RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar titjib fit-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni komplimentari

    27.3.2007 - (COM(2005)0507 – C6‑0331/2005 – 2005/0214(COD)) - ***I

    Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
    Rapporteur: Ria Oomen-Ruijten

    Proċedura : 2005/0214(COD)
    Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
    Ċiklu relatat mad-dokument :  
    A6-0080/2007
    Testi mressqa :
    A6-0080/2007
    Testi adottati :

    ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar titjib fit-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni komplimentari

    (COM(2005)0507 – C6‑0331/2005 – 2005/0214(COD))

    (Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    –   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0507)[1],

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 42 und 94 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0331/2005),

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    –   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0080/2007),

    1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

    2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

    Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

    Emenda 1

    Paragrafu 5

    (5) Jeħtieġ ukoll li wieħed jirreferi għall-Artikolu 94 tat-Trattat meta wieħed jikkunsidra li n-nuqqas ta’ qbil bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jirregolaw l-iskemi komplementari ta’ pensjoni huwa min-natura tiegħu qed jimpedixxi kemm li jiġi eżerċitat id-dritt għall-moviment ħieles tal-ħaddiema u kemm il-ħidma tas-suq komuni. Għalhekk, biex isir titjib fil-possibbiltà li jinġarru d-drittijiet ta’ pensjoni komplementari tal-ħaddiema li jiċċaqilqu minn post għall-ieħor ġewwa l-Komunità u fi ħdan l-istess Stat Membru, ċerti kondizzjonijiet ta’ ksib tad-drittijiet ta’ pensjoni jridu jiġu armonizzati u r-regoli fil-qasam tal-ħarsien tad-drittijiet fissi u tat-trasferiment tad-drittijiet miksuba mqarrba;

    (5) Jeħtieġ ukoll li wieħed jirreferi għall-Artikolu 94 tat-Trattat meta wieħed jikkunsidra li n-nuqqas ta’ qbil bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jirregolaw l-iskemi komplementari ta’ pensjoni huwa min-natura tiegħu qed jimpedixxi kemm li jiġi eżerċitat id-dritt għall-moviment ħieles tal-ħaddiema u kemm il-ħidma tas-suq komuni. Għalhekk, biex isir titjib fid-drittijiet tal-ħaddiema li jiċċaqilqu minn post għall-ieħor ġewwa l-Komunità u fi ħdan l-istess Stat Membru, għandu jkun ipprovdut għal ċerti rekwiżiti minimi għall-ħolqien u l-ħarsien tad-drittijiet fissi tal-pensjoni ta' ħaddiema li jkunu ħerġin bil-pensjoni fi skemakomplimentari tal-pensjoni marbuta mar-relazzjoni ta' l-impjieg.

    Emenda 2

    Premessa 5 a (ġdida)

     

    (5a) Barra minn hekk, għandhom jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi u n-natura speċjali ta' skemi komplimentari tal-pensjoni u l-mod kif ivarjaw fi Stat Membru u bejn Stat Membru u ieħor. L-introduzzjoni ta' skemi ġodda, is-sostenibilità ta' skemi eżistenti u l-aspettattivi u d-drittijiet tal-membri ta' skemi tal-pensjoni attwali għandhom ikunu protetti adekwatament. Din id-direttiva għandha tqis b'mod partikolari l-irwol ta' l-imsieħba soċjali fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta' skemi supplimentari tal-pensjoni.

    Emenda 3

    Premessa 5 b (ġdida)

     

    (5b) Din id-direttiva ma tobbligax l-Istati Membri li m'għandhomx skemi supplimentari tal-pensjoni li jadottaw leġiżlazzjoni biex jintroduċu skemi bħal dawn.

    Emenda 4

    Premessa 5 c (ġdida)

     

    (5c) Din id-direttiva tapplika biss għal skemi komplimentari tal-pensjoni li, skond ir-regolamenti dwar l-iskemi tal-pensjoni jew il-liġi nazzjonali, huma bbażati fuq l-età tal-pensjoni jew meta jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet. Hija ma tapplikax għal regolamenti individwali tal-pensjoni mingħajr il-parteċipazzjoni ta' min iħaddem jew għall-pensjoni tad-diżabilità u l-pensjoni tar-romol

    Emenda 5

    Premessa 5 d (ġdida)

     

    (5d) Din id-direttiva tapplika għall-iskemi komplimentari tal-pensjoni kollha stabbiliti b'konformità ma' leġiżlazzjoni nazzjonali u mal-prassi li joffru pensjonijiet komplimentari għall-ħaddiema, bħall-kuntratti ta' assigurazzjoni kollettiva, skemi permezz ta’ diviżjoni konkluża minn sezzjoni waħda jew aktar jew minn settur wieħed jew aktar, skemi ta’ kapitalizzazzjoni jew wegħdiet garantiti ta’ l-irtirar minn proviżjonijiet għall-bilanċ ta’ l-intrapriżi, jew kwalunkwe sistema oħra kollettiva jew komparabbli.

    Emenda 6

    Premessa 5 e (ġdida)

     

    (5e) Jekk ikun ġie deċiż qabel ma tidħol fis-seħħ din id-direttiva li tingħalaq skema komplimentari tal-pensjoni, u għalhekk ma jkunux jistgħu jidħlu membri ġodda, l-introduzzjoni ta' regoli ġodda tista' titfa' piż mhux ġustifikabbli fuq l-iskema. Għalhekk id-direttiva m'għandhiex tapplika għal skemi bħal dawn.

    Emenda 7

    Premessa 5 f (ġdida)

     

    (5f) Din id-direttiva m'għandhiex l-iskop li tarmonizza jew li teffettwa l-liġi nazzjonali dwar miżuri ta' rimedju u proċeduri ta' l-istralċ; għalhekk huwa irrelevanti jekk il-proċeduri jinfetħux minħabba insolvenza jew le, jew jekk ingħatax bidu għalihom b'mod volontarju jew b'obbligu. Bl-istess mod, hija ma teffettwax leġiżlazzjoni nazzjonali skond id-Direttiva 2001/17/KE dwar miżuri ta' rimedju. Madankollu, miżuri li ttieħdu skond l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2003/41/KE ma jikkostitwixxux miżuri ta' rimedju.

    Emenda 8

    Premessa 5 g (ġdida)

     

    (5g) Din id-direttiva m'għandhiex teffettwa regolamenti dwar il protezzjoni mill-insolvenza jew regoli ta' kumpens li ma jifformawx parti minn skema komplimentari tal-pensjoni marbuta ma relazzjoni ta' l-impjieg u li għandhom l-iskop li jipproteġu d-drittijiet tal-pensjoni tal-ħaddiema fil-każ ta' insolvenza ta' l-intrapriża jew ta' l-iskema tal-pensjoni. Bl-istess mod, din id-direttiva m'għandhiex teffettwa l-fondi ta' riserva nazzjonali għall-pensjoni.

    Emenda 9

    Premessa 5 a (ġdida)

    (5a) Peress li l-pensjoni komplimentari dejjem qed issir aktar importanti fl-Istati Membri kollha biex tassigura livell għoli ta' għajxien fix-xjuħija, il-kundizzjonijiet għall-akkwist, il-ħarsien u t-trasferiment tad-drittijiet miksuba għandhom jittejbu.

    Ġustifikazzjoni

    Dan jagħmilha ċara li l-proposta tal-Kummissjoni għandha importanza soċjali kunsiderevoli. Il-punt l-aktar importanti m'għandux ikun biss it-titjib fil-flessibilità tas-swieq tax-xogħol iżda wkoll l-iskop ta' garanzija ta' livell għoli ta' l-għajxien fix-xjuħija.

    Emenda 10

    Paragrafu 6

    (6) Biex ikun garantit li l-kondizzjonijiet tal-kisba tad-drittijiet għall-pensjoni komplementari ma jkollhomx ħsara għall-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment ħieles tal-ħaddiema ġewwa l-Unjoni Ewropea, jaqbel li jiġu ffissati l-limiti li jinfluwenzaw il-kondizzjonijiet tal-kisba għall-ħaddiem, meta dan jeżerċita d-dritt tiegħu għall-moviment ħieles jew jiċċaqlaq minn post għal ieħor fi Stat Membru, jirċievi fl-aħħar tal-karriera pensjoni ta' livell xieraq;

    imħassar

    Emenda 11

    Premessa 6 a (ġdida)

     

    (6a) Jekk l-iskema tal-pensjoni jew min iħaddem iġorr ir-riskju ta' investiment (b'mod partikolari skemi b'benefiċċju definit), l-iskema għandha tagħti lura l-kontribuzzjonijiet ta' dawk li jirtiraw mix-xogħol indipendentement mill-valur ta' l-investiment kurrenti tal-kontribuzzjonijiet. Jekk il-persuna li tirtira ġġorr ir-riskju ta' l-investiment (b'mod partikolari fi skemi b'benefiċċju definit), l-iskema tal-pensjoni għandha tagħti lura l-valur ta' l-investiment li jakkumula minn dawn il-kontribuzzjonijiet. Il-valur ta' l-investiment jista' jkun ogħla jew aktar baxx mis-somma tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-persuna li tirtira. Jekk il-valur ta' l-investiment ikun negattiv, l-ammont m'għandux jitħallas lura.

    Emenda 12

    Premessa 6 b (ġdida)

     

    (6b) Ħaddiem li jirtira għandu jkollu d-dritt li jħalli d-drittijiet stabbiliti tal-pensjoni tiegħu bħala drittijiet fissi fl-iskema komplimentari tal-pensjoni li fiha ġew stabbiliti d-drittijiet.

    Emenda 13

    Premessa 7

    (7) Jeħtieġ ukoll li jiġi mħares aġġustament ġust tad-drittijiet fissi għall-pensjoni sabiex tiġi evitata penalizzazzjoni tal-ħaddiem li spiċċa mill-impjieg. Dan il-għan jista’ jintlaħaq b’aġġustament tad-drittijiet fissi skond il-miżuri ta’ referenza differenti, li fosthom wieħed isib l-inflazzjoni, il-livell tas-salarji, jew il-benefiċċji tal-pensjoni waqt il-ħlas, jew ukoll il-livelli tar-rendiment fuq l-assi mill-iskema komplementari ta’ pensjoni tagħhom;

    (7) B'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-prassi, għandhom jittieħdu passi biex il-valur ta' dawn id-drittijiet fissi jiġi meqjus b'mod ġust. Il-valur tad-drittijiet meta l-impjegat iħalli l-iskema tal-pensjoni jista' jiġi kkalkolat skond prinċipji ġenerali rikonoxxuti għall-kalkoli attwarjali. Fil-kalkolu tar-valur għandhom jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi partikolari ta' l-iskema, l-interessi tal-ħaddiem li jirtira, u dawk tal-membri li jkun fadal fl-iskema tal-pensjoni.

    Emenda 14

    Premessa 8

    (8) Biex jiġu evitati spejjeż amministrattivi għoljin wisq li jirriżultaw min-numru sostanzjali ta’ drittijiet fissi ta’ valur baxx, jaqbel li jkun permess li l-iskemi ma jippreservawx id-drittijiet miksuba imma li jirrikorru għal trasferiment jew għall-ħlas ta’ kapital li jirrappreżenta d-drittijiet miksuba meta dawn ta’ l-aħħar ma jaqbżux limitu ffissat mill-Istat Membru konċernat;

    (8) Jekk il-valur tad-drittijiet stabbiliti tal-pensjoni ta' persuna li tirtira ma jabiżx il-limitu massimu stabbilit mill-Istat Membru, u biex jiġu evitati spejjeż eċċessivi li jirriżultaw mill-amministrazzjoni ta' numbru kbir ta' drittijiet fissi ta' valur baxx, l-iskemi tal-pensjoni għandu jkollhom l-għażla li ma jippreservawx dawn id-drittijiet fissi tal-pensjoni, iżda li jħallsu somma kapitali proporzjonata għad-drittijiet fissi. L-ammont tal-ħlas kapitali għandu dejjem ikun determinat minn prinċipji ta' kalkolu attwarjali rikonoxxuti u għandu jirrefletti l-valur kurrenti tad-drittijiet stabbiliti tal-pensjoni fil-mument tal-ħlas.

    Emenda 15

    Premessa 9

    (9) Jeħtieġ li l-ħaddiema li jbiddlu l-impjieg tagħhom jkunu ggarantiti l-possibbiltà li jagħżlu bejn iż-żamma tad-drittijiet tagħhom għall-pensjoni miksuba fl-iskema komplimentari ta' pensjoni oriġinali u t-trasferiment tal-kapital li jikkorrispondi għal skema komplimentari oħra ta' pensjoni, inkluż fi Stat Membru ieħor;

    imħassar

    Emenda 16

    Premessa 9 a (ġdida)

     

    (9a) Din id-direttiva n'għandiex l-iskop li tillimita l-possibilitajiet ta' trasferiment tad-drittijiet stabbiliti tal-pensjoni għall-ħaddiema li jirtiraw. Biex jippromwovu l-moviment ħieles tal-ħaddiema, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex itejbu gradwalment it-trasferibilità tad-drittijiet stabbliti tal-pensjoni, kemm jista' jkun u partikolarment meta jintroduċu skemi komplimentari tal-pensjoni ġodda.

    Emenda 17

    Premessa 10

    (10) Għal raġunijiet ta' sostenibbiltà finanzjarja ta' l-iskemi komplimentari ta' pensjoni, l-Istati Membri għandhom l-possibbiltà li fil-prinċipju jeżentaw l-iskemi li m'għandhomx fond mill-obbligu li jagħtu lill-ħaddiema l-possibbiltà li jittrasferixxu d-drittijiet miksuba. Madankollu, minħabba l-ugwaljanza fit-trattament bejn il-ħaddiema koperti minn skemi mogħnija b'fond u l-ħaddiema koperti minn skemi li m'għandhomx fond, jeħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu sforz sabiex itejbu b'mod progressiv it-trasferabbiltà tad-drittijiet li jirriżultaw minn skemi li m'għandhomx fond.

    imħassar

    Emenda 18

    Artikolu 1

    Din id-Direttiva hija intenzjonata biex tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment ħieles tal-ħaddiema u tad-dritt għall-mobilità professjonali ġewwa l-istess Stat Membru, filwaqt li tnaqqas l-ostakoli maħluqa minn ċerti regoli li jirregolaw l-iskemi komplimentari ta' pensjoni fl-Istati Membri.

    L-iskop ta' din id-Direttiva huwa biex tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment ħieles tal-ħaddiema u tad-dritt għall-mobilità professjonali, u li tinħoloq minn kmieni assigurazzjoni komprensiva komplimentari tal-pensjoni, filwaqt li jitneħħew l-ostakoli maħluqa minn ċerti dispożizzjonijiet għal skemi komplimentari ta' pensjoni.

    Ġustifikazzjoni

    Id-direttiva għandha ssegwi l-istess loġika tar-Regolamenti Nru 1408/71 u 883/2004, li jikkonċernaw 'persuni', u għalhekk tiżgura li l-kamp ta' applikazzjoni jkopri lil dawk kollha li għandhom aċċess għall-pensjonijiet komplimentari.

    Dan jagħmilha ċara li l-proposta tal-Kummissjoni għandha importanza soċjali kunsiderevoli. Il-punt l-aktar importanti m'għandux ikun biss it-titjib fil-flessibilità tas-swieq tax-xogħol iżda wkoll l-iskop ta' garanzija ta' livell għoli ta' għajxien fix-xjuħija.

    Emenda 19

    Artikolu 2

    Din id-Direttiva tapplika għall-iskemi komplimentari tal-pensjoni, ħlief għall-iskemi koperti mir-Regolament (KEE) Nru 1408/71.

    1. Din id-Direttiva tapplika għall-iskemi komplimentari tal-pensjoni, bl-eċċezzjoni ta' l-iskemi koperti mir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar il-koordinazzjoni ta’ l-iskemi ta’ sigurtà soċjali.

     

    2. Din id-direttiva, madankollu, ma tapplikax għall-iskemi tal-pensjoni li ġejjin:

     

    a) skemi tal-pensjoni komplimentari li fil-mument meta din id-direttiva tidħol fis-seħħ ikunu waqfu milli jaċċettaw membri attivi ġodda u jibqgħu magħluqa għal membri ġodda;

     

    b) skemi komplimentari tal-pensjoni li huma suġġetti għal miżuri li jinkludu l-intervent minn awtorità skond il-liġi ta' Stat Membru jew qorti, bl-intenzjoni li tiġi salvagwardjata jew irranġata s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom, inklużi proċeduri ta' stralċ;

     

    c) regolamenti dwar protezzjoni mill-insolvenza, regoli ta' kompens u fondi nazzjonali ta' riserva għall-pensjoni.

    Emenda 20

    Artikolu 3

    Id-definizzjonijiet

    Definizzjonijiet tal-kunċetti

    Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, jgħoddu t-tifsiriet li ġejjin:

    Fis-sens ta' din id-direttiva

    (a) «pensjoni komplementari»: tfisser il-pensjonijiet ta’ l-irtirar u l-benefiċċji ta’ l-invalidità u tas-superstiti jekk dawn huma stipulati mir-regoli ta’ skema komplementari ta’ pensjoni stabbilita f’konformità mal-leġiżlazzjoni u l-prassi nazzjonali, intiżi biex jikkompletaw jew li jissostitwixxu l-benefiċċji mogħtija mill-iskemi ta’ sigurtà soċjali stabbiliti b’liġi għall-istess riskji;

    (a) «pensjoni komplimentari»: tfisser il-pensjonijiet ta' l-irtirar li jipprovdu għalihom dispożizzjonijiet legali ta' skema komplimentari ta' pensjoni stabbilita f'konformità mal-leġiżlazzjoni u l-prassi nazzjonali.

    (b) «skema komplimentari ta’ pensjoni»: tfisser kull skema professjonali stabbilita b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni u l-prassi nazzjonali, bħal, fost l-oħrajn, kuntratt ta’ assigurazzjoni kollettiva, skema permezz ta’ diviżjoni konkluża minn sezzjoni waħda jew aktar jew minn settur wieħed jew aktar, skema ta’ kapitalizzazzjoni jew wegħda garantita ta’ l-irtirar minn proviżjonijiet għall-bilanċ ta’ l-intrapriżi, jew kwalunkwe sistema oħra kollettiva jew komparabbli, maħsuba biex isservi pensjoni komplementari għall-ħaddiema b’salarju jew mingħajr salarju;

    (b) «skema komplimentari ta’ pensjoni»: tfisser kull skema tal-pensjoni stabbilita b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni u l-prassi nazzjonali, marbuta mar-relazzjoni ta' l-impjieg, li toffri pensjoni komplimentari għall-ħaddiema;

    (c) «membri»: tfisser il-persuni li l-attività professjonali tagħhom ittihom jew li hi suxxettibbli li ttihom id-dritt għall-pensjoni komplimentari f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' skema komplimentari ta' pensjoni;

    (c) «membri attivi»: tfisser ħaddiem li, is-sitwazzjoni tax-xogħol tiegħu tagħtih id-dritt għall-pensjoni komplimentari jew jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet tas-sħubija, f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' skema komplimentari ta' pensjoni;

    (d) «drittijiet għall-pensjoni»: tfisser kull benefiċċju li għalih membru jew persuna intitolata oħra jista’ jkollha d-dritt skond ir-regoli ta’ skema komplementari ta’ pensjoni u, jekk ikun il-każ, tal-leġiżlazzjoni nazzjonali;

    (d) «drittijiet stabbiliti għall-pensjoni»: tfisser kull dritt għall-pensjoni komplimentari li jkunu ġew akkwistati wara li jkunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet ta' sħubija skond ir-regoli ta’ skema komplementari ta’ pensjoni u, jekk ikun il-każ, tal-leġiżlazzjoni nazzjonali;

     

    (da) «perjodu ta' akkwiżizzjoni»: tfisser perjodu ta' sħubija attiva fi skema, li hija neċessarja skond il-liġi nazzjonali jew skond regolamenti ta' skema komplimentari ta' pensjoni, biex wieħed ikollu dritt għal pensjoni komplimentari;

    (e) «tmiem ta’ impjieg»: tfisser deċiżjoni li tiġi mitmuma relazzjoni ta’ impjieg;

     

    (f) «ħaddiem li spiċċa mill-impjieg»: tfisser ħaddiem li, qabel ma jsir eliġibbli għall-pensjoni, itemm relazzjoni ta' impjieg li matulha huwa ġabar drittijiet għall-pensjoni jew seta' kiseb dawn id-drittijiet kieku baqa' f'din ir-relazzjoni ta' impjieg;

    (f) «ħaddiem li spiċċa mill-impjieg»: tfisser membru attiv fl-iskema li r-relazzjoni attwali ta' l-impjieg tiegħu tintemm qabel ma jkun akkwista pensjoni komplimentari;

    (g) «il-possibbiltà li jinġarru»: tfisser il-possibbiltà għall-ħaddiem li jikseb u li jħares id-drittijiet għall-pensjoni meta jwettaq id-dritt tiegħu għall-moviment ħieles jew għall-mobilità professjonali;

     

    (h) «benefiċjarju differenzjat» ifisser kull membru preċedenti li għandu drittijiet għal pensjoni li jibqgħu fissi fl-iskema komplementari ta’ pensjoni sakemm jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet ta’ eliġibbilità biex wieħed jirċievi pensjoni komplementari;

    (h) «membru mhux aktar attiv» ifisser kull membru preċedenti fi skema ta' pensjoni komplimentari, li għandu drittijiet għall-pensjoni akkwistati fil-qafas ta' din l-iskema, li iżda m'għadux membru attiv u li għad ma jirċevix pensjoni komplementari mill-iskema;

    (i) «drittijiet fissi għall-pensjoni »: jfissru d-drittijiet għall-pensjoni miżmuma fl-iskema li fiha dawn inkisbu minn benefiċjarju differenzjat, li ser jirċievi pensjoni minn din l-iskema komplementari ta’ pensjoni meta jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà;

    (i) «drittijiet fissi għall-pensjoni »: jfissru d-drittijiet stabbiliti għall-pensjoni, li huma miżmuma fl-iskema li fiha membru li m'għadux aktar attiv akkwistahom;

    (j) «trasferiment»: ifisser ħlas permezz ta’ skema komplementari ta’ pensjoni ta’ kapital li jirrappreżenta it-total jew parti mid-drittijiet għall-pensjoni miksuba fil-qafas ta’ din l-iskema, dan il-kapital jista’ jkun trasferit għal skema komplementari ta’ pensjoni ġdida jew għal istituzzjoni finanzjarja oħra li tipprovdi d-drittijiet għall-pensjoni.

    (j) «valur tad-drittijiet fissi»: ifisser il-valur kapitali tad-drittijiet għall-pensjoni, ikkalkolati skond prinċipji ta' kalkolu attwarjali rikonoxxuti f'konformità mal-prassi u d-drawwa nazzjonali.

    Emenda 21

    Artikolu 4 punt (a)

    (a) meta d-drittijiet għall-pensjoni għadhom ma nkisbux fil-ħin ta’ tmiem ta’ l-impjieg, il-kontribuzzjonijiet kollha imħallsa mill-ħaddiem li spiċċa mill-impjieg jew f’ismu jingħataw lura jew jiġu trasferiti;

    imħassar

    Emenda 22

    Artikolu 4 (b)

    (b) meta hija neċessarja età minima biex jinkisbu d-dritijiet għall-pensjoni, din ma tkunx aktar minn 21 sena;

    (b) meta l-iskema komplimentari tal-pensjoni tistipula perjodu ta' akkwiżizzjoni, dan il-perjodu m'għandux jaqbeż ħames snin. Fl-ebda ċirkostanza ma tista' tiġi applikata kundizzjoni ta' akkwiżizzjoni ma' membru fi skema komplimentari tal-pensjoni ladarba dan il-membru jkun għalaq 25 sena.

    Emenda 23

    Artikolu 4 (c)

    (c) ħaddiem jista' jsir membru ta' skema komplimentari ta' pensjoni wara perjodu massimu ta' impjieg ta' sena jew, jekk ikun il-każ, sa mhux aktar tard minn meta jilħaq l-età minima mitluba;

    (c) Jekk ħaddiem li jirtira ma jkunx għadu akkwista drittijiet tal-pensjoni stabbiliti meta r-relazzjoni ta' l-imjieg tintemm, l-iskema komplimentari tal-pensjoni għandha tħallas lura l-kontribuzzjonijiet mħallsa mill-ħaddiem li jkun qed jirtira, jew imħallsa minn min iħaddem f'isem il-ħaddiem b'konformità mad-dispożizzjonijiet legali jew ftehimiet jew kuntratti kollettivi, jew, jekk il-ħaddiem li qed jirtira jġorr ir-riskju ta' l-investiment, il-valur ta' l-investiment li jirriżulta minn dawn il-kontribuzzjonijiet;

    Ġustifikazzjoni

    Permezz ta' l-emenda qed jiġi eskluż li jiġu mħallsa jew trasferiti biss il-kontribuzzjonijiet volontarji ta' min iħaddem, jiġifieri, dawk li l-ħlas tagħhom mhuwiex preskritt bil-liġi jew permezz ta' kuntratt kollettiv. Aktar minn hekk, dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu eliġibbli għar-rivalutazzjoni wara li jkunu tnaqqsu t-taxxi u l-ispejjeż amministrattivi.

    Emenda 24

    Artikolu 4 d

    (d) ħaddiem jikseb id-drittijiet għall-pensjoni wara perjodu massimu ta’ sħubija ta’ sentejn.

    (d) f'każijiet oġġettivament iġġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-imsieħba soċjali li jinkludu fil-ftehimiet kollettivi tagħhom regolamenti mhux diskriminatorji li mhumiex koperti mill-punti (a) u (b), sakemm dawn ir-regolamenti joffru lill-persuni kkonċernati għallinqas protezzjoni ekwivalenti.

    Emenda 25

    Artikolu 5

    Il-ħarsien tad-drittijiet għall-pensjoni fissi

    Il-ħarsien tad-drittijiet għall-pensjoni fissi

     

    -1. B'konformità mal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li jqisu neċessarji biex jiżguraw li ħaddiema li jirtiraw mix-xogħjol ikunu jistgħu iżommu d-drittijiet għall-pensjoni fissi tagħhom fl-iskema komplimentari tal-pensjoni li fiha akkwistawhom.

    1. L-Istati Membri jadottaw il-miżuri li huma jqisu neċessarji sabiex jiżguraw aġġustament ġust tad-drittijiet fissi sabiex jevitaw penalizzazzjoni tal-ħaddiem li spiċċa mill-impjieg.

    1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri li huma jqisu neċessarji sabiex, filwaqt li jikkunsidraw in-natura ta' l-iskema tal-pensjoni, jiżguraw trattament ġust tal-valur tad-drittijiet fissi tal-ħaddiema li spiċċaw mill-impjieg u biex jipproteġu dawn id-drittijiet tal-pensjoni minn insolvenza ta' l-impriża. Trattament ġust ifisser, b'mod partikolari, li:

     

    a) il-valur tad-drittijiet fissi jiżviluppa ġeneralment mal-valur tad-drittijiet tal-membri attivi fl-iskema, jew

     

    b) li d-drittijiet tal-pensjoni fl-iskema komplimentari huma stabbiliti bħala ammont nominali, jew

     

    c) il-benefiċjarju differenzjat ikompli jibbenefika minn rata ta' l-interess inkorporata fl-iskema tal-pensjoni, jew

     

    d) il-valur tad-drittijiet għall-pensjoni fissi jiġi aġġustat skond ir-rata ta' inflazzjoni, il-livell tas-salarji, il-ħlasijiet tal-pensjoni attwali jew ir-rendiment minn investiment miksub mill-fornitur tal-pensjoni komplimentari.

    2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-iskemi komplementari ta' pensjoni li ma jżommux id-drittijiet miksuba, imma li jirrikorru għal trasferiment jew għal ħlas ta' kapital li jirrappreżenta d-drittijiet miksuba meta dawn ta' l-aħħar ma jaqbżux il-limitu ffissat mill-Istat Membru kkonċernat. L-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-limitu applikat.

    2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-iskemi komplementari ta' pensjoni li ma jżommux id-drittijiet stabbiliti, imma li jħallsu somma kapitali ekwivalenti għall-valur tad-drittijiet stabbiliti tal-pensjoni lill-ħaddiem li jirtira, sakemm il-valur tad drittijiet stabbiliti tal-pensjoni ma jaqbiżx il-limitu ffissat mill-Istat Membru kkonċernat. L-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-limitu applikat.

     

    2a. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-imsieħba soċjali li jinkludu fil-ftehimiet kollettivi regolamenti mhux koperti mill-paragrafi 2 u 3, sakemm dawn ir-regolamenti jipprovdu għall-inqas protezzjoni ekwivalenti għall-persuni kkonċernati.

    Emenda 26

    Artikolu 6

    Artikolu 6

    It-trasferibilità

    imħassar

    1. Suġġett għas-sitwazzjoni fejn isir ħlas ta' kapital f'konformità ma' l-Artikolu 5(2), l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li jekk ħaddiem li spiċċa mill-impjieg mhux kopert mill-istess skema komplimentari ta' pensjoni fl-impjieg il-ġdid tiegħu, hu jkun jista' jikseb, fuq talba tiegħu, sa 18-il xahar wara t-tmiem ta' l-impjieg, trasferiment, ġewwa Stat Membru jew għal Stat Membru ieħor, tad-drittijiet ta' pensjoni kollha miksuba tiegħu.

     

    2. L-Istati Membri, fi qbil mal-prassi tagħhom nazzjonali, għandhom jiżguraw li fil-każ fejn ipoteżijiet attwarjali u dawk li għandhom x'jaqsmu mar-rata ta' l-interessi li jidderterminaw il-valur tad-drittijiet miksuba li huma s-suġġett tat-trasferiment, dawn ma jippenalizawx lill-ħaddiem li spiċċa mill-impjieg.

     

    3. L-iskema komplimentari ta' pensjoni li tirċievi t-trasferiment ma tissottomettix id-drittijiet trasferiti għall-kondizzjonijiet ta' kisba u żżomm dawn id-drittijiet ta' l-anqas fl-istess livell bħad-drittijiet fissi f'konformità ma' l-Artikolu 5(1).

     

    4. Meta jinħtieġu l-ispejjeż amministrattivi matul trasferiment, l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jevitaw li dawn ikunu disproporzjonali għat-tul tas-sħubija tal-ħaddiem li spiċċa mill-impjieg.

     

    Emenda 27

    Artikolu 7

    1. 1. Mingħajr ħsara għall-obbligazzjonijiet ta' l-istituzzjonijiet professjonali ta' l-irtirar li jirriżultaw mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/41/KE, li jirrigwardaw l-informazzjoni li għandha tiġi mgħoddija lill-membri u lill-benefiċjarji, l-Istati Membri jadottaw il-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema jkunu mgħarrfa mill-persuna responsabbli għall-amministrazzjoni ta' l-iskema komplimentari ta' pensjoni bil-konsegwenzi ta' tmiem ta' impjieg fuq id-drittijiet tagħhom għal pensjoni komplimentari.

    1. Mingħajr ħsara għall-obbligazzjonijiet ta' l-istituzzjonijiet professjonali ta' l-irtirar li jirriżultaw mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/41/KE, li jipprovdu l-informazzjoni li għandha tiġi mgħoddija lill-membri u lill-benefiċjarji, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri li jqisu neċessarji biex jiżguraw li membri attivi fl-iskema tal-pensjoni jkunu jistgħu, b'konformità mal-paragrafu 2, jitolbu informazzjoni dwar il-konsegwenzi ta' tmiem ta' impjieg fuq id-drittijiet tagħhom għal pensjoni komplimentari.

    2. Informazzjoni suffiċjenti għandha tiġi mgħoddija fi żmien raġonevoli lill-ħaddiema li jitolbuha, u tikkonċerna b’mod partikolari:

    2. Informazzjoni suffiċjenti bil-miktub għandha tiġi mgħoddija fi żmien raġonevoli lill-membri attivi fl-iskema tal-pensjoni li jitolbuha, u tikkonċerna b’mod partikolari dawn il-punti:

    (a) l-kondizzjonijiet tal-kisba tad-drittijiet għall-pensjoni komplementari u l-konsegwenzi ta’ l-applikazzjoni tagħhom meta jkun hemm tmiem ta’ impjieg;

    (a) il-kondizzjonijiet tal-kisba tad-drittijiet għall-pensjoni komplementari u l-konsegwenzi ta’ l-applikazzjoni tagħhom meta jkun hemm tmiem ta’ impjieg;

    (b) l-benefiċċji tal-pensjoni maħsuba fil-każ ta’ tmiem ta’ impjieg;

    (b) il-benefiċċji tal-pensjoni maħsuba fil-każ ta’ tmiem ta’ impjieg;

    (c) l-kondizzjonijiet għall-ħarsien tad-drittijiet fissi għall-pensjoni;

    (c) l-ammont u l-ħarsien tad-drittijiet fissi għall-pensjoni;

    (d) il-kondizzjonijiet tat-trasferiment tad-drittijiet miksuba

     

    3. Benefiċjarju differenzjat li jagħmel t-talba relattiva għandu jirċievi mingħand il-persuna responsabbli għall-amministrazzjoni ta' l-iskema komplementari ta' pensjoni, l-informazzjoni dwar id-drittijiet fissi tiegħu għall-pensjoni u dwar kull tibdil fir-regoli li jsostnu l-iskema komplementari ta' pensjoni li jikkonċernawh.

    3. Benefiċjarju differenzjat li jagħmel t-talba relattiva għandu jirċievi mingħand il-persuna responsabbli għall-amministrazzjoni ta' l-iskema komplementari ta' pensjoni, l-informazzjoni dwar id-drittijiet fissi tiegħu għall-pensjoni u dwar kull tibdil fir-regoli li jsostnu l-iskema komplementari ta' pensjoni li jikkonċernawh.

    4. L-informazzjoni maħsuba f’dan l-Artikolu tiġi trasmessa bil-miktub u b’mod li jiftiehem.

     

    Emenda 28

    Artikolu 8

    1. L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu d-dispożizzjonijiet aktar favorevoli relattivi għall-possibbiltà li jinġarru d-drittijiet għall-pensjoni komplementari minn dawk maħsuba f’din id-Direttiva.

    1. L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu d-dispożizzjonijiet relattivi għall-ħolqien u l-ħarsien tad-drittijiet għall-pensjoni komplementari ta' dawk li jirtitaw, li jkunu aktar favorevoli minn dawk maħsuba f’din id-Direttiva.

    2. L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ma tista’ fl-ebda każ tikkostitwixxi raġuni għal tnaqqis fil-grad li bih jinġarru d-drittijiet għall-pensjoni komplementari li jeżistu fl-Istati Membri.

    2. L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ma tista’ fl-ebda każ tikkostitwixxi raġuni għal tnaqqis fir-regolamenti li jeżistu fl-Istati Membri għall-ħolqien u l-ħarsien tad-drittijiet komplemnetari tal-pensjoni li jgawdu ħaddiema li jirtitaw mix-xogħol.

    Emenda 29

    Artikolu 9, Paragrafu 1

    1. L-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amminstrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Lulju 2008 l-aktar tard, jew jistgħu jinkarigaw lill-imsieħba soċjali, fuq talba konġunta tagħhom, bl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva f’dawk id-dispożizzjonijiet li huma relevanti għall-ftehimiet kollettivi. F’dan il-każ, dawn jiżguraw li, sa l-1 ta’ Lulju 2008 l-aktar tard, l-imsieħba soċjali jkunu waqqfu d-dispożizzjonijiet neċessarji bi ftehim, l-Istati Membri konċernati għandhom jieħdu kull miżura neċessarja li tippermettilhom li jkunu minnufih f’pożizzjoni li jiggarantixxu r-riżultati imposti mill-imsemmija Direttiva. Dawn għandhom jgħarrfu mill-ewwel lill-Kummissjoni b’dan.

    1. L-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amminstrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Lulju 2008 l-aktar tard, jew jiżguraw li l-imsieħba soċjali sa dan iż-żmien, ikunu waqqfu d-dispożizzjonijiet neċessarji bi ftehim, u li l-Istati Membri konċernati għandhom jieħdu kull miżura neċessarja li tippermettilhom li jkunu minnufih f’pożizzjoni li jiggarantixxu r-riżultati imposti mill-imsemmija Direttiva. Dawn għandhom jgħarrfu mill-ewwel lill-Kummissjoni b’dan.

    Ġustifikazzjoni

    Billi tippermetti l-implimentazzjoni permezz ta' ftehimiet kollettivi, il-proposta tallinea d-direttiva ma' direttivi preċedenti.

    Emenda 30

    Artikolu 9, Paragrafu 3

    3. 3. Minkejja l-ewwel paragrafu, u sabiex jitqiesu l-kondizzjonijiet partikolari li ġew motivati bir-raġun u magħquda mas-sostenibbiltà finanzjarja ta' l-iskemi komplementari ta' pensjoni, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-iskemi li jaħdmu bis-sistema ta' tqassim, il-fondijiet għall-appoġġ u l-impriżi li jikkostitwixxu dispożizzjonijiet fil-bilanċ bl-għan tal-ħlas ta' pensjoni lill-impjegati tagħhom ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 6(1). Kull Stat Membru li jixtieq juża din il-possibbiltà għandu jgħarraf mill-aktar fiss lill-Kummissjoni filwaqt li jindika l-iskemi kkonċernati u l-motivazzjoni speċifika li tiġġustifika din l-eżenzjoni kif ukoll il-miżuri meħuda jew maħsuba sabiex tittejjeb it-trasferabbiltà tad-drittijiet bħala riżultat ta' l-iskemi kkonċernati.

    imħassar

    Emenda 31

    Artikolu 10, Paragrafu 1

    1. Kull ħames snin wara l-1 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni tistabbilixxi rapport li jrid jiġi sottomess lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni fuq il-bażi ta' l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

    1. Kull ħames snin wara l-1 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni tistabbilixxi rapport li jrid jiġi sottomess lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni fuq il-bażi ta' l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri. Dan ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tal-volontà ta' min iħaddem li joffri skema komplimentari ta' pensjoni minn meta tidħol fis-seħħ din id-direttiva

    Emenda 32

    Artikolu 10

    1. Kull ħames snin wara l-1 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni tistabbilixxi rapport li jrid jiġi sottomess lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni fuq il-bażi ta' l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

    1. Kull ħames snin wara l-1 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni tistabbilixxi rapport li jrid jiġi sottomess lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni fuq il-bażi ta' l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

     

    1a. Dan għandu jinkludi proposta dwar kif, fil-każ tat-trasferibilità ta' drittijiet akkwistati tal-pensjoni, anki r-responsabilità ta' l-impriża għad-drittijiet akkwistati tal-pensjoni tista' tiġi eskluża.

    2. Il-Kummissjoni tistabbilixxi rapport speċifiku dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 9(3) sa 10 snin wara l-1 ta' Lulju 2008. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ser tippreżenta, fejn meħtieġ, proposta li tinkludi kull emenda lil din id-Direttiva li ser tkun siewja għall-ugwaljanza fit-trattament f'termini ta' trasferabbiltà tad-drittijiet miksuba bejn il-ħaddiema koperti mill-iskemi mogħnija b'fond u l-ħaddiema koperti bi skemi msemmija fl-Artikolu 9(3).

     

    Emenda 33

    Artikolu 10 paragrafu 2 a (ġdid)

     

    2a. Sa mhux aktar tard minn ħames snin wara l-implimentazzjoni ta' din id-direttiva, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport, b'mod partikolari rigward il-kundizzjonijiet tat-trasferiment tal-kapital li jikkorrispondi mad-drittijiet tal-ħaddiema għall-pensjoni komplimentari. Fuq il-bażi ta' dan ir-rapport, il-kummissjoni għandha tippreżenta proposta li tinkludi kwalunkwe emenda għal din id-direttiva u/jew strumenti oħra, li jirriżultaw neċessarji, sabiex jitnaqqsu ostakoli oħra għall-mobilità tal-ħaddiema li jġibu magħhom ċerti dispożizzjonijiet individwali dwar il-pensjoni komplimentari.

    • [1]  ĠU C ... / Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.

    NOTA SPJEGATTIVA

    Din il-proposta, li għandha l-għan li ttejjeb il-portabilità tad-drittijiet għall-pensjoni komplimentari, tiġi f'mument kruċjali. L-Unjoni Ewropea qed tixjieħ u l-ekonomija qed tiġi globalizzata. Hemm bżonn li tissaħħaħ il-kapaċità ta' l-Unjoni Ewropea li tiffaċċja dawn il-modifiki ekonomiċi u soċjali irriversibbli u li tużahom għall-vantaġġ tagħha stess. Din hi r-raġuni għaliex l-Istati Membri bdew, dawn l-aħħar snin, jirriformaw is-swieq tax-xogħol tagħhom u l-iskemi tagħhom tas-sigurtà soċjali, fosthom l-iskemi tal-pensjoni. Wieħed mill-isfidi huwa dan: li jiġu kkombinati iktar flessibilità u iktar mobilità fis-suq tax-xogħol, minn naħa l-waħda, u forom stimulatni u possibbli ta' sigurtà soċjali, min-naħa l-oħra. U l-ħaddiema u min iħaddem għandhom ikunu jistgħu jużaw bis-sħiħ il-vantaġġi ta' suq tax-xogħol sottili, fejn l-idea ta' stabilità tax-xogħol tieħu post l-idea ta' l-istabilità ta' l-impjieg.

    Minħabba l-fatt li l-popolazzjoni qed tixjieħ, hu iktar importanti għaż-żgħażagħ li jibdew ifaddlu kmieni għall-pensjoni tagħhom permezz ta' min iħaddimhom. F'dan ir-rigward wieħed jinnota li f'ċerti Stati Membri hemm it-tendenza li l-iskemi ta' pensjoni professjonali (it-tieni pilastru) sfortunatament m'għadhomx biss jikkumplimentaw skema legali ta' rtirat (l-ewwel pilastru), imma qed jieħdu postha totalment. Dan jagħmilha iktar importanti għall-ħaddiema li jissieħbu kemm jista' jkun malajr fi skema ta' pensjoni kumplimentari u li jkunu jistgħu jitrasferixxu d-drittijiet miksuba tagħhom lil min iħaddimhom wara. Hemm ukoll tendenza oħra li wieħed jista' josserva li wieħed jiddiżinja l-iskemi ta' pensjoni kull ma jmur iktar fuq il-bażi tal-prinċipju ta' kontribuzzjonijiet determinati ('defined contribution'). F'paragun ma' l-iskemi ta' benefiċċju determinat ('defined benefit') l-iskemi ta' kontruibuzzjonijiet determinati joffru garanzija wisq inqas ta' pensjoni sodisfaċenti. Il-konsegwenzi - faqar fost il-pensjonanti - jidhru f'ċerti Stati Membri.

    L-epoka tagħna titlob mill-ħaddiema li jkunu flessibbli u mobbli. Allura, hemm bżonn li nirrikompensaw il-mobilità iktar milli nippenalizzawha. Madankollu r-realtà hija differenti. F'ċerti skemi ta' pensjoni kumplimentari, jista' jiġri li ħaddiem partikulari ta' 30 sena li jkun ħadem matul tmien snin għal tliet mgħallma differenti jkun għadu ma kiseb l-ebda dritt għal pensjoni kumplimentari.

    Fi ftit kliem ir-rapporteur tagħkom jappoġġja bil-qawwi l-proposta tal-Kummissjoni. Hu jaqbel miegħu li mhux biżżejjed li taqbel, fil-qafas Ewropew, fuq ir-regoli kkalkulati fil-qasam tat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni minn min iħaddem għal min iħaddem ieħor, ikun jew ma jkunx stabbilit fl-istess Stat Membru. Sabiex il-flessibilità u l-mobilità jkunu ta' min jagħmilhom u sabiex il-ħaddiema jfaddlu biżżejjed għall-irtirat tagħhom, hemm bżonn li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għall-kisba, għaż-żamma u għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni. L-Artikolu 4 tal-proposta joffri il-qafas xieraq f'dan ir-rigward. Is-sħab soċjali jżommu l-libertà li jikkonkludu ftehimiet aħjar.

    Fuq tliet punti essenzjali, ir-rapporteur tagħkom madankollu jixtieq jadatta l-proposta tal-Kummissjoni.

    1.      Kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva u l-obbigu ta' trasferiment (Artikolu 2, Artikolu 6 (1) u Artikolu 9 (3)

    Jeżistu differenzi kbar bejn skemi komplimentarti ta' pensjon ta' l-Istati Membri. Minbarra l-fatt li hemm kundizzjonijiet differenti sewwa li jirregolaw l-akkwist, il-ħarsien u t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni, il-modi ta' ffinanzjar ivarjaw ukoll. Bl-iskemi msejsa fuq il-kapitalizzazzjoni, li fihom il-kapital tal-pensjoni jitqiegħed barra l-intrapriża, ikun iktar faċli li d-drittijiet għall-pensjoni jiġu trasferiti minn skema għal oħra, li mhux il-każ, pereżempju, bl-iskemi ta' tqassim tal-ħlas, il-fondi tal-manteniment u l-proviżjonijiet għall-bilanċ ta' l-intrapriżi. Biex jiġu kkunsidrati l-problemi ta' sostenibilità finanzjarja ta' dawn l-aħħar skemi, il-Kummissjoni qed tipproponi li dawn ikunu jistgħu jiġu eżenti b'mod proviżorju mill-obbligu li jitrasferixxu d-drittijiet għall-pensjoni.

    Il-possibilità ta' eżenzjoni li toffri l-Kummissjoni fil-prattika jista' jkollha r-riżultat li t-trasferiment obbligatorju jiġi applikat b'mod selettiv ħafna. Ir-rapporteur tagħkom jixtieq li d-direttiva li qed tiġi eżaminata jkollha l-ikbar kamp ta' applikazzjoni possibbli. Fl-istess ħin, hu estremament diffiċli li wieħed jintervjeni fl-iskemi eżistenti. Hu għalhekk li r-rapporteur tagħhom jipproponi din is-soluzzjoni:

    · id-direttiva għandha tkun applikata biss lid-drittijiet għall-pensjoni li għadhom kif ingħataw

    · Il-possibilità ta' eżenzjoni li joffri l-Artikolu 9 (3) jitħassar: fi kliem ieħor m'hemmx eċċezzjonijiet għall-obbligu ta' trasferiment.

    2.      Trattament tad-drittijiet ta' pensjonijiet fissi (Artikolu 5)

    Il-ħaddiema li jħallu d-drittijiet tagħhom għall-pensjoni ma' min kien iħaddimhom (drittijiet fissi) ma jistgħux jiġu penalizzati. Madanakollu, il-proposta tal-Kummissjoni mhix ċara biżżejjed fuq kif dan l-objettiv għandu jinkiseb. Hu importanti, għalhekk, li jiġi ċċarat skond liema kategorija l-membri ta' skemi fissi ma jistgħux jiġu penalizzati u sa fejn imur dan l-obbligu ta' ugwaljanza tat-trattament. Hemm bżonn li jkun kompletament ċar li ma jistax ikun hemm kwistjoni ta' indiċjar ta' pensjonijiet marbut ma' l-membri ta' skemi attivi. Din hi r-raġuni għaliex ir-rapporteur tagħkom jipproponi li l-Istati Membri jkunu responsabbli biex jiggarantixxi l-ugwaljanza tat-trattament bejn il-membri ta' skemi fissi u dawk irtirati.

    3.      Is-sitwazzjoni tal-ħaddiema temporanji u tal-persuni li jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol (Artikolu 6)

    Il-Kummissjoni tipproponi li timponi fuq il-ħaddiema l-obbligu li jagħmlu talba għat-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjonijiet fi żmien 18-il xahar wara li jkunu waqfu x-xogħol tagħhom (preċedenti). Dan jista' jkollu effett negattiv fuq il-persuni li jħallu l-impjieg tagħhom b'mod involontarju jew li jieqfu jaħdmu temporanjament biex jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom jew qraba oħra. Jekk din il-kategorija ta' ħaddiema taċċetta impjieg ġdid ieħor (wara t-18-il xahar), dawn ma jkunux għadhom jistgħu jużaw id-drittijiet tagħhom ta' trasferiment. Din hi r-raġuni għaliex ir-rapporteur tagħkom jipproponi li joffri lill-ħaddiema, sa sitt xhur wara li jaċċettaw impjieg ġdid, il-possibilità li jagħmlu talba għal trasferiment tad-drittijiet tagħhom għall-pensoni.

    OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET EKNOMIĊI U MONETARJI (1.2.2007)

    għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarjiet Soċjali

    dwar il-proposta ghal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-portabilità tad-drittijiet supplimentari għal pensjoni
    (COM(2005)0507 – C6‑0331/2005 – 2005/0214(COD))

    Rapporteur għal opinjoni: Eoin Ryan

    ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

    Sfond

    Skond l-istħarriġ tal-forza tax-xogħol ta' l-2003 (Eurostat, Kummissjoni Ewropea), 8.2% tal-ħaddiema impjegati kollha ta' l-UE marru minn impjieg għal ieħor fi żmien sena (bid-Danimarka u r-Renju Unit fuq quddiem bi 13%, u l-Iżvezja u l-Greċja l-aħħar b' 5%). Bħala medja, il-ħaddiema fl-UE jibqgħu fl-istess impjieg għal 10.6 snin, meta mqabbla ma' 6.7 snin fl-Istati Uniti. Fir-rigward tal-mobilità ġeografika, 1.5% biss taċ-ċittadini ta' l-UE-25 jgħixu u jaħdmu fi Stat Membru differenti mill-pajjiż ta' oriġini tagħhom. 7.2% taċ-ċittadini ta' l-UE jbiddlu l-post ta' residenza tagħhom kull sena, 15% minnhom minħabba bidla fl-impjieg, filwaqt li kull sena fl-Istati Uniti 16.2% taċ-ċittadini tagħhom ma jibqgħux jgħix fl-istess dar, 17% minnhom minħabba raġunijiet ta' xogħol.

    Qafas Legali Attwali

    L-unika leġiżlazzjoni eżistenti li tirregola dan il-qasam hija d-Direttiva 98/49/KEE. Hija tissalvagwardja d-drittijiet għall-pensjoni komplementari ta' persuni impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fl-UE. Madankollu, il-kamp ta' applikazzjoni tagħha huwa limitat, minħabba li din id-direttiva la tiżgura t-trasferibiltà ta' pensjonijiet komplementari u lanqas il-flessibilità fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' akkwist.

    Proposta għal direttiva 2005/214 (COD)

    Il-proposta tkopri l-iskemi komplementari ta' pensjoni kollha li huma bbażati fuq relazzjoni ta' impjieg bl-eċċezzjoni ta' skemi statutarji li jaqgħu taħt ir-Regolamenet 1408/71, bħall-iskema Franċiża AGIRC/ARRCO. Il-proposta ma tiddefinixxix skemi b'benefiċċju definit u skemi b'kontribuzzjoni definita. Minkejja li l-istruttura ta' skemi ta' pensjoni, speċjalment dawk b'kontribuzzjoni definita, qiegħda tinbidel skond l-iżviluppi fis-suq, xi prinċipji ġenerali u kif ukoll xi problemi ta' trasferiment minħabba differenzi bejn l-iskemi kellhom jiġu deskritti.

    F'termini ta' drittijiet ta' akkwist, il-proposta tistabbilixxi limiti dwar il-kundizzjonijiet ta' akkwist sabiex il-ħaddiema mobbli jkunu jistgħu jibnu biżżejjed drittijiet għall-pensjoni komplementari matul il-karriera tagħhom. Minkejja l-fatt li r-regoli nazzjonali jvarjaw, il-perjodi ta' assenjazzjoni (li wara dawn il-perjodi l-membri ta' skema jiksbu drittijiet akkwiżiti) ma jistgħux ikunu aktar minn sentejn sakemm l-eta minima għall-akkwist, li hija iffissata għal 21 sena, tkun intlaħqet. Barra minn hekk, il-perjodu ta' stennija qabel ma impjegat ikun jista' jsir membru ta' l-iskema ta' pensjoni m'għandux ikun aktar minn sena (sakemm l-impjegat ikollu l-età minima). Għandu jiġi enfasizzat li l-limiti baxxi għal perjodi ta' assenjazzjoni, u għal perjodi ta' stennija jistgħu jirriżultaw ukoll fi spejjeż ogħla għall-membri kollha ta' l-iskema.

    Id-direttiva tintroduċi l-kunċett ta' "aġġustament ġust" tad-drittijiet fissi tal-pensjoni. Il-kunċett m'huwiex ċar dwar jekk dan it-terminu jirreferix għal evalwazzjoni mill-ġdid, indiċjar eċċ għalkemm il-premessa 7 tirreferi għal indiċjar jew inflazzjoni. Madankollu, il-kunċett li "ma jiġix penalizzat" il-ħaddiem li jkun spiċċa mill-impjieg jirrikjedi aktar ċarezza. Anki f'din id-dispożizzjoni, sabiex jiġu evitati aktar spejjeż amministrattivi żejda li jirriżultaw mill-immaniġġjar ta' numru kbir ta' drittijiet fissi ta' valur baxx, il-proposta tippermetti t-trasferiment jew il-ħlas ta' somma kapitali li tirrapreżenta d-drittijiet akkwiżiti, sakemm ma jaqbżux limitu stipulat mill-Istat Membru konċernat.

    F'termini ta' drittijiet ta' trasferiment, il-ħaddiema se jkunu jistgħu jew iżommu d-drittijiet tagħhom fi skema preċedenti (sakemm ma jkunux tant baxxi li dan iwassal għal spejjeż amministrattivi żejda) jew jittrasferuhom għal skema oħra. Madankollu, l-Istati Membri se jkollhom l-għażla li jeskludu skemi mingħajr fond (bħal skemi li jaħdmu bis-sistema ta’ tqassim jew fondijiet għall-appoġġ) minn dan ir-rekwiżit ta' trasferiment sabiex jippreservaw is-sostenibiltà finanzjarja tagħhom. Din id-dispożizzjoni se tiġi riveduta sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2018. Rigward il-kunċett ta' tasferibiltà, huwa importanti li wieħed jiddistingwi bejn il-kunċett ta' "drittijiet ta' trasferiment" (Artikolu 6) u l-kunċett ta' "trasferiment ta' kapital" kif utilizzat fl-Artikolu 3(j). Il-proposta ta' direttiva m'hijiex konsistenti fl-użu ta' dawn il-kunċetti. Fil-prattika l-ħaddiema sempliċiment joħorġu l-kapital mill-iskema l-qadima (trasferiment 'il barra) u jpoġġuh fl-iskema l-ġdida skond ir-regoli ta' l-iskema l-ġdida (trasferiment 'il ġewwa). Huwa impossibbli li wieħed jobbliga l-iskema l-ġdida biex tiggarantixxi l-istess livell ta' dritijiet. Fl-aħħar nett, il-proposta ma tindirizzax il-kwistjoni tat-trasferimenti minn skemi li huma temporanjament nieqsa mill-fondi u lanqas il każ fejn ħlas ta' trasferiment mill-iskema jista' jaffettwa ħażin id-drittijiet tal-membri li jifdal.

    F'termini ta' żvelar, il-proposta titlob għal miżuri flimkien ma' rekwiżiti ta' informazzjoni definiti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva dwar fondi ta' pensjonijiet tax-xogħol (2003/41/KE). L-Artikolu 11 ta' l-IORP jipprevedi għall-membri u l-benefiċjarji ta' skema ta' pensjoni biex jirċievu l-informazzjoni dwar rapporti u kontijiet annwali, dwar prinċipji ta' politika ta' investiment tal-fond tal-pensjoni u kif ukoll dwar arranġamenti relatati mat-trasferiment jew mal-ħlas ta' benefiċċji meta dawn jiġu dovuti. L-Artikolu 7 tal-proposta l-ġdida tqis din id-dispożizzjoni bħala insuffiċjenti u tistipula rekwiżit għal maniġer ta' l-iskema komplementari ta' pensjoni biex jinforma kull ħaddiem li spiċċa mill-impjieg, kemm jekk ikun membru ta' l-iskema u kif ukoll jekk ma jkunx, bil-konsegwenzi tat-tmiem ta' l-impjieg fuq id-drittijiet għall-pensjoni komplementari tiegħu/tagħha. Huwa possibbli li dispożizzjoni bħal din tista' wkoll toħloq spejjeż żejda għall-immaniġġjar ta' skema ta' pensjoni.

    EMENDI

    Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill- Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

    Test propost mill-Kummissjoni[1]Emendi mill-Parlament

    Emenda 1

    Premessa 10

    (10) Għal raġunijiet ta’ sostenibbiltà finanzjarja ta’ l-iskemi komplimentari ta’ pensjoni, l-Istati Membri għandhom l-possibbiltà li fil-prinċipju jeżentaw l-iskemi li m’għandhomx fond mill-obbligu li jagħtu lill-ħaddiema l-possibbiltà li jittrasferixxu d-drittijiet miksuba. Madankollu, minħabba l-ugwaljanza fit-trattament bejn il-ħaddiema koperti minn skemi mogħnija b’fond u l-ħaddiema koperti minn skemi li m’għandhomx fond, jeħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu sforz sabiex itejbu b’mod progressiv it-trasferabbiltà tad-drittijiet li jirriżultaw minn skemi li m’għandhomx fond.

    imħassar

    Ġustifikazzjoni

    Hemm tħassib fir-rigward tas-sostenibiltà finanzjarja u l-ġustizzja u s-solidarjetà fir-rigward tal-membri li jibqgħu fl-iskemi, mhux biss għall-iskema mingħajr fondi li l-Kummissjoni tipproponi li jiġu eżentati mid-Direttiva, iżda wkoll għal skemi u fondi ta' pensjoni li se jaqgħu taħt id-Direttiva. Dan it-tħassib irid jiġi indirizzat b'mod ġenerali għall-iskemi kollha, u mhux sempliċement jiġu esklużi biss l-iskemi mingħajr fondi.

    Emenda 2

    Premessa 10 a (ġdida)

    (10a) Minħabba raġunijiet tas-sostenibiltà finanzjarja ta' skemi komplementari ta' pensjoni, it-trasferibiltà tad-drittijiet għall-pensjoni għandhom jiġu mmoniterjati mill-qrib, b'mod partikulari fir-rigward ta' l-effetti tad-differenzi f'estimi attwarjali u tbassir ta' rati ta' interessi fuq l-użu effettiv tal-possibiltà ta' trasferiment tad-drittijiet.

    Ġustifikazzjoni

    Hemm tħassib fir-rigward tas-sostenibiltà finanzjarja, il-ġustizzja u s-solidarjetà fir-rigward tal-membri li jibqgħu fl-iskemi, mhux biss għall-iskema li l-Kummissjoni qed tipproponi li tiġi eżentata mid-Direttiva, iżda wkoll għal skemi u fondi ta' pensjoni li se jaqgħu taħt id-Direttiva. L-effetti jridu jiġu mmonitorjati mill-qrib. Hemm ukoll tħassib qawwi bejn l-esperti li d-Direttiva tista' tkompli ssaħħaħ tendenzi minn skemi ta' pensjoni tat-tip Benefiċċji Definiti għal Kontribuzzjoni Definita

    Emenda 3

    Premessa 11 a (ġdida)

    (11a) Sabiex tiġi evitata traspożizzjoni inkonsistenti, l-awtoritajiet ta' superviżjoni għandhom jikkoperaw fi ħdan u madwar l-Istati Membri.

    Ġustifikazzjoni

    Il-mistoqsija biex tiġi definita l-awtorità ta' superviżjoni kompetenti jew mekkaniżmi ta' koperazzjoni bejn awtoritajiet ta' superviżjoni kemm fi Stat Membru wieħed (normalment superviżur finanzjarju li jirregola l-fondi tal-pensjoni u affarijiet soċjali/ministeru tax-xogħol li jissorvelja l-pensjonijiet b'mod ġenerali) u kif ukoll madwar l-UE hija waħda problematika.

    Emenda 4

    Premessa 11 b (ġdida)

    (11b) Ladarba d-differenzi fil-kundizzjonijiet ta' taxxa rigward kontribuzzjonijiet għal fondi ta' pensjonijiet u benefiċċji minn fondi ta' pensjonijiet huma ostakli ewlenin għall-mobilità u t-trasferiment ta' drittijiet għall-pensjoni, l-effetti tal-kundizzjonijiet tat-taxxa fir-rigward ta' trasferimenti bħal dawn għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib u, jekk ikun neċessarju, għandhom iwasslu għall-formulazzjoni ta' miżuri xierqa.

    Ġustifikazzjoni

    L-objettivi tad-Direttiva dwar mobilità, b'mod partikulari permezz ta' dispożizzjonijiet għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni bejn il-fruntieri jistgħu jkunu diffiċli li jintlaħqu jekk il-kundizzjonijiet tat-taxxa ma jiġux indirizzati fl-istess ħin.

    Emenda 5

    Premessa 14 a (ġdida)

    (14a) Il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji, ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, fejn jiġi evalwat l-impatt tagħha fuq in-numru ta' dawk li jħaddmu u li joffru skemi ta' pensjoni.

    Ġustifikazzjoni

    Huwa importanti li din id-Direttiva ma twassalx għal tnaqqis fin-numru ta' dawk li jħaddmu u li huma lesti li joffru skemi ta' pensjoni.

    Emenda 6

    Artikolu 1

    Din id-Direttiva hija intenzjonata biex tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment ħieles tal-ħaddiema u tad-dritt għall-mobilità professjonali ġewwa l-istess Stat Membru, filwaqt li tnaqqas l-ostakoli maħluqa minn ċerti regoli li jirregolaw l-iskemi komplementari ta’ pensjoni fl-Istati Membri.

    Din id-Direttiva hija intenzjonata biex tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment ħieles tal-ħaddiema u biex tiffaċilita l-mobilità professjonali ġewwa l-istess Stat Membru u bejn l-Istati Membri, billi tnaqqas l-ostakoli maħluqa minn ċerti regoli li jirregolaw l-iskemi komplementari ta’ pensjoni fl-Istati Membri.

    Ġustifikazzjoni

    L-għan tad-Direttiva għandu jinkludi b'mod partikulari li tiġi faċilitata l-mobilità professjonali bejn l-Istati Membri.

    Emenda 7

    Artikolu 2

    Din id-Direttiva tapplika għall-iskemi komplementari tal-pensjoni, ħlief għall-iskemi koperti mir-Regolament (KEE) Nru 1408/71.

    Din id-Direttiva tapplika għal jeddijiet li joriġinaw minn skemi komplementari tal-pensjoni volontarji u obbligatorji fuq il-bażi ta' relzzjoni ta' impjieg.

    Ġustifikazzjoni

    Minħabba raġunijiet ta' reċiproċità m'huwiex ġust li l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva jiġi limitat biss għal dawk l-iskemi komplementari tat-tieni pilastru li m'humiex koperti mill-1408/71. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma relevanti wkoll għall-iskemi ta' l-1408/71.

    Emenda 8

    Artikolu 3, punt (d)

    (c) «membri»: tfisser il-persuni li l-attività professjonali tagħhom ittihom jew li hi suxxettibbli li ttihom id-dritt għall-pensjoni komplementari f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ skema komplementari ta’ pensjoni;

    (c) «membri attivi ta' skema»: tfisser dawk il-persuni li tkun ingħatatilhom sħubija skond ir-regoli ta' l-iskema u li r-relazzjoni ta' impjieg attwali tagħhom ittihom jew se ttihom, wara li jkunu ġew issodisfati r-rekiżiti ta' assenjazzjoni, id-dritt għall-pensjoni komplementari f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dik l-iskema;

    Ġustifikazzjoni

    L-iskop ta' din l-emenda huwa li tagħmilha ċara li l-pensjonanti u l-benefiċjarji differiti m'humiex inklużi f'din id-definizzjoni. Din id-Direttiva m'hijiex immirata lejn pensjonanti, u l-benefiċjarji differenzjati huma definiti b'mod separat. Din l-emenda tikkjarifika wkoll li membru attiv huwa ħaddiem li jkun tħalla jidħol fi sħubija ta' skema kemm jekk ikun għadda perjodu ta' assenjazzjoni u anki jekk le. Inkella d-definizzjoni tista' tiġi interpretata li qed tinkludi ħaddiema, li huma f'perjodu ta' stennija għal aċċess għall-iskema, u din m'hijiex l-intenzjoni.

    Emenda 9

    Artikolu 3, punt (d)

    (d) «drittijiet għall-pensjoni»: tfisser kull benefiċċju li għalih membru jew persuna intitolata oħra jista’ jkollha d-dritt skond ir-regoli ta’ skema komplementari ta’ pensjoni u, jekk ikun il-każ, tal-leġiżlazzjoni nazzjonali;

    (d) «drittijiet għall-pensjoni akkwiżiti»: tfisser kwalunkwe jedd għal pensjonijiet komplementari miksuba wara t-twettiq tal-kundizzjonijiet mitluba mir-regoli ta’ skema komplementari ta’ pensjoni u, jekk ikun il-każ, tal-leġiżlazzjoni nazzjonali;

    Ġustifikazzjoni

    Fl-iskemi komplementari ta' pensjoni, il-membri biss għandhom id-drittijiet fuq meta joħorġu minn skema (barra mill-irtirar) ladarba l-perjodu ta' assenjazzjoni jkun ġie ssodisfat. Ladarba d-drittijiet ikunu ġew assenjati, imbagħad membru li joħroġ mill-iskema huwa intitulat li jżomm dawk id-drittijiet fl-iskema, jew, suġġett għal xi restrizzjonijiet li jittrasferixxi dawk id-drittijiet. Din id-definizzjoni ta' l-emenda hija maħsuba biex tiċċara li membru jakkwista biss drittijiet bħal dawn ladarba jkun issodisfa r-rekwiżiti għall-assenjazzjoni. It-terminu "benefiċċji" ġie mibdul bit-terminu "pensjoni komplementari" minħabba li dan diġà huwa definit.

    Emenda 10

    Artikolu 3, punt (e)

    (e) «tmiem ta’ impjieg»: tfisser deċiżjoni li tiġi mitmuma relazzjoni ta’ impjieg;

    (e) «tmiem ta’ impjieg»: tfisser it-tmiem ta' relazzjoni ta’ impjieg minħabba raġunijiet li fuq naħa m'humiex ta' rtirar jew fuq in-naħa l-oħra dawk li jwasslu għat-telf ta' jeddijiet skond il-liġi nazzjonali ;

    Ġustifikazzjoni

    Skemi komplementari ta' pensjoni volontarji għandhom l-iskop li jorbtu lill-impjegat mal-kumpanija u li jippremjaw din ir-rabta ta' lealtà mal-kumpanija b'pensjoni komplementari. Ċerti atti kolpevoli minn impjegat jistgħu, skond il-liġi nazzjonali, jiġġustifikaw tkeċċija minn min jimpjega. F'każijiet bħal dawn l-impjegat m'għandux jiġi premjat bit-trasferiment ta' jeddijiet mill-iskema ta' pensjoni komplementary tax-xogħol.

    Emenda 11

    Artikolu 3, punt (e a) (ġdid)

    (ea) "irtirar", inkluż l-irtirar kmieni, tfisser perjodu ta' żmien li fih jintalbu l-benefiċċji tal-pensjonijiet; it-tmiem ta' impjieg per se ma jikkostitwixxix irtirar;

    Ġustifikazzjoni

    Tmiem ta' impjieg m'għandux jinkludi rtirar u l-irtirar għandu jiġi definit bħala l-perjodu meta jintalbu l-benefiċċji tal-pensjoni. Ikopri wkoll membri li jitħallsu pensjoni minħabba raġunijiet barra dawk ta' rtirar. Pereżempju, persuna tista' tirċievi pensjoni għal diżabiltà.

    Emenda 12

    Artikolu 3, punt (f)

    (f) «ħaddiem li spiċċa mill-impjieg»: tfisser ħaddiem li, qabel ma jsir eliġibbli għall-pensjoni, itemm relazzjoni ta’ impjieg li matulha huwa ġabar drittijiet għall-pensjoni jew seta’ kiseb dawn id-drittijiet kieku baqa’ f’din ir-relazzjoni ta’ impjieg;

    (f) «ħaddiem li spiċċa mill-impjieg»: tfisser membru attivi ta' skema li r-relazzjoni ta’ impjieg attwali tiegħu intemmet;

    Ġustifikazzjoni

    Din l-emenda hija biex tiċċara li mhux il-ħaddiema kollha huma membri ta' skema ta' pensjoni u għalhekk huwa aħjar li t-terminu ħaddiem jinbidel bit-terminu "membru attiv ta' skema" li huwa definit. Barra minn hekk, il-frażi "qabel ma jsir eliġibbli għall-pensjoni" tista' tkun qarrieqa minħabba li persuna hija eliġibbli biss għal pensjoni f'każ ta' rtirar jew f'każ ta' kontinġenza oħra li twassal għall-pensjoni, bħal diżabiltà. Għalhekk din l-emenda tgħamilha ċara li ħaddiem li spiċċa mill-impjieg huwa membru attiv ta' skema li l-impjieg attwali tiegħu jtemm minbarra meta jintalbu l-benefiċċji tal-pensjoni.

    Emenda 13

    Artikolu 3, punt (h)

    (h) «benefiċjarju differenzjat»: ifisser kull membru preċedenti li għandu drittijiet għal pensjoni li jibqgħu fissi fl-iskema komplementari ta’ pensjoni sakemm jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet ta’ eliġibbilità biex wieħed jirċievi pensjoni komplementari;

    (h) «benefiċjarju differenzjat»: ifisser kull persuna li għandha drittijiet għal pensjoni akkwiżiti fi skema komplementari ta' pensjoni, iżda li m'għadiex membru attiv ta' dik l-iskema u għadha m'hijiex tirċievi pensjoni komplementari minn dik l-iskema;

    Ġustifikazzjoni

    Din id-definizzjoni tikkaratterizza l-benefiċjarji differiti bħala "membri preċedenti ta' skema". Fil-fatt membri differiti huma xorta waħda membri ta' l-iskema iżda m'humiex membri attivi ta' l-iskema. Din id-definizzjoni ġdida tiddefinixxi benefiċjarji bħal dawn b'mod iktar konċiż.

    Emenda 14

    Artikolu 3, punt (i)

    (i) «drittijiet fissi għall-pensjoni »: jfissru d-drittijiet għall-pensjoni miżmuma fl-iskema li fiha dawn inkisbu minn benefiċjarju differenzjat, li ser jirċievi pensjoni minn din l-iskema komplementari ta’ pensjoni meta jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà;

    (i) «drittijiet fissi għall-pensjoni »: jfissru d-drittijiet għall-pensjoni akkwiżiti miżmuma fl-iskema li fiha dawn ġew akkumulati minn benefiċjarju differenzjat;

    Ġustifikazzjoni

    It-tieni parti ta' din id-definizzjoni hija superfluwa u għalhekk tista' twassal għal konfużjoni.

    Emenda 15

    Artikolu 3, punt (j)

    (j) «trasferiment»: ifisser ħlas permezz ta’ skema komplementari ta’ pensjoni ta’ kapital li jirrappreżenta it-total jew parti mid-drittijiet għall-pensjoni miksuba fil-qafas ta’ din l-iskema, dan il-kapital jista’ jkun trasferit għal skema komplementari ta’ pensjoni ġdida jew għal istituzzjoni finanzjarja oħra li tipprovdi d-drittijiet għall-pensjoni.

    (j) «trasferiment»: ifisser ħlas permezz ta’ skema komplementari ta’ pensjoni ta’ kapital li jirrappreżenta t-total tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba fil-qafas ta’ din l-iskema, dan il-kapital jista’ jkun trasferit għal skema komplementari ta’ pensjoni ġdida jew għal istituzzjoni finanzjarja oħra li tipprovdi d-drittijiet għall-pensjoni.

    Ġustifikazzjoni

    Hemm bżonn li d-Direttiva tkun kunsistenti fl-użu ta' termini bħal "trasferiment ta' kapital" u "trasferiment ta' drittijiet". Fil-prattika l-ħaddiema sempliċiment joħorġu l-kapital mill-iskema l-qadima (trasferiment 'il barra) u jpoġġuh fl-iskema l-ġdida skond ir-regoli ta' l-iskema l-ġdida (trasferiment 'il ġewwa). Huwa impossibbli li wieħed jobbliga l-iskema l-ġdida biex tiggarantixxi l-istess livell ta' dritijiet.

    Emenda 16

    Artikolu 3, punt (j a) (ġdid)

    (ja) 'istituzzjoni finanzjarja' tfisser istituzzjoni li, b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u r-regoli stipulati mill-Istat Membru fejn hija rreġistrata, hija awtorizzata biex tforni prodotti ta' pensjoni barra pensjonijiet komplementari.

    Ġustifikazzjoni

    L-emenda sservi biex tispjega b'mod ċar l-Artikolu 3(j).

    Emenda 17

    Artikolu 4, taqsima introduttorja

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex:

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li meta pensjoni komplementari tiġi stabbilita u r-relazzjoni ta' impjieg ta' ħaddiem jintitolah jew jintitolaha biex jissieħeb/tissieħeb mal-pensjoni:

    Ġustifikazzjoni

    L-Artikolu 4 jista' jinftiehem li qed jirrikjedi lill-Istati Membri biex jagħtu lill-ħaddiema l-aċċess għal skema ta' pensjoni komplementari - bħal pereżempju t-test introduttorju flimkien mal-paragrafu (c). Din m'hijiex l-intenzjoni tal-proposta u interpretazzjoni bħal din iddgħajjef in-natura volontarja tal-provvediment ta' pensjoni f'ħafna Stati Membri. Din l-emenda tagħmilha ċara li l-Artikolu japplika biss meta skema teżisti u l-ħaddiem ikollu l-jedd li jissieħeb ma' l-iskema (min jimpjega jista' jkollu numru ta' skemi għal kategoriji differenti ta' ħaddiema).

    Emenda 18

    Artikolu 4, punt (a)

    (a) meta d-drittijiet għall-pensjoni għadhom ma nkisbux fil-ħin ta’ tmiem ta’ l-impjieg, il-kontribuzzjonijiet kollha imħallsa mill-ħaddiem li spiċċa mill-impjieg jew f’ismu jingħataw lura jew jiġu trasferiti;

    (a) meta d-drittijiet għall-pensjoni jkunu għadhom ma ġewx akkwiżiti fil-ħin ta’ tmiem ta’ l-impjieg, il-kontribuzzjonijiet kollha, jew il-valur ta' investimenti miksuba minn dawk il-kontribuzzjonijiet, jingħataw lura sakemm dawn ma jintużawx biex jiġu koperti riskji ta' invalidità, drittijiet tas-superstiti, jew elementi oħra ta' solidarjetà;

    Ġustifikazzjoni

    F'xi skemi ta' pensjoni, ir-riskji ta' invalidità, il-benefiċċji għall-superstiti u elementi oħra huma koperti fuq bażi kollettiva; huwa ġust li dik il-proporzjonalità titnaqqas mill-kalkulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-parteċipant li jkun għadu kemm spiċċa minn skema.

    Emenda 19

    Artikolu 4, punt (b)

    (b) meta hija neċessarja età minima biex jinkisbu d-dritijiet għall-pensjoni, din ma tkunx aktar minn 21 sena;

    (b) Meta l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-akkwist tad-drittijiet ta' pensjoni jkunu stipulati mill-Istati Membri eż. età minima, jew perjodi ta' kwalifikazzjoni jew ta' assenjazzjoni, kundizzjonijiet bħal dawn iridu jkunu bbażati fuq raġunijiet oġġettivi.

    Ġustifikazzjoni

    L-abbozz ta' direttiva jrid iqis il-prinċipju tas-susidjarjetà u għalhekk ma jistipulax ir-regoli dwar l-istruttura u d-disinn nazzjonali tat-tieni pilastru. Barra minn hekk, il-limiti ta' żmien proposti għal perjodi ta' kwalifikazzjoni u ta' assenjazzjoni fl-abbozz ta' direttiva m'humiex maħsuba biex jakkomodaw l-idea oriġinali wara l-iskemi komplementari ta' pensjoni volontarji, i.e. li l-impjegat jintrabat mal-kumpanija.

    Emenda 20

    Artikolu 4, punt (d)

    (c) ħaddiem jista’ jsir membru ta’ skema komplementari ta’ pensjoni wara perjodu massimu ta’ impjieg ta’ sena jew, jekk ikun il-każ, sa mhux aktar tard minn meta jilħaq l-età minima mitluba;

    (c) ħaddiem jista’ jsir membru ta’ skema komplementari ta’ pensjoni wara perjodu massimu ta’ impjieg ta’ sena jew, jekk ikun il-każ, sa mhux aktar tard minn meta jilħaq l-età minima mitluba mill-Istat Membru jew minn dik l-iskema ta' pensjoni komplementari inkwistjoni;

    Ġustifikazzjoni

    Dan il-paragrafu jindirizza l-kundizzjonijiet biex wieħed jissieħeb fl-iskema. Jekk il-ħaddiem ikun għadu f'perjodu ta' stennija huwa ma jitlef l-ebda jedd billi jħalli l-impjieg. Il-Kummissjoni kkonfermat li kellhom f'moħħom li l-iskemi ta' pensjoni ta' l-Istati Membri għandhom jitħallew jistabbilixxu kwalunkwe età bħala kunidzzjoni għall-aċċess.

    Emenda 21

    Artikolu 4, punt (d)

    (d) ħaddiem jikseb id-drittijiet għall-pensjoni wara perjodu massimu ta’ sħubija ta’ sentejn.

    (d) ħaddiem jikseb id-drittijiet għall-pensjoni akkwiżiti wara perjodu ta' mhux aktar minn sentejn sakemm il-ħaddiem ikun laħaq l-età minima stipulata għall-akkwist tad-drittijiet ta' pensjoni.

    Ġustifikazzjoni

    L-iskop ta' din l-emenda huwa li tiċċara l-interazzjoni ta' l-Artikolu 4(b) (li jirrigwarda l-età minima għall-akkwist tad-drittijiet ta' pensjoni) u 4(d) (li jirrigwarda l-perjodu minimu ta' stennija għall-akkwist tad-drittijiet tal-pensjoni). L-emenda tagħmilha ċara li, jekk ħaddiem ikun ilu fl-iskema għal sentejn, huwa għandu jikseb id-drittijiet dejjem jekk ikun laħaq l-età minima stipulata. F'dak il-każ, id-drittijiet tiegħu ma jiġux akkwiżiti sakemm ma jilħaqx l-età minima stipulata.

    Emenda 22

    Artikolu 5, paragrafu 1

    1. L-Istati Membri jadottaw il-miżuri li huma jqisu neċessarji sabiex jiżguraw aġġustament ġust tad-drittijiet fissi sabiex jevitaw penalizzazzjoni tal-ħaddiem li spiċċa mill-impjieg.

    1. B'kunsiderazzjoni għan-natura ta' l-iskema komplementari ta' pensjoni, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri li huma jqisu neċessarji sabiex jiżguraw trattament ġust u ugwali tad-drittijiet ta' pensjoni fissi filwaqt li jikkunsidraw it-tul ta' żmien u l-estent tal-kontribuzzjonijiet għall-iskema f'isem dak li jħalli l-iskema.

    Ġustifikazzjoni

    L-iskop ta' l-emenda huwa li tiġi enfasizzata d-differenza bejn kontribuzzjoni definita u skemi b'benefiċċju definit. Fl-ewwel wieħed, id-drittjiet ta' pensjoni fissi se jiġu aġġustati skond il-qligħ minn investimenti, filwaqt li f'dan ta' l-aħħar id-drittijiet se jiġu aġġustati skond il-metodu magħżul mill-Istat Membru; inklużi l-livelli ta' inflazzjoni jew il-livelli ta' pagi. Din l-emenda tneħħi wkoll l-element ta' ambigwità madwar il-kelma "penalizzazzjoni". Il-frażi "trattament ġust" tagħmilha ċara li d-drittijiet fissi għandhom jiġu trattati b'mod ġust, iżda m'għandux jingħata vantaġġ inġust lill-membri differiti fuq il-membri l-oħra.

    Emenda 23

    Artikolu 5, paragrafu 2

    2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-iskemi komplementari ta’ pensjoni li ma jżommux id-drittijiet miksuba, imma li jirrikorru għal trasferiment jew għal ħlas ta’ kapital li jirrappreżenta d-drittijiet miksuba meta dawn ta’ l-aħħar ma jaqbżux il-limitu ffissat mill-Istat Membru kkonċernat. Dan ta’ l-aħħar għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-limitu applikat.

    2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-iskemi komplementari ta’ pensjoni li ma jżommux id-drittijiet ta' pensjoni akkwiżiti, imma li jirrikorru għal trasferiment jew għal ħlas ta’ kapital li jirrappreżenta d-drittijiet ta' pensjoni akkwiżiti meta dawn ta’ l-aħħar ma jaqbżux il-limitu ffissat mill-Istat Membru kkonċernat. Dan ta’ l-aħħar għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-limitu applikat.

    Ġustifikazzjoni

    Din l-emenda tagħmel użu mit-terminu 'drittijiet ta' pensjoni akkwiżiti' li huwa definit.

    Emenda 24

    Artikolu 6, paragrafu 1

    1. Suġġett għas-sitwazzjoni fejn isir ħlas ta’ kapital f’konformità ma’ l-Artikolu 5(2), l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li jekk ħaddiem li spiċċa mill-impjieg mhux kopert mill-istess skema komplementari ta’ pensjoni fl-impjieg il-ġdid tiegħu, hu jkun jista’ jikseb, fuq talba tiegħu, sa 18-il xahar wara t-tmiem ta’ l-impjieg, trasferiment, ġewwa Stat Membru jew għal Stat Membru ieħor, tad-drittijiet ta’ pensjoni kollha miksuba tiegħu.

    imħassar

     

     

    Ġustifikazzjoni

    Il-kontenut ta' l-Artikolu 6 għandu jitħalla f'idejn l-Istati Memrbi bi qbil mal-prinċipju ta' sussidjarjetà.

    Emenda 25

    Artikolu 6, paragrafu 2

    2. L-Istati Membri, fi qbil mal-prassi tagħhom nazzjonali, għandhom jiżguraw li fil-każ fejn ipoteżijiet attwarjali u dawk li għandhom x’jaqsmu mar-rata ta’ l-interessi li jidderterminaw il-valur tad-drittijiet miksuba li huma s-suġġett tat-trasferiment, dawn ma jippenalizawx lill-ħaddiem li spiċċa mill-impjieg.

    2. L-Istati Membri, fi qbil mal-prassi nazzjonali tagħhom, u b'koperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jistimulaw il-konverġenza ta' estimi attwarjali u tbassir ta' rati ta' l-interessi tendenzjali u għandhom jiżguraw li fil-każ fejn estimi attwarjali u dawk li għandhom x’jaqsmu mar-rata ta’ l-interessi li jidderterminaw il-valur tad-drittijiet ta' pensjoni akkwiżiti li huma s-suġġett tat-trasferiment, dawn għandhom ikuni ġusti mal-ħaddiem li spiċċa mill-impjieg u mal-membri ta' l-iskema. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li skema komplementari ta' pensjoni taġġusta l-valur tar-rimbors jew trasferiment biex tiġi ppriservata s-sostenibiltà finanzjarja ta' l-iskema.

    Emenda 26

    Artikolu 6, paragrafu 3

    3. L-iskema komplementari ta’ pensjoni li tirċievi t-trasferiment ma tissottomettix id-drittijiet trasferiti għall-kondizzjonijiet ta’ kisba u żżomm dawn id-drittijiet ta’ l-anqas fl-istess livell bħad-drittijiet fissi f’konformità ma’ l-Artikolu 5(1).

    imħassar

    Ġustifikazzjoni

    Il-kontenut ta' l-Artikolu 6 għandu jitħalla f'idejn l-Istati Memrbi bi qbil mal-prinċipju ta' sussidjarjetà.

    Emenda 27

    Artikolu 6, paragrafu 4

    4. Meta jinħtieġu l-ispejjeż amministrattivi matul trasferiment, l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jevitaw li dawn ikunu disproporzjonali għat-tul tas-sħubija tal-ħaddiem li spiċċa mill-impjieg.

     

    imħassar

    Ġustifikazzjoni

    Il-kontenut ta' l-Artikolu 6 għandu jitħalla f'idejn l-Istati Memrbi bi qbil mal-prinċipju ta' sussidjarjetà.

    Emenda 28

    Artikolu 7, paragrafu 1

    1.. Mingħajr ħsara għall-obbligazzjonijiet ta’ l-istituzzjonijiet professjonali ta’ l-irtirar li jirriżultaw mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/41/KE, li jirrigwardaw l-informazzjoni li għandha tiġi mgħoddija lill-membri u lill-benefiċjarji, l-Istati Membri jadottaw il-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema jkunu mgħarrfa mill-persuna responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ l-iskema komplementari ta’ pensjoni bil-konsegwenzi ta’ tmiem ta’ impjieg fuq id-drittijiet tagħhom għal pensjoni komplementari.

    1. Mingħajr ħsara għall-obbligazzjonijiet ta’ l-istituzzjonijiet professjonali ta’ l-irtirar li jirriżultaw mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/41/KE, li jirrigwardaw l-informazzjoni li għandha tiġi mgħoddija lill-membri u lill-benefiċjarji, l-Istati Membri jadottaw il-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-membri attivi jew prospettivi ta' skema jkunu mgħarrfa mill-persuna responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ l-iskema komplementari ta’ pensjoni bil-konsegwenzi ta’ tmiem ta’ impjieg fuq id-drittijiet tagħhom għal pensjoni komplementari.

    Ġustifikazzjoni

    Din l-emenda tagħmilha ċara li dan l-artikolu ma japplikax għall-ħaddiema kollha iżda biss għall-membri attivi ta' skema u anki għal dawk il-ħaddiema li se jsiru membri ladarba jiġi ssodisfat il-perjodu ta' stennija.

    Emenda 29

    Artikolu 7, paragrafu 2, parti introduttorja

    2. Informazzjoni suffiċjenti għandha tiġi mgħoddija fi żmien raġonevoli lill-ħaddiema li jitolbuha, u tikkonċerna b’mod partikolari:

    2. Informazzjoni suffiċjenti għandha tiġi mgħoddija fi żmien raġonevoli lill-membri ta' skema li jitolbuha. Din għandha tikkonċerna b’mod partikolari:

    Emenda 30

    Artikolu 9, paragrafu 2

    2. Minkejja l-ewwel paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddisponu, jekk ikun neċessarju, minn żmien supplementari ta’ 60 xahar li jibda jgħodd mill-1 ta’ Lulju 2008 biex jimplimentaw l-għan maħsub fl-Artikolu 4, punt (d). Kull Stat Membru li jixtieq juża’ dan iż-żmien supplementari għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b’dan filwaqt li jindika d-dispożizzjonijiet u l-iskemi kkonċernati u l-motivazzjoni speċifika li tiġġustifika dan iż-żmien supplementari.

    imħassar

    Emenda 31

    Artikolu 9, paragrafu 3

    3. Minkejja l-ewwel paragrafu, u sabiex jitqiesu l-kondizzjonijiet partikolari li ġew motivati bir-raġun u magħquda mas-sostenibbiltà finanzjarja ta’ l-iskemi kumplimentari ta’ pensjoni, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-iskemi li jaħdmu bis-sistema ta’ tqassim, il-fondijiet għall-appoġġ u l-impriżi li jikkostitwixxu dispożizzjonijiet fil-bilanċ bl-għan tal-ħlas ta’ pensjoni lill-impjegati tagħhom ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6(1). Kull Stat Membru li jixtieq juża din il-possibbiltà għandu jgħarraf mill-aktar fiss lill-Kummissjoni filwaqt li jindika l-iskemi kkonċernati u l-motivazzjoni speċifika li tiġġustifika din l-eżenzjoni kif ukoll il-miżuri meħuda jew maħsuba sabiex tittejjeb it-trasferabbiltà tad-drittijiet bħala riżultat ta’ l-iskemi kkonċernati.

    imħassar

    Emenda 32

    Artikolu 10, paragrafu 2

    2. Il-Kummissjoni tistabbilixxi rapport speċifiku dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 9(3) sa 10 snin wara l-1 ta’ Lulju 2008. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ser tippreżenta, fejn meħtieġ, proposta li tinkludi kull emenda lil din id-Direttiva li ser tkun siewja għall-ugwaljanza fit-trattament f’termini ta’ trasferabbiltà tad-drittijiet miksuba bejn il-ħaddiema koperti mill-iskemi mogħnija b’fond u l-ħaddiema koperti bi skemi msemmija fl-Artikolu 9(3).

    2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport speċifiku sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-1 ta’ Lulju 2008, b'mod partikulari rigward il-konverġenza ta' pronjosi attwarjali u tbassir tar-rata ta' l-interessi kif ukoll l-effetti tad-differenzi fit-trattament fiskali relatat mat-trasferiment tad-drittijiet ta' pensjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ser tippreżenta, fejn meħtieġ, proposta li tinkludi kull emenda lil din id-Direttiva jew strumenti oħra li ser ikunu siewja sabiex jiġi żgurat bilanċ ta' interessi tajjeb.

    Ġustifikazzjoni

    Fondi ta' pensjonijiet li jaqgħu taħt tbassir differenti tar-rati attwarjali u ta' l-interessi m'għandhomx jiġu kkonfrontati b'riżultati diverġenti ħafna ta' l-użu prattiku tad-drittijiet mogħtija fl-Artikolu 6. Jekk jeżisti xi xaqlib dan għandu jiġi rranġat fid-Direttiva billi jiġi permess aktar spazju għal korrezzjonijiet biex isiru dispożizzjonijiet aktar b'saħħithom biex jipprovdu għal konverġenza tat-tbassir tar-rata attwarja u ta' interessi użata. Barra minn hekk għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib l-effetti tat-trattament tat-taxxa.

    PROĊEDURA

    Titolu

    Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib fit-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni komplimentari

    Referenzi

    COM(2005)0507 – C6-0331/2005 – 2005/0214(COD)

    Kumitat responsabbli

    EMPL

    Kumitat mitlub jagħti opinjoni
      Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    ECON
    13.12.2005

     

     

    Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

     

    Rapporteur(s)
      Data tal-ħatra

    Eoin Ryan
    13.12.2005

    Rapporteur preċedenti

     

    Eżami fil-kumitat

    3.5.2006

    20.6.2006

    4.9.2006

    11.9.2006

     

    Data ta' l-adozzjoni

    24.1.2007

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    39

    2

    1

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Ieke van den Burg, David Casa, Philip Dimitrov Dimitrov, Elisa Ferreira, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Donata Gottardi, Sophia in 't Veld, Othmar Karas, Piia-Noora Kauppi, Evgeni Kirilov, Wolf Klinz, Christoph Konrad, Kurt Joachim Lauk, Andrea Losco, Astrid Lulling, Gay Mitchell, Cristobal Montoro Romero, Joseph Muscat, John Purvis, Alexander Radwan, Bernhard Rapkay, Eoin Ryan, Antolín Sánchez Presedo, Manuel António dos Santos, Olle Schmidt, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Sahra Wagenknecht, Lars Wohlin

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Harald Ettl, Vladimír Maňka, Thomas Mann, Giovanni Pittella

    Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

    Dariusz Maciej Grabowski, Holger Krahmer, Kurt Lechner, Heide Rühle

    Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

    ...

    • [1]  Not yet published in OJ.

    OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI (14.7.2006)

    għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarjiet Soċjali

    dwar il-proposta ghal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-portabilità tad-drittijiet supplimentari għal pensjoni
    (COM(2005)0507 – C6-0331/2005 – 2005/0214(COD))

    Rapporteur għal opinjoni: Astrid Lulling

    ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

    Il-proposta għal direttiva dwar it-titjib fit-trasferiment tad-drittijiet komplimentari għall-pensjoni titratta l-mistoqsijiet prinċipali marbuta ma' l-ostakoli għall-moviment liberu tal-ħaddiema ġewwa Stat Membru jew minn Stat Membru għal ieħor fil-qasam ta' dawn il-pensjonijiet.

    Ta' min jinnota li din id-direttiva ġiet wara tentativ mill-parti tal-Kummissjoni Ewropea favur ftehima volontarja bejn il-partijiet interessati.

    B'kunsiderazzjoni ta' l-eteroġenità tas-sistemi eżistenti fl-Istati Membri differenti, ir-rapporteur għal opinjoni jissottolinja l-pertinenza ta' l-għażla ta' l-istrument leġiżlattiv (direttiva) kif ukoll l-osservanza tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità.

    Għalkemm il-proposta timplika miżuri ta' tqarrib tad-dispożizzjonijiet normattivi nazzjonali, dawn ma jmorrux lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jżommu jew jitrasferixxu d-drittijiet tagħhom fil-qafas tal-mobilità.

    Madanakollu, xi modifiki huma mixtieqa sabiex ċerti riformi ma jinħallux wisq maż-żmien, sabiex jiġi adottat lingwaġġ iktar newtrali mill-perspettiva ta' l-ugwaljaza bejn is-sessi u sabiex jiġi evitat li jinżammu ostakoli f'ċerti Stati Membri għal raġunijiet tekniċi.

    Fl-aħħar minn l-aħħar, hemm bżonn li wieħed jiggarantixxi li l-ħaddiema dipendenti li jinterrompu jew iwaqqfu attività professjonali, fost oħrajn għal raġunijiet familjari, ikunu jistgħu jżommu d-drittijiet tagħhom għal pensjoni jew ikomplu jħallsu.

    EMENDI

    Il- Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill- Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

    Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

    Emenda 1

    Premessa 5

    (5) Jeħtieġ ukoll li wieħed jirreferi għall-Artikolu 94 tat-Trattat meta wieħed jikkunsidra li n-nuqqas ta' qbil bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jirregolaw l-iskemi komplementari ta' pensjoni huwa min-natura tiegħu qed jimpedixxi kemm li jiġi eżerċitat id-dritt għall-moviment ħieles tal-ħaddiema u kemm il-ħidma tas-suq komuni. Għalhekk, biex isir titjib fil-possibbiltà li jinġarru d-drittijiet ta' pensjoni komplementari tal-ħaddiema li jiċċaqilqu minn post għall-ieħor ġewwa l-Komunità u fi ħdan l-istess Stat Membru, ċerti kondizzjonijiet ta' ksib tad-drittijiet ta' pensjoni jridu jiġu armonizzati u r-regoli fil-qasam tal-ħarsien tad-drittijiet fissi u tat-trasferiment tad-drittijiet miksuba mqarrba;

    (5) Jeħtieġ ukoll li wieħed jirreferi għall-Artikolu 94 tat-Trattat meta wieħed jikkunsidra li n-nuqqas ta' qbil bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jirregolaw l-iskemi komplementari ta' pensjoni huwa min-natura tiegħu qed jimpedixxi kemm li jiġi eżerċitat id-dritt għall-moviment ħieles tal-ħaddiema u kemm il-ħidma tas-suq komuni. Għalhekk, biex isir titjib fil-possibbiltà li jinġarru d-drittijiet ta' pensjoni komplementari tal-ħaddiema li jiċċaqilqu minn post għall-ieħor ġewwa l-Komunità u fi ħdan l-istess Stat Membru, ċerti kondizzjonijiet ta' ksib tad-drittijiet ta' pensjoni jridu jiġu armonizzati u r-regoli fil-qasam tal-ħarsien tad-drittijiet fissi u tat-trasferiment tad-drittijiet miksuba mqarrba;

     

    (Din l-emenda ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

    Emenda 2

    Premessa 5 a (ġdida)

     

    (5a) Jeħtieġ li l-modalitajiet ta' l-iskemi komplimentari ta' pensjoni jkunu ffissati fuq livell ta' l-Istati Membri, b'mod partikulari permezz ta' konvenzjonijiet kollettivi mifthiema mill-imsieħba soċjali. Il-kundizzjonijiet ta' ksib ta' drittijiet għall-pensjoni skond it-tifsira ta' din id-direttiva jibbażaw ruħhom fuq il-prinċipji ġenerali u joffru linji gwida għall-adozzjoni ta' miżuri fuq livell nazzjonali, ħaġa li tagħti lill-imsieħba soċjali biżżejjed libertà ta' azzjoni biex jiġu ddeterminati l-modalitajiet permezz ta' negozjati kollettivi.

    Or. en

    Ġustifikazzjoni

    Fil-każ fejn il-kundizzjonijet ta' applikazzjoni ta' l-iskemi komplimentari għall-pensjoni jiġu ffissati mill-imsieħba soċjali, id-direttiva proposta tillimita l-libertà ta' dawn l-imsieħba li jinnegozjaw u li jikkonkludu ftehimiet, li jkunu garantiti, fost l-oħrajn, mill-konvenzjonijiet ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO). Il-konvenzjonijiet kollettivi jirrappreżentaw protezzjoni importanti għall-ħaddiema f'pożizzjoni ta' inferjorità fis-suq tax-xogħol, b'mod partikulari nisa. In-nisa huma ġeneralment f'pożizzjoni inqas tajba mill-irġiel biex jinnegozjaw salarju tajjeb u skema tajba ta' pensjoni. Għaldaqstant, id-direttiva li qed tiġi eżaminata m'għandhiex tinterferixxi fil-kontentut proprju ta' l-iskemi komplimentari ta' pensjoni. Il-pensjoni li finalment tingħata għandha tkun prinċipalment suġġetta għal fatturi bħall-età minima, il-perijodu ta' ħlas, eċċ., u mhux biss għas-somma mwarrba kull sena. Il-pensjoni komplimentari, li għaliha l-ħlas jiġi nnegozjat bejn l-imsieħba soċjali, tikkonstitwixxi parti mill-qligħ tax-xogħol, xi ħaġa li mhix fil-kompetenza leġiżlattiva ta' l-Unjoni Ewropea.

    Emenda 3

    Premessa 6 a (ġdida)

     

    (6a) Id-Direttiva 76/207/KEE, kif emendata mid-Direttiva 202/73/KE, id-Direttiva 86/378/KEE, kif emendata mid-Direttiva 96/97/KE, id-Direttiva 92/85/KEE kif ukoll id-Direttiva 96/34/KE jirregolaw l-ugwaljanza tat-trattament bejn in-nisa u l-irġiel b'mod partikulari fil-qasam tal-kundizzjonijiet ta' xogħol u tas-sigurtà soċjali. Għalhekk, hu essenzjali li l-Istati Membri kif ukoll l-imsieħba soċjali jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-direttiva fl-osservanza tad-direttivi msemmija hawn fuq, b'mod partikulari f'dak li jikkonċerna r-ritorn tan-nisa fis-suq tax-xogħol wara interruzzjoni fil-qafas tal-konċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali u l-ħajja familjari.

    Emenda 4

    Premessa 11

    (11) Mingħajr ħsara għad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2003 rigward l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ rtirar professjonali[1], il-ħaddiema li jeżerċitaw jew jippjanaw li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment ħieles għandhom ikunu infurmati sew minn dawk responsabbli mill-amministrazzjoni ta’ l-iskemi komplementari tal-pensjoni, b’mod partikolari dwar il-konsegwenzi ta’ tmiem ta’ impjieg fuq id-drittijiet tagħhom għal pensjoni komplementari;

    (11) Mingħajr ħsara għad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2003 rigward l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ rtirar professjonali[2], il-ħaddiema li jeżerċitaw jew jippjanaw li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment ħieles għandhom ikunu infurmati sew minn dawk responsabbli mill-amministrazzjoni ta’ l-iskemi komplementari tal-pensjoni, b’mod partikolari dwar il-konsegwenzi ta’ tmiem ta’ impjieg fuq id-drittijiet tagħhom għal pensjoni komplementari;

    (Din l-emenda ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

    Ġustifikazzjoni

    Dawk indipendenti huma xorta koperti mid-Direttiva 2003/41. Id-definizzjoni prinċipali wżata: "istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali": stabbiliment, tkun xi tkun il-forma legali tiegħu, li jiffunzjoni skond il-prinċipju ta' ffinanzjar permezz ta' kapitalizzazzjoni u li jitwaqqaf separatament minn kull intrapriża jew grupp ta' affiljazzjoni bl-għan li jagħti servizzi ta' rtirar marbuta ma' attività professjonali, fuq il-bażi ta' ftehima jew ta' kuntratt individwali jew kollettiv bejn min iħaddem jew dawk li jħaddmu u l-ħaddiem(a) jew ir-rappreżentanti rispettivi tagħhom, jew konklużi ma' ħaddiema indipendenti, b'konformità mal-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri li qed jilqgħu l-ħaddiema u dawk oriġinali, u li jeżerċitaw attivitajiet li joħorġu direttament minn dan l-għan.

    Emenda 5

    Premessa 15

    (15) Fir-rigward tal-ħtieġa li titqies ta' l-effetti ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari dwar is-sostenibilità finanzjarja ta' l-iskemi komplementari ta' pensjoni, l-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw minn żmien supplementari biex jimplimentaw b'mod progressiv id-dispożizzjonijiet suxxettibbli li jinkludu dawn l-effetti;

    imħassra

    Emenda 6

    Artikolu 1

    1. Din id-Direttiva hija intenzjonata biex tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment ħieles tal-ħaddiema u tad-dritt għall-mobilità professjonali ġewwa l-istess Stat Membru, filwaqt li tnaqqas l-ostakoli maħluqa minn ċerti regoli li jirregolaw l-iskemi komplementari ta’ pensjoni fl-Istati Membri.

    1. Din id-Direttiva hija intenzjonata biex tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment ħieles tal-ħaddiema u tad-dritt għall-mobilità professjonali ġewwa l-istess Stat Membru, filwaqt li tnaqqas l-ostakoli maħluqa minn ċerti regoli li jirregolaw l-iskemi komplementari ta’ pensjoni fl-Istati Membri.

    (Din l-emenda ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

    Emenda 7

    Artikolu 3, punt (c)

    (c) «membri»: tfisser il-persuni li l-attività professjonali tagħhom ittihom jew li hi suxxettibbli li ttihom id-dritt għall-pensjoni komplementari f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ skema komplementari ta’ pensjoni;

    (c) «membri»: tfisser il-persuni li jkollhom id-dritt għall-pensjoni komplementari b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ skema komplementari ta’ pensjoni;

    Or. en

    Ġustifikazzjoni

    Il-limitazzjoni għall-"attività professjonali" tikkomplika d-direttiva għa xejn. B'mod partikulari fil-qafas tat-titjib tal-leġiżlazzjoni, hemm bżonn direttiva li jkollha kamp ta' applikazzjoni u objettivi ċari: is-settur tal-pensjonijiet komplimentari u t-totalità tal-persuni kkonċernati jew li għandhom drittijiet.

    Emenda 8

    Article 3, point (d)

    (d) «drittijiet għall-pensjoni»: tfisser kull benefiċċju li għalih membru jew persuna intitolata oħra jista' jkollha d-dritt skond ir-regoli ta' skema komplementari ta' pensjoni u, jekk ikun il-każ, tal-leġiżlazzjoni nazzjonali;

    (d) «drittijiet għall-pensjoni»: tfisser kull benefiċċju li għalih persuna membru jew persuna intitolata oħra jista' jkollha d-dritt skond ir-regoli ta' skema komplementari ta' pensjoni u, jekk ikun il-każ, tal-leġiżlazzjoni nazzjonali;

    Emenda 9

    Artikolu 3, punt (f)

    (f) «ħaddiem li spiċċa mill-impjieg»: tfisser ħaddiem li, qabel ma jsir eliġibbli għall-pensjoni, itemm relazzjoni ta' impjieg li matulha huwa ġabar drittijiet għall-pensjoni jew seta' kiseb dawn id-drittijiet kieku baqa' f'din ir-relazzjoni ta' impjieg;

    (f) «ħaddiem jew ħaddiema li spiċċa jew spiċċat mill-impjieg»: tfisser ħaddiem jew ħaddiema li, qabel ma jsir jew issir eliġibbli għall-pensjoni, itemm jew ittemm relazzjoni ta' impjieg li matulha huwa jkun ġabar jew hija tkun ġabret drittijiet għall-pensjoni jew seta' kiseb jew setgħet kisbet dawn id-drittijiet kieku baqa' jew baqgħet f'din ir-relazzjoni ta' impjieg;

    Emenda 10

    Artikolu 3, punt (g)

    (g) «il-possibbiltà li jinġarru»: tfisser il-possibbiltà għall-ħaddiem li jikseb u li jħares id-drittijiet għall-pensjoni meta jwettaq id-dritt tiegħu għall-moviment ħieles jew għall-mobilità professjonali;

    (g) «il-possibbiltà li jinġarru»: tfisser il-possibbiltà għall-ħaddiem jew għall-ħaddiema li jikseb jew tikseb u li jħares jew tħares id-drittijiet għall-pensjoni meta jwettaq jew twettaq id-dritt tiegħu jew tagħha għall-moviment ħieles jew għall-mobilità professjonali;

    Emenda 11

    Artikolu 3, punt (h)

    (h) «benefiċjarju differenzjat»: ifisser kull membru preċedenti li għandu drittijiet għal pensjoni li jibqgħu fissi fl-iskema komplementari ta' pensjoni sakemm jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet ta' eliġibbilità biex wieħed jirċievi pensjoni komplementari;

    (h) «benefiċjarju differenzjat»: ifisser kull persuna membru preċedenti li għandu jew għandha drittijiet għal pensjoni li jibqgħu fissi fl-iskema komplementari ta' pensjoni sakemm jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet ta' eliġibbilità biex hu jew hi jirċievi jew tirċievi pensjoni komplementari;

    Emenda 12

    Artikolu 3 punt (j)

    (j) «trasferiment»: ifisser ħlas permezz ta’ skema komplementari ta’ pensjoni ta’ kapital li jirrappreżenta it-total jew parti mid-drittijiet għall-pensjoni miksuba fil-qafas ta’ din l-iskema, dan il-kapital jista’ jkun trasferit għal skema komplementari ta’ pensjoni ġdida jew għal istituzzjoni finanzjarja oħra li tipprovdi d-drittijiet għall-pensjoni.

    (j) «trasferiment»: ifisser trasferiment tal-kapital u tad-drittijiet kollha għall-pensjoni miksuba fil-qafas ta’ l-iskema, għal skema komplementari ta’ pensjoni ġdida jew għal istituzzjoni finanzjarja oħra li tipprovdi d-drittijiet għall-pensjoni.

    Or. en

    Ġustifikazzjoni

    Hu importanti ħafna għall-persuni li jkollhom impjiegi prekarji li jkunu jistgħu jittotalizzaw id-drittijiet tagħhom għal pensjoni komplimentari.

    Emenda 13

    Artikolu 4 punt (a)

    (a) meta d-drittijiet għall-pensjoni għadhom ma nkisbux fil-ħin ta' tmiem ta' l-impjieg, il-kontribuzzjonijiet kollha imħallsa mill-ħaddiem li spiċċa mill-impjieg jew f'ismu jingħataw lura jew jiġu trasferiti;

    (a) meta d-drittijiet għall-pensjoni għadhom ma nkisbux fil-ħin ta' tmiem ta' l-impjieg, il-kontribuzzjonijiet kollha imħallsa mill-ħaddiem li spiċċa jew mill-ħaddiema li spiċċat mill-impjieg jew f'ismu jew f'isimha jingħataw lura jew jiġu trasferiti;

     

    Id-dritt li jiġu totalizzati d-drittijiet miksuba għall-pensjoni, b'anoloġija ma' dak li jiddisponi r-Regolament (KEE) nru 1408/71 fil-qasam ta' pensjonijiet ta' l-iskemi pubbliċi, għandu jkun garantit;

    Or. en

    Ġustifikazzjoni

    B'kunsiderazzjoni ta' l-importanti li dejjem tikber ta' l-iskemi komplimentari ta' pensjoni biex jinżamm il-livell ta' ħajja għal età avvanzata, jista' jkun utli li għall-iskemi komplimentari jiġu applikati l-istess prinċipji ta' totalizzazzjoni bħal dawk għall-iskemi pubbliċi ta' pensjoni.

    Emenda 14

    Artikolu 4, punt (b)

    (b) meta hija neċessarja età minima biex jinkisbu d-dritijiet għall-pensjoni, din ma tkunx aktar minn 21 sena;

    (b) meta hija neċessarja età minima biex jinkisbu d-dritijiet għall-pensjoni, din ma tkunx aktar minn 18-il sena;

    Emenda 15

    Artikolu 4 punt (c)

    (c) ħaddiem jista' jsir membru ta' skema komplimentari ta' pensjoni wara perjodu massimu ta' impjieg ta' sena jew, jekk ikun il-każ, sa mhux aktar tard minn meta jilħaq l-età minima mitluba;

    (c) ħaddiem jista' jsir jew ħaddiema tista' ssir membru ta' skema komplimentari ta' pensjoni wara perjodu massimu ta' impjieg ta' sena jew, jekk ikun il-każ, sa mhux aktar tard minn meta jilħaq jew tilħaq l-età minima mitluba;

    Emenda 16

    Artikolu 4, punt (d)

    (d) ħaddiem jikseb id-drittijiet għall-pensjoni wara perjodu massimu ta' sħubija ta' sentejn.

    (d) ħaddiem jikseb jew ħaddiema tikseb id-drittijiet għall-pensjoni wara perjodu massimu ta' sħubija ta' sentejn.

    Emenda 17

    Artikolu 5, paragrafu 2 punt b) (ġdid)

    2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-iskemi komplementari ta' pensjoni li ma jżommux id-drittijiet miksuba, imma li jirrikorru għal trasferiment jew għal ħlas ta' kapital li jirrappreżenta d-drittijiet miksuba meta dawn ta' l-aħħar ma jaqbżux il-limitu ffissat mill-Istat Membru kkonċernat. Dan ta' l-aħħar għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-limitu applikat. 

    2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-iskemi komplementari ta' pensjoni:

     

    a) li ma jżommux id-drittijiet miksuba, imma li jirrikorru għal trasferiment jew għal ħlas ta' kapital li jirrappreżenta d-drittijiet miksuba meta dawn ta' l-aħħar ma jaqbżux il-limitu ffissat mill-Istat Membru kkonċernat. Dan ta' l-aħħar għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-limitu applikat. 

     

    b) li jagħtu lill-ħaddiem li spiċċa jew lill-ħaddiema li spiċċat id-dritt li jkompli jħallas jew li tkompli tħallas l-istess skema komplimentari ta' pensjoni wara t-tmien ta' l-impjieg. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-modalitajiet ta' applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni.

    Emenda 18

    Artikolu 7 Paragrafu 1

    1. Mingħajr ħsara għall-obbligazzjonijiet ta' l-istituzzjonijiet professjonali ta' l-irtirar li jirriżultaw mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/41/KE, li jirrigwardaw l-informazzjoni li għandha tiġi mgħoddija lill-membri u lill-benefiċjarji, l-Istati Membri jadottaw il-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema jkunu mgħarrfa mill-persuna responsabbli għall-amministrazzjoni ta' l-iskema komplimentari ta' pensjoni bil-konsegwenzi ta' tmiem ta' impjieg fuq id-drittijiet tagħhom għal pensjoni komplimentari.

    1. Bla preġudizzju għall-obbligi ta' l-istituzzjonijiet professjonali ta' l-irtirar li jirriżultaw mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/41/KE, li jirrigwardaw l-informazzjoni li għandha tiġi mgħoddija lill-membri u lill-benefiċjarji, l-Istati Membri jadottaw il-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema jkunu mgħarrfa mill-persuna responsabbli għall-amministrazzjoni ta' l-iskema komplimentari ta' pensjoni bil-konsegwenzi ta' tmiem ta' impjieg fuq id-drittijiet tagħhom għal pensjoni komplimentari.

    (Din l-emenda ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

    Emenda 19

    Artikolu 7, paragrafu 2, parti introduttorja

    2. Informazzjoni suffiċjenti għandha tiġi mgħoddija fi żmien raġonevoli lill-ħaddiema li jitolbuha, u tikkonċerna b'mod partikolari:

    2. Informazzjoni suffiċjenti għandha tiġi mgħoddija fi żmien raġonevoli lill-ħaddiema li jitolbuha, u tikkonċerna b'mod partikolari:

    (Din l-emenda ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

    Emenda 20

    Artikolu 7 Paragrafu 3

    3. Benefiċjarju differenzjat li jagħmel t-talba relattiva għandu jirċievi mingħand il-persuna responsabbli għall-amministrazzjoni ta' l-iskema komplementari ta' pensjoni, l-informazzjoni dwar id-drittijiet fissi tiegħu għall-pensjoni u dwar kull tibdil fir-regoli li jsostnu l-iskema komplementari ta' pensjoni li jikkonċernawh.

    3. Benefiċjarju differenzjat li jagħmel t-talba relattiva għandu jirċievi mingħand il-persuna responsabbli għall-amministrazzjoni ta' l-iskema komplementari ta' pensjoni, l-informazzjoni dwar id-drittijiet fissi tiegħu għall-pensjoni u dwar kull tibdil fir-regoli li jsostnu l-iskema komplementari ta' pensjoni li jikkonċernawh.

    (Din l-emenda ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

    Emenda 21

    Artikolu 7, paragrafu 4

    4. L-informazzjoni maħsuba f'dan l-Artikolu tiġi trasmessa bil-miktub u b'mod li jiftiehem.

    4. L-informazzjoni maħsuba f'dan l-Artikolu għandha tingħata bil-miktub u b'mod li jiftiehem għall-persuna kkonċernata.

    PROĊEDURA

    Titolu

    Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u Kunsill dwar it-titjib fit-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni komplimentari

    Referenzi

    (COM(2005)0507 – C6‑0331/2005 – 2005/0214 (COD))

    Kumitat responsabbli

    EMPL

    Opinjoni mogħtija minn
      Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    FEMM
    19.1.2006

    Koperazzjoni aktar mill-qrib – data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

     

    Rapporteur għal opinjoni
      Data tal-ħatra

    Astrid Lulling
    28.11.2005

    Rapporteur għal opinjoni preċedenti

    -

    Eżami fil-kumitat

    21.2.2006

    21.3.2006

    2.5.2006

    11.7.2006

     

    Data ta' l-adozzjoni

    11.7.2006

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    17

    0

    9

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Edit Bauer, Emine Bozkurt, Hiltrud Breyer, Maria Carlshamre, Edite Estrela, Ilda Figueiredo, Věra Flasarová, Lissy Gröner, Zita Gurmai, Lívia Járóka, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Urszula Krupa, Astrid Lulling, Doris Pack, Marie-Line Reynaud, Teresa Riera Madurell, Raül Romeva i Rueda, Amalia Sartori, Eva-Britt Svensson, Britta Thomsen, Anna Záborská

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Iratxe García Pérez, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Anna Hedh, Mary Honeyball, Christa Klaß, Karin Resetarits

    Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

    -

    Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

    -

    • [1]               ĠU L 235 tat-23.9.2003, p10
    • [2]               ĠU L 235 tat-23.9.2003, p10

    PROĊEDURA

    Titolu

    Titjib fit-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni komplimentari

    Referenzi

    COM(2005)0507 - C6-0331/2005 - 2005/0214(COD)

    Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

    21.10.2005

    Kumitat responsabbli

    Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    EMPL

    13.12.2005

    Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

    Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    ECON

    13.12.2005

    IMCO

    13.12.2005

    FEMM

    19.1.2006

     

    Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

    Data tad-deċiżjoni

    IMCO

    21.11.2005

     

     

     

    Rapporteur(s)

    Data tal-ħatra

    Ria Oomen-Ruijten

    27.10.2005

     

     

    Eżami fil-kumitat

    4.5.2006

    21.6.2006

    10.7.2006

    13.9.2006

     

    24.1.2007

    20.3.2007

     

     

    Data ta' l-adozzjoni

    21.3.2007

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    28

    5

    5

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Jan Andersson, Roselyne Bachelot-Narquin, Edit Bauer, Jean-Luc Bennahmias, Emine Bozkurt, Iles Braghetto, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Christina Christova, Proinsias De Rossa, Harald Ettl, Richard Falbr, Carlo Fatuzzo, Ilda Figueiredo, Karin Jöns, Jan Jerzy Kułakowski, Jean Lambert, Thomas Mann, Jiří Maštálka, Ana Mato Adrover, Maria Matsouka, Ria Oomen-Ruijten, Csaba Őry, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Pier Antonio Panzeri, Jacek Protasiewicz, Elisabeth Schroedter, José Albino Silva Peneda, Kathy Sinnott, Jean Spautz, Gabriele Stauner, Anne Van Lancker, Gabriele Zimmer

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Mario Mantovani, Dimitrios Papadimoulis, Patrizia Toia