certificates. To enable them to carry out that duty in a satisfactory manner they need to have strict independence, highly specialised technical competence and rigorous quality management.

(8) Iktar minn hekk, dawn l-organizzazzjonijiet jipproduċu u jimplimentaw regoli għad-diżinn, il-kostruzzjoni, iż-żamma u l-ispezzjoni ta' bastimenti u huma responsabbli illi jwettqu spezzjonijiet ta' bastimenti f'isem l-Istati tal-bandiera u jiċċertifikaw li dawk il-bastimenti jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-konvenzjonijiet internazzjonali għall-kwistjoni taċ-ċertifikati rilevanti. Sabiex huma jkunu jistgħu jwettqu dmirijiethom b'mod sodisfaċenti, jeħtieġ li jkollhom indipendenza stretta, kompetenza teknika speċjalizzata ħafna u ġestjoni tal-kwalità rigoruża.

Ġustifikazzjoni

Jidher li huwa neċessarju li tiġi inkluża attività li teħtieġ daqshekk sengħa bħax-xogħol iddelegat mill-Istati tal-bandiera.

Emenda 6

Premessa 9 a (ġdida)

 

(9a) Dan il-għan għandu jintlaħaq permezz ta' miżuri li jkunu konnessi b'mod xieraq max-xogħol ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonaliu, meta dan ikun xieraq, li jibnu fuq dan ix-xogħol u jikkomplimentawh.

Ġustifikazzjoni

Minkejja l-ħtieġa li l-proposti jkunu ristretti biss għat-territorju tal-Komunità, fejn l-UE ma tkunx kompetenti, ikun rakkomandabbli li wieħed jaħdem lejn ir-regoli internazzjonali fil-qafas ta' l-IMO (Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali), bi qbil man-natura globali ta' l-attività marittima.

Emenda 7

Premessa 14

(14) A Member State may restrict the number of organisations it authorises in accordance with its needs, based on objective and transparent grounds, subject to control exercised by the Commission in accordance with a committee procedure.

(14) Stat Membru jista' jirrestrinġi n-numru ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti li huwa jawtorizza bi qbil mal-bżonnijiet tiegħu, fuq il-bażi ta' raġunijiet oġġettivi u trasparenti, soġġetti għall-kontroll eżerċitat mill-Kummissjoni b'konformità ma' proċedura ta' kumitat.

Emenda 8

Premessa 15

(15) Since this Directive ensures freedom to provide services in the Community, the Community should be entitled to negotiate, with those third countries where some of the recognised organisations are located, equal treatment for the recognised organisations located in the Community.

(15) Peress li din id-Direttiva tiżgura l-libertà li wieħed jipprovdi servizzi fi ħdan il-Komunità, il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li tinnegozja trattament indaqs għall-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li għandhom is-sede tagħhom fil-Komunità ma' dawk il-pajjiżi terzi fejn jinsabu xi wħud mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti.

Emenda 9

Premessa 16

(16) A tight involvement of the national administrations in ship surveys and in the issue of the related certificates is necessary to ensure full compliance with the international safety rules even if the Member States rely upon organisations outside their administration for carrying out statutory duties. It is appropriate, therefore, to establish a close working relationship between the administrations and the organisations, which may require that the organisation has a local representation on the territory of the Member State on behalf of which it performs its duties.

(16) Jeħtieġ li jkun hemm involviment qawwi ta' l-amministrazzjonijiet nazzjonali fl-ispezzjoni tal-bastimenti u fil-ħruġ taċ-ċertifikati relatati sabiex tiġi żgurata konformità sħiħa mar-regoli internazzjonali tas-sigurtà anke jekk l-Istati Membri jimpjegaw organizzazzjonijiet rikonoxxuti li mhumiex fl-amministrazzjoni tagħhom sabiex iwettqu dmirijiet statutorji. Huwa għalhekk xieraq li titwaqqaf relazzjoni ta' ħidma mill-qrib bejn l-amministrazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet awtorizzati minnhom, u dan jista' jkun jeħtieġ li dawn ta' l-aħħar ikollhom rappreżentanza lokali fit-territorju ta' l-Istat Membru li jkunu qed iwettqu d-dmirijiet tiegħu f'ismu.

Emenda 10

Premessa 17

(17) La divergencia de los regímenes de responsabilidad financiera de las organizaciones que actúan en nombre de los Estados miembros impediría a aplicación adecuada de la presente Directiva. A fin de contribuir a resolver este problema, procede implantar a escala comunitaria un nivel de armonización de la responsabilidad que se derive de cualquier incidente provocado por una organización reconocida y establecida mediante sentencia de un tribunal, incluyendo la solución resolución arbitral de un litigio.

(17) Id-diverġenza fl-iskemi ta' responsabiltà finanzjarja bejn organizzazzjonijiet li jaħdmu f'isem l-Istati Membri tostakola l-implimentazzjoni adegwata ta' din id-Direttiva. Sabiex wieħed jikkontribwixxi għas-soluzzjoni ta' din il-problema, huwa xieraq illi jkun hemm grad ta' armonizzazzjoni fil-livell Komunitarju tar-responsabiltà li tirriżulta minn xi inċident ikkawżat minn organizzazzjoni rikonoxxuta, hekk kif deċiż minn xi qorti, inkluża s-soluzzjoni ta' xi tilwima permezz ta' proċeduri ta' arbitraġġ.

Emenda 11

Premessa 18

(18) The measures necessary for the implementation of this Directive should be adopted in accordance with Council Decision 1999/468/EC of 28 June 1999 laying down the procedures for the exercise of implementing powers conferred on the Commission.

(18) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE
tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni.

 

B'mod partikulari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda din id-Direttiva sabiex tapplika emendi sussegwenti lill-konvenzjonijiet internazzjonali, protokolli, kodiċi u riżoluzzjonijiet relatati magħha, li taġġorna l-kriterji fl-ewwel Anness u li tadotta l-kriterji sabiex tiġi mkejla l-prestazzjoni tas-sigurtà u tal-prevenzjoni tat-tniġġis ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti. Peress li dawn il-miri huma ta' portata ġenerali u huma kkonċepiti sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, u sabiex jissupplimentaw lil din id-Direttiva biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista mill-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Ġustifikazzjoni

Għandha tiġi introdotta l-proċedura ta' komitoloġija l-ġdida (proċedura regolatorja bi skrutinju).

Emenda 12

Premessa 20

(20) It is of the utmost importance that failure by a recognised organisation to fulfil its obligations can be addressed in a prompt, effective and proportionate manner. The primary objective should be to correct any deficiencies with a view to removing any potential threat to safety or the environment at an early stage. The Commission should therefore be given the necessary powers to require that the organisation undertakes the necessary preventive and remedial action, and to impose fines and periodic penalty payments as coercive measures.

(20) Huwa ta' importanza fundamentali li n-nuqqas, da parti ta' organizzazzjoni rikonoxxuta, li taqdi dmirijietha jkun jista' jiġi indirizzat malajr u b'mod effettiv u proporzjonat. L-objettiv ewlieni għandu jkun li jiġi korretti xi nuqqasijiet bl-iskop li titneħħa kwalunkwe theddida għas-sigurtà jew għall-ambjent fi stadju bikri. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tingħata s-setgħat neċessarji sabiex tirrikjedi li l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jieħdu l-azzjoni preventiva u ta' rimedju meħtieġa, u sabiex timponi multi u ħlasijiet penali perjodiċi bħala miżuri kostrinġenti.

Emenda 13

Premessa 23

(23) Each Member State should periodically assess the performance of the organisations working on its behalf and provide the Commission and all the other Member States with precise information related to such performance.

(23) Kull Stat Membru għandu jevalwa b'mod perjodiku l-prestazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaħdmu f'ismu u għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'informazzjoni preċiża relatata ma' din il-prestazzjoni.

Emenda 14

Premessa 24

(24) The continuous a posteriori monitoring of the recognised organisations to assess their compliance with the provisions of this Directive can be carried out more effectively in a harmonised and centralised manner. Therefore it is appropriate that the Commission, together with the Member State requesting the recognition, be entrusted with this task on behalf of the whole Community.

(24) Il-monitoraġġ kontinwu a posteriori ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti sabiex tiġi evalwata l-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jista' jitwettaq b'mod iktar effettiv, armonizzat u ċentralizzat. Huwa għalhekk xieraq li l-Kummissjoni, flimkien ma' l-Istati Membri li rispettivament jawtorizzawhom illi jaġixxu f'isimhom, tingħata l-kompitu f'isem il-Komunità kollha.

Emenda 15

Premessa 25

(25) It is crucial that Community inspectors have access to ships and ship files regardless of the ship’s flag in order to ascertain that the recognised organisations comply with the minimum criteria in respect of all ships in their respective class.

(25) Bħala parti mill-monitoraġġ ta' l-operazzjonijiet ta' organizzazzjoniet rikonoxxuti, l-ispetturi tal-Komunità għandu jkollhom aċċess għall-bastimenti għall-fajls tal-bastimenti indipendentement mill-bandiera tal-bastiment sabiex jiżguraw li l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jkunu jaġixxu b'konformità mal-kriterji minimi mniżżla f'din id-Dirtettiva fir-rigward tal-bastimenti kollha fil-klassi rispettiva tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Titjib tekniku tat-test.

Emenda 16

Premessa 28

(28) The ability of recognised organisations rapidly to identify and correct weaknesses in their rules, processes and internal controls is critical for the safety of the ships they inspect and certify. That ability should be enhanced by means of an independent joint body which can propose common action for the sustained improvement of all recognised organisations and ensure productive interaction with the Commission.

(28) Il-kapaċità ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jidentifikaw u jikkoreġu malajr nuqqasijiet fir-regoli, proċeduri u verifiki interni tagħhom hija kritika għas-sigurtà tal-bastimenti li huma jispezzjonaw u jiċċertifikaw. Din il-kapaċità għandha tittejjeb permezz ta' kumitat ta' evalwazzjoni indipendenti li għandu jaġixxi b'mod indipendenti sabiex jipproponi azzjoni għal titjib suffiċjenti ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti kollha u jiżgura interazzjoni produttiva mal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Nistgħu nħassru t-terminu 'konġunti' għax dan jirreferi biss għall-organizzazzjonijiet rikonoxxuti filwaqt li għandu jkun iktar kumpless.

Il-frażi 'korp kompetenti li japixxi b'mod indipendenti' tissostitwixxi 'korp...indipedenti' għan din mhijiex dikjarazzjoni ta' indipendenza vojta iżda tesprimi l-ħtieġa għal korp li jkollu l-kompetenza u l-kapaċità li jimmanuvra.

Emenda 17

Premessa 28 a (ġdida)

 

(28a) Ir-regoli u r-regolamenti (ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti) jikkostitwixxu fattur prinċipali tas-sigurtà u l-prevenzjoni ta' inċidenti u tniġġis. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti taw bidu għall-proċess li għandu jwassal għall-armonizzazzjoni tar-regoli u r-regolamenti tagħhom. Dan il-proċess għandu jiġi inkoraġġut u appoġġjat mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, peress li għandu jkollu impatt pożittiv fuq is-sigurtà marittima u fuq il-kompetittività ta' l-industrija tal-bini ta' bastimenti Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Huwa ċar li l-armonizzazzjoni tar-regolamenti huwa proċess li diġà inbeda u li għandu jiġi inkoraġġut mill-UE mhux biss biex tiġi promossa s-sigurtà marittima iżda wkoll il-kapaċità ta' l-industrija tal-bini ta' bastimenti Ewropea sabiex tkun kompetittiva.

Emenda 18

Premessa 29

(29) Recognised organisations should be obliged to update their technical standards and enforce them consistently in order to harmonise safety rules and ensure uniform implementation of international rules within the Community. Where the technical standards of recognised organisations are identical or very similar, mutual recognition of class certificates should be considered.

(29) L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom ikunu obbligati li jaġġornaw l-istandards tekniċi tagħhom u li jinfurzawhom b'mod konsistenti sabiex jarmonizzaw ir-regoli ta' sigurtà u jiżguraw implimentazzjoni uniformi ta' regoli internazzjonali fi ħdan il-Komunità. Meta l-istandards tekniċi ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jkunu identiċi jew simili ħafna, għandu jitqies ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati tal-klassi f'każijiet meta dan ikun possibbli, u billi jittieħdu l-iktar ċertifikati esiġenti u rigorużi bħala mudelli.

Ġustifikazzjoni

Armonizzazzjoni progressiva hija mixtieqa iżda m'għandhha qatt tkun pass 'l isfel u għandha tieħu l-aħjar prattika u l-iktar waħda esiġenti bħala mudell.

Emenda 19

Premessa 31

(31) In order to prevent ships from changing class to avoid carrying out necessary repairs, the recognised organisations should exchange all relevant information among themselves concerning the conditions of ships changing class and involve the flag State when necessary.

(31) Sabiex jiġi evitat li l-bastimenti jbiddlu l-klassi ħalli jkunu jistgħu jevitaw li jwettqu tiswija mitluba minn soċjetajiet ta' klassifikazzjoni fl-ispezzjoni tagħhom, għandhom isiru arranġamenti minn qabel sabiex l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jagħmlu skambju ta' l-informazzjoni kollha rilevanti bejniethom fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-bastimenti li għalihom tintalab bidla fil-klassi u jinvolvu l-bandiera ta' l-Istat meta jkun meħtieġ.

Emenda 20

Artikolu 1

This Directive establishes measures to be followed by the Member States and organisations concerned with the inspection, survey and certification of ships for compliance with the international conventions on safety at sea and prevention of marine pollution, while furthering the objective of freedom to provide services. This process includes the development and implementation of safety requirements for hull, machinery and electrical and control installations of ships falling under the scope of the international conventions.

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet li huma għażlu sabiex iwettqu l-ispezzjoni, monitoraġġ u għoti taċ-ċertifikat lill-bastimenti għall-konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis marittimu, filwaqt li jiġi appoġġjat l-għan ta' libertà li wieħed jipprovdi s-servizzi. Din il-proċedura tinkludi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' rekwiżiti ta' sigurtà għall-buq, għall-makkinarju u għal installazzjonijiet elettriċi, tar-radju u tal-kontroll ta' bastimenti li jaqgħu taħt il-portata tal-konvenzjonijiet internazzjonali.

Emenda 21

Artikolu 2, punt (c)

(c) ‘inspections and surveys’ means inspections and surveys that it is mandatory to carry out under the international conventions;

(c) ‘spezzjonijiet u monitoraġġ’ ifissru spezzjonijiet u monitoraġġ li huwa obbligatorju li jitwettqu taħt il-konvenzjonijiet internazzjonali, u taħt din id-Direttiva u oħrajn tal-Komunità rigward is-sigurtà marittima;

Emenda 22

Artikolu 2, punt (k)

(k) “class certificate” means a document issued by a recognised organisation certifying the fitness of a ship for a particular use or service in accordance with the rules and regulations laid down and made public by that recognised organisation;

(k) “ċertifikat ta' klassifika” jfisser dokument maħruġ minn organizzazzjoni rikonoxxuta li jiċċertifika li bastiment huwa fil-kundizzjoni li jintuża għal użu jew servizz partikulari bi qbil mar-regoli u r-regolamenti mniżżla u ppubblikati minn dik l-organizzazzjoni rikonoxxuta;

Emenda 23

Artikolu 2, punt (m)

(m) ‘location’ refers to the place of the registered office, central administration or principal place of business of an organisation.

(m) ‘pajjiż ta' lokazzjoni’ jirreferi għall-Istat fejn hemm l-uffiċċju rreġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju ta' organizzazzjoni.

Emenda 24

Artikolu 3 paragrafu 2, subparagrafu 1, punt (ii)

(ii) to rely upon organisations to undertake fully or in part the inspections and surveys referred to in point (i);

(ii) li tinkariga organizzazzjonijiet bil-kompitu li jieħdu f'idejhom bis-sħiħ jew parzjalment l-ispezzjoni u l-monitoraġġ imsemmija fil-punt (i);

Emenda 25

Artikolu 5

The Commission shall refuse to recognise organisations which fail to meet the requirements mentioned in the first paragraph of Article 4 or whose performance is considered an unacceptable threat to safety or the environment on the basis of the criteria laid down in accordance with Article 14.

Il-Kummissjoni, bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2), għandha tirrifjuta ili tirrikonoxxi organizzazzjonijiet li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 4 jew li l-prestazzjoni tagħhom hija kkunsidrata bħala theddida li mhix aċċettabbli għas-sigurtà jew l-ambjent fuq il-bażi tal-kriterji mniżżla bi qbil ma' l-Artikolu 14.

Ġustifikazzjoni

Għal deċiżjoni daqshekk importanti, il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat responsabbli.

Emenda 26

Artiklu 6, paragrafu 2

2. Recognition shall be granted to the parent entity, if any, within the organisation and shall apply to all entities within that organisation.

2. Għandu jingħata rikonoxximent lill-entità omm legali rilevanti għall-entitajiet legali kollha li jikkostitwixxu l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, billi jiġi estiż ir-rikonoxximent lill-enitatjiet legali kollha f'organizzazzjoni rikonoxxuta li jikkontribwixxu billi jiżguraw li l-entità legali ewlenija tkopri s-servizzi tagħhom glabalment.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika legali sabiex tiġi deskritta aħjar l-kompożizzjoni kumplessa ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti.

Emenda 27

Artikolu 7, paragrafu 2, subparagrafu 1

2. In order for a Member State to accept that a recognised organisation located in a third State is to carry out the duties mentioned in Article 3 or part of them it may request the third State in question to grant reciprocal treatment for those recognised organisations which are located in the Community.

2. Sabiex Stat Membru jaċċetta li organizzazzjoni rikonoxxuta li tinsab fi Stat terz ser twettaq id-dmirijiet imsemmija fl-Artikolu 3 jew parti minn dawn f'ismu jista' jkun li jkun jeħtieġ li t-tielet Stat in kwistjoni jiżgura trattament reċiproku għal dawk l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jinsabu fil-Komunità.

Emenda 28

Artikolu 8, paragrafu 2, punt (a)

(a) the provisions set out in Appendix II of IMO Resolution A.739(18) on guidelines for the authorisation of organisations acting on behalf of the administration, while drawing inspiration from the Annex, Appendices and Attachment to IMO MSC/Circular 710 and MEPC/Circular 307 on a model agreement for the authorisation of recognised organisations acting on behalf of the administration;

(a) id-dispożizzjoni mniżżla fl-Appendiċi II tar-Riżoluzzjoni IMO A.739(18) dwar linji gwida għall-awtorizzazzjoni ta' organizzazzjonijiet li jaġixxu f'isem l-amministrazzjoni, filwaqt li tittieħed ispirazzjoni mill-Anness, Appendiċi u Dokumenti mehmuża għal IMO MSC/Ċirkolari 710 u MEPC/Ċirkolari 307 fuq ftehima mudell għall-awtorizzazzjoni ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f'isem l-amministrazzjoni.

 

Għalhekk, meta organizzazzjoni rikonoxxuta, l-ispetturi tagħha jew l-istaff tekniku tagħha joħorġu ċ-ċertifikati meħtieġa f'isem l-amministrazzjoni, dawn għandhom ikunu soġġetti għall-istess salvagwardji legali u għall-istess protezzjoni ġurisdizzjonali, inkluż l-eżerċizzju ta' kwalunkwe azzjoni ta' difiża, bħal dawk li jistgħu jirrikorru għalihom l-amministrazzjoni u l-membri tagħha f'każijiet fejn l-amministrazzjoni ħarġet iċ-ċertifikati rikjesti msemmija hawn fuq hija nnifisha;

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi ċċarat l-irwol ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti meta dawn ikunu qed jaġixxu f'isem l-Istati, jidher li jeħtieġ li jiġi miżjud il-kontenut tal-paragrafu 6.5.2 ta' l-Anness għaċ-Ċirkolari IMO MSC 710.

Emenda 29

Artikolu 8, paragrafu 2, punt (b), punt (i)

(i) if liability arising out of any incident is finally and definitely imposed on the administration by a court of law or as part of the settlement of a dispute through arbitration procedures, together with a requirement to compensate the injured parties for loss or damage to property or personal injury or death, which is proved in that court of law to have been caused by a wilful act or omission or gross negligence of the recognised organisation, its bodies, employees, agents or others who act on behalf of the recognised organisation, the administration shall be entitled to financial compensation from the recognised organisation to the extent that the said loss, damage, injury or death is, as decided by that court, caused by the recognised organisation;

(i) jekk tiġi imponuta b'mod finali u definittiv responsabiltà dovuta għal xi vittma marittima fuq l-amministrazzjoni minn xi qorti jew bħala parti mis-soluzzjoni ta' tilwima permezz ta' proċeduri ta' arbitraġġ, flimkien ma' rekwiżit li jiġu kkumpensati l-partijiet feruti għat-telf jew id-dannu lill-proprjetà jew feriti personali jew mewt, li dik il-qorti tkun ippruvat li ġew ikkawżati minn att maħsub jew omissjoni jew negliġenza kbira ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-entitajiet, l-impjegati, l-aġenti tagħha jew oħrajn li jaġixxu f'isem l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-amministrazzjoni għandu jkollha d-dritt li tiġi kumpensata finanzjarjament mill-organizzazzjoni rikonoxxuta sakemm il-qorti tkun iddeċidiet li l-imsemmija telf, dannu, feruti jew mewt kienu kkawżati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta;

Din l-emenda tikkonċerna biss il-verżjoni Ingliża u tapplika tul it-test kollu. Jekk tiġi adottata dan ikun jeħtieġ tibdil tul it-test kollu.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li t-terminu 'inċident' jista' jkun korrett bl-Ingliż jista' joħloq konfużjoni billi jiġi assoċjat ma' kwistjoni formali jew proċedurali jew ma' kwistjoni mingħajr importanza. Il-frażi 'vittma marittima' hija iktar rigoruża u mhux restrittiva.

Emenda 30

Artikolu 8, paragrafu 2, punt (b), punt (ii)

(ii) if liability arising out of any incident is finally and definitely imposed on the administration by a court of law or as part of the settlement of a dispute through arbitration procedures, together with a requirement to compensate the injured parties for personal injury or death, which is proved in that court of law to have been caused by any negligent or reckless act or omission of the recognised organisation, its employees, agents or others who act on behalf of the recognised organisation, the administration shall be entitled to financial compensation from the recognised organisation to the extent that the said personal injury or death is, as decided by that court, caused by the recognised organisation; the Member States may limit the maximum amount payable by the recognised organisation, which must, however, be at least equal to EUR 4 million;

(i) jekk tiġi imponuta b'mod finali u definittiv responsabiltà dovuta għal xi vittma marittima fuq l-amministrazzjoni minn xi qorti jew bħala parti mis-soluzzjoni ta' tilwima permezz ta' proċeduri ta' arbitraġġ, flimkien ma' rekwiżit li jiġu kkumpensati l-partijiet feruti għal feriti personali li ma jirriżultawx f'mewt, li l-qorti tkun ippruvat li ġew ikkawżati minn kwalunkwe att ta' negliġenza jew imprudenti jew omissjoni ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-entitajiet, l-impjegati, l-aġenti tagħha jew oħrajn li jaġixxu f'isem l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-amministrazzjoni għandu jkollha d-dritt li titlob li tiġi kumpensata finanzjarjament mill-organizzazzjoni rikonoxxuta sakemm il-qorti tkun iddeċidiet li l-imsemmija feriti personali li ma jirriżultawx f'mewt kienu kkawżati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta; l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont massimu li għandu jiġi mħallas mill-organizzazzjoni rikonoxxuta, ammont li madankollu għandu jkun mill-inqas ta' EUR 4 miljuni, minbarra meta l-ammont iddeterminat fis-sentenza jew ftehima huwa inqas, u f'dan il-każ iċ-ċifra ta' l-aħħar għandha tapplika;

Emenda 31

Artikolu 8, paragrafu 2, punt (b), punt (iii)

(iii) if liability arising out of any incident is finally and definitely imposed on the administration by a court of law or as part of the settlement of a dispute through arbitration procedures, together with a requirement to compensate the injured parties for loss or damage to property, which is proved in that court of law to have been caused by any negligent or reckless act or omission of the recognised organisation, its employees, agents or others who act on behalf of the recognised organisation, the administration shall be entitled to financial compensation from the recognised organisation, to the extent that the said loss or damage is, as decided by that court, caused by the recognised organisation; the Member States may limit the maximum amount payable by the recognised organisation, which must, however, be at least equal to EUR 2 million;

(i) jekk tiġi imponuta b'mod finali u definittiv responsabiltà dovuta għal xi inċident fuq l-amministrazzjoni minn xi qorti jew bħala parti mis-soluzzjoni ta' tilwima permezz ta' proċeduri ta' arbitraġġ, flimkien ma' rekwiżit li jiġu kkumpensati l-partijiet feruti għal telf jew dannu lill-proprjetà, li l-qorti tkun ippruvat li ġew ikkawżati minn kwalunkwe att ta' negliġenza jew imprudenti jew omissjoni ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-entitajiet, l-impjegati, l-aġenti tagħha jew oħrajn li jaġixxu f'isem l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-amministrazzjoni għandu jkollha d-dritt li titlob li tiġi kumpensata finanzjarjament mill-organizzazzjoni rikonoxxuta sakemm il-qorti tkun iddeċidiet li l-imsemmija telf jew dannu kienu kkawżati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta; l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont massimu li għandu jiġi mħallas mill-organizzazzjoni rikonoxxuta, ammont li madankollu għandu jkun mill-inqas ta' EUR 2 miljuni, minbarra meta l-ammont iddeterminat fis-sentenza jew ftehima huwa inqas, u f'dan il-każ iċ-ċifra ta' l-aħħar għandha tapplika;

Emenda 32

Artikolu 8, paragrafu 8, punt (d)

d) la posibilidad de inspeccionar de forma aleatoria y pormenorizadamente los buques;

(d) il-possibiltà li l-bastimenti jiġu spezzjonati b'mod fortuwitu u dettaljat;

Emenda 33

Artikolu 8, paragrafu 2, punt (e)

(e) provisions for reporting essential information about their classed fleet, changes, suspensions and withdrawals of class, as referred to in Article 20(3).

(e) dispożizzjonijiet għar-rappurtaġġ obbligatorju ta' informazzjoni essenzjali dwar il-flotta kklassifikata tagħhom, tibdil, sospensjonijiet u irtirar tal-klassi, hekk kif imsemmi fl-Artikolu 20(3).

Emenda 34

Artiklu 8, paragrafu 3

3. The agreement or equivalent legal arrangement may require the recognised organisation to have a local representation on the territory of the Member State on behalf of which it performs the duties referred to in Article 3. A local representation of a legal nature ensuring legal personality under the law of the Member State and the competence of its national courts may satisfy such a requirement.

3. Il-Ftehima jew l-arranġament legali ekwivalenti jista' jkun jeħtieġ li l-organizzazzjoni rikonoxxuta jkollha rappreżentanza lokali fit-territorju ta' l-Istat Membru li f'ismu twettaq id-dmirijiet imsemmija fl-Artikolu 3. Jista' jkun li rappreżentanza lokali li tiżgura l-personalità legali taħt il-liġi ta' l-Istat Membru u l-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali tagħha tissodisfa dan ir-rekwiżit.

Emenda 35

Artiklu 8, paragrafu 5

5. The Commission shall, no later than 22 July 2006, submit a report to the European Parliament and to the Council evaluating the economic impact of the liability regime provided for in this Article on the parties concerned and, more particularly, its consequences for the financial equilibrium of recognised organisations.

This report shall be drawn up in cooperation with the competent authorities of the Member States and the parties concerned, in particular recognised organisations. The Commission shall, if necessary in the light of this evaluation, submit a proposal amending this Directive with more specific reference to the principle of liability and the maximum liabilities.

imħassar

Emenda 36

Artikolu 9, paragrafu 2a (ġdid)

 

2a. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 ta' l-istess Deċiżjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-proċedura regolatorja l-ġdida bi skrutinju għandha tkun ibbażata fl-Artikolu tal-komitoloġija.

Emenda 37

Artikolu 10, paragrafu 1, parti introduttorja

1. This Directive may, without broadening its scope, be amended in accordance with the procedure  referred to  in Article  9(2), in order to:

1. Din id-Direttiva tista' tiġi emendata bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2a), mingħajr ma titwessa' l-portata tagħha, sabiex:

Ġustifikazzjoni

Peress li l-miżuri elenkati fl-Artikolu 10(1) huma ta' portata ġenerali u huma kkonċepiti sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista mill-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Emenda 38

Artikolu 11, paragrafu 2 a (ġdid)

 

Madankollu, u mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni immedjata tagħhom, il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri kollha li jkunu taw awtorizzazzjoni lill-organizzazzjoni kkonċernata minn qabel dwar il-miżuri li hija jkollha l-intenzjoni li tieħu.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-organizzazzjonijiet jaġixxu f'isimhom, huwa essenzjali għall-Istati Membri li jkunu infurmati minn qabel dwar il-miżuri maħsuba.

Emenda 39

Artikolu 12 paragrafu 1, punt (a)

(a) whose failure to fulfil the criteria set out in Annex I or its obligations under this Directive or whose worsening performance reveals grave shortcomings in its structure, systems, procedures or internal controls; or

(a) li n-nuqqa serju jew, b'mod alternattiv, ripetut li jissodifaw il-kriterji mniżżla fl-Anness I jew l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva jew li l-prestazzjoni sejra lura tagħhom turi nuqqasijiet serji fl-istruttura, fis-sistemi, fil-proċeduri jew fil-kontrolli interni tagħhom; jew

Ġustifikazzjoni

Ksur huwa ddefinit bħala nuqqas serju li wieħed jissodisfa l-kriterji, li jista' wkoll ikun nuqqas ripetut.

Emenda 40

Artikolu 12, paragrafu 1, punt (b)

(b) which has provided incorrect, incomplete or misleading information to the Commission in the course of its assessment under Article 16(3) or otherwise obstructed that assessment.

(b) li jkunu pprovdew minn jeddhom informazzjoni inkorretta, mhux kompluta jew qarrieqa lill-Kummissjoni fil-kors ta' l-evalwazzjoni tagħha taħt l-Artikolu 16(3) jew li jkunu ostakolaw b'mod ieħor din l-evalwazzjoni.

Ġustifikazzjoni

'Minn jeddhom' hija miżjuda sabiex tikkaratterizza s-serjetà tal-ksur.

Emenda 41

Artikolu 12, paragrafu 3, subparagrafu 2

They shall be imposed only after the organisation concerned has been given the opportunity to submit its observations.

Dawn għandhom biss jiġu imposti wara li l-organizzazzjonijiet u l-Istati Membri kkonċernati jkunu ngħataw l-opportunità li jressqu l-osservazzjonijiet tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Iżżid il-possibiltà għall-Istati Membri kkonċernati li jressqu l-osservazzjonijiet tagħhom.

Emenda 42

Artikolu 12, paragrafu 3, subparagrafu 3

The aggregate amount of the fines and periodic penalty payments shall not exceed 10 % of the total turnover of the recognised organisation in the preceding business year for the activities falling under the scope of this Directive.

L-ammont globali tal-multi u l-ħlas penali perjodiku m'għandux ikun ta' iktar minn 5% tad-dħul totali min-negozju ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta fis-sena finanzjarja preċedenti għall-attivitajiet li jaqgħu taħt l-iskop ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Tnaqqas l-ammont globali tal-multi, li jidher eċċessiv, minn 10% għal 5%.

Emenda 43

Artikolu 13 paragrafu 1, punt (a)

(a) whose failure to fulfil the criteria set out in Annex I or their obligations under this Directive is such that it constitutes an unacceptable threat to safety or the environment;

(a) li n-nuqqas ripetut u serju tagħhom li jissodifaw il-kriterji mniżżla fl-Anness I jew l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva huwa b'tali mod li jikkostitwixxi theddida mhux aċċettabbli għas-sigurtà jew għall-ambjent;

Ġustifikazzjoni

Irid ikun hemm ripetizzjoni u grad ta' serjetà fit-tip ta' mġieba sabiex tkun ġustifikata piena tant serja daqs l-irtirar tar-rikonoxximent.

Emenda 44

Artikolu 13, paragrafu 1, punt (b)

(b) whose safety and pollution prevention performance is such that it constitutes an unacceptable threat to safety and the environment;

(b) li n-nuqqas ripetut u serju fil-prestazzjoni fis-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis tagħhom hija b'tali mod li tikkostitwixxi theddida mhux aċċettabbli għas-sigurtà u għall-ambjent;

Ġustifikazzjoni

Irid ikun hemm ripetizzjoni u grad ta' serjetà fit-tip ta' mġieba sabiex tkun ġustifikata piena tant serja daqs l-irtirar tar-rikonoxximent.

Emenda 45

Artikolu 14

The Commission, acting in accordance with the procedure referred to in Article 9(2), shall adopt:

Il-Kummissjoni, bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2a), għandha tadotta u tippubblika:

(a) criteria to measure the safety and pollution prevention performance of recognised organisations, having particular regard to the data produced by the Paris Memorandum of Understanding on Port State Control and/or by other similar schemes;

(a) kriterji sabiex tiġi mkejla l-effettività tar-regoli, regolamenti, u l-prestazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà ta', u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-bastimenti kklassifikati tagħhom, partikolarment fir-rigward tad-dejta prodotta mill-Memorandum ta' Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port u/jew minn skemi simili oħra; u

(b) criteria to determine when such performance is to be considered an unacceptable threat to safety or the environment, which may take into account specific circumstances affecting smaller-sized or highly specialised organizations, and

(b) kriterji sabiex jiġi determinat meta prestazzjoni partikulari, omissjoni jew dewmien għandhom jitqiesu bħala theddida mhux aċċettabbli għas-sigurtà jew għall-ambjent, li tista' tieħu kont ta' ċirkostanzi speċifiċi li jaffettwaw organizzazzjonijiet ta' daqs żgħir jew speċjalizzati ferm.

(c) detailed rules for the implementation of Article 12 and, if appropriate, Article 13.

Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 12 u, jekk dan ikun xieraq, l-Artikolu 13 bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2).

Ġustifikazzjoni

Peress li l-kriterji taħt (a) u (b) huma ta' portata ġenerali u huma kkonċepiti sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista mill-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Emenda 46

Aritkolu 15, punt (b)

(b) the Commission shall examine whether the suspension is justified for reasons of serious danger to safety or the environment;

(b) il-Kummissjoni, fir-rigward tas-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis, għandha tevalwa r-raġunijiet imressqa mill-Istat Membru għas-sospensjoni ta' l-awtorizzazzjoni tiegħu ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta;

Emenda 47

Artikolu 15, punt (c)

(c) acting in accordance with the procedure referred to in Article 9(2), the Commission shall inform the Member State whether or not its decision to suspend the authorisation is justified for reasons of serious danger to safety or the environment and, if it is not justified, request the Member State to withdraw the suspension.

(c) bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2), il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru jekk id-deċiżjoni tiegħu li jissospendi l-awtorizzazzjoni tkunx ġustifikata biżżejjed jew le għal raġunijiet ta' periklu serju għas-sigurtà jew għall-ambjent. Jekk id-deċiżjoni ma tkunx ġustifikata, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istat Membru sabiex jirtira s-sospensjoni. Jekk id-deċiżjoni tkun ġustifikata u l-Istat Membru, skond l-Artikolu 7(1), irrestrinġa n-numru ta' organizzazzjonijiet li jaġixxu f'ismu, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istat Membru sabiex jagħti awtorizzazzjoni ġdida lil organizzazzjoni rikonoxxuta oħra sabiex tieħu post l-organizzazzjoni sospiża.

Emenda 48

Artikolu 16, paragrafu 1

1. Each Member State must satisfy itself that the recognised organisations acting on its behalf for the purpose of Article 3(2) effectively carry out the functions referred to in that Article to the satisfaction of its competent administration.

1. Kull Stat Membru għandu jikkontrolla li l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f'ismu għal finijiet ta' l-Artikolu 3(2) iwettqu l-funzjonijiet imsemmija f'dak l-Artikolu b'mod effettiv li jissodisfa l-komponenti ta' l-amministrazzjoni tiegħu.

Emenda 49

Artikolu 16, paragrafu 2

2. Each Member State shall carry out this task at least on a biennial basis and shall provide the other Member States and the Commission with a report on the results of this monitoring at the latest by 31 March of the year following the years for which compliance has been assessed.

2. Kull Stat membru għandu, ta' l-anqas fuq bażi bijennali, jikkontrolla kull organizzazzjoni li taġixxi f'ismu u għandu jipprovdi lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni rapport dwar ir-riżultati ta' dawn l-attivitajiet ta' monitoraġġ mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara s-snin meta dawn jiġu eżegwiti.

Emenda 50

Artikolu 16, paragrafu 3, subparagrafu 1

3. All the recognised organisations shall be assessed by the Commission, together with the Member State which submitted the relevant request for recognition, on a regular basis and at least every two years to verify that they meet their obligations under this Directive and fulfil the criteria of Annex I.

3. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti kollha għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni, flimkien ma' l-Istat Membru li ppreżenta r-rikjesta rilevanti għar-rikonoxximent, dan iseħħ fuq bażi regolari mill-anqas kull sentejn biex issir verifika li dawn jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt din id-direttiva u jissodisfaw il-kriterji ta' l-Anness I. L-evalwazzjoni għandha tkun limitata għall-attivitajiet marittimi ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaqgħu taħt l-iskop ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Jagħmel sens li ssir distinzjoni bejn l-attivitajiet ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li huma rilevanti għad-direttiva u dawk li mhumiex; il-Kummissjoni tagħmilha bl-effetti tar-responsabilitajiet li huma rilevanti għall-fondi tan-negozju ta' l-organizzazzjonijiet.

Emenda 51

Artikolu 19, paragrafu 2

2. A Member State may decide to use rules it considers equivalent to those of a recognised organisation only on the proviso that it immediately notifies them to the Commission in conformity with the procedure under Directive 98/34/EC and to the other Member States and they are not objected to by another Member State or the Commission and found through the procedure referred to in Article 9(2) of this Directive not to be equivalent.

2. Stat Membru jista' jiddeċiedi juża regoli li jqis ekwivalenti għar-regoli u regolamenti ta' organizzazzjoni rikonoxxuta biss bil-kundizzjoni li jinnotifikhom immedjatament lill-Kummissjoni b'konformità mal-proċedura taħt id-Direttiva 98/34/EC u lill-Istati Membri l-oħra u li ma joġġezzjonawx għalihom Stati Membri oħra jew il-Kummissjoni u li jinstab fil-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2) ta' din id-Direttiva li mhumiex ekwivalenti.

Emenda 52

Artikolu 20, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. The recognised organisations shall consult with each other periodically with a view to maintaining equivalence of their rules and regulations and the implementation thereof. They shall cooperate with each other with a view to achieving consistent interpretation of the international conventions, without prejudice to the powers of the flag States. Recognised organisations shall agree on the conditions under which they will mutually recognise their respective class certificates based on equivalent standards, taking particularly into account marine equipment bearing the wheelmark in accordance with Directive 96/98/EC.

1. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jikkonsultaw lil xulxin perjodikament bl-intenzjoni li jżommu l-ekwivalenza u jiżguraw l-armonizzazzjoni tar-regoli u r-regolamenti tagħhom u l-implimentazzjoni tagħhom. Għandhom jikkoperaw flimkien bl-intenzjoni li jiksbu interpretazzjoni konsistenti tal-konvenzjonijiet internazzjonali, mingħajr preġudizzju lejn il-poteri ta' l-Istati tal-bandiera. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom, f'każjiet xierqa, jaqblu fuq il-kundizzjonijiet tekniċi u tal-mod ta' proċedura li taħthom għandhom jirrikonoxxu reċiprokament il-klassi taċ-ċertifikati rispettivi tagħhom ibbażati fuq standards ekwivalenti; billi jieħdu l-mudell l-aktar impenjattiv u preċiż bħala r-referenza tagħhom u billi jikkunsidraw partikolarment it-tagħmir marittimu li għandu Wheelmark skond id-Direttiva 96/98/EC.

Ġustifikazzjoni

Jispeċifika l-għan ta' l-armonizzazzjoni progressiva.

Jenfasizza li r-rikonoxximent reċiproku jseħħ biss meta jkun xieraq, f'każijiet fejn l-istandards tekniċi huma identiċi jew simili ħafna.

Il-mudell ta' referenza m'għandux ibaxxi l-livell iżda għandu jqis l-istandards l-aktar preċiżi.

Emenda 53

Artikolu 20, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ibbażat fuq studju indipendenti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar il-livell li ntlaħaq fil-proċess ta' armonizzazzjoni tar-regoli u r-regolamenti u dwar ir-rikonoxximent reċiproku. F'każ li l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jonqsu milli jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 20(1), il-Kummissjoni għandha tipproponi l-miżuri neċessarji lill-Parlament u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni, bir-raġun, ma tużax termini awtoritarji fid-direttiva proposta, iżda hija favur l-armonizzazzjoni progressiva. Jagħmel sens li ssir evalwazzjoni, wara perjodu raġonevoli, ta' kemm inkiseb mill-għan.

Emenda 54

Artikolu 20, paragrafu 4

4. L-organizzazzjponijiet rikonoxxuti m'għandhomx joħorġu ċertifikati statutorji għal vapur, irrispettivament mill-bandiera tiegħu, li ġie mniżżel grad jew biddel il-klassi għal raġunijiet ta' sigurtà, qabel ma' jagħtu l-opportunità lill-komponent ta' l-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera li jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien raġonevoli dwar jekk hemmx bżonn ispezzjoni sħiħa.

4. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti m'għandhomx joħorġu ċertifikati statutorji għal vapur, irrispettivament mill-bandiera tiegħu, li ġie mniżżel grad jew biddel il-klassi għal raġunijiet ta' sigurtà, qabel ma jagħtu l-opportunità lill-komponent ta' l-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien raġonevoli dwar jekk hemmx bżonn ispezzjoni sħiħa.

Emenda 55

Artikolu 20, paragrafu 5, subparagrafu 1, introduzzjoni

5. In cases of transfer of class from one recognised organisation to another, the losing organisation shall inform the gaining organisation of:

5. F'każ ta' trasferiment ta' klassi minn organizzazzjoni rikonoxxuta għal oħra, l-organizzazzjoni telliefa għandha tipprovdi lill-organizzazzjoni rebbieħa file komplet tal-vapur u, b'mod partikolari, tinfurmha dwar:

Emenda 56

Artikolu 20, paragrafu 5, subparagrafu 2

On transfer, the losing organisation shall provide the gaining organisation with the complete history file of the ship. The certificates of the ship can be issued by the gaining organisation only after all overdue surveys have been satisfactorily completed and all overdue recommendations or conditions of class previously issued against the ship have been completed as specified by the losing organisation.

Ċertifikati ġodda għall-vapuri jistgħu jinħarġu mill-organizzazzjoni biss wara li jitlestew b'mod sodisfaċenti l-ispezzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha li suppost saru jew wara li l-kundizzjonijiet tal-klassi fir-rigward tal-vapur maħruġa preċedentement jiġu kkompletati kif speċifikat mill-organizzazzjoni t-telliefa.

Emenda 57

Artikolu 20, paragrafu 5, subparagrafu 3

Prior to the issue of the certificates, the gaining organisation must advise the losing organisation of the date of issue of the certificates and confirm the date, place and action taken to satisfy each overdue survey, overdue recommendation and overdue condition of class.

Qabel ma jitlestew iċ-ċertifikati l-ġodda, l-organizzazzjoni r-rebbieħa għandha tinnotifika lill-organizzazzjoni t-telliefa bid-data tal-ħruġ tagħhom u għal kull spezzjoni, rakkomandazzjoni u kundizzjoni ta' klassi li suppost saret, għandha tikkonferma l-azzjoni li ttieħdet, billi tispeċifika l-post u d-data minn fejn bdiet, u l-post u d-data ta' meta tlestiet.

Emenda 58

Artikolu 21, paragrafu 1, parti introduttorja

1. Recognised organisations shall set up by …. at the latest and maintain a joint body to undertake the following tasks:

1. L-Istati Membri, flimkien ma' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, għandhom joħolqu kumitat ta' evalwazzjoni skond l-istandards ta' kwalità EN 45012. L-assoċjazzjonijiet professjonali rilevanti li jaħdmu fl-industrija tat-tbaħħir jistgħu jipparteċipaw b'kapacità konsultattiva. Il-Kumitat għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

L-entità ta' evalwazzjoni għandha tingħata isem, jiġifieri l-Kumitat ta' l-Evalwazzjoni

Il-kumitat m'għandux jitwaqqaf minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti biss: għall-kuntrarju, l-Istati Membri għandhom ukoll rwol xi jwettqu.

Emenda 59

Artikolu 21 paragrafu 1, subparagrafu 1, punt (a)

(a) continuous quality management system assessment;

(a) regolament u evalwazzjoni tas-sistemi ta' l-immaniġjar tal-kwalità ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti skond il-kriterji ta' l-istandards ta' kwalità ISO 9001;

Ġustifikazzjoni

Li l-entità ta' evalawazzjoni tingħata l-isem ta' Kumitat ta' l-Evalwazzjoni.

Il-Kumitat m' għandux jitwaqqaf minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti biss iżda anke minn Stati Membri, b'konsultazzjoni ma' l-IMO.

Għandu jkollu l-poter li jkun jista' jaġixxi indipendentement, billi jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Emenda 60

Artikolu 21 paragrafu 1, subparagrafu 1, punt (b)

(b) quality system certification;

(b) ċertifikazzjoni tas-sistema ta' kwalità ta' l-organizzazzjonijet rikonoxxuti,

Ġustifikazzjoni

Li l-entità ta' evalawazzjoni tingħata l-isem ta' Kumitat ta' l-Evalwazzjoni.

Il-Kumitat m' għandux jitwaqqaf minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti biss iżda anke minn Stati Membri, b'konsultazzjoni ma' l-IMO.

Għandu jkollu l-poter li jkun jista' jaġixxi indipendentement, billi jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Emenda 61

Artikolu 21 paragrafu 1, subparagrafu 1, punt (c)

(c) issue of binding interpretations of internationally recognised quality standards, in particular to take account of the specific features of the nature and obligations of recognised organisations, and

(c) joħroġ interpretazzjonijiet li jorbtu ta' standards ta' l-immaniġġjar ta' kwalità rikonoxxuti internazzjonalment, b'mod partikolari jikkunsidra l-karatteristiċi speċifiċi tan-natura u ta' l-obbligi ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, u

Ġustifikazzjoni

Li l-entità ta' evalawazzjoni tingħata l-isem ta' Kumitat ta' l-Evalwazzjoni.

Il-Kumitat m' għandux jitwaqqaf minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti biss iżda anke minn Stati Membri, b'konsultazzjoni ma' l-IMO.

Għandu jkollu l-poter li jkun jista' jaġixxi indipendentement, billi jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Emenda 62

Artikolu 21, paragrafu 1, subparagrafu 2

The joint body shall be independent of the recognised organisations and shall have the necessary means to carry out its duties effectively and to the highest professional standards.

Il-Kumitat ta' l-Evalwazzjoni għandu jkun indipendenti, għandu jkollu l-kompetenzi meħtieġa biex jaġixxi indipendentement mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti u għandu jkollu l-mezzi meħtieġa biex iwettaq id-doveri tiegħu b'mod effettiv u jilħaq l-ogħla standards professjonali Il-Kumitat għandu jistabilixxi l-metodi tax-xogħol u r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Li l-entità ta' evalawazzjoni tingħata l-isem ta' Kumitat ta' l-Evalwazzjoni.

Il-Kumitat m' għandux jitwaqqaf minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti biss iżda anke minn Stati Membri, b'konsultazzjoni ma' l-IMO.

Għandu jkollu l-poter li jkun jista' jaġixxi indipendentement, billi jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Emenda 63

Artikolu 21, paragrafu 1, subparagrafu 3

It shall adopt an annual work plan.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Li l-entità ta' evalawazzjoni tingħata l-isem ta' Kumitat ta' l-Evalwazzjoni.

Il-Kumitat m'għandux jitwaqqaf minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti biss iżda anke minn Stati Membri, b'konsultazzjoni ma' l-IMO.

Għandu jkollu l-poter li jkun jista' jaġixxi indipendentement, billi jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Emenda 64

Artikolu 21, paragrafu 1, subparagrafu 4

It shall provide the Commission and the authorising Member States with full information on its annual work plan as well as on its findings and recommendations, particularly with regard to situations where safety might have been compromised.

Il-Kumitat ta' l-Evalwazzjoni għandu jipprovdi lill-partijiet interessati inkluża l-Kummissjoni, l-informazzjoni sħiħa dwar il-pjan tax-xogħol annwali tiegħu kif ukoll dwar ir-riżultati li jikseb u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, partikolarment fir-rigward ta' sitwazzjonijiet fejn jista' jkun li ġiet ikkompromessa s-sikurezza.

Ġustifikazzjoni

Li l-entità ta' evalawazzjoni tingħata l-isem ta' Kumitat ta' l-Evalwazzjoni.

Il-Kumitat m'għandux jitwaqqaf minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti biss iżda anke minn Stati Membri, b'konsultazzjoni ma' l-IMO.

Għandu jkollu l-poter li jkun jista' jaġixxi indipendentement, billi jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Emenda 65

Artikolu 21, paragrafu 2, subparagrafu 1

2. The joint body referred to in paragraph 1 shall be periodically assessed by the Commission, which may require recognised organisations to take the measures the Commission deems necessary to ensure full compliance with paragraph 1.

2. Il-Kumitat ta' l-Evalwazzjoni għandu jiġi verifikat perjodikament mill-Kummissjoni, li tista' b'azzjoni skond il-proċedura tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 9(2), titlob lill-Kumitat ta' l-Evalwazzjoni jadotta l-miżuri li l-Kummissjoni tqis meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità ma' paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Li l-entità ta' evalawazzjoni tingħata l-isem ta' Kumitat ta' l-Evalwazzjoni.

Il-Kumitat m'għandux jitwaqqaf minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti biss iżda anke minn Stati Membri, b'konsultazzjoni ma' l-IMO.

Għandu jkollu l-poter li jkun jista' jaġixxi indipendentement, billi jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Emenda 66

Artikolu 23, paragrafu 1

In the course of the assessment pursuant to Article 16(3), the Commission shall verify that the holder of the recognition is the parent entity within the organisation. If that is not the case, the Commission shall amend the recognition accordingly by decision.

Waqt l-evalwazzjoni skond l-Artikolu 16(3), il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-pussessur tar-rikonoxximent huwa l-entità legali rilevanti fl-organizzazzjoni li għaliha japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Jekk ma jkunx hekk, il-Kummissjoni għandha temenda r-rikonoxximent kif meħtieġ b'deċiżjoni.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika legali li taqbel aktar ma' l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni ta' organizzazjonijiet rikonoxxuti.

Emenda 67

Anness I, parti A, paragrafu 1

1. A recognized organisation must have legal personality in the State of its location. Its accounts shall be certified by independent auditors.

1. Biex tkun eliġibbli biex tikseb jew tkompli tgawdi r-rikonoxximent Komunitarju, organizzazzjoni għandu jkollha personalità legali fl-Istat fejn tinsab. Il-kontijiet tagħha għandhom ikunu ċċertifikati minn awdituri indipendenti.

Emenda 68

Anness I, parti A, paragrafu 3

3. The organisation must be established with significant managerial, technical, support and research staff commensurate with the size of the fleet in its class, its composition and the organization’s involvement in the construction and transformation of ships. The organization must be capable of assigning to every place of work, when and as needed, means and staff commensurate with the tasks to be carried out in accordance with general minimum criteria 6 and 7 and with the specific minimum criteria.

3. L-organizzazzjoni għandha tkun stabbilita l-ħin kollu bi staff maniġerjali, staff tekniku ta' appoġġ u riċerka sinifikanti li jirrifletti d-daqs tal-flotta fil-klassi tagħha, il-kompożizzjoni tagħha u l-involviment ta' l-organizzazzjoni fil-kostruzzjoni u l-konverżjoni tal-vapur. L-organizzazzjoni għandha tkun tista' tagħti lil kull post tax-xogħol, meta u kif ikun hemm bżonn, mezzi u staff li jirriflettu l-ħidmiet li għandhom jitwettqu skond il-kriterji minimi ġenerali 6 u 7 u skond il-kriterji minimi speċifiċi.

Emenda 69

Anness I, parti B, paragrafu 4 a (ġdid)

 

4a. L-organizzazzjoni, l-ispetturi, u l-istaff tekniku tagħha għandhom iwettqu xogħolhom mingħajr bl-ebda mod ma jagħmlu ħsara lid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tat-tarznari, lill-fornituri tat-tagħmir, lill-proprjetarji tal-vapuri, inklużi l-brevetti, il-liċenzji, l-għerf tas-sengħa, jew kull xorta ta' għarfien li l-użu tiegħu huwa legalment protett fuq livell Komunitarju jew nazzjonali, taħt l-ebda ċirkustanza, u minkejja l-Artikolu 17, jistgħu l-organizzazzjoni jew l-ispetturi jew l-istaff tekniku li timpjega jgħaddu jew ixerrdu dejta kummerċjali rilevanti waqt ix-xogħol tagħhom ta' ispezzjoni, kontroll, u monitoraġġ tal-vapuri li qed jinbnew jew għat-tiswija.

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tad-dubji ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, li tirrifletti ruħha fin-nuqqas ta' volontà tagħhom biex jirrikonoxxu entitajiet li mhumiex teknoloġikament avvanzati daqshom, operaturi oħra għandhom bżonn jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom.

Emenda 70

Anness I, parti B, paragrafu 6, punt g)

g) los inspectores tendrán un conocimiento extenso del tipo de nave en la que realizan su trabajo  en función del peritaje concreto que deba efectuarse y de los correspondientes requisitos aplicables;

g) l-ispetturi li għandom għarfien wiesa' ta' tip partikolari ta' vapur li fuqu jwettqu xogħolhom fil-funzjoni tas-servej konkreta li trid issir u tar-rekwiżiti korrispondenti applikabbli;

Emenda 71

Anness I, parti B, punt 7

7. The organisation has developed, implemented and maintains an effective internal quality system based on appropriate parts of internationally recognised quality standards and in compliance with EN ISO/IEC 17020:2004 (inspection bodies) and with EN ISO 9001:2000, as interpreted and certified by the joint body referred to in Article 21(1).

7. L-organizzazzjoni żviluppat, implimentat u żżomm sistema interna ta' kwalità effettiva bbażata fuq aspetti xierqa ta' l-istandards ta' kwalità rikonoxxuti internazzjonalment u konformi ma' l-EN ISO/IEC 17020:2004 (entitajiet ta' l-ispezzjoni) u ma' l-EN ISO 9001:2000, kif interpretat u ċertifikat mill-Kumitat ta' l-Evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 21(1).

 

Il-Kumitat ta' l-Evalwazzjoni għandu jaġixxi indipendentement u għandu jkollu kif xieraq aċċess għar-riżorsi meħtieġa kollha sabiex ikun jista' jopera tajjeb u jwettaq xogħol bir-reqqa u konsistenti. Għandu jkollu ħiliet speċjalizzati ħafna u ħiliet tekniċi estensivi u kodiċi ta' imġieba li tipproteġi l-indipendenza ta' l-attivitajiet ta' l-awdituri.

Ġustifikazzjoni

Biex tkun konsistenti ma' isem l-entità fl-emendi.

Hemm bżonn li jiġu deskritti l-karatteristiċi ta' l-entità konġunta, li għandha tkun awtonoma u jkollha l-kapaċità li twettaq il-ħidmiet tagħha.

Emenda 72

Anness I, parti B, punt 8

8. The rules and regulations of the organisation are implemented in such a way that the organisation remains in a position to derive from its own direct knowledge and judgement a reliable and objective declaration on the safety of the ships concerned by means of class certificates on the basis of which statutory certificates can be issued.

8. Ir-regoli u r-regolamenti ta' l-organizzazzjoni jiġu implimentati b'tali mod li l-organizzazzjoni tibqa' f'pożizzjoni li tnissel mill-għarfien u l-ġudizzju dirett tagħha dikjarazzjoni affidabbli u oġġettiva dwar is-sikurezza tal-vapuri permezz ta' ċertifikati ta'klassifikazzjoni li fuq il-bażi tagħhom jistgħu jinħarġu ċertifikati statutorji.

(1)

Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.


NOTA SPJEGATTIVA

L-isfond u l-iskop tal-proposta

L-iskop ta' din ir-raba' reviżjoni m'huwiex ħlief biex jissaħħaħ u jiċċara l-irwol tas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni rikonoxxuti mill-UE, li issa jissejħu 'organizzazzjonijiet rikonoxxuti', minħabba li nstab li hemm difetti sinifikattivi fil-proċess ta' l-ispezzjoni u l-iċċertifikar tas-sikurezza tat-tbaħħir tad-dinja.

Direttivi preċedenti, partikolarment id-Direttiva 2001/105/EC, waħda mit-tliet proposti fil-pakkett leġiżlattiv Erika 1, diġà qajmu l-bżonn serju biex tiġi riformata s-sistema għar-rikonoxximent Komunitarju tas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni, imwaqqfa bid-Direttiva 94/57/EC, il-progress sostanzjali li għamlu ġie msaħħaħ bil-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2002 u bir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament dwar it-tisħiħ tas-sikurezza fuq il-baħar (2003/2235(INI) u bir-riżoluzzjoni li ġiet adottata wara t-tifrik ta' Prestige (2003/2066(INI)).

Ir-raġuni għaliex erġajna lura għal din il-kwistjoni huwa l-bżonn li l-attivitajiet ta' dawn l-organizzazzjonijiet jersqu aktar qrib xulxin, kif intqal minn diversi operaturi li jiffurmaw is-settur tat-trasport bil-baħar, kieku ma kienux jeżistu, kien ikun hemm bżonn li jiġu maħluqa għaliex iwettqu ħidma vitali fiż-żamma tas-sikurezza fuq il-baħar.

Madankollu, kif diġà ssemma', illum għad hemm difetti serji fil-proċess ta' l-ispezzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' l-organizzazzjonijet rikoknoxxuti, u dan joħloq theddida serja u inaċċettabbli għas-sikurezza u għall-ambjent. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti huma konċentrazzjoni ta' poter fin-netwerk tas-sikurezza tat-trasport bil-baħar u għandhom jiġu sorveljati mill-awtoritajiet kompetenti. Dawn għandhom jagħtu garanzija li l-organizzazzjonijiet li huma mitluba li jiżguraw li l-bastimenti fl-ibħra tagħna jikkonformaw ma' l-att ta' l-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza u ta' kontra t-tniġġis b'indipendenza u b'serjetà.

Riformi proposti mid-direttiva tal-Kummissjoni

Fit-'Tielet pakkett ta' miżuri leġiżlattivi dwar is-sikurezza marittima tagħha', il-Kummissjoni ppreżentat proposta bil-għan li tirriforma r-regoli u r-regolamenti preżenti għall-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jikklassifikaw u jispezzjonaw il-vapuri, għalhekk temenda d-Direttiva 94/57/EC. Billi din id-direttiva ġiet sostanzjalment emendata f'okkażjonijiet preċedenti, f'dan ir-raba' aġġornament ġie deċiż li tintuża t-teknika li jitfassal it-test mill-ġdid,

Il-proposta fiha ħames taqsimiet ta' riforma:

1.        It-titjib fis-sistema ta' monitoraġġ ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti

L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jistabilixxu entità konġunta għall-evalwazzjoni tal-kwalità tas-sistema u għaċ-ċertifikazzjoni. L-entità għandha tkun indipendenti mill-organizzazzjoni rikonoxxuta u għandha jkollha r-riżorsi meħtieġa sabiex ix-xogħol jitwettaq fil-fond u fuq bażi kontinwa.

2.        L-armonizzazzjoni tas-sistema tar-rikonoxximent normali u limitat

Is-sistema attwali tillimita r-rikonoxximent skond id-daqs ta' l-organizzazzjoni. Il-Kummissjoni tipproponi li din is-sistema titneħħa u li tidħol sistema ta' rikonoxximent Komunitarju bbażat fuq il-prestazzjoni ta' l-organizzazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwalità u sikurezza. Fl-istess ħin il-Kummissjoni qed tintroduċi mekkaniżmu ta' protezzjoni li jista' jevita li organizzazzjoni rikonoxxuta, tkun ta' liema daqs tkun, taġixxi f'isem Stat Membru f'oqsma speċjalizzati jekk ma jkolliex il-kapaċitajiet meħtieġa.

Il-Kummissjoni għandha wkoll teżamina każijiet ta' rikonoxximent limitat mgħoti taħt id-direttiva attwali u tiddeċiedi permezz tal-proċedura ta' komitoloġija jekk il-limitazzjonijiet għandhomx jiġu sostitwiti jew imwarba.

3.        Ir-riforma tal-kriterji tar-rikonoxximent

L-għan huwa li jiġu semplifikati l-kriterji għall-għotja tar-rikonoxximent, għaliex dawn ġew żviluppati b'mod kemm xejn disorganizzat. Il-bidliet proposti huma ċċentrati fuq in-numru proporzjonat ta' spetturi għall-flotta li qed tiġi klassifikata, l-użu ta' spetturi mhux esklużivi u l-kunsiderazzjoni ta' l-istruttura legali ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti.

4.        Ir-riforma tas-sistema tal-penali

Fl-aħħar mill-aħħar il-Kummissjoni trid tagħmel aktar flessibbli s-sistema tal-penali. Dan ifisser li tiġi mfassla lista bil-ksur tal-liġi u bil-penali, b'żieda mas-sostituzzjoni tas-sospensjoni tar-rikonoxximent b'penali finanzjarji, b'kunsiderazzjoni tal-gravità tal-ksur tal-liġi u l-kapaċità finanzjarja ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata (il-karatteristiċi bażiċi tas-sistema biss għandhom jiġu definiti).

5.        Il-kjarfikazzjoni ta' l-iskop u t-tħaffif ta' l-applikazzjoni ta' xi dispożizzjonijiet fid-direttiva preżenti

Dan il-punt jirreferi għall-arranġamenti speċifiċi li jiddefinixxu l-poteri ta' l-ispezzjoni tal-Komunità. Jiċċara l-aċċess għad-dokumentazzjoni tal-vapur ta' l-awdituri-spetturi.

Apsett fundamentali ieħor huwa l-istruttura legali ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta: Għal dan il-għan il-Kummissjoni tipproponi li tintroduċi kunċett organizzattiv wiesa', sabiex tiżgura li r-rikonoxximent japplika l-ogħla livell li jħaddan dak il-kunċett. Dwar il-kwistjoni ta' l-iskop, it-test jirreferi għall-Konvenzjoni SOLAS, iżda bl-esklużjoni ta' sezzjoni dwar il-protezzjoni.

Il-Konsultazzjoni tal-partijiet interessati

Ir-rapporteur ħaseb li tkun ħaġa tajba li jitltaqa' ma' l-industrija għat-tieni darba sabiex jerġa' jsir familjari mal-kriterji tagħha. Għaldaqstant organizza laqgħat ma' l-IACS, l-organizzazzjoni internazzjonali umbrella għall-organizzazzjonijiet ewlenin rikonoxxuti li jwettqu spezzjoni u ċertifikazzjoni ta' aktar minn 90% tal-bastimenti tat-tagħbija madwar id-dinja u li jirrappreżentaw 10 mit-tnax-il organizzazzjoni rikonoxxuti mill-Komunità. Kien hemm ukoll laqgħat ma' bennejja tal-vapuri, proprjetarji tal-vapuri u rappreżentanti ta' l-industrija tat-tagħmir marittimu Ewropea. Barra minn hekk ir-rapporteur għamel smigħ pubbliku fil-Parlament Ewropew li kien miftuħ għall-Kumitat tat-Trasport kollu, bil-għan li tintlaqa' x-xewqa ta' l-IACS li tispjega l-iskop u l-importanza ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti.

Il-konsiderazzjonijiet u l-proposti tar-rapporteur

Ir-rapporteur għandu opinjoni pożittiva dwar id-direttiva proposta, li tirrappreżenta pass 'il quddiem fil-provvista tas-sikurezza fuq il-baħar u fil-kontroll tat-tniġġis. Iżda, ir-rapport jippreżenta numru ta' emendi li fl-opinjoni tagħna jtejbu l-proposta.

(a)       It-titjib fis-sistemi ta' monitoraġġ ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti

Il-ħolqien ta' entità konġunta għall-kwalità ta' evalwazzjoni u ċertifikazzjoni huwa żvilupp milqugħ tajjeb. Ir-rapporteur jagħti isem lil din l-entità, ' Kumitat ta' l-Evalwazzjoni', u jitlob li dan ikollu status indipendenti biex jipproteġi l-awtonomija ta' l-azzjoni tiegħu, u li jingħata l-poteri meħtieġa biex iwettaq ix-xogħol tiegħu. Fir-rigward tat-twaqqif tiegħu, dan ma jkollux x'jaqsam biss ma' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti iżda jseħħ flimkien ma' l-Istati Membri u b'konsultazzjoni ma' l-IMO.

(b)       L-għaqda tas-sistema attwali doppja tar-rikonoxximent normali u limitat

Il-Kummissjoni tipproponi li t-temm is-sistema attwali doppja u titlob skema ta' rikonoxximent Komunitarju bbażat fuq kriterji kwalitattivi, aktar milli kriterji kwantitattivi li jiddependu mid-daqs. Ir-rapporteur iqis din ir-riforma pożittiva iżda jirrimarka li r-rikonoxximent reċiproku huwa kwistjoni kontroversjali.

Fil-ġudizzju tar-rapporteur il-Kummissjoni ssostni bir-raġun li l-approċċ tar-rikonoxximent reċiproku m'għandux ikun ordni iżda prudenti, illimitat għal każijiet fejn ir-regoli u r-regolamenti ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti huma identiċi jew simili ħafna. Ir-rapporteur hawnhekk ippreżenta numru ta' emendi li jkomplu jiċċaraw każijiet bħal dawn, u jiżguraw li meta r-regoli jiġu armonizzati, dan għandu jsir b'referenza għall-istandards l-aktar impenjattivi u preċiżi.

c)        Ir-riforma tas-sistema tal-penali

Fil-ġudizzju tar-rapporteur is-sistema li tiffavurixxi l-Kummissjoni tersaq aktar viċin l-ekwità minn dik ta' qabilha. Sistema li tiżgura penali fi proporzjon kemm mal-gravità tal-ksur u mal-kapaċità ekonomika ta' l-organizzazzjoni hija waħda aktar ġusta u aktar effettiva. Madankollu, ir-rapporteur ippropona xi emendi biex jiġu definiti b'mod aktar ċar it-tip ta' ksur tal-liġi li x'aktarx jiġi penalizzat.

Jiġu involuti anke l-Istati Membri, għaliex huma għandhom jiġu infurmati minn xi miżuri korrettivi jew preventivi li l-Kummissjoni tista' titlob mingħand organizzazzjoni rikonoxxuta li ma tikkonformax mal-kriterji stipulati fl-Anness I, jew mar-rekwiżiti tad-direttiva meta l-organizzazzjoni tkun qed taġixxi f'isem Stat Membru. Barra minn hekk, żidna l-għażla li tippermetti lill-Istati Membri li jagħmlu l-allegazzjonijiet tagħhom lill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri (COSS), biex jevitaw sitwazzjoni fejn ma jkunux jistgħu jiddefendu lilhom infushom. Fl-aħħar, iċ-ċifra totali ta' refernza għall-multi tal-penali jitnaqqas għal 5 %, għaliex 10 % tidher eċċessiva.

(d)       Responsabbiltà limitata jew bla limitu

Jekk organizzazzjoni rikonoxxuta għandux ikollha responsabbiltà limitata jew le hija kwistjoni kontroversjali, u ż-żewġ naħat resqu raġunijiet validi biex isaħħu l-opinjonijiet tagħhom.

Lura fl-2001, kien hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 8(5) tad-direttiva għall-Kummissjoni biex tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni dwar l-impatt ekonomiku tas-sistema tar-responsabbiltà ċivili stipulata fid-Direttiva 94/57EC. Il-Kummissjoni impenjat ruħha biex tippreżenta dan ir-rapport sat-22 ta' Lulju 2006.

Il-konklużjonijiet tar-rapport huma kif ġej.

Id-direttiva tgħid li f'każ ta' negliġenza gravi għandu jkun hemm dispożizzjoni għal responsabbiltà bla limitu, u dan il-prinċipju ma jiġix ikkontestat.

Fir-rigward ta' arranġamenti tar-responsabbiltà li japplikaw f'każ ta' negliġenza sempliċi, id-direttiva ma' titlobx responsabbiltà bla limitu iżda tħalli f'idejn il-partijiet ikkonċernati biex jinnegozjaw u jaqblu fuq somma li għandha tiġi applikata.Is-sitwazzjoni attwali f'każijiet ta' negliġenza sempliċi hija din:17-il Stat Membru u n-Norveġja ħolqu responsabbiltà limitata għal każijiet ta' negliġenza sempliċi. L-ammonti jirriflettu kważi kompletament dawk fid-direttiva, li kienu limiti u saru limiti massimi. Ħames Stati Membri approvaw l-għażla provduta mill-Artikolu 6 tad-direttiva attwali u qablu ma' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti awtorizzati fuq responsabbiltà bla limitu anke f'każijiet ta' negliġenza sempliċi.

Bħala riżultat ir-rapporteur jikkonkludi li l-proposta tal-Kummissjoni hija waħda bilanċjata u tissodisfa l-kriterji tal-maġġoranza fl-Unjoni Ewropea.


PROĊEDURA

Titolu

Organizzazzjonijiet għas-sondaġġi u għall-ispezzjoni ta’ vapuri (verżjoni riveduta)

Referenzi

COM(2005)0587 - C6-0038/2006 - 2005/0237(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

23.11.2005

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

14.2.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

14.2.2006

 

 

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

21.2.2006

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Luis de Grandes Pascual

28.3.2006

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

19.4.2006

13.9.2006

22.11.2006

23.1.2007

Data ta’ l-adozzjoni

27.2.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

44

0

2

Membri preżenti għall-vot finali

Inés Ayala Sender, Etelka Barsi-Pataky, Jean-Louis Bourlanges, Paolo Costa, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Arūnas Degutis, Christine De Veyrac, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Sepp Kusstatscher, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Erik Meijer, Seán Ó Neachtain, Willi Piecyk, Luís Queiró, Luca Romagnoli, Gilles Savary, Brian Simpson, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Silvia-Adriana Ţicău, Georgios Toussas, Yannick Vaugrenard, Marta Vincenzi, Lars Wohlin, Corien Wortmann-Kool, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Zsolt László Becsey, Johannes Blokland, Philip Bradbourn, Roland Gewalt, Jeanine Hennis-Plasschaert, Anne E. Jensen, Rosa Miguélez Ramos

Data tat-tressiq

20.3.2007

Avviż legali - Politika tal-privatezza