RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jdaħħal skema ta' kumpens għall-ispejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, minn Madeira, mill-Gżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi ta' Guiana u Réunion, bejn l-2007 u l-2013

27.3.2007 - (COM(2006)0740 – C6‑0505/2006 – 2006/0247(CNS)) - *

Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Duarte Freitas

Proċedura : 2006/0247(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0083/2007
Testi mressqa :
A6-0083/2007
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jdaħħal skema ta' kumpens għall-ispejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, minn Madeira, mill-Gżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi ta' Guiana u Réunion, bejn l-2007 u l-2013

(COM(2006)0740 – C6‑0505/2006 – 2006/0247(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0740)[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 37 u 299(2), tat-Trattat KE, skond liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0505/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6‑0083/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi mill-Parlament

Emenda 1

Titolu

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jdaħħal skema ta' kumpens għall-ispejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, minn Madeira, mill-Gżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi ta' Guiana u Réunion, bejn l-2007 u l-2013

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jdaħħal skema ta' kumpens għall-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-bgħudija għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, minn Madeira, mill-Gżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi tal-Gujana u r-Réunion.

 

(Din l-emenda tiġi applikata għat-test leġiżlattiv sħiħ.)

Emenda 2

Premessa -1 (ġdida)

 

(-1) L-ibgħad reġjuni għandhom ekonomiji fraġili, ikkaratterizzati b'fatturi strutturali permanenti li jikkundizzjonaw l-iżvilupp tagħhom u għandhom ftit possibilitajiet ta' diversifikazzjoni ekonomika, fi ħdan liema s-settur tas-sajd u l-komunitajiet antiki tas-sajjieda għandhom irwol importanti biex jissalvagwardjaw l-attività ekonomika u l-impjiegi, 'il fuq(upstream) u 'l isfel(downstream), u għall-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jiġu kkunsidrati l-fatturi strutturali permanenti li jikkundizzjonaw l-iżvilupp ta' l-ibgħad reġjuni, kif ukoll l-importanza soċjo-ekonomika tas-settur tas-sajd f'dan il-kuntest li, prinċipalment, irrappreżenta waħda mill-ftit alternattivi ekonomiċi għal dawn ir-reġjuni, u li kkontribwixxa għall-koeżjoni ekonomika u soċjali.

Emenda 3

Premessa -1 a (ġdida)

 

(- 1 a) Għandhom ikunu kkunsidrati l-ispeċifiċità u d-differenzi settorjali li jeżistu fl-ibgħad reġjuni, peress li dawn ta' l-aħħar għandhom bżonnijiet differenti.

Ġustifikazzjoni

Hu meħtieġ li jkun ikkunsidrat il-fatt li l-ibgħad reġjuni, minkejja li għandhom ċertu numru ta' diffikultajiet komuni, xorta għandhom differenzi konsiderevoli li għandhom jiġu kkunsidrati f'dan ir-regolament, kif ukoll fl-applikazzjoni tiegħu.

Emenda 4

Premessa -1 b (ġdida)

 

(-1b) Għandha titqies iż-żieda fil-prezzijiet tat-trasport u spejjeż konnessi, innotati prinċipalment wara l-2003, u dovuti għaż-żieda qawwija fil-prezz taż-żejt li taggrava aktar l-ispejjeż addizzjonali relatati mal-bgħudija.

Ġustifikazzjoni

Hu meħtieġ li jsir enfasi fuq iż-żieda fl-ispejjeż tat-trasport minħabba ż-żieda qawwija fil-prezz taż-żejt li aggravat l-ispejjeż relatati mal-bgħudija.

Emenda 5

Premessa 1

(1) Is-settur tas-sajd fl-ibgħad reġjuni tal-Komunità qed jiffaċċja diffikultajiet, u partikolarment spejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd minħabba l-iżvantaġġi partikolari rikonoxxuti fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat, u li prinċipalment joriġinaw mill-ispejjeż tat-trasport lejn l-Ewropa kontinentali.

(1) Is-settur tas-sajd fl-ibgħad reġjuni tal-Komunità qed jiffaċċja diffikultajiet, u partikolarment spejjeż addizzjonali għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd minħabba l-iżvantaġġi partikolari rikonoxxuti fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat, u li, b'mod partikulari, joriġinaw mill-ispejjeż tat-trasport lejn l-Ewropa kontinentali.

Emenda 6

Premessa 5

(5) L-Istati Membri għandhom jiffissaw l-ammont ta' kumpens f'livell li jippermetti tpattija xierqa għall-ispejjeż addizzjonali, ġejjin mill-iżvantaġġi speċifiċi ta' l-ibgħad reġjuni u partikolarment mill-ispejjeż tat-trasport tal-prodotti lejn l-Ewropa kontinentali. Biex jiġi evitat kumpens żejjed, l-ammont għandu jkun proporzjonali għall-ispejjeż addizzjonali li l-għajnuna tpatti għalihom, u fl-ebda każ m'għandha taqbeż sehem determinat ta' l-ispejjeż tat-trasport lejn il-kontinent Ewropew u spejjeż oħra relatati. Għal dan il-għan, għandhom jitqiesu wkoll tipi oħrajn ta' interventi pubbliċi li jħallu impatt fuq il-livell ta' spejjeż addizzjonali.

(5) L-Istati Membri għandhom jiffissaw l-ammont ta' kumpens f'livell li jippermetti tpattija xierqa għall-ispejjeż addizzjonali, ġejjin mill-iżvantaġġi speċifiċi ta' l-ibgħad reġjuni u partikolarment mill-ispejjeż tat-trasport tal-prodotti lejn l-Ewropa kontinentali. Biex jiġi evitat kumpens żejjed, l-ammont għandu jkun proporzjonali għall-ispejjeż addizzjonali li l-għajnuna tpatti għalihom. Għal dan il-għan, għandhom jitqiesu wkoll tipi oħrajn ta' interventi pubbliċi li jħallu impatt fuq il-livell ta' spejjeż addizzjonali.

Ġustifikazzjoni

M'għandux jiġi previst limitu massimu għall-kumpens ta' l-ispejjeż addizzjonali, mutatis mutandis u b'mod paralleli mal-POSEI għall-agrikultura.

Emenda 7

Premessa 5 a (ġdida)

(5a) Għandha tkun ikkunsidrata kif suppost l-importanza soċjo-ekonomika tas-sajd fuq skala żgħira viċin il-kosta u tas-sajd artiġjanali fl-ibgħad reġjuni u tal-bżonn li jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li r-regolament jagħraf ukoll l-importanza tas-sajd fuq skala żgħira viċin il-kosta u tas-sajd artiġjanali fl-iżvilupp ekonomiku ta' dawn ir-reġjuni u l-ħtieġa ta' appoġġ partikolari lil din it-taqsima tal-flotta.

Emenda 8

Premessa 5 b (ġdida)

 

(5b) Il-provvista għas-suq Komunitarju għandha tkun awtorizzata, fil-limitu tal-kapaċità tal-produzzjoni attwali, meta l-qabdiet tal-flotot tas-sajd ta' l-ibgħad reġjuni ma jkunux biżżejjed għall-provvista ta' l-industrija ta' trasformazzjoni ta' ħut lokali.

Ġustifikazzjoni

Ir-rikors għall-importazzjoni intrakomunitarja għandu jkun awtorizzat meta l-qabdiet tal-flotot ta’ l-ibgħad reġjuni ma jkunux biżżejjed biex jiggarantixxu qligħ għall-istrutturi tat-trasformazzjoni tal-ħut f'dawn ir-reġjuni. Il-Kummissjoni turi fir-rapport tagħha COM(2006)0734, paġna 9, li "għal xi industriji l-importazzjonijiet huma bżonnjużi għall-ekonomiji ta’ skala u għall-użu tal-kapaċità sħiħa ta' l-intrapriża".

Emenda 9

Premessa 6

(6) Sabiex jintlaħqu sew l-għanijiet ta' dan ir-Regolament u sabiex tkun żgurata l-konformità mal-Politika Komuni tas-Sajd, l-għajnuna għandha tkun limitata għall-prodotti tas-sajd maqbuda u pproċessati skond ir-regoli tagħha.

(6) Sabiex jintlaħqu sew l-għanijiet ta' dan ir-Regolament u sabiex tkun żgurata l-konformità mal-Politika Komuni tas-Sajd, l-għajnuna għandha tkun mogħtija għall-prodotti tas-sajd maqbuda u pproċessati skond ir-regoli tagħha kif ukoll għall-materji primi użati għall-ipproċessar tal-ħut.

Ġustifikazzjoni

F'uħud mill-ibgħad reġjuni, jinħtieġ li tingħata wkoll għajnuna konnessa mal-materji primi użati għall-ipproċessar tal-ħut. Iż-żjut, il-melħ u l-materji primi l-oħra użati, pereżempju fis-settur tat-trasformazzjoni, jirrappreżentaw spejjeż supplementari għall-intrapriżi ta' l-ibgħad reġjuni.

Emenda 10

Premessa 7 a (ġdida)

 

(7 a) Tista' tingħata deroga għall-politika tal-Kummissjoni li ma tigix awtorizzata għajnuna ta' l-Istat fil-każ ta' proċessi fis-settur tal-produzzzjoni, tat-trasformazzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd, li t-Trattat jerreferi għalihom, bħala tpattija għall-iżvantaġġi speċifiċi tal-produzzjoni tal-ħut fl-ibgħad reġjuni, liema żvantaġġi huma marbuta ma' l-iżolazzjoni, ma' l-insularità, mal-bgħudija, ma' zona limitata, ma' riljiev ġeografiku, mal-klima u mad-dipendenza ekonomika fuq numru żgħir ta' prodotti.

Ġustifikazzjoni

L-istess bħal fil-każ tal-POSEI għall-agrikultura, is-sajd għandu bl-istess mod jibbenefika minn reġim ta' eċċezzjonijiet għall-ibgħad reġjuni f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-għajnuna mill-Istat.

Emenda 11

Premessa 9

(9) Biex ikun possibli li tittieħed deċiżjoni dwar jekk titkompliex l-iskema tal-kumpens wara l-2013, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ibbażat fuq evalwazzjoni indipendenti fi żmien xieraq qabel ma tintemm l-iskema.

(9) Biex ikun possibli li tiġi riveduta l-iskema tal-kumpens, filwaqt li jitqiesu l-objettivi ta' dan ir-regolament, il-Kummissjoni għandha, minn issa sal-31 ta' Diċembru 2011, tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ibbażat fuq evalwazzjoni indipendenti, li turi l-impatt tal-miżuri implimentati fil-qafas ta' dan ir-regolament, u akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, minn proposti leġiżlattivi.

Emenda 12

Artikolu 1, parti introduttorja

Dan ir-Regolament idaħħal skema għall-perjodu l-2007 sa l-2013 biex jipprovdi kumpens, lill-operaturi stipulati fl-Artikolu 3, għall-ispejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti mir-reġjuni li ġejjin minħabba l-iżvantaġġi speċifiċi ta' dawk ir-reġjuni (hawn taħt imsejjaħ bħala "il-kumpens"):

Dan ir-Regolament idaħħal skema għall-perjodu l-2007 sa l-2013 biex jipprovdi kumpens, lill-operaturi stipulati fl-Artikolu 3, għall-ispejjeż addizzjonali, li huma riżultat tal-bgħudija, għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti mill-ibgħad reġjuni, li ġejjin minħabba l-iżvantaġġi speċifiċi ta' dawk ir-reġjuni (hawn taħt imsejjaħ bħala "il-kumpens"):

Emenda 13

Artikolu 3, paragrafu 1, parti introduttorja

1. Il-kumpens għandu jitħallas lill-operaturi li ġejjin li jidħlu għal spejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd:

1. Il-kumpens għandu jitħallas lill-operaturi li ġejjin li jidħlu għal spejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-bgħudija għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd tar-reġjuni msemmija f'Artikolu 1:

Ġustifikazzjoni

B'koerenza mat-titolu propost għar-regolament. Ara l-emenda 1 tar-rapporteur.

Emenda 14

Artikolu 3, paragrafu 1, punt c

c) l-operaturi fis-settur ta' l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni jew assoċjazzjonijiet ta' operaturi bħal dawn, li jidħlu fi spejjeż addizzjonali biex jikkummerċjalizzaw il-prodotti kkonċernati.

c) l-operaturi fis-settur ta' l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni jew assoċjazzjonijiet ta' operaturi bħal dawn, li jidħlu fi spejjeż addizzjonali biex jipproduċu, jipproċessaw u jikkummerċjalizzaw il-prodotti kkonċernati.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jiġu kkunsidrati fatturi oħra, li jikkonċernaw l-ibgħad reġjuni, partikolarment in-nuqqas ta' ekonomiji ta' skala u l-ispejjeż kbar tal-produzzjoni. Għalhekk m'għandhiex issir enfasi żejda fuq l-ispejjeż tat-trasport biss u jeħtieġ li wieħed jikkunsidra l-ispejjeż l-oħra tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni. Għandhom jitqiesu bl-istess mod l-ispejjeż supplementari konnessi ma' l-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd.

Emenda 15

Artikolu 4, paragrafu 3, punt c a (ġdid)

 

c a) monitoraġġ.

Ġustifikazzjoni

Il-monitoraġġ huwa regola tas-CFP li trid tiġi rispettata.

Emenda 16

Artikolu 4, paragrafu 4, punt b

b) Maqbuda minn bastimenti tas-sajd Komunitarji li mhumiex irreġistrati f'port ta' wieħed mir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 1,

b) Maqbuda minn bastimenti tas-sajd Komunitarji li mhumiex irreġistrati f'port ta' wieħed mir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 1, bl-eċċezzjoni tar-rikors għall-użu ta' ħut maqbud mill-bastimenti Komunitarji meta l-qabdiet mir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 1 ma jkunux biżżejjed biex isostnu l-industrija ta' l-ipproċessar tagħhom;

Ġustifikazzjoni

Għandha tinżamm, kif prevista fl-iskema preċedenti, il-possibilità - fil-każ ta' insuffiċjenza ta' qabdiet tal-flotot lokali, il-provvista regolari lill-industrija ta' l-ipproċessar lokali mill-bastimenti komunitarji, b'mod li tiggarantixxi l-attività ekonomika u l-impjiegi f'dawn ir-reġjuni.

Emenda 17

Artikolu 4 a (ġdid)

 

Artikolu 4 a

 

Prodotti oħra ammissibbli

 

Jista' jingħata bl-istess mod kumpens dwar xi prodotti użati fl-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd, sakemm dan il-kumpens ma jikkostitwixxix akkumulazzjoni ta' għajnuniet Komunitarji għall-istess prodott.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea tindika fir-rapport tagħha COM(2006)734 dwar l-ibgħad reġjuni li "xi industriji jiddependu mill-importazzjonijiet biex iwettqu ekonomiji ta' skala u biex jagħmlu użu mill-kapaċitajiet kollha ta' l-intrapriżi" (p. 9, paragrafu 2). Xi prodotti bħaż-żjut, il-melħ u oħrajn użati għall-ipproċessar tal-ħut għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna.

Emenda 18

Artikolu 5, paragrafu 2, punt a

a) għal kull prodott tas-sajd, l-ispejjeż addizzjonali kawża ta' l-iżvantaġġi speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati, partikolarment l-infiq għat-trasport lejn il-kontinent Ewropew,

a) għal kull prodott tas-sajd, l-ispejjeż addizzjonali kawża ta' l-iżvantaġġi speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati, partikolarment l-infiq għat-trasport lejn il-kontinent Ewropew u bejn ir-reġjuni ġirien imsemmija fl-Artikolu 1;

Ġustifikazzjoni

Il-kumpens ta' l-ispejjeż addizzjonali għandu wkoll jikkunsidra l-kummerċjalizzazzjoni bejn l-ibgħad reġjuni.

Emenda 19

Artikolu 5, paragrafu 2, punt b

b) kull tip ieħor ta' intervent pubbliku li jaffettwa l-livell ta' spejjeż addizzjonali.

b) għal kull prodott tas-sajd, l-ispejjeż addizzjonali relatati ma' l-ispejjeż tat-trasport f'kull reġjun imsemmi fl-Artikolu 1 u maħluqa minħabba l-pożizzjoni ġeografika;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda timmira wkoll li tqis l-ispejjeż addizzjonali tat-trasport fl-ibgħad reġjuni, karatterizzati minn pożizzjoni mbiegħda ġeografikament, bħal m'hu l-każ ta' l-Azores u l-Gżejjer Kanari, bil-għan li tippromwovi s-suq lokali.

Emenda 20

Artikolu 5, paragrafu 2, punt ba (ġdid)

b a) it-tip ta' destinatarji, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għas-sajd fuq skala żgħira viċin il-kosta u għas-sajd artiġjanali;

Ġustifikazzjoni

Il-kumpens ta’ l-ispejjeż addizzjonali għandu wkoll iqis it-tip ta' destinatarji, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lis-sajd fuq skala żgħira viċin il-kosta u lis-sajd artiġjanali.

Emenda 21

Artikolu 5, paragrafu 2, punt bb (ġdid)

b b) kull tip ieħor ta' intervent pubbliku li jkollu impatt fuq il-livell ta' spejjeż addizzjonali.

Ġustifikazzjoni

Il-kumpens għall-ispejjeż addizzjonali għandu wkoll iqis il-fatturi l-oħra li jinfluwenzaw il-livell ta' spejjeż addizzjonali.

Emenda 22

Artikolu 5, paragrafu 3

3. Il-kumpens għall-ispejjez adizzjonali għandu jkun proporzjonali għall-ispejjeż addizzjonali li għalihom il-kumpens huwa mmirat li jpatti, u m'għandux jaqbeż il-75% ta' l-ispejjez tat-trasport lejn il-kontinent Ewropew u spejjeż oħra relatati.

3. Il-kumpens għall-ispejjeż addizzjonali għandu jkun proporzjonali għall-ispejjeż addizzjonali li għalihom il-kumpens huwa mmirat li jpatti u għandu jkopri l-ispejjez tat-trasport lejn il-kontinent Ewropew u bejn ir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 1 u spejjeż oħra relatati.

Ġustifikazzjoni

Il-kumpens għandu jkun jista' jkopri b'mod sħiħ l-ispejjeż maħluqa minħabba l-bgħudija, b'mod partikolari meta tkun involuta l-koeżjoni ekonomika u soċjali, filwaqt li jkun garantit għall-Istati Membri l-marġinu ta' evalwazzjoni meħtieġ għad-determinazzjoni ta' l-ammont.

Emenda 23

Artikolu 5, paragrafu 4, inċiż a

a) L-Ażores u Madeira: EUR 4,283,992;

a) L-Ażores u Madeira: EUR 4,855,314;

Ġustifikazzjoni

Il-pakkett finanzjarju annwali żdied b'żewġ miljuni euro, filwaqt li nżammet il-bażi tat-tqassim bejn l-Istati Membri, bil-għan li tiġi ffaċċjata ż-żieda fl-ispejjeż tat-trasport u ta' l-enerġija mill-2003, filwaqt li titqies il-flessibilità ġdida offruta mir-regolament li se tippermetti użu aħjar ta' l-approprjazzjonijiet. Għandu jiġi mfakkar li l-pakkett finanzjarju se jiżdied minn 15-il miljun euro għal madwar 17-il miljun euro, ammont li, minkejja li meta jiġu kkunsidrati r-restrizzjonijiet permanenti li jikkaratterizzaw l-ibgħad reġjuni mhuwiex daqstant importanti, madankollu jikkontribwixxi għall-objettiv tal-koeżjoni ekonomika u soċjali.

Emenda 24

Artikolu 5, paragrafu 4, inċiż b

(b) Il-Gżejjer Kanari: EUR 5,844,076;

(b) Il-Gżejjer Kanari: EUR 6,623,454;

Ġustifikazzjoni

Il-pakkett finanzjarju annwali żdied b'żewġ miljuni euro, filwaqt li nżammet il-bażi tat-tqassim bejn l-Istati Membri, bil-għan li tiġi ffaċċjata ż-żieda fl-ispejjeż tat-trasport u ta' l-enerġija mill-2003, filwaqt li titqies il-flessibilità ġdida offruta mir-regolament li se tippermetti użu aħjar ta' l-approprjazzjonijiet. Għandu jiġi mfakkar li l-pakkett finanzjarju se jiżdied minn 15-il miljun euro għal madwar 17-il miljun euro, ammont li, minkejja li meta jiġu kkunsidrati r-restrizzjonijiet permanenti li jikkaratterizzaw l-ibgħad reġjuni mhuwiex daqstant importanti, madankollu jikkontribwixxi għall-objettiv tal-koeżjoni ekonomika u soċjali.

Emenda 25

Artikolu 5, paragrafu 4, inċiż c

c) Il-Guiana Franċiża u Réunion: EUR 4,868,700

c) Il-Guiana Franċiża u Réunion: EUR 5,518,000

Ġustifikazzjoni

Il-pakkett finanzjarju annwali żdied b'żewġ miljuni euro, filwaqt li nżammet il-bażi tat-tqassim bejn l-Istati Membri, bil-għan li tiġi ffaċċjata ż-żieda fl-ispejjeż tat-trasport u ta' l-enerġija mill-2003, filwaqt li titqies il-flessibilità ġdida offruta mir-regolament li se tippermetti użu aħjar ta' l-approprjazzjonijiet. Għandu jiġi mfakkar li l-pakkett finanzjarju se jiżdied minn 15-il miljun euro għal madwar 17-il miljun euro, ammont li, minkejja li meta jiġu kkunsidrati r-restrizzjonijiet permanenti li jikkaratterizzaw l-ibgħad reġjuni mhuwiex daqstant importanti, madankollu jikkontribwixxi għall-objettiv tal-koeżjoni ekonomika u soċjali.

Emenda 26

Artikolu 5, paragrafu 4a (ġdid)

4a. L-ammonti msemmija fil-Paragrafu 4 se jkunu sottomessi ta' kull sena għall-aġġustament tekniku previst fil-punt 16 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja solida1.

 

___________

1 ĠU C 139, 14.6.2006, p.1.

Emenda 27

Artikolu 7, paragrafu 1

1. Fi żmien erba' xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jissottometti lill-Kummissjoni l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) u l-livell ta' kumpens imsemmi fl-Artikolu 5. Hawn taħt flimkien imsejħa "il-pjan għall-kumpens".

1.Fi żmien erba' xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jissottometti lill-Kummissjoni l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-livell ta' kumpens imsemmi fl-Artikolu 5, kif ukoll lista dettaljata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati biex ikun żgurat li d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(2) sa (4) jiġu rispettati. Hawn taħt flimkien imsejħa "il-pjan għall-kumpens".

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tiggarantixxi li l-ħut li nqabad b'mod legali biss ikun jista' jibbenefika mill-kumpens previst fir-regolament.

Emenda 28

Artikolu 7, paragrafu 4

4. Jekk Stat Membru jdaħħal emendi skond l-Artikolu 6, għandu jgħaddi lill-Kummissjoni l-pjan tal-kumpens emendat tiegħu. Il-proċedura stipulata fil-paragrafi 2 u3 tapplika mutatis mutandis.

4. Jekk Stat Membru jdaħħal emendi skond l-Artikolu 6, għandu jgħaddi lill-Kummissjoni l-pjan tal-kumpens emendat tiegħu. Jekk il-Kummissjoni ma tirrispondix fi żmien erba' ġimgħat li jibdew jgħoddu mid-data li fiha tirċievi l-pjan emendat, dan ta' l-aħħar jiġi meqjus li huwa approvat.

Emenda 29

Artikolu 7 a (ġdid)

 

Artikolu 7a

 

Modulazzjoni ta' l-ammonti

 

Tista' tiġi applikata modulazzjoni waħda bejn ir-reġjuni li jappartjenu għall-istess Stat Membru, fil-limiti tal-qafas finanzjarju globali ta' dan ir-regolament.

Emenda 30

Artikolu 7 b (ġdid)

 

Artikolu 7 b

 

Għajnuna Statali

 

1. Għall-prodotti tas-sajd li għalihom japplikaw l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat, il-Kummissjoni tista' tawtorizza għajnuniet fis-setturi tal-produzzjoni, tat-trasformazzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti msemmija, bħala tpattija għall-iżvantaġġi speċifiċi ta' l-ibgħad reġjuni, liema żvantaġġi huma marbuta ma' l-iżolazzjoni, ma' l-insularità u mal-bgħudija.

 

2. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-għajnuniet, bħala parti mill-pjanijiet ta' kumpens u approvati minnha b'konformità ma' l-Artikolu 7. L-għajnuniet notifikati b'dan il-mod jiġu meqjusa li jissodisfaw l-obbligu ta' informazzjoni previst fl-Artikolu 88(3), l-ewwel sentenza, tat-Trattat.

Emenda 31

Artikolu 8, paragrafu 1

1. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jfassal rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-kumpens u jgħaddih lill-Kummissjoni sat-30 ta' April ta' kull sena.

1. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jfassal rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-kumpens u jgħaddih lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena.

Ġustifikazzjoni

Ċerti Stati Membri bħal Franza għandhom bżonn ta' iktar ħin biex iħejju r-rapport tagħhom fuq il-bażi ta' informazzjoni solida.

Emenda 32

Artikolu 8, paragrafu 2

2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' evalwazzjoni indipendenti, tagħti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-kumpens, flimkien fejn meħtieġ, ma' proposti leġiżlattivi.

3. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011, u wara, darba kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' evalwazzjoni indipendenti, tagħti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-kumpens, flimkien fejn meħtieġ, ma' proposti leġiżlattivi.

Emenda 33

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet xierqa biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u r-regolarità ta' l-operazzjonijiet.

L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet xierqa biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u r-regolarità ta' l-operazzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet dwar it-traċċabbiltà tal-prodotti tas-sajd huma dettaljati biżżejjed biex jippermettu l-identifikazzjoni tal-prodotti li mhux ammissibbli li jibbenefikaw mill-kumpens.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jiddaħħlu rekwiżiti iktar dettaljati sabiex ikun żgurat li jkunu biss il-prodotti legali tas-sajd li jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-kumpens.

Emenda 34

Artikolu 14, paragrafu 2

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.

Għandha tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Ġustifikazzjoni

Is-sistema stabbilita m'għandhiex tkun limitata fiż-żmien, peress li dan il-kumpens jimmira li jingħelbu l-ostakoli strutturali permanenti relatati mal-bgħudija. Għalhekk, ma tagħmilx sens l-eżistenza ta' klawżola ta' skadenza, kuntrarjament għall-programmi POSEI-Agrikultura (Regolament (KE) 247/2006).

  • [1]  Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

L-Unjoni Ewropea ilha tati sa mill-1992 għajnuniet għal produzzjoni, it-trasformazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' "prodotti tas-sajd" mill-ibgħad reġjuni, bl-iskop li tagħti kumpens għall-ispejjeż żejda għat-trasport ta' prodotti tas-sajd mill-ibgħad reġjuni lejn is-swieq kontinentali komunitarji. Dawn is-sistemi ta' kumpens, imnedija fl-1992 u mġedda fl-1994, 1995, 1998 u 2002 għall-ewwel kienu ingħataw lill-arċipelagu ta' l-Azores, ta' Madeira u tal-gżejjer Kanari u kienu ġew estiżi għat-territorji Franċiżi tal-Guiana u ta' Réunion fl-1998.

Din il-proposta għal regolament tal-Kunsill għandha l-iskop li ġġedded din l-iskema ta' għajnuna li tapplika sal-31 ta' Diċembru 2006 permezz tar-regolament (KE) Nru 2328/2003 tal-Kunsill, u biex tagħmilha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.

Kuntest ġenerali tal-proposta

–    Din il-proposta tipprevedi skema ta' għajnuna għall-ibgħad reġjuni għall-perjodu 2007 sa 2013, bħala kumpens għall-ispejjeż żejda li jsofru l-operaturi minħabba t-trasport ta' ċerti "prodotti tas-sajd", kif deskritti fl-ewwel Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 tal-Kunsill.

–    L-għajnuna tista' tingħata:

      * lill-produtturi,

      * lill-propretarji jew “charterers” ta' bastimenti tas-sajd,

      * lill-operaturi fis-settur tat-trasformazzjoni.

–    L-Istati Membri konċernati jiddeterminaw għar-reġjuni tagħhom li huma ammissibbli għal din l-iskema, il-lista tal-prodotti tas-sajd u l-kwantitajiet ta' dawn il-prodotti li jistgħu jingħatalhom kumpens komunitarju. Hekk kull Stat Membru jiddetermina hu għar-reġjunijiet tiegħu l-livell ta' għajnuna għal kull prodott tas-sajd, billi dan il-livell jista' jvarja fl-istess reġjun innifsu, jew bejn reġjuni differenti ta' l-istess Stat Membru.

–    It-total ta' l-ammont ta' kumpens ma jkunx jista' jaqbeż:

a)      għall-Azores u l-Madeira:            EUR 4,283,992;

b)     għall-Ġżejjer Kanari:                    EUR 5,844,076;

c)      għall-Guiana u Réunion:               EUR 4,868,700.

–    Għandu jitqies l-iżvilupp taċ-ċirkustanzi, u l-Istati Membri kkonċernati jkunu jistgħu jadattaw il-lista tal-kwantitajiet tal-prodotti tas-sajd li jkunu ammissibbli, kif ukoll tal-livell ta' kumpens, sakemm l-ammont totali ma jinqabiżx.

–    Billi l-appoġġ li jingħata mill-UE m'hu bl-ebda mod ta' natura strutturali, dan jiġi ffinanzjat mill-fondi ta' garanzija Ewropej għall-agrikultura (EAGF) għall-ammont totali ta' 15-il miljun Euro fis-sena.

–    Kull Stat Membru kkonċernat għandu jfassal rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-kumpens u jgħaddih lill-Kummissjoni sat-30 ta' April ta' kull sena.

Karatteristiċi ta' l-ibgħad reġjuni

Minħabba l-bogħod, l-insularità, l-iżolament, iċ-ċokon, it-topografija u l-klima diffiċli tagħhom, l-ibgħad reġjuni tal-Komunità jibqgħu lura fl-iżvilupp fil-qasam soċjo-ekonomiku. Id-dipendenza tagħhom fuq ċerti prodotti, is-swieq ristretti u n-natura doppja tagħhom bħala reġjuni komunitarji, kif ukoll bħala territorji li qegħdin fl-ambjent ta' pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw, jikkundizzjona n-nisġa ekonomika u soċjali tagħhom. Dan jgħodd ukoll għas-settur tas-sajd li l-ħila tiegħu li jiġi assorbit mis-swieq lokali hija limitata u li jkollu jsofri l-ispejjeż addizzjonali, bħall-ispejjeż ta' trasport għall-kontinent Ewropew.

Rigward dawn, jeħtieġ li jiġu nnutati ċerti aspetti fundamentali tas-sitwazzjoni soċjo-ekonomika ta' dawn ir-reġjuni:

–    il-PGD għal kull abitant li huwa anqas mill-medja komunitarja;

–    ir-rati ta' qgħad għoljin f'ċerti reġjuni u sitwazzjonijiet serji ta' prekarjetà ta' impjiegi;

–    is-settur primarju li jiddependi ħafna minn sorsi tradizzjonali u li jkompli jħaddem parti kbira mill-popolazzjoni. L-intrapriżi ta' xejra familjali għandhom irwol partikulari, b'mod speċjali fis-settur tas-sajd;

–    l-ispejjeż addizzjonali rigward il-ħażna, it-trasport u l-loġistika tad-dinamika ta' l-impriżi li jipprattikaw il-qbid u t-trattament tal-ħut, is-swieq lokali limitati u d-diffikultà ta' aċċess għas-swieq fejn jinbiegħu l-prodotti tagħhom.

L-importanza ta' l-iskema ta' kumpens għall-ibgħad reġjuni

Għalkemm ma jeżistu ebda indikaturi dwar l-impatt kwantitattiv għall-ibgħad reġjuni konċernati meħuda flimkien, hemm ġustifikazzjoni biex wieħed jistqarr li l-iskema tiffavorixxi l-kundizzjonijiet li fihom l-operaturi ekonomiċi tas-settur jistgħu jkomplu l-attività kummerċjali tagħhom, li jfisser benefiċċji soċjo-ekonomiċi għall-popolazzjonijiet lokali kollha. Li jinżamm sors ta' impjieġi mis-sajd ikun qed jiggarantixxi l-impjiegi f'regjuni fejn hemm ftit alternattivi oħrajn. Il-prodotti tas-sajd li din l-iskema tkopri jirrapreżentaw parti kbira mill-esportazzjoni ta’ l-ibgħad reġjuni.

L-iskema għalhekk tistimula l-attività ta' produzzjoni, trasformazzjoni u kummerċjalizzazzjoni lokali u tippermetti li l-intrapriżi assoċjati ma' prodotti tas-sajd ikunu jistgħu jaffrontaw il-kompetizzjoni minn intrapriżi komunitarji fl-istess settur.

Ir-riżultati ta' l-istudju ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea juri li b'mod ġenerali l-iskema għall-kumpens ippermettiet li s-settur tas-sajd ikun jista' jiffaċċja kompetizzjoni akbar fis-suq intern li qiegħed ikun miftuħ dejjem aktar għal pajjiżi terzi, b'mod partikulari għall-pajjiżi ta' l-ACP. Il-politika ta' kumpens timplika li jkun hemm ekonomiji ta' skala (economies of scale) u dħul finanzjarju konsiderevoli għal benefiċarji rispettivi u jippermetti li dawn jikkompetu ma' l-intrapriżi tal-kontinent Ewropew bl-istess ammont ta' spejjeż. L-iskema ppermettiet lill-benefiċarji li jżommu sehem mis-suq li seta' jittieħed mill-kompetizzjoni.

L-iskema għall-kumpens iffaċilitat ukoll l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni ta' ċerti attivitajiet. Il-produzzjoni mill-akwakultura fil-Gżejjer Kanari, pereżempju, hija destinata l-aktar għas-suq kontinentali, u bbenefikat bil-kbir mill-iskema. Dan jista' jingħad ukoll għall-industrija ta' l-ippakkjar tat-tonn fl-Azores, għall-flettijiet tat-tonn, għall-fjamma sewda (Aphanopus carbo ) f'Madeira, kif ukoll għall-industrija tal-gambli fil-Guiana. B'hekk, l-impjiegi stabbilizzaw ruħhom jekk mhux ukoll żdiedu.

Każijiet partikulari

L-Azores u l-Madeira

- Fir-reġjuni ta' l-Azores u l-Madeira ta' min isemmi li l-industrija lokali tal-konservazzjoni tirrappreżenta volum ta' produzzjoni li huwa kważi n-nofs ta’ l-esportazzjonijiet u persentaġġ sinifikattiv mill-impiegi tal-popolazzjoni. Id-destinazzjonijiet ta' dawn il-prodotti huma essenzjalment il-Portugal kontinentali, l-Italja u ċertu suq li jidher li donnu se jiżviluppa fl-Ewropa Ċentrali.

Madankollu, il-kundizzjonijiet speċifiċi ta' dawn ir-reġjuni, karatterizzati miċ-ċokon tagħhom u mis-sitwazzjoni ġeografika msemmijin fl-Artikolu 299, paragrafu 2 tat-Trattat, jimplikaw spejjeż addizzjonali għall-produzzjoni, it-trasformazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd. Din is-sitwazzjoni ddgħajjef il-kompetittività tar-reġjuni msemmija ma' intrapriżi simili fil-kontinent Ewropew.

L-insularità u l-bogħod ta' dawn ir-reġjuni mit-territorju komunitarju kontinentali jimplikaw spejjeż addizzjonali assoċjati ma' dawn l-elementi:

–    spiża għolja tat-trasport,

–    spiża addizzjonali għall-materja prima (melħ, żjut, laned għall-konservazzjoni, eċċ.),

–    enerġija bi prezz ogħla,

–    assikurazzjoni tat-trasport,

–    etc.

Niftakru li l-Azores huma wieħed mit-tletin reġjun ta' l-Unjoni Ewropea li jiddependu l-aktar mis-sajd!

- Il-gzejjer Kanari -

Dak li ntqal għall-arċipelagu Portugiż japplika wkoll għall-Gżejjer Kanari f'dak li jirrigwarda is-settur tat-tonn, tas-sardin, tal-kavalli u tal-prodotti ċefalopodi u ta' l-akwakultura, li l-ispiża żejda għalihom hija wkoll marbuta mal-materja prima, l-enerġija u l-ispejjeż tat-trasport.

- Il-Guiana u Réunion -

Id-dipartimenti barranin Franċiżi ta' Guiana u Réunion għandhom l-istess problemi li jkomplu jikbru aktar minħabba ċerti fatturi bħalma huma:

-     in-nuqqas ta' kreditu marittimu għall-ispejjeż finanzjarji;

-     il-ħtieġa li jinżammu ammonti kbar ta' “spare parts” għall-bastimenti;

-     il-prezzijiet tal-bastimenti li huma ogħla għoljin minn dawk tal-bastimenti kontinentali;

-     il-kompetizzjoni diretta fl-esportazzjoni minn ċerti pajjiżi terzi ta' l-Amerika Ċentrali u ta' l-Amerika t'Isfel.

Konsiderazzjonijiet tar-Rapporteur

Konsiderazzjonijiet ġenerali

Ir-rapporteur jieħu gost jara li l-proposta tal-Kummissjonui sa fl-aħħar tikkunsidra fil-bażi legali tagħha l-Artikolu 299, paragrafu 2 tat-Trattat.

L-Artiklu 299, paragrafu 2 tat-Trattat tal-Komunità Ewropea daħħal fil-liġi ewlenija ta' l-Unjoni Ewropea l-kunċett ta' ultraperiferiċità (bogħod, insularità, ċokon, topografija u klima diffiċli, dipendenza ekonomika fuq għadd żgħir ta' prodotti) u dan jikkostitwixxi l-bażi ġuridika li jippermetti lill-Kunsill jadotta, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament, miżuri speċifiċi li japplikaw għall-ibgħad reġjuni.

Il-karatteristika partikulari ta' ultraperiferiċità, rikonoxxuta mill-awturi tat-Trattat ta' Maastricht bl-introduzzjoni tad-Dikjarazzjoni 26 tat-Trattat ta' Amsterdam (l-Artikolu 299, paragrafu 2, diġà kkwotat), u minn bażi legali għall-ibgħad reġjuni, u l-konferma tagħha reċenti fit-Trattat tal-Kostituzzjoni, jikkostitwixxu l-bażi ta' l-azzjoni komunitarja pożittiva fir-rigward ta’ dawn ir-reġjuni sabiex ikunu jistgħu jittaffew il-konsegwenzi ta' l-iżvantaġġi permanenti ta' l-ultraperiferiċità, u sabiex tgħin l-iżvilupp ta' l-ibgħad reġjuni u l-konverġenza tagħhom lejn il-bqija tal-firxa komunitarja.

Ir-rapporteur japprova l-viżjoni strateġika tal-Kunsill, ikkonfermata mill-Parlament Ewropew, mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u mill-Kumitat għar-Reġjuni li jenfasizzaw il-ħtieġa li tiġi adottata strateġija proprja u speċifika għall-għajnuna għall-iżvilupp ta' l-ibgħad reġjuni, b'mod partikulari fis-settur tas-sajd, ippreżentata fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar sħubija msaħħa għall-ibgħad reġjuni (COM(2004)(0543).

Minkejja l-eliminazzjoni gradwali ta' ostakoli kummerċjali fl-intern tas-suq waħdieni Ewropew li kkontribwiet biex isaħħaħ l-ekonomiji ta' skala, l-ostakoli naturali għall-iskambju li għadhom jeżistu fl-ibgħad reġjuni jdgħajfu l-pożizzjoni ta' l-intrapriżi li jinsabu f'dawn ir-reġjuni, meta mqabbla ma' dawk li jibbenefikaw bis-sħiħ mill-aċċess għas-suq komunitarju. L-intrapriżi fl-ibgħad reġjuni jeżerċitaw l-attività tagħhom f'suq lokali limitat, frammentat u mbiegħed, li ma jippermettilhomx li jibbenefikaw bl-istess kundizzjonijiet mill-ekonomiji ta' skala.

Il-każ partikulari tas-sajd

Ir-rapporteur iqis li huwa fundamentali li biex s-settur tas-sajd fl-ibgħad reġjuni jibqa' ħaj, l-iskema ta' kumpens li din il-proposta għandha timplimenta trid tikkunsidra l-ispeċifiċitajiet attwali tas-suq, u għalhekk jissuġġerixxi xi emendi għat-test bażiku ppreżentat mill-Kummissjoni Ewropea.

Suġġerimenti tar-Rapporteur:

–    L-iskema POSEI għas-sajd (Programme d'options spécifiques à l'éloignement et à l'insularité) għandha tkun skema permanenti u mhux marbuta biż-żmien, l-istess bħall-POSEI għall-agrikultura, minħabba li l-limitazzjonijiet ġeografiċi u strutturali li jiġġustifaw l-implimentazzjoni tagħha ma jistgħux jinbidlu.

–    Il-kumpens m'għandux ikun ibbażat biss fuq l-ispejjeż ta' trasport u m'għandux jillimita ruħu għal 75% minn dawn l-ispejjeż (m'hemmx limitu fil-POSEI għall-agrikultura), anke jekk wieħed jaċċetta li għandu jiġi evitat kumpens żejjed.

–    Ir-rikors għall-esportazzjoni għandu jiġi awtorizzat għaliex il-qbid tal-flotot ta' l-ibgħad reġjuni mhux biżżejjed biex jiggarantixxi l-profitt għall-impjanti tat-trasformazzjoni tal-ħut f'dawn ir-reġjuni. Barra minn hekk il-Kummissjoni tindika fir-rapport tagħha COM(2006)0734, p. 9, li "għal xi industriji l-importazzjonijiet huma bżonnjużi għall-ekonomiji fil-kobor u għall-użu tal-kapaċità sħiħa ta' l-intrapriża."

–    L-għajnuna mogħtija fi ħdan din l-iskema għandha tkun akbar u mhux immirata biss għall-ispejjeż inerenti għall-infiq fuq it-trasport biex jitwassal il-prodott tas-sajd. Jeżistu spejjeż oħra addizzjonali ta' ħażna u dawk marbutin mal-loġistika tal-qbid, it-trasformazzjoni tal-ħut u l-kummerċjalizzazzjoni fis-swieq tad-destinazzjoni u jkun tajjeb li dawn jiġu kkunsidrati.

–    L-ispejjeż addizzjonali għall-użu ta' materji primi bħaż-żjut, il-melħ, eċċ. għandhom jibbenefikaw ukoll minn għajnuna.

–    Fil-limitu ta' l-allokazzjoni annwali attribwita għar-reġjuni konċernati, irid ikun possibbli li jiġu kkontrollati l-ammonti ta' kumpens bejn ir-reġjuni ta' Stat Membru u bejn l-Istati Membri, sabiex isir l-aħjar użu minnhom.

–    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiftaħ skeda ta' eċċezzjoni għall-ibgħad reġjuni f'dak li jikkonċerna l-għajnuniet Statali fis-settur tas-sajd, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet previsti fir-reviżjoni riċenti ta' POSEI għall-agrikultura.

–    Ir-rapporteur jaqbel mal-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun hemm aktar flessibilità għall-Istati Membri biex dawn ikunu jistgħu jiddeterminaw u jadottaw huma stess il-prodotti tas-sajd li huma ammissibbli u l-kwantitajiet korrispondenti, u biex jiffissaw l-ammonti ta' kumpens rispettivi, skond il-limitu permess ta' l-allokazzjoni mogħtija lir-reġjuni konċernati.

OPINJONI tal-kumitat għall-baġit (21.3.2007)

għall-attenzjoni tal-Kumitat għas-sajd

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jdaħħal skema ta' kumpens għall-ispejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, minn Madeira, mill-Gżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi ta' Guiana u Réunion, bejn l-2007 u l-2013
(COM(2006)0740 – C6‑0505/2006 – 2006/0247(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Helga Trüpel

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fis-snin 2003-2006, b'konformita ma' l-Artikolu 299(2) tat-Trattat KE dwar miżuri speċifiċi għall-ibgħad reġjuni u r-Regolament tal-Kunsill Nru 2328/2003, il-baġit tal-Komunita pprovda għal kumpens ta' spejjeż addizzjonali mħallsa fil-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, minn Madeira, mill-Gżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi ta' Guiana u Réunion. L-għan tal-proposta kurrenti għar-regolament il-ġdid tal-Kunsill hu li jiġi estiż il-perjodu ta' kumpens ta' dawk l-ispejjeż għas-snin 2007-2013 u li jiġu introdotti xi modifiki ta' l-iskema.

Skond il-Kummissjoni, l-iskop ġenerali tal-modifiki proposti fir-regolament il-ġdid, meta kkumparat ma' dak preċedenti, huwa li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' kumpens ikunu aktar stretti filwaqt li l-Istati Membri jingħataw ċertu flessibilta biex jiddeċiedu dwar l-ispeċijiet u l-kwantitajiet eleġibbli għall-kumpens. L-aħjar eżempju ta' kif il-kundizzjonijiet jiġu ristretti huwa l-limitu għall-kumpensi stabbilit fil-livell ta' 75% ta' l-ispejjeż tat-trasport kif inhuma - fil-fatt, din il-miżura tkun tipprovdi bażi aktar ċara sabiex jiġi determinat l-ammont ta' għajnuna mogħtija minn kif kien il-każ qabel, u għalhekk għandha tiġi milqugħa tajjeb.

Rigward l-eliġibilta tal-prodotti tas-sajd maqbuda minn vapuri li jtajru l-bandiera tal-Venezwela (Artikolu 4(4) punt a), li tista' tkun ta' sorpriża, skond l-informazzjoni mill-Kummissjoni hemm bħalissa 45 vapur Venezolan bil-liċenzja li jaqbdu l-ħut fl-ibħra tal-Guiana Franċiża. Peress li huma mitluba li jħallu 50-75% minn dak li jaqbdu fil-Guiana, u li l-kumpens huwa provdut biss lil kumpaniji ta' proċessar fil-Guiana (u mhux lill-proprjetarji tal-vapuri), din id-dispożizzjoni tidher aċċettabbli.

B'mod ġenerali, ir-rapporteur japprova din il-proposta: l-appoġġ għall-ibgħad reġjuni huwa miżura li sar ftehim dwarha u li ġiet konfermata fit-Trattat, u ħafna mis-sajd li jsir f'dawn l-ibħra, jew il-ħut li jitħalla hawn, huwa r-riżultat ta' sajd lokali u relattivament fuq skala żgħira u, b'hekk għandu jingħata għajnuna biex jilħaq is-suq kontinentali ta' l-UE. Madankollu, huwa ta' importanza fundamentali li jkun żgurat li l-fondi mill-baġit ta' l-UE jiġu użati b'konformita ma' l-objettivi determinati fit-Trattat. Fil-fatt, hemm port wieħed - Las Palmas de Gran Canaria, li huwa rikonoxxut sew bħala port ta' konvenjenza - li minnu jgħaddi l-ħut maqbud illegalment u jidħol fl-UE. Filwaqt li s-sajd lokali li jsir fl-ibħra tal-Gżejjer Kanari ħaqqu li jkun appoġġjat mill-fond propost mill-Kummissjoni, is-sajd illegali m'għandu taħt l-ebda ċirkostanza jkun kopert minn dawn is-sussidji.

Il-Kummissjoni ddeċidiet li waħda mill-prijoritajiet kbar tagħha għall-2007 hija l-ġlieda kontra s-sajd illegali u bħalissa qed tħejji abbozz għal pjan ta' azzjoni ġdid, li għandu jkun akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva ambizzjuża fuq medda wiesgħa. Wieħed mill-komponeneti prinċipali tal-proposta se jkun li jissaħħu l-kontrolli fil-portijiet sabiex ma jitħalliex jidħol fl-UE ħut li nqabad illegalment. Għalhekk il-proposta attwali għall-ibgħad reġjuni tinkludi kundizzjoni li ma jingħatax kumpens għal prodotti tas-sajd "li ġejjin minn sajd illegali, mhux rapportat u mhux irregolat (IUU)" (Artikolu 4(4) punt d). Ir-rapporteur jappoġġja bis-sħiħ dan l-approċċ.

B'konformita ma' l-enfasi tal-Kummissjoni fuq il-ġlieda kontra s-sajd illegali, ġew suġġeriti żewġ emendi għal din il-proposta, it-tnejn li huma mfassla biex jikkomplimentaw dan l-objettiv ta' min ifaħħru u jiżguraw li l-baġit tal-Komunitajiet mhux qed jintuża biex jappoġġja prodotti ta' sajd illegali.

L-Artikolu 7 jirrikjedi li l-Istati Membri konċernati jressqu pjanijiet għal kumpens lill-Kummissjoni, u jindikaw it-tip u l-kwantita ta' prodotti tal-ħut li huma eliġibbli għall-għajnuna, kif ukoll l-ammont tal-kumpens. Ġiet inkluża emenda biex titlob lill-Istati Membri jagħtu indikazzjoni tal-kontrolli li għandhom jiġu implimentati sabiex ikun żgurat li ħut li huwa maqbud legalment, skond id-dispożizzjonijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd (l-Artikolu 4.3) biss jibbenefika mill-kumpens kopert mir-regolament preżenti.

L-Artikolu 10 jgħid li l-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet neċessarji biex tkun żgurata konformita mar-regolament. Peress li l-ġlieda kontra s-sajd illegali hija tant importanti, u minħabba l-isforzi eċċellenti tal-Kummissjoni f'din id-direzzjoni, huma suġġeriti xi dettalji li jikkonċernaw it-tip ta' kontrolli li l-Istati Membri għandhom jipprevedu sabiex il-ħut illegali jibqa' barra mill-UE.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġit jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni[1]Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Artikolu 5 paragrafu 1

1. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jiddetermina, għar-reġjuni tiegħu msemmija fl-Artikolu 1, il-livell ta' kumepns għal kull prodott tas-sajd fil-lista msemmija fl-Artikolu 4. Dan il-livell jista jkun differenti għal reġjuni individwali jew bejn reġjuni ta' l-istess Stat Membru.

1. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jiddetermina, għar-reġjuni tiegħu msemmija fl-Artikolu 1, il-livell ta' kumpens għal kull prodott tas-sajd fil-lista msemmija fl-Artikolu 4. Dan il-livell jista jkun differenti għal reġjuni individwali jew bejn reġjuni ta' l-istess Stat Membru. Il-Kummissjoni stabbiliet metodoloġija komuni biex tikkalkula l-kumpens mill-ġdid.blit une méthodologie commune pour le calcul du niveau des compensations.

Emenda 2

Artikolu 5, paragrafu 4

4. L-ammont totali ta' kumpens kull sena m'għandux ikun aktar minn:

4. L-ammont totali ta' kumpens kull sena m'għandux ikun aktar minn:

a) L-Ażores u Madeira: EUR 4,283,992;

a) L-Ażores u Madeira: EUR 4,546,207;

b) Il-Gżejjer Kanari: EUR 5,844,076;

b) Il-Gżejjer Kanari: EUR 6,201,780;

c) Il-Guiana Franċiża u Réunion: EUR 4,868,700.

c) Il-Guiana Franċiża u Réunion: EUR 5,166,703.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni tipproponi li żżomm l-istess ammonti bħal dawk ta' l-2003. Il-proposta għandha l-għan li tqis l-applikazzjoni ta’ l-aġġustament tekniku ta’ l-intestatura 1 tal-perspettivi finanzjarji maħsuba f'punt 15 tal-Ftehima Interistituzzjonali ta’ l-1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u t-titjib tal-proċedura baġitarja, li ilha fis-seħħ ma mis-sena li għaddiet.

Emenda 3

Artikolu 5, paragrafu 4a (ġdid)

 

4a. L-ammonti msemmija fil-Paragrafu 4 se jkunu sottomessi ta' kull sena għall-aġġustamenti tekniċi previsti fil-punt 16 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja soda1.

 

1 ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

Emenda 4

Artikolu 7, paragrafu 1

1. Fi żmien erba' xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jissottometti lill-Kummissjoni l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) u l-livell ta' kumpens imsemmi fl-Artikolu 5. Hawn taħt flimkien imsejħa "il-pjan għall-kumpens".

1. Fi żmien erba' xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jissottometti lill-Kummissjoni l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-livell ta' kumpens imsemmi fl-Artikolu 5, kif ukoll lista dettaljata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati biex ikun żgurat li jiġu rispettati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(2) sa (4). Hawn taħt flimkien imsejħa "il-pjan għall-kumpens".

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha tiżgura li jkun biss il-ħut maqbud legalment li jibbenefika mill-kumpens previst fir-regolament.

Emenda 5

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet xierqa biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u r-regolarità ta' l-operazzjonijiet.

L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet xierqa biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u r-regolarità ta' l-operazzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet dwar it-traċċabilità tal-prodotti tas-sajd għandhom ikunu dettaljati biżżejjed sabiex jippermettu l-identifikazzjoni ta’ prodotti li mhux ammissibbli li jibbenefikaw minn kumpens.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li jiġu definiti l-kriterji l-aktar dettaljati sabiex jiġi żgurat li jkunu biss il-prodotti tas-sajd legali li jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-kumpens.

PROĊEDURA

Titolu

Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, minn Madeira, mill-Gżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi ta' Guiana u Réunion (2007-2013)

Referenzi

COM(2006)0740 - C6-0505/2006 - 2006/0247(CNS)

Kumitat Responsabbli

PECH

Opinjoni mogħtija

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

17.1.2007

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni:

Data tal-ħatra

Helga Trüpel

20.9.2004

 

 

Eżami fil-kumitat

21.3.2007

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

21.3.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Simon Busuttil, Paulo Casaca, Gérard Deprez, Brigitte Douay, James Elles, Hynek Fajmon, Göran Färm, Salvador Garriga Polledo, Ingeborg Gräßle, Louis Grech, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Monica Maria Iacob-Ridzi, Anne E. Jensen, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Jan Mulder, Francesco Musotto, Esko Seppänen, Nina Škottová, László Surján, Helga Trüpel, Kyösti Virrankoski, Ralf Walter

  • [1]  Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP reġjonali (21.3.2007)

għall-attenzjoni tal-Kumitat għas-sajd

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jdaħħal skema ta' kumpens għall-ispejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, minn Madeira, mill-Gżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi ta' Guiana u Réunion, bejn l-2007 u l-2013
(COM(2006)0740 – C6‑0505/2006 – 2006/0247(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Pedro Guerreiro

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Din il-proposta għal regolament ġiet wara r-rapport ta' implimentazzjoni ppreżentat mill-Kummissjoni fit-30 ta' Novembru 2006, b'xi ftit dewmien, konformi mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 2328/2003 li jistabilixxi skema ta' kumpens għall-ispejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, minn Madeira, mill-Gżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi ta’ Guiana u Réunion minħabba l-bgħudija ta' dawn ir-reġjuni ([1]). Ir-rapport ta' implimentazzjoni kien ibbażat fuq studju estern, ippubblikat f'nofs Settembru 2006, li kkonkluda li l-iskema ta' kumpens għall-perjodu 2003-2006 serviet biex naqqset l-ispejjeż addizzjonali relatati mal-bgħudija u ffaċilitat l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni ta' attivijiet ekonomiċi 'l fuq u 'l isfel, b'hekk tikkontribwixxi wkoll biex tistabilizza, u żżid l-impjiegi f'zoni fejn l-alternattivi ekonomiċi huma ftit. Fost l-eżempji li jissemmew, hemm l-industrija tal-konservazzjoni tat-tonn fl-Azores, l-industrija tal-flett tat-tonn u tal-fjamma sewda (Aphanopus carbo ) f’Madeira u l-industrija tal-gambli fil-Guiana.

Din l-iskema kienet stabbilita fl-1992 biex tgħin lill-produtturi, lill-proprjetarji u lill-operaturi ta' bastimenti reġistrati fil-portijiet ta' Azores, ta' Madeira u tal-Gżejjer Kanari, kif ukoll lill-operaturi fis-setturi ta' l-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni. Sussegwentament din l-iskema ġiet estiża biex tkopri d-dipartimenti Franċiżi ta' Guiana, fl-1994, u Réunion, fl-1998. Ġiet imġedda l-ewwel darba fl-2003, taħt ir-regolament (KE) nru 2328/2003, li skada fil-31 ta' Diċembru 2006. Matul dan l-aħħar perjodu, ġew allokati 60 miljun euro għal din l-iskema, madwar 15-il miljun euro fis-sena; jaqbel li jiġu enfasizzati l-previżjonijiet għolja ta' implimentazzjoni - madwar 85% - anke jekk ir-Regolament (KE) Nru 2328/2003 ma kienx qed jiġi applikat flessibilment biżżejjed.

L-ibgħad reġjuni tal-Komunità[2] huma kostretti fl-iżvilupp soċjali u ekonomiku tagħhom minħabba l-karatteristiċi ta' iżolazzjoni, ta' insularità, ta' daqs żgħir, ta' riljiev ġeografiku u ta' klima diffiċli. Dawn ir-restrizzjonijiet jinħassu wkoll fis-settur tas-sajd li jirrapreżenta, f'uħud minn dawn ir-reġjuni, waħda mill-attivitajiet ekonomiċi prinċipali. Dawn l-ostakoli għall-iżvilupp huma ta' natura strutturali u permanenti; għalhekk, meta tikkunsidra l-Artikolu 299 (2) tat-Trattat u l-istatus ta' l-ibgħad reġjuni, u peress li l-proposta li tinżamm l-iskema ta' kumpens attwali u jsiru l-bidliet li jagħtu flessibilità akbar lill-Istati Membri fl-applikazzjoni tagħha hi meqjusa pożittiva, wieħed jistaqsi x'inhi r-raġuni għaliex din l-iskema m'għandhiex tibqa' miftuħa, bħall-programmi POSEI-Agrikoltura, jiġifieri, mingħajr terminu ta' żmien. Wieħed għandu jistaqsi wkoll dwar il-limitu tal-kumpens finanzjarju ta' l-ispejjeż addizzjonali li jkopri (biss) 75% ta' l-ispejjeż effettivi tat-trasport u spejjeż relatati, kif ukoll għaliex l-iskema tiffoka wisq fuq l-ispejjeż tat-trasport minflok fuq il-kunċett globali tad-distribuzzjoni, li jġib miegħu kunsiderazzjoni ta' l-ispejjeż relatati mal-produzzjoni u mal-kummerċjalizzazzjoni fl-ibgħad reġjuni. F'dan is-sens, u meta wieħed jikkunsidra ż-żieda f'dawn l-ispejjeż, b'mod partikolari l-ispejjeż tat-trasport mill-2003 - kif ukoll l-flessibilità li l-iskema futura se toffri, se jkun meħtieġ li l-pakkett finanzjarju propost jiżdied, mingħajr ma jinbidel is-sehem li qed jagħtu l-Istati Membri.

Ir-rapporteur għal opinjoni jfakkar li r-regolament il-ġdid għandu jżomm, fil-każ ta' kumpens ta' prodotti pproċessati, l-użu ta' ħut maqbud minn bastimenti Komunitarji, meta l-qabdiet tal-flotot lokali ma jkunux biżżejjed biex jissuplixxu l-industrija ta' l-ipproċessar tagħhom.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora dawn l-emendi fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni[3]Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Titolu

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jdaħħal skema li ta' kumpens għall-ispejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, minn Madeira, mill-Gżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi ta' Guiana u Réunion bejn l-2007 u l-2013.

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jdaħħal skema ta' kumpens għall-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-bgħudija għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, minn Madeira, mill-Gżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi tal-Guiana u r-Réunion.

Ġustifikazzjoni

Peress li dan jitratta it-tkomplija mill-ġdid ta' l-iskema li tikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali li ntefqu fil-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd ta' l-ibgħad reġjuni (UPR), kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 2328/2003, li skada fil-31 ta' Diċembru 2006, m'hemm l-ebda raġuni biex wieħed ibiddel it-titolu.

Barra minn dan, peress li l-iskema maħluqa hi destinata biex tikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali li jkollhom l-operaturi fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd ta' dawn l-ibgħad reġjuni minħabba l-iżvantaġġi partikulari tagħhom li huma permanenti, l-iskema m'għandhiex tkun limitata fil-ħin.

Emenda 2

Premessa -1 (ġdida)

(-1) L-ibgħad reġjuni għandhom ekonomiji fraġili, ikkaratterizzati b'fatturi strutturali permanenti li jikkundizzjonaw l-iżvilupp tagħhom u għandhom ftit possibilitajiet ta' diversifikazzjoni ekonomika, li fihom is-settur tas-sajd u l-komunitajiet antiki tas-sajjieda għandhom irwol importanti biex jissalvagwardjaw l-attività ekonomika u l-impjiegi, 'il fuq u 'l isfel, u għall-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jiġu kkunsidrati l-fatturi strutturali permanenti li jikkundizzjonaw l-iżvilupp ta' l-ibgħad reġjuni, kif ukoll l-importanza soċjo-ekonomika tas-settur tas-sajd f'dan il-kuntest li, prinċipalment, irrappreżenta waħda mill-ftit alternattivi ekonomiċi għal dawn ir-reġjuni, u li kkontribwixxa għall-koeżjoni ekonomika u soċjali.

Emenda 3

Premessa -1 a (ġdida)

(- 1 a) Għandhom ikunu kkunsidrati l-ispeċifiċità u d-differenzi settorjali li jeżistu fl-ibgħad reġjuni, peress li dawn ta' l-aħħar għandhom bżonnijiet differenti.

Ġustifikazzjoni

Hu meħtieġ li jkun ikkunsidrat il-fatt li l-ibgħad reġjuni, minkejja li għandhom ċertu numru ta' diffikultajiet komuni, xorta għandhom differenzi konsiderevoli li għandhom jiġu kkunsidrati f'dan ir-regolament, kif ukoll fl-applikazzjoni tiegħu.

Emenda 4

Premessa -1 b (ġdida)

(-1b) Għandha tkun ikkunsidrata ż-żieda fil-prezzijiet tat-trasport u spejjeż konnessi, innotati b'mod partikolari wara l-2003, u dovuti għaż-żieda qawwija fil-prezz taż-żejt li taggrava aktar l-ispejjeż relatati mal-bgħudija.

Ġustifikazzjoni

Hu meħtieġ li ssir enfasi dwar iż-żieda fl-ispejjeż tat-trasport dovuta għaż-żieda qawwija fil-prezz taż-żejt li aggravat l-ispejjeż relatati mal-bgħudija.

Emenda 5

Premessa 1

1) Is-settur tas-sajd fl-ibgħad reġjuni tal-Komunità qed jiffaċċja diffikultajiet, u partikolarment spejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd minħabba l-iżvantaġġi partikolari rikonoxxuti fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat, u li, prinċipalment, joriġinaw mill-ispejjeż tat-trasport lejn l-Ewropa kontinentali.

1) Is-settur tas-sajd fl-ibgħad reġjuni tal-Komunità qed jiffaċċja diffikultajiet, u partikolarment spejjeż addizzjonali għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd minħabba l-iżvantaġġi partikolari rikonoxxuti fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat, u li, partikolarment, joriġinaw mill-ispejjeż tat-trasport lejn l-Ewropa kontinentali.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jiġu kkunsidrati fatturi oħra, li jikkonċernaw l-ibgħad reġjuni, partikolarment in-nuqqas ta' ekonomiji ta' skala u l-ispejjeż għolja tal-produzzjoni. Għalhekk m'għandhiex issir enfasi żejda fuq l-ispejjeż tat-trasport biss u jeħtieġ li wieħed jikkunsidra l-ispejjeż l-oħra tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni.

Emenda 6

Premessa -5 a (ġdida)

5a) Għandha tkun ikkunsidrata kif suppost l-importanza soċjo-ekonomika tas-sajd fuq skala żgħira viċin il-kosta u tas-sajd artiġjanali fl-ibgħad reġjuni u tal-bżonn li jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li r-regolament jagħraf ukoll l-importanza tas-sajd fuq skala żgħira viċin il-kosta u tas-sajd artiġjanali fl-iżvilupp ekonomiku ta' dawn ir-reġjuni u l-ħtieġa ta' sostenn partikolari lil din it-taqsima tal-flotta.

Emenda 7

Premessa 5 b (ġdida)

 

(5b) Il-provvista għas-suq Komunitarju għandha tkun awtorizzata, fil-limitu tal-kapaċità tal-produzzjoni attwali, meta l-qabdiet tal-flotot tas-sajd ta' l-ibgħad reġjuni ma jkunux biżżejjed għall-provvista ta' l-industrija ta' trasformazzjoni ta' ħut lokali.

Ġustifikazzjoni

Irikors għall-importazzjoni intrakomunitarja għandu jkun awtorizzat meta l-qabdiet tal-flotot ta’ l-ibgħad reġjuni ma jkunux biżżejjed biex jiggarantixxu qligħ għall-istrutturi tat-trasformazzjoni tal-ħut f'dawn ir-reġjuni. Il-Kummissjoni turi fir-rapport tagħha COM(2006)0734, paġna 9, li "għal xi industriji l-importazzjonijiet huma bżonnjużi għall-ekonomiji ta’ skala u għall-użu tal-kapaċità sħiħa ta' l-intrapriża".

Emenda 8

Premessa -7 a (ġdida)

 

(7a) Tista' tingħata deroga mill-politika konstanti tal-Kummissjoni li ma jiġux awtorizzati għajnuniet Statali għall-funzjonament fis-settur tal-produzzjoni, ta' l-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd li tinsab fit-Trattat, sabiex jittaffew ir-restrizzjonijiet speċifiċi tal-produzzjoni tal-ħut fl-ibgħad reġjuni, liema restrizzjonijiet huma marbuta ma' l-iżolazzjoni, ma' l-insularità, mal-bgħudija, mad-daqs żgħir, mar-riljiev, mal-klima u mad-dipendenza ekonomika fuq għadd żgħir ta' prodotti.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiftaħ skeda ta' eċċezzjoni għall-ibgħad reġjuni f'dak li jikkonċerna l-għajnuniet Statali fis-settur tas-sajd, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet previsti fir-reviżjoni riċenti ta' POSEI għall-agrikultura.

Emenda 9

Premessa 9

9) Biex ikun possibli li tittieħed deċiżjoni dwar jekk titkompliex l-iskema tal-kumpens wara l-2013, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ibbażat fuq evalwazzjoni indipendenti .

9) Biex ikun possibli li tiġi riveduta l-iskema tal-kumpens, filwaqt li jitqiesu l-objettivi ta' dan ir-regolament, il-Kummissjoni għandha, minn issa sal-31 ta' Diċembru 2011, tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ibbażat fuq evalwazzjoni indipendenti, u akkumpanjat jekk ikun meħtieġ, minn proposti leġiżlattivi.

Emenda 10

Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament idaħħal skema għall-perjodu l-2007 sa l-2013 biex jipprovdi kumpens, lill-operaturi stipulati fl-Artikolu 3, għall-ispejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti mir-reġjuni li ġejjin minħabba l-iżvantaġġi speċifiċi ta' dawk ir-reġjuni (hawn taħt imsejjaħ bħala "il-kumpens"):

1. Dan ir-Regolament idaħħal skema biex jipprovdi kumpens, lill-operaturi stipulati fl-Artikolu 3, għall-ispejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti mir-reġjuni li ġejjin minħabba l-iżvantaġġi speċifiċi ta' dawk ir-reġjuni l-iktar imbegħda (hawn taħt imsejjaħ bħala "il-kumpens"):

Ġustifikazzjoni

Is-sistema stabbilita m'għandhiex tkun limitata fiż-żmien, peress li dan il-kumpens jimmira biex jingħelbu l-ostakoli strutturali permanenti relatati mal-bgħudija. Għaldaqstant, klawżola ta' skadenza, u kuntrarjament għal dak li jiġri fil-programmi POSEI-Agrikoltura (regolament (KE) nru 247/2006),ma tagħmilx sens.

Emenda 11

Artikolu 3, paragrafu 1

1. Il-kumpens għandu jitħallas lill-operaturi li ġejjin li jidħlu għal spejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd:

1. Il-kumpens għandu jitħallas lill-operaturi li ġejjin li jidħlu għal spejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd, relatati mal-bgħudija tar-reġjuni msemmija f'Artikolu 1:

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda m'għandhiex bżonn ġustifikazzjoni.

Emenda 12

Artikolu 3, paragrafu 1, punt c

c) l-operaturi fis-settur ta' l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni jew assoċjazzjonijiet ta' operaturi bħal dawn, li jidħlu fi spejjeż addizzjonali biex jikkummerċjalizzaw il-prodotti kkonċernati.

c) l-operaturi fis-settur ta' l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni jew assoċjazzjonijiet ta' operaturi bħal dawn, li jidħlu fi spejjeż addizzjonali biex jipproduċu u jikkummerċjalizzaw il-prodotti kkonċernati.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jiġu kkunsidrati fatturi oħra li jikkonċernaw l-ibgħad reġjuni, partikolarment in-nuqqas ta' ekonomiji ta' skala u l-ispejjeż għolja tal-produzzjoni. Għalhekk m'għandhiex issir enfasi żejda fuq l-ispejjeż tat-trasport biss, u jeħtieġ li jitqiesu l-ispejjeż l-oħra tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni.

Emenda 13

Artikolu 4, paragrafu 4, punt b)

b) maqbuda minn bastimenti tas-sajd Komunitarji li mhumiex irreġistrati f'port ta' wieħed mir-reġjuni msemmija fl-Artikolu1;

b) maqbuda minn bastimenti tas-sajd Komunitarji li mhumiex irreġistrati f'port ta' wieħed mir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 1, bl-eċċezzjoni ta' l-użu ta' ħut maqbud mill-bastimenti Komunitarji meta l-qabdiet mir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 1 m'humiex biżżejjed biex isostnu l-industrija ta' l-ipproċessar tagħhom;

Ġustifikazzjoni

Għandha tinżamm, kif prevista fl-iskema preċedenti, il-possibilità - fil-każ ta' insuffiċjenza ta' qabdiet tal-flotot lokali, il-provvista regolari lill-industrija ta' l-ipproċessar lokali mill-bastimenti komunitarji, b'mod li tiggarantixxi l-attività ekonomika u l-impjiegi f'dawn ir-reġjuni.

Emenda 14

Artikolu 5, paragrafu 2

2. Il-kumpens għandu jqis:

2. Il-kumpens għandu jqis:

a) għal kull prodott tas-sajd, l-ispejjeż addizzjonali kawża ta' l-iżvantaġġi speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati, partikolarment l-infiq għat-trasport lejn il-kontinent Ewropew,

a) għal kull prodott tas-sajd, l-ispejjeż addizzjonali kawża ta' l-iżvantaġġi speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati, partikolarment l-infiq għat-trasport lejn il-kontinent Ewropew u bejn ir-reġjuni ġirien imsemmija fl-Artikolu 1;

b) kull tip ieħor ta' intervent pubbliku li jaffettwa l-livell ta' spejjeż addizzjonali.

b) għal kull prodott tas-sajd, l-ispejjeż addizzjonali relatati man-nefqa tat-trasport f'kull reġjun imsemmi fl-Artikolu 1 u li huma riżultat li huma ġeografikament imferrxin;

 

b a) it-tip ta' destinatarji, b'attenzjoni partikolari għas-sajd fuq skala żgħira viċin il-kosta u s-sajd artiġjanali;

 

b b) kull tip ieħor ta' intervent pubbliku li jkollu impatt fuq il-livell ta' spejjeż addizzjonali.

Ġustifikazzjoni

Il-kumpens ta' l-ispejjeż addizzjonali għandu wkoll jikkunsidra l-kummerċjalizzazzjoni bejn l-ibgħad reġjuni. Din l-emenda timmira wkoll li tikkunsidra l-ispejjeż addizzjonali tat-trasport fi ħdan l-ibgħad reġjuni, relatati mal-pożizzjoni mbegħda ġeografikament, bħal m'hu il-każ ta' l-Azores u l-Gżejjer Kanari, bil-għan li tippromwovi s-suq lokali. Tiżdied ukoll kunsiderazzjoni dwar it-tip ta' destinatarju, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lis-sajd fuq skala żgħira viċin il-kosta u lis-sajd artiġjanali.

Emenda 15

Artikolu 5, paragrafu 3

3. Il-kumpens għall-ispejjez adizzjonali għandu jkun proporzjonali għall-ispejjeż addizzjonali li għalihom il-kumpens huwa mmirat li jpatti, u m'għandux jaqbeż il-75% ta' l-ispejjez tat-trasport lejn il-kontinent Ewropew u spejjeż oħra relatati.

3. Il-kumpens għall-ispejjez adizzjonali hu proporzjonali għall-ispejjeż addizzjonali li għalihom il-kumpens huwa mmirat li jpatti.

Ġustifikazzjoni

Il-kumpens m'għandux ikun ibbażat biss fuq l-ispejjeż ta' trasport u m'għandux jillimita ruħu għal 75% minn dawn l-ispejjeż (m'hemmx limitu fil-POSEI għall-agrikultura), anke jekk wieħed jaċċetta li għandu jiġi evitat kumpens żejjed.

Emenda 16

Artikolu 5, paragrafu 4

4. L-ammont totali ta' kumpens kull sena m'għandux ikun aktar minn:

4. L-ammont totali ta' kumpens kull sena m'għandux ikun aktar minn:

a) L-Ażores u Madeira: EUR 4,283,992;

a) L-Ażores u Madeira: EUR 4,855,314;

b) Il-Gżejjer Kanari: EUR 5,844,076;

b) Il-Gżejjer Kanari: EUR 6,623,545;

c) Il-Guiana Franċiża u Réunion: EUR 4,868,700

c) Il-Guiana Franċiża u Réunion: EUR 5,518,000.

Ġustifikazzjoni

Il-pakkett finanzjarju annwali żdied b'żewġ miljuni euro, filwaqt li nżammet il-bażi tat-tqassim bejn l-Istati Membri, bil-għan li tiġi ffaċċjata ż-żieda fl-ispejjeż tat-trasport u ta' l-enerġija mill-2003, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-flessibilità ġdida offruta mir-regolament li se tippermetti użu aħjar ta' l-approprjazzjonijiet. Għandu jiġi mfakkar li l-pakkett finanzjarju se jiżdied minn 15-il miljun euro għal 17-il miljun euro, ammont li, minkejja li meta jiġu kkunsidrati r-restrizzjonijiet permanenti li jikkaratterizzaw l-ibgħad reġjuni mhuwiex daqstant importanti, madankollu jikkontribwixxi għall-objettiv tal-koeżjoni ekonomika u soċjali.

Emenda 17

Artikolu 6 a (ġdid)

 

Artikolu 6 a

 

Modulazzjoni ta' l-ammonti

 

Tista' tiġi applikata modulazzjoni waħda bejn ir-reġjuni li jappartjenu għall-istess Stat Membru, fil-limiti tal-qafas finanzjarju globali ta' dan ir-regolament.

Emenda 18

Artikolu 7, paragrafi 1 sa 3

1. Fi żmien erba' xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jissottometti lill-Kummissjoni l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) u l-livell ta' kumpens imsemmi fl-Artikolu 5. Hawn taħt flimkien imsejħa "il-pjan għall-kumpens".

1. Fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jissottometti lill-Kummissjoni l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) u l-livell ta' kumpens imsemmi fl-Artikolu 5. Hawn taħt flimkien imsejħa "il-pjan għall-kumpens".

2. Jekk il-pjan tal-kumpens ma jissodisfax ir-rekwiżiti stipulati minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, fi żmien xahrejn, għandha titlob lill-Istat Membru sabiex jadatta l-pjan biex jikkonforma. F'dak il-każ l-Istat Membru għandu jgħaddi l-pjan tal-kumpens adattat tiegħu lill-Kummissjoni.

2. Jekk il-pjan tal-kumpens ma jissodisfax ir-rekwiżiti stipulati minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, fi żmien xahar, għandha titlob lill-Istat Membru sabiex jadatta l-pjan biex jikkonforma. F'dak il-każ l-Istat Membru għandu jgħaddi l-pjan tal-kumpens adattat tiegħu lill-Kummissjoni.

3. Jekk il-Kummissjoni tonqos milli tirreaġixxi fi żmien xahrejn wara li tirċievi l-pjan tal-kumpens imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, il-pjan tal-kumpens għandu jitqies li huwa approvat.

3. Jekk il-Kummissjoni tonqos milli tirreaġixxi fi żmien xahar wara li tirċievi l-pjan tal-kumpens imsemmi fil-paragrafi 1 u2, il-pjan tal-kumpens għandu jitqies li huwa approvat.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ssir applikazzjoni tajba u fiż-żmien opportun ta' dan ir-regolament fl-2007, fid-dawl tad-dewmien tal-Kummissjoni biex tippreżenta l-proposta tagħha u biex il-preżentazzjoni u l-approvazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' kumpens jiġu mħaffa, qed jiġi propost li t-termini kollha jitnaqqsu b'xahar.

Emenda 19

Artikolu 7, paragrafu 4

4. Jekk Stat Membru jdaħħal emendi skond l-Artikolu 6, għandu jgħaddi lill-Kummissjoni l-pjan tal-kumpens emendat tiegħu. Il-proċedura stipulata fil-paragrafi 2 u3 tapplika mutatis mutandis.

4. Jekk Stat Membru jdaħħal emendi skond l-Artikolu 6, għandu jgħaddi lill-Kummissjoni l-pjan tal-kumpens emendat tiegħu. Jekk il-Kummissjoni ma tirrispondix fi żmien erba' ġimgħat mid-data ta’ meta tkun irċeviet il-pjan modifikat, dan ta' l-aħħar għandu jitqies li ġie approvat.

Ġustifikazzjoni

Għandha tiġi prevista proċedura iktar rapida fil-każ ta' modifika tal-pjan ta' kumpens.

Emenda 20

Artikolu 7 a (ġdid)

Artikolu 7a

 

Għajnuna ta' l-Istat

 

1. Għall-prodotti tas-sajd li għalihom japplikaw l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat, il-Kummissjoni tista' tawtorizza għajnuniet fis-setturi tal-produzzjoni, ta' l-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti msemmija bħala tpattija għall-iżvantaġġi speċifiċi tal-produzzjoni tal-ħut fl-ibgħad reġjuni, liema żvantaġġi huma marbuta ma' l-iżolazzjoni, ma' l-insularità u mal-bgħudija, skond l-Artikolu 299(2) tat-Trattat.

 

2. l-Istati Membri jistgħu jagħtu finanzjament kumplementari għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' kumpens imsemmija fl-Artikolu 7. F'dan il-każ, l-għajnuniet ta' l-Istat iridu jiġu notifikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u approvati minnha, b'konformita ma' dan ir-regolament, bħala parti mid-dispożizzjonijiet ta' kumpens imsemmija. L-għajnuniet hekk notifikati huma kkunsidrati bħala notifikati skond l-Artikolu 88, Paragrafu 3, Sentenza 1 tat-Trattat.

Ġustifikazzjoni

Bħad-dispożizzjonijiet tal-programm POSEI-Agrikultura, u b’kunsiderazzjoni tar-restrizzjonijiet ta' l-ibgħad reġjuni, għandha tiġi żgurata l-possibilità li l-miżuri previsti f'dan ir-regolament jiġu estiżi għall-għajnuniet kumplimentari ta' l-Istat, b'rispett lejn il-qafas ġuridiku ta' l-għajnuniet ta' l-Istati f' livell komunitarju.

Emenda 21

Artikolu 8, paragrafu 1

1. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jfassal rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-kumpens u jgħaddih lill-Kummissjoni sat-30 ta' April ta' kull sena.

1. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jfassal rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-kumpens u jgħaddih lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tqis id-diffikultà biex tingħata informazzjoni statistika qabel it-tmiem ta' l-ewwel trimestru.

Emenda 22

Artikolu 8, paragrafu 2

2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' evalwazzjoni indipendenti, tagħti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-kumpens, flimkien fejn meħtieġ, ma' proposti leġiżlattivi.

2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011, imbagħad darba kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' evalwazzjoni indipendenti, tagħti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-kumpens, flimkien fejn meħtieġ, ma' proposti leġiżlattivi.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ssegwi l-eliminazzjoni tar-referenzi għall-perjodu 2007-2013 u tal-klawżola ta' skadenza awtomatika, kif ukoll għad-dħul ta' klawżola ta' reviżjoni, bħal fil-POSEI għall-agrikultura.

Emenda 23

Artikolu 14, inċiż 2

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.

Għandha tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Ġustifikazzjoni

Is-sistema stabbilita m'għandhiex tkun limitata fiż-żmien, peress li dan il-kumpens jimmira biex jingħelbu l-ostakoli strutturali permanenti relatati mal-bgħudija. Għalhekk, klawżola ta' skadenza, kuntrarjament għal dak li jiġri fil-programmi POSEI-Agrikoltura (regolament (KE) nru 247/2006), ma tagħmilx sens.

PROĊEDURA

Titolu

Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, minn Madeira, mill-Gżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi ta' Guiana u Réunion (2007-2013)

Referenzi

COM(2006)0740 - C6-0505/2006 - 2006/0247(CNS)

Kumitat Responsabbli

PECH

Opinjoni mogħtija

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

17.1.2007

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni:

Data tal-ħatra

Pedro Guerreiro

1.2.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

27.2.2007

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

20.3.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alfonso Andria, Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Tiberiu Bărbuleţiu, Jean Marie Beaupuy, Rolf Berend, Jana Bobošíková, Vasile Dîncu, Gerardo Galeote, Iratxe García Pérez, Pedro Guerreiro, Gábor Harangozó, Marian Harkin, Mieczysław Edmund Janowski, Gisela Kallenbach, Tunne Kelam, Evgeni Kirilov, Miguel Angel Martínez Martínez, Yiannakis Matsis, Miroslav Mikolášik, Jan Olbrycht, Maria Petre, Markus Pieper, Wojciech Roszkowski, Elisabeth Schroedter, Stefan Sofianski, Grażyna Staniszewska, Kyriacos Triantaphyllides, Oldřich Vlasák, Vladimír Železný

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Březina, Brigitte Douay, Den Dover, Emanuel Jardim Fernandes, Ljudmila Novak, Mirosław Mariusz Piotrowski, Zita Pleštinská, Christa Prets, Toomas Savi, László Surján, Károly Ferenc Szabó, Nikolaos Vakalis

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Věra Flasarová

  • [1]  ĠU L 345, tal-31.12.2003, p.34
  • [2]  Ir-reġjuni msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-artikolu 299 tat-trattat huma d-dipartimenti Franċiżi barranin, l-Azores, il-Madeira u l-Gżejjer Kanari.
  • [3]  Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.

PROĊEDURA

Titolu

Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, minn Madeira, mill-Gżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi ta' Guiana u Réunion (2007-2013)

Referenzi

COM(2006)0740 - C6-0505/2006 - 2006/0247(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

20.12.2006

Kumitat Responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

17.1.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

17.1.2007

REGI

17.1.2007

 

 

Rapporteur

Data tal-ħatra

Duarte Freitas

17.1.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

27.2.2007

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

22.3.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alfonso Andria, Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Marie-Hélène Aubert, Iles Braghetto, Luis Manuel Capoulas Santos, Paulo Casaca, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Emanuel Jardim Fernandes, Carmen Fraga Estévez, Duarte Freitas, Ioannis Gklavakis, Pedro Guerreiro, Ian Hudghton, Heinz Kindermann, Rosa Miguélez Ramos, Marianne Mikko, Philippe Morillon, Seán Ó Neachtain, Willi Piecyk, Struan Stevenson, Catherine Stihler, Daniel Varela Suanzes-Carpegna

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Vincenzo Aita, Ole Christensen, Jan Mulder, Thomas Wise

Data tat-tressiq 

28.3.2007