RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni biex tkun provduta informazzjoni dwar il-Parità ta’ Kapaċità għall-Infiq u għall-kalkulazzjoni u t-tixrid tagħha
27.3.2007 - (COM(2006)0135 – C6‑0100/2006 – 2006/0042(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Sharon Bowles
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni biex tkun provduta informazzjoni dwar il-Parità ta’ Kapaċità għall-Infiq u għall-kalkulazzjoni u t-tixrid tagħha
(COM(2006)0135 – C6‑0100/2006 – 2006/0042(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0135)[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0100/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6‑0077/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Premessa 1 | |
(1) Sabiex jinkiseb paragun bejn il-Prodott Gross Domestiku (PGD) f’termini ta’ volum bejn l-Istati Membri, il-Komunità għandha ħtieġa essenzjali li jkollha Parità ta’ Kapaċità għall-Infiq (PKI) li tirrifletti d-differenzi fil-livell tal-prezzijiet bejn l-Istati Membri. |
(1) Sabiex jinkiseb paragun dirett bejn il-Prodott Gross Domestiku (PGD) f’termini ta’ volum bejn l-Istati Membri, il-Komunità għandha ħtieġa essenzjali li jkollha Parità ta’ Kapaċità għall-Infiq (PKI) li telimina d-differenzi fil-livell tal-prezzijiet bejn l-Istati Membri. |
Ġustifikazzjoni | |
Jeliminaw hija aktar preċiża. | |
Emenda 2 Premessa 3 | |
(3) L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali1, – irid jinqara flimkien mal-Parti 15 ta’ l-Anness II ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003, imsemmija “Il-Politika Reġjonali u l-koordinazzjoni ta’ l-istrumenti struttrali”. Dan l-Artikolu 3(1) jiddikjara li r-reġjuni koperti mill-Objettiv 1 għandhom ikunu r-reġjuni li jikkorrispondu mal-livell II ta’ NUTS li l-GDP per capita tagħhom, imkejjel f’PKIs u kkalkulat fuq il-bażi tal-figuri Komunitarji, huwa inqas minn 75% tal-medja tal-Komunità. Fin-nuqqas ta’ PKIs reġjonali, il-PKIs nazzjonali għandhom iservu biex tiġi stabbilita l-lista tar-reġjuni li jistgħu jibbenefikaw mill-Fondi Strutturali; jistgħu wkoll jintużaw biex ikun ddeterminat l-ammont ta’ fondi li għandu jitqassam lil kull reġjun. |
(3) L-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni jistipula li r-reġjuni eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fondi Strutturali taħt l-objettiv ta' Konverġenza se jkunu r-reġjuni li jikkorrispondu għat-tieni livell ta' klassifika komuni ta' l-unitajiet territorjali għall-istatistika (minn issa 'l quddiem imsejħa NUTS livell 2) fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 ta' liema prodott gross domestiku (PGD) mkejjel f'termini ta' paritajiet ta' kapaċità għall-infiq u kkalkulat fuq il-bażi tal-figuri Komunitarji għall-perjodu 2000 sa 2002 huwa anqas minn 75% tal-medja tal-prodott gross domestiku ta' l-UE 25 għall-istess perjodu ta' referenza. Fin-nuqqas ta’ PKIs reġjonali, il-PKIs nazzjonali għandhom iservu biex tiġi stabbilita l-lista tar-reġjuni li jistgħu jibbenefikaw mill-Fondi Strutturali; jistgħu wkoll jintużaw biex ikun ddeterminat l-ammont ta’ fondi li għandu jitqassam lil kull reġjun. |
_____________ 1 ĠU L 161, 26.06.1999, p. 1; Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003. |
___________ 1 ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1989/2006 (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 6). 2 ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 105/2007 (ĠU L 39, 10.2.2007, p. 1). |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jaġġorna l-premessa skond il-leġiżlazzjoni attwali. | |
Emenda 3 Premessa 3a (ġdida) | |
|
(3a) L-Istati Membri huma mħeġġa sabiex jipproduċu dejta għall-PPPs reġjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jinkoraġġixxu l-aktar dejta preċiża possibbli. | |
Emenda 4 Premessa 4 | |
(4) L-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94 tas-16 ta’ Mejju 1994 li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni1, – irid jinqara flimkien mal-Parti 15 ta’ l-Anness II ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003, imsemmija “Il-Politika Reġjonali u l-koordinazzjoni ta’ l-istrumenti struttrali”. Dan l-Artikolu 2(1) jiddikjara li l-Fond għandu jipprovdi kontribuzzjonijiet finanzjarji għalproġetti, li jikkontribwixxu biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fit-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea, fl-oqsma ta’ l-ambjent u tan-netwerks ta’ l-infrastruttura tat-trasport trans-ewropej fl-Istati Membri bi prodott gross nazzjonali (PGN) per capita, imkejjel f’unitajiet ta’ parità ta’ kapaċità ta’ infiq, ta’ inqas minn 90% tal-medja tal-Komunità li għandhom programm li jwassal biex jintlaħqu l-kundizzjonijiet tal-konverġenza ekonomika msemmija fl-Artikolu 104c tat-Trattat.
|
(4) L-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 jipprovdi li l-Istati Membri eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond ta' Koeżjoni se jkunu dawk li d-dħul gross nazzjonali (GNI) tagħhom per capita, imkejjel f'paritajiet ta' kapaċità għall-infiq u kkalkulat fuq il-bażi ta' figuri Komunitarji għall-perjodu 2001 sa 2003, huwa anqas minn 90% tal-medja tal-GNI ta' l-UE 25 u liema għandhom programm sabiex jilħqu l-kundizzjonijiet tal-konverġenza ekonomika msemmija fl-Artikolu 104 tat-Trattat. |
___________ 1 ĠU L 130, 25.5.1994, p. 1. ir-Regolament kif emendat l-aħħar mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003. |
|
Ġustifikazzjoni | |
L-istess bħall-emenda 2. | |
Emenda 5 Premessa 6 | |
(6) Il-metodoloġiji u l-prattika eżistenti li jitħaddmu fl-Unjoni Ewropea, bħalissa regolati bħala programmi statistiċi individwali mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/1997 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-istatistika Komunitarja1, fil-ġejjieni jeħtieġ li jitqiegħdu f’qafas legali.
|
(6) Il-Kummissjoni (Eurostat) diġà qed tiġbor informazzjoni bażika annwali dwar il-Parità ta' Kapaċità għall-Infiq mingħand l-Istati Membri fuq bażi volontarja. Din l-azzjoni saret prattika konsolidata fl-Istati Membri. Madankollu, huwa neċessarju qafas legali li jiżgura l-iżvilupp sostenibbli, il-produzzjoni u t-tixrid tal-Parità ta' Kapaċità għall-Infiq. |
___________________ 1 ĠU L 52, tat-22.2.1997, p. 1 ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1). |
|
Ġustifikazzjoni | |
Dan jistabbilixxi li r-Regolament jikkonforma mal-prattika volontarja eżistenti u jagħti ċertezza legali għall-futur. | |
Emenda 6 Premessa 6a (ġdida) | |
|
(6a) Il-forniment ta' riżultati preliminari fuq bażi regolari, kif hija l-prassi bħalissa, għandu jinżamm sabiex l-aktar figuri reċenti jkunu dejjem disponibbli. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex tiġi aġġornata skond il-prassi attwali. | |
Emenda 7 Premessa 7 | |
(7) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi adottata fi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni. |
(7) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati fi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni. Ladarba dawk il-miżuri huma ta' skop ġenerali u magħmulin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament u/jew biex jissupplimentaw dan ir-Regolament biż-żieda ta' elementi mhux essenzjali ġodda, dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju provdut fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
|
1 ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11). |
Ġustifikazzjoni | |
Deċiżjoni ta' Komitoloġija tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2006 (2006/512/KE) li temenda d-Deċiżjoni 1999/468/KE | |
Emenda 8 Premessa 7a (ġdida) | |
|
(7a) Peress li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta' regoli komuni għall-forniment ta' informazzjoni bażika dwar il-Parità ta' Kapaċità għall-Infiq u għall-kalkolu u t-tixrid tagħha, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif ġie stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
Ġustifikazzjoni | |
Premessa dwar is-sussidjarjetà bbażata fuq il-formolazzjoni standard ippreżentata fit-taqsima 10.15.4 tal-Gwida Prattika Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. | |
Emenda 9 Artikolu 1 | |
L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jiġu stabbiliti regoli komuni biex tiġi pprovduta l-informazzjoni bażika dwar il-Parità ta’ Kapaċità għall-Infiq (PKIs), u għall-kalkulazzjoni u għat-tixrid tagħhom. Il-PKIs għandhom jirriflettu biss id-differenzi fil-livelli tal-prezzijiet u fil-piżijiet ta’ l-infiq. |
L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jiġu stabbiliti regoli komuni biex tiġi pprovduta l-informazzjoni bażika dwar il-Parità ta’ Kapaċità għall-Infiq (PKIs), u għall-kalkulazzjoni u għat-tixrid tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Għal fini ta' preċiżjoni, jista' jkollhom ukoll konvertituri ta' munita u l-aħjar huwa li d-definizzjoni tibqa' dik fl-Artikolu 3 (i). | |
Emenda 10 Artikolu 2, paragrafu 1 subparagrafu 2 a (ġdid) | |
|
Dejta għandha tinġabar għall-inqas bil-frekwenza msemmija fl-Anness I. Ġbir iżjed frekwenti ta' dejta għandu jiġi pjanat biss f'ċirkustanzi ġustifikati. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex ikunu evitati rekwiżiti onerużi żżejjed. | |
Emenda 11 Artikolu 3, punt (f) | |
(f) “Oġġett” ifisser prodott jew servizz iddefinit b’mod preċiż sabiex jintuża fl-osservazzjoni tal-prezzijiet. |
(f) “Oġġett” ifisser prodott jew servizz iddefinit b’mod preċiż sabiex jintuża fl-osservazzjoni tal-prezzijiet. |
Ġustifikazzjoni | |
Korrezzjoni lingwistika, is-servizzi huma msejħa wkoll prodotti. | |
Emenda 12 Artikolu 3, punt (l) | |
(1) “L-indikaturi ta’ rappreżentattività” tfisser għodod li jimmarkaw jew indikaturi oħrajn li jidentifikaw dawk l-oġġetti li l-pajjiżi għażlu bħala rappreżentattivi. |
(l) “L-indikaturi ta’ rappreżentattività” tfisser għodod li jimmarkaw jew indikaturi oħrajn li jidentifikaw dawk l-oġġetti li l-Istati Membri għażlu bħala rappreżentattivi. |
Ġustifikazzjoni | |
Għall-konsistenza ma' l-Artikolu 3, paragrafu (j). | |
Emenda 13 Artikolu 3, punt (m) | |
(m) “Equi-rappreżentattività” tfisser kwalità meħtieġa mill-kompożizzjoni tal-lista ta’ l-oġġetti għal intestatura bażika, b’kull pajjiż ikun jista’ jipprezza dak in-numru ta’ oġġetti rappreżentattivi li huwa proporzjonat ma’ l-eteroġeneità tal-prodotti u mal-livelli tal-prezzijiet koperti mill-intestatura bażika u n-nefqa tiegħu fuq l-intestatura bażika. |
(m) “Equi-rappreżentattività” tfisser kwalità meħtieġa mill-kompożizzjoni tal-lista ta’ l-oġġetti għal intestatura bażika, b’kull Stat Membru jkun jista’ jipprezza dak in-numru ta’ oġġetti rappreżentattivi li huwa proporzjonat ma’ l-eteroġeneità tal-prodotti u mal-livelli tal-prezzijiet koperti mill-intestatura bażika u n-nefqa tiegħu fuq l-intestatura bażika. |
Ġustifikazzjoni | |
L-istess bħall-emenda 12. | |
Emenda 14 Article 3, point (p) | |
(p) “Sena ta’ referenza” tfisser sena kalendarja li għaliha jirreferu r-riżultati annwali. |
(p) "Sena ta’ referenza” tfisser sena kalendarja li għaliha jirreferu riżultati annwali speċifiċi. |
Ġustifikazzjoni | |
Preċiżjoni lingwistika. | |
Emenda 15 Artikolu 4, paragrafu 1, parti introduttorja | |
1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli biex: |
1. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tkun responsabbli biex: |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex ikun hemm konsistenza fir-regolamenti. Dan huwa l-format standard. | |
Emenda 16 Artikolu 4, paragrafu 1 , punt (d) | |
(d) tiżviluppa metodoloġija, f’konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri; |
(d) tiżviluppa u tikkomunika metodoloġija, f’konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Kummissjoni għandha wkoll tieħu r-responsabilità għall-komunika tal-metodoloġija lill-Istati Membri. | |
Emenda 17 Artikolu 4, paragrafu 1, punt (e a) (ġdid) | |
|
(ea) tabbozza u tferrex il-manwal tal-metodoloġija msemmi fl-Anness I, paragrafu 1.1; |
Emenda 18 Artikolu 4, paragrafu 1, subparagrafu 2 | |
Dawn il-kompiti għandhom jitwettqu mill-Eurostat f’isem il-Kummissjoni. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex ikun hemm konsistenza fir-regolamenti. Dan għandu jinqara flimkien ma' l-Emenda 15 (aktar 'il fuq). | |
Emenda 19 Artikolu 4, paragrafu 2, subparagrafu 2 | |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu approvazzjoni bil-miktub tar-riżultati tas-servej li għalihom huma responsabbli, hekk kif jitlesta l-proċess ta’ tisħiħ tad-data, kif speċifikat fil-punt 5.2 ta’ l-Anness I. |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu approvazzjoni bil-miktub tar-riżultati tas-servej li għalihom huma responsabbli, hekk kif jitlesta l-proċess ta’ tisħiħ tad-data, kif speċifikat fil-punt 5.2 ta’ l-Anness I, fi żmien perjodu ta' mhux aktar minn xahar. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex ikun żgurat li d-dejta tkun disponibbli mill-aktar fis possibbli. | |
Emenda 20 Artikolu 6, paragafu 1 | |
1. L-informazzjoni bażika elenkata fl-Anness I għandha tinkiseb jew mill-unitajiet statistiċi kif iddefinit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 696/19931 jew minn sorsi oħrajn li jipproduċu data li tilħaq il-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ kwalità speċifikati fil-punt 5.1 ta’ l-Anness I.
|
1. L-informazzjoni bażika elenkata fl-Anness I għandha tinkiseb jew mill-unitajiet statistiċi kif iddefinit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 696/19931 jew minn sorsi oħrajn li jipproduċu data li tilħaq il-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ kwalità speċifikati fil-punt 5.1 ta’ l-Anness I. L-Istat Membru għandu javża dwar it-tip ta' unit jew sors ta' statistika lill-Kummissjoni fil-ħin li tintbagħat id-dejta.
|
___________ 1 ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1. |
___________ 1 ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284 tal- 31.10.2003 p. 1). |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex ikunu evitati d-dubji. | |
Emenda 21 Artikolu 7, paragrafu 2, subparagrafu 2 | |
L-Istati Membri għandhom ukoll jipprovdu lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) bid-dettalji ta’ kwalunkwe bidla sussegwenti fil-metodi użati. |
L-Istati Membri għandhom ukoll jipprovdu lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) bid-dettalji u r-raġunijiet għal kwalunkwe bidla sussegwenti fil-metodi użati jew kwalunkwe devjazzjoni mill-manwal metodoloġiku speċifikat fl-Anness I. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-metodoloġija għandha tinżamm, imma jekk dan ma jkunx possibbli għandu jiġi nnotifikat. | |
Emenda 22 Artikolu 9, paragrafu 1, subparagrafu 3 | |
Dan il-paragrafu m’għandux jaffetwa d-dritt tal-Kummissjoni (tal-Eurostat) biex tippubblika r-riżultati preliminari qabel 36 xahar wara t-tmiem tas-sena ta’ referenza. |
Dan il-paragrafu m’għandux jaffettwa d-dritt tal-Kummissjoni (tal-Eurostat) biex tippubblika r-riżultati preliminari qabel 36 xahar wara t-tmiem tas-sena ta’ referenza u l-Kummissjoni (Eurostat) għandha tagħmel dawn disponibbli għall-pubbliku inkluż fuq il-websajt tagħha. |
Ġustifikazzjoni | |
L-istess bħall-emenda 21. | |
Emenda 23 Artikolu 11, paragrafu 2, subparagrafu 1 | |
Fejn hemm referenza għal dan il-paragrafu, il-proċedura regolatorja indikata fl-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tapplika, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħhom. |
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, u jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. |
Ġustifikazzjoni | |
L-istess bħall-emenda 6. | |
Emenda 24 Artikolu 12, paragrafu 2, parti introduttorja | |
Miżuri bħal dawn għandhom jikkonċernaw b’mod partikolari: |
Dawn il-miżuri għandhom ikunu: |
Ġustifikazzjoni | |
Komitoloġija. M'għandux ikun hemm skop għal kwalunkwe żieda, il-lista għandha tkun eżawrjenti. Ir-riferenzi għall-Anness relevanti jikkjarifikaw aktar. | |
Emenda 25 Artikolu 12 paragrafu 2, punt (b) | |
(b) sett ta’ standards minimi sabiex tinkiseb il-komparabilità essenzjali u r-rappreżentattività tad-data; |
(b) sett ta’ standards minimi sabiex tinkiseb il-komparabilità essenzjali u r-rappreżentattività tad-dejta kif speċifikat fis-subtitoli 5.1 u 5.2 ta' l-Anness I; |
Ġustifikazzjoni | |
L-istess bħall-emenda 24. | |
Emenda 26 Artikolu 12 Paragrafu 2, punt c | |
(c) il-kundizzjonijiet meħtieġa preċiżi dwar il-metodoloġija li għandha tiġi użata; |
(c) il-kundizzjonijiet preċiżi meħtieġa dwar il-metodoloġija li għandha tiġi użata kif speċifikati fl-Anness I; |
Ġustifikazzjoni | |
L-istess bħall-emenda 24. | |
Emenda 27 Artikolu 12, paragrafu 2 , punt (d) | |
(d) l-aġġustament tal-lista ta’ l-intestaturi bażiċi u t-twaqqif u l-aġġustament tad-deskrizzjonijiet dettaljati tal-kontenut ta’ l-intestaturi bażiċi, sakemm dawn jibqgħu kompatibbbli ma’ l-SKI95 jew ma’ kwalunkwe sistema oħra li teħdilha postha. |
(d) l-aġġustament tal-lista ta’ l-intestaturi bażiċi (kif speċifikata fl-Anness II) u t-twaqqif u l-aġġustament tad-deskrizzjonijiet dettaljati tal-kontenut ta’ l-intestaturi bażiċi, sakemm dawn jibqgħu kompatibbli ma’ l-SKI95 jew ma’ kwalunkwe sistema oħra li teħdilha postha. |
Ġustifikazzjoni | |
L-istess bħall-emenda 24. | |
Emenda 28 Artikolu 12 a (ġdid) | |
|
Artikolu 12a |
|
1. L-Istati Membri għandhom jirċievu mill-Kummissjoni kontribut finanzjarju ta' massimu ta' 70% ta' l-ispejjeż eliġibbli skond ir-regoli għal għotja tal-Kummissjoni.
2. L-ammont ta' kontribut finanzjarju bħal dan għandu jiġi ffissat bħala parti mill-proċeduri baġitarji annwali ta' l-Unjoni Ewropea. L-awtorità tal-baġit għandha tiddetermina l-approprjazzjonijiet disponibbli ta' kull sena. |
Emenda 29 Anness I, paragrafu 1.2 | |
1.2 Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tistabbilixxi, sal-31 ta’ Ottubru, f’konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri, Programm ta’ Ħidma annwali għas-sena kalendarja ta’ wara bl-iffissar ta’ l-orarju tal-ħinijiet sabiex tkun speċifikata u pprovduta l-informazzjoni bażika meħtieġa għal dik is-sena. |
1.2 Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tistabbilixxi, sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, f’konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri, Programm ta’ Ħidma annwali għas-sena kalendarja ta’ wara bl-iffissar ta’ l-orarju tal-ħinijiet sabiex tkun speċifikata u pprovduta l-informazzjoni bażika meħtieġa għal dik is-sena. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tinġab f'konformità mal-prattika eżistenti. | |
Emenda 30 Annes I, paragrafu 1.4 a (ġdid) | |
|
1.4a. Fil-każ li Stat Membru ma jirnexxilux jippreżenta informazzjoni bażika kompluta, huwa għandu jispeċifika għaliex l-informazzjoni hija inkompluta, meta huwa jippreżenta informazzjoni kompluta jew, jekk huwa xieraq, għaliex ma tistax issir disponibbli. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-raġunijiet għaliex ma ġietx mogħtija d-dejta jridu jkunu magħrufa sabiex, jekk ikun il-bżonn, issir rettifikazzjoni. | |
Emenda 31 Anness I, paragrafu 5.3.2 | |
5.3.2 Kull Stat Membru għandu jkollu l-proċess tiegħu tal-PKI ivvalutat mill-inqas darba kull sitt snin mill-Kummissjoni (mill-Eurostat). Il-valutazzjonijiet, ippjanati kull sena u inklużi fil-Programm ta’ Ħidma annwali, għandhom jirrivedu l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Għandu jsir rapport, ibbażat fuq din il-valutazzjoni, lill-Kummissjoni (lill-Eurostat). |
5.3.2 Kull Stat Membru għandu jkollu l-proċess tiegħu tal-PKI ivvalutat mill-inqas darba kull sitt snin mill-Kummissjoni (mill-Eurostat). Il-valutazzjonijiet, ippjanati kull sena u inklużi fil-Programm ta’ Ħidma annwali, għandhom jirrivedu l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Għandu jsir rapport, ibbażat fuq din il-valutazzjoni, lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) u jsir disponibbli b'mod pubbliku inkluż fuq il-websajt tal-Kummissjoni.
|
Ġustifikazzjoni | |
Korrezzjoni lingwistika u żieda fit-trasparenza. | |
Emenda 32 Anness I, paragrafu 10.5 | |
10.5 Ir-reviżjonijiet li saru wara 21 xahar wara t-tmiem tas-sena ta’ referenza għall-valuri ta’ l-infiq tal-PGD jew għall-istimi tal-popolazzjoni m’għandhomx jeħtieġu li ssir korrezzjoni fir-riżultati tal-PKI. |
10.5 Ir-reviżjonijiet li saru wara 33 xahar wara t-tmiem tas-sena ta’ referenza għall-valuri ta’ l-infiq tal-PGD jew għall-istimi tal-popolazzjoni m’għandhomx jeħtieġu li ssir korrezzjoni fir-riżultati tal-PKI. |
Ġustifikazzjoni | |
L-istess bħall-emenda 29. |
- [1] Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.
NOTA SPJEGATTIVA
Sfond
Il-Parità ta' Kapaċità għall-Infiq (PKI) huma fatturi ta' konverżjoni li jippermettu li l-prezzijiet f'pajjiżi differenti jkunu espressi f'unitajiet li jistgħu jkunu paragunati direttament. Sabiex jinkiseb dan, il-fatturi ta' konverżjoni jeliminaw l-effetti tad-differenzi fil-livelli tal-prezzijiet u tal-muniti. Il-PKI jista' jintuża wkoll bħala diviżur ta' prezz nazzjonali sabiex ikun ikkalkulat il-Prezz tax-Xiri Standard, li bih jistgħu jinxtraw l-istess kwantità ta' prodotti u servizzi irrispettivament mill-pajjiż, u għalhekk jista' jintuża f'kumparazzjonijiet ta' volum.
Il-PKI huwa użat internazzjonalment kemm fis-settur pubbliku u kemm f'dak privat għal evalwazzjonijiet kwalitattivi u ekonomiċi varji, u fl-Unjoni Ewropea huwa użat sabiex tkun iddeterminata l-kwalifika għall-Fondi Strutturali (meta l-PGD per capita jkun taħt il-75% tal-medja ta' l-UE-25) u għall-Fondi ta' Koeżjoni (meta l-GNI per capita jkun anqas mid-90% tal-medja ta' l-UE-25). Il-Kummissjoni tuża wkoll il-PKI sabiex tikkalkula l-koeffiċjenti ta' korrezzjoni għall-pagi u għall-penzjonijiet ta' uffiċjali u ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej, li hija obbligata tagħmel skond ir-Regolamenti ta' l-Istaff.
L-iskop tar-Regolament huwa li jikkodifika dak li diġà ilu jiġi pprattikat għal bosta snin, waqt liema l-Istati Membri pprovdew informazzjoni fuq bażi volontarja. Huwa meħtieġ għaliex ir-Regolamenti tal-Kunsill taw lill-Kummissjoni responsabilità statutorja li tikkalkula l-PGD fuq bażi ta' kapaċità għall-infiq, u dan l-att legali ġdid se jiċċara r-responsabilitajiet ta' l-awtoritajiet nazzjonali fil-kumpilazzjoni ta' din l-istatistika u fil-proċeduri għall-istabbiliment ta' metodoloġija xierqa. Fil-kuntest ta' koperazzjoni internazzjonali ġdida dwar il-PKIs, l-UE hija attriċi prinċipali fi żmien tajjeb.
Il-paragun ta' prezzijiet huwa wkoll importanti fil-monitoraġġ tal-prezzijiet tal-konsumatur f'varjetà ta' zoni ta' politika bħall-konverġenza tal-prezzijiet fis-Suq Wieħed u fiz-Zona ta' l-Euro, l-iffunzjonar ta' l-appalt pubbliku u l-aspetti tal-kompetizzjoni. Għalhekk għandhom relevanza ekonomika u politika.
Proposti għal Regolament
Permezz ta' l-Eurostat, il-Kummissjoni hija responsabbli għall-koordinament, il-kalkolu u l-ippubblikar tal-PKI fuq bażi ta' data miġbura mill-Istati Membri. L-Istati Membri huma meħtieġa li jipprovdu dejta relatata ma' firxa ta' informazzjoni bażika skond il-metodoloġija u l-programm annwali li kien ġie stabbilit preċedentement mill-Kummissjoni f'konsultazzjoni ma' l-Istati Membri. Xi dejta, bħall-valuri ta' infiq tal-PGD, il-kirjiet u l-pagi, se jinħtieġu kull sena. Oħrajn, partikularment il-prezzijiet ta' prodotti tal-konsumatur, se jeħtiġilhom li kull tliet snin li fil-prattika se jinġabru fuq il-bażi ta' programm ċikliku rotanti sabiex kull grupp ta' prodotti jkun eżaminat kull tliet snin. Fatturi ta' aġġustament li jippermettu korrezzjoni għall-mogħdija ta' żmien (aġġustament temporali) u għall-varjazzjonijiet (aġġustament spazjali) huma meħtieġa kull sena jew kull sitt snin. Il-frekwenzi huma mogħtija bħala 'frekwenzi minimi' allura, fit-teorija, id-dejta tista' tintalab aktar spiss.
Emendi
Huma proposti bidliet li jaġġornaw ir-referenzi għar-Regolamenti tal-Kunsill relevanti u li jiċċaraw li l-forniment ta' riżultati preliminari fuq bażi regolari, kif inhi l-prassi bħalissa, tkun sostnuta sabiex l-aktar figuri riċenti jkunu dejjem disponibbli.
Fil-proposta tal-Kummissjoni m'hemmx obbligu għat-tressiq ta' figuri Reġjonali jew għall-kalkolu ta' koeffiċjenti ta' korrezzjoni Reġjonali spazjali. Huwa rikonoxxut li r-regolament m'għandux ikun oneruż, madankollu hemm Stati Membri b'varjazzjonijiet sinifikanti fil-prezzijiet Reġjonali u huwa importanti li jsiru sforzi sabiex tiġi kkalkulata din l-informazzjoni, anki jekk dan jibqa' fuq bażi volontarja.
Ġie introdott perjodu massimu ta' xahar għall-Istati Membri sabiex jipprovdu approvazzjoni bil-miktub tar-riżultati ta' l-istħarriġ wara li jkunu vvalidati sabiex jiġi evitat id-dewmien.
Il-frekwenzi minimi mogħtija għall-ġbir tad-dejta m'għandhomx jiżdiedu mingħajr raġuni valida, sabiex ma jinħoloqx piż eċċessiv.
Il-proċeduri ġodda ta' komitoloġija japplikaw.
Sabiex ikun hemm trasparenza massima, il-figuri temporanji u l-evalwazzjoni u r-rapporti ta' konformità għandhom ikunu disponibbli fuq websajt.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (19.12.2006)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni biex tkun provduta informazzjoni dwar il-Parità ta’ Kapaċità għall-Infiq u għall-kalkulazzjoni u t-tixrid tagħha
(COM(2006)0135 – C6‑0100/2006 – 2006/0042(COD))
Rapporteur għal opinjoni : Gerardo Galeote
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Paritajiet ta’ Kapaċità għall-Infiq (PKI) huma rati ta’ kambju tal-munita li jinbidlu f’munita artifiċjali komuni (Standard tal-Poter ta’ Akkwist, SPA), u li jagħmel indaqs il-poter ta' akkwist ta’ muniti nazzjonali differenti. Fi kliem ieħor, ineħħu d-differenzi fil-livelli ta’ prezz bejn pajjiżi li jinsabu fil-proċess tal-bdil, u jippermettu tqabbil purament ta' valur sinifikanti tal-PGD u l-aggregati tagħhom madwar il-pajjiżi. Anke wara d-dħul ta' l-Euro, jibqa' jkun meħtieġ li jiġu kkalkulati il-PKI peress li l-Euro għandu poter ta’ akkwist differenti fil-pajjiżi individwali taz-zona Euro, skond il-livelli nazzjonali ta’ prezz.
PPA huma indikaturi ekonomikament u politikament vitali għall-UE. Għall-perjodu ta' l-2007-2013 huma ser jintużaw għall-Fondi Strutturali u bħala benchmarks obbligatorji għall-Fondi ta' Koeżjoni. Il-Kummissjoni għandha responsabilità statutorja sabiex jiġi kkalkulat il-PGD fuq bażi ta’ poter ta’ l-akkwist; Madankollu, fil-mument, l-Istati Membri m'għandhom l-ebda obbligazzjoni legali biex jikkoperaw. Fil-proposta għal regolament, il-Kummissjoni permezz tal-Eurostat ser tkun responsabbli għal koordinament ta' l-informazzjoni bażika, l-ikkalkular u l-ippubblikar ta' PKI u modifiki tal-metodoloġija b'konsultazzjoni ma' l-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni bażika, joħorġu ċertifikazzjoni bil-miktub tar-riżultati tas-sondaġġ u jiżguraw il-validità tad-dejta pprovduta.
Ir-rapporteur għal opinjoni jenfasizza l-bżonn għal sforz ulterjuri sabiex tiżdied l-effiċjenza ta' l-apparat ta' l-istatistika ta' l-UE, kemm mill-aspett tekniku kif ukoll mill-aspett ta' riżorsi umani. Koordinazzjoni bejn l-Eurostat u l-istituzzjonijiet ta' l-istatistika nazzjonali għandha tissaħħaħ biex tiżdied l-effiċjenza u l-preċiżjoni ta' statistika miġbura. Ir-rapporteur għal opinjoni mħasseb dwar il-fatt, li hu anke nnotat fl-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1], li l-Kummissjoni (l-Eurostat) tikkalkula l-PKI bil-pajjiżi, u mhux bir-reġjuni. Madankollu, dawn il-kalkoli huma użati fl-evalwazzjoni ta' l-andament ekonomiku ta' reġjuni. Differenzi reġjunali, fl-Istati Membri, fil-prezzijiet ta' prodotti u servizzi mhumiex rari. Għalhekk hu kruċjali li l-Istati Membri jagħmlu sforzi ekonomiċi u tekniċi biex jiżguraw li koeffiċjenti tal-korrezzjoni spazjali jirriflettu differenzi ġeografiċi fil-prezzijiet, preċiżi kemm jista' jkun possibli.
Bħalissa m'hemm l-ebda qafas legali għall-kalkolu tal-PKI, u r-Regolament propost jimla dan il-vojt legali b'mod sodisfaċenti. Minħabba l-bżonn ta' regoli li jorbtu li jiddefinixxu l-kompetenzi tal-Kummissjoni u l-Istati Membri u biex ix-xogħol jingħata bażi statutorja, il-Proposta għal Regolament tal-Kummissjoni se tiġi aċċettata.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Test propost mill-Kummissjoni[2] | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Premessa 1 | |
(1) Sabiex jinkiseb paragun bejn il-Prodott Gross Domestiku (PGD) f’termini ta’ volum bejn l-Istati Membri, il-Komunità għandha ħtieġa essenzjali li jkollha Parità ta’ Kapaċità għall-Infiq (PKI) li tirrifletti d-differenzi fil-livell tal-prezzijiet bejn l-Istati Membri. |
(1) Sabiex jinkiseb paragun bejn il-Prodott Gross Domestiku (PGD) f’termini ta’ volum bejn l-Istati Membri, il-Komunità għandha ħtieġa essenzjali li jkollha Parità ta’ Kapaċità għall-Infiq (PKI) li tirrifletti d-differenzi fil-livell tal-prezzijiet bejn l-Istati Membri, peress li, fil-PGD internazzjonali u fil-paraguni tal-prezz, kull żball fid-dejta bażika relatata ma' kwalunkwe pajjiż tista' tgħawweġ ir-riżultati ġenerali. |
Ġustifikazzjoni | |
Idealment, il-paraguni tal-PKI jipprovdu riżultati li juru differenzi fil-ġbir ta' kontijiet nazzjonali u li mhumiex influwenzati minn differenzi fil-kalkolu tal-volum ta' oġġetti. Minħabba differenzi fis-sistemi tal-konsum u fil-livelli tal-preżżijiet bejn pajjiżi, fil-prinċipju, għandu jinġabar massimu ta' prezzijiet biex tiġi stabbilita PKI soda li tikkalkula b'mod korrett l-iżvilupp tal-prezz relattiv fil-pajjiżi. | |
Emenda 2 Premessa 1a (ġdida) | |
|
(1a) B'mod tradizzjonali, il-Kummissjoni kkalkulat il-PKI skond il-pajjiż u, minħabba li ta' spiss ikun hemm differenzi reġjonali fil-prezzijiet ta' prodotti u servizzi, hemm bżonn ta' sforz ikbar biex jiġi żgurat li l-PKI kkalkulat bl-istess mod jirrifletti differenzi reġjonali fil-prezz, inklużi l-varjazzjonijiet reġjonali fil-prezzijiet preżenti fl-iktar reġjuni 'l bogħod, fir-reġjuni ta' fuq u fir-reġjuni b'popolazzjonijiet żgħar. |
Ġustifikazzjoni | |
Bħala kontinwazzjoni fl-istess triq tat-test tar-rapporteur għal opinjoni, l-għan tas-somma huwa li jippermetti l-metodi użati biex jiġi kkalkulat il-PKI biex ikun lest għall-ORs, ir-reġjuni ta' fuq u/jew ir-reġjuni b'popolazzjonijiet żgħar, li huma suġġetti għal ostakli permanenti, partikolarment ħorox (eż. postijiet imbiegħda mill-kontinent Ewropew) li jaffettwaw b'mod dirett il-prezz tal-prodotti | |
Emenda 3 Premessa 2 a (ġdida) | |
|
(2a) Għall-iskop tal-kalkolu tal-PKI tal-Komunità, għandha tkun żgurata koordinazzjoni xierqa bejn l-Eurostat u istituzzjonijiet nazzjonali ta' l-istatistika. |
Ġustifikazzjoni | |
Koordinazzjoni bejn l-Eurostat u l-istituzzjonijiet ta' l-istatistika nazzjonali għandha tissaħħaħ biex tiżdied l-effiċjenza u l-preċiżjoni ta' statistika miġbura. | |
Emenda 4 Premessa 7 | |
(7) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi adottata fi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni. |
(7) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi adottata fi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni. L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi strettament applikat. |
Ġustifikazzjoni | |
Kjarifika legali biex il-Parlament jiġi permess li jkun involut b'mod iżjed attiv fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fl-implimentazzjoni tal-miżuri bżonnjużi għall-infurzar tar-regolament. | |
Emenda 5 Artikolu 2, paragrafu 1, subpararagrafu 2 | |
Din l-informazzjoni bażika għandha tinkludi l-prezzijiet, analiżi statistika tan-nefqa tal-PGD, u data oħra kif elenkata fl-Anness I. |
Din l-informazzjoni bażika għandha tinkludi l-prezzijiet, billi tippermetti kwalunkwe differenza reġjonali, analiżi statistika tan-nefqa tal-PGD, u data oħra kif elenkata fl-Anness I. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Kummissjoni (Eurostat) tikkalkula l-PKI skond il-pajjiż u mhux skond ir-reġjun. Minħabba l-fatt li jista' jkun hemm varjazzjonijiet reġjonali sinifikattivi ħafna fl-istess zona ekonomika, il-kalkoli fuq dik il-bażi jistgħu jipproduċu riżultati qarrieqa. | |
Emenda 6 Artikolu 4, paragrafu 1, punti (d) u (e) | |
(d) tiżviluppa metodoloġija, f’konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri; (e) tiżgura li l-Istati Membri għandhom l-opportunità li jikkummentaw dwar ir-riżultati tal-PKI qabel il-pubblikazzjoni u li l-Kummissjoni (l-Eurostat) tqis b’mod xieraq kwalukwe kumment bħal dan. |
(d) tiżviluppa metodoloġija applikabbli fil-livell nazzjonali u reġjonali, f’konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri u tqis l-opinjonijiet ta' l-imsieħba reġjonali xierqa, inkluża l-metodoloġija speċifika li trid tiġi applikata għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, ir-reġjuni ta' fuq, u r-reġjuni b'densità ta' popolazzjoni baxxa, bi qbil mad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat; (e) tiżgura li l-Istati Membri u l-imsieħba reġjonali xierqa għandhom l-opportunità li jikkummentaw dwar ir-riżultati tal-PKI qabel il-pubblikazzjoni u li l-Kummissjoni (l-Eurostat) tqis b’mod xieraq kwalukwe kumment bħal dan. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan tas-somma huwa li jippermetti l-metodoloġiji użati biex jiġi kkalkulat il-PKI biex ikun lest għal kwalunkwe sitwazzjoni reġjonali li tvarja mis-sitwazzjoni nazzjonali globali. | |
Emenda 7 Artikolu 4, paragrafu 1, punt (e a) (ġdid) | |
|
(ea) sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u l-Parlament Ewropew jirċievi informazzjoni dwar il-kalkolu tal-PKI. |
Ġustifikazzjoni | |
PPA huma indikaturi ekonomikament u politikament vitali għall-UE. Il-proposta tal-Kummissjoni tgħid li t-tfassil ta' bażi legali għal PKI għandu jtejjeb it-trasparenza, il-puntwalità u l-kwalità tal-proċess sħiħ tal-produzzjoni tal-PKI. Huwa ta' importanza vitali li trasparenza u fluss ta' informazzjoni xierqa lill-Parlament Ewropew, jiġu żġurati. | |
Emenda 8 Artikolu 4, paragrafu 2, subparagrafu 1 | |
2. L-Istati Membri għandhom isegwu l-proċedura stabbilita fl-Anness I meta jkunu qed jipprovdu l-informazzjoni bażika. |
2. L-Istati Membri għandhom isegwu l-proċedura stabbilita fl-Anness I meta jkunu qed jipprovdu l-informazzjoni bażika, u għandhom jikkunsidraw id-differenzi reġjonali fl-Istati, fil-prezzijiet ta' prodotti u servizzi sabiex jiġu evitati distorsjonijiet fil-kalkolu ta' PKI. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni għall-emendi 1 u 2. |
Emenda 9
Anness 1, parti 2, sezzjoni 2.1, tabella, punt 5
Il-prezzijiet ta’ l-oġġetti u s-servizzi tal-konsumatur u l-indikaturi tar-rappreżentattività relatati. 3 snin |
Il-prezzijiet ta’ l-oġġetti u s-servizzi tal-konsumatur u l-indikaturi tar-rappreżentattività relatati. sentejn |
|
Ġustifikazzjoni
Minħabba l-fatt li l-prezzijiet ivarjaw b'mod kostanti (li jfisser iżjed minn darba kull tliet snin), l-aġġornar ta' l-informazzjoni bażika trid issir iżjed effettiva. Biex jitpatta dak il-bżonn, il-ġbir tad-dejta u l-proċeduri tal-provvisti ma jridx jittaqqal b'burokrazija żejda.
Emenda 10 Annex 1, part 3, section 3.1 | |
3.1 Minkejja d-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2(2), il-ġbir tad-data jista’ ikun limitat għal lokalità waħda jew aktar minn waħda fi ħdan territorju ekonomiku. Data bħal din tista’ tintuża għall-kalkulazzjonijiet tal-PKI sakemm ikollha magħha l-fatturi xierqa ta’ aġġustament minħabba żoni differenti. Għandha tintuża sabiex taġġusta data tas-servejs f’dawn il-lokalitajiet għal dik rappreżentattiva tal-medja nazzjonali. |
3.1 Minkejja d-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2(2), il-ġbir tad-data jista’ jkun limitat għal lokalità waħda jew aktar minn waħda fi ħdan territorju ekonomiku. Data bħal din tista’ tintuża għall-kalkulazzjonijiet tal-PKI sakemm ikollha magħha l-fatturi xierqa ta’ aġġustament minħabba zoni differenti u informazzjoni dwar prezzijiet ta' prodotti u servizzi tal-konsumaturi u indikaturi ta' rappreżentattività relatati. Għandha tintuża sabiex taġġusta data tas-servejs f’dawn il-lokalitajiet għal dik rappreżentattiva tal-medja nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan il-livell ta' dettall huwa essenzjali għax jekk le l-kalkoli tal-PKI jistgħu jipproduċu riżultati qarrieqa bbażati fuq informazzjoni miġbura mingħajr ma jitqiesu b'mod suffiċjenti l-prezzijiet tal-prodotti u s-servizzi fil-post(ijiet) fit-territorju ekonomiku li għalih(om) huma relatati l-kalkoli. |
PROĊEDURA
Titolu |
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni għall-forniment ta’ tagħrif bażiku dwar il-Paritajiet tal-Poter ta’ l-Akkwist u għall-kalkolu u t-tixrid tagħhom. |
||||||
Referenzi |
(COM(2006)0135 – C6‑0100/2006 – 2006/0042(COD)) |
||||||
Kumitat responsabbli |
ECON |
||||||
Opinjoni mogħtija minn |
REGI 3.4.2006 |
||||||
Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
|
||||||
Rapporteur għal opinjoni: |
Gerardo Galeote |
||||||
'Rapporteur' ta' opinjoni preċedenti |
|
||||||
Eżami fil-kumitat |
6.11.2006 |
23.11.2006 |
|
|
|
||
Data ta’ l-adozzjoni |
19.12.2006 |
||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
29 1 0 |
|||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean Marie Beaupuy, Rolf Berend, Jana Bobošíková, Graham Booth, Gerardo Galeote, Iratxe García Pérez, Eugenijus Gentvilas, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Ambroise Guellec, Pedro Guerreiro, Marian Harkin, Konstantinos Hatzidakis, Mieczysław Edmund Janowski, Gisela Kallenbach, Tunne Kelam, Miroslav Mikolášik, Francesco Musotto, Lambert van Nistelrooij, Jan Olbrycht, Markus Pieper, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Elisabeth Schroedter, Grażyna Staniszewska, Catherine Stihler, Margie Sudre |
||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Simon Busuttil, Emanuel Jardim Fernandes, Holger Krahmer, Richard Seeber, László Surján |
||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali Philip Dimitrov Dimitrov |
|
||||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
|
||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Informazzjoni bażika dwar il-Paritajiet tal-Poter ta’ l-Akkwist |
|||||||
Referenzi |
COM(2006)0135 - C6-0100/2006 - 2006/0042(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
22.3.2006 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 3.4.2006 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
REGI 3.4.2006 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Sharon Bowles 3.4.2006 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
6.11.2006 |
23.1.2007 |
28.2.2007 |
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
21.3.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
38 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Pervenche Berès, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Manuel António dos Santos, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Donata Gottardi, Benoît Hamon, Gunnar Hökmark, Sophia in ‘t Veld, Othmar Karas, Piia-Noora Kauppi, Wolf Klinz, Guntars Krasts, Kurt Joachim Lauk, Andrea Losco, Astrid Lulling, Gay Mitchell, Cristobal Montoro Romero, Joseph Muscat, Lapo Pistelli, John Purvis, Alexander Radwan, Bernhard Rapkay, Dariusz Rosati, Heide Rühle, Eoin Ryan, Antolín Sánchez Presedo, Lydia Shouleva, Margarita Starkevičiūtė, Ieke van den Burg, Sahra Wagenknecht |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Katerina Batzeli, Werner Langen, Janusz Onyszkiewicz, Gianni Pittella, Andreas Schwab, Lars Wohlin |
|||||||