Proċedura : 2005/0239(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0086/2007

Testi mressqa :

A6-0086/2007

Dibattiti :

PV 24/04/2007 - 11
CRE 24/04/2007 - 11

Votazzjonijiet :

PV 25/04/2007 - 11.3
CRE 25/04/2007 - 11.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0146

RAPPORT     ***I
PDF 287kWORD 358k
28.3.2007
PE 374.225v01-00 A6-0086/2007

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/59/KE dwar it-twaqqif ta’ sistema Komunitarja tal-monitoraġġ tat-traffiku tal-bastimenti u tat-tagħrif

(COM(2005)0589 – C6‑0004/2006 – 2005/0239(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Dirk Sterckx

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI Tal-KUMITAT GĦAS-SAJD
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta ghal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li temenda d-Direttiva 2002/59/KE dwar it-twaqqif ta’ sistema Komunitarja tal-monitoraġġ tat-traffiku tal-bastimenti u tat-tagħrif

(COM(2005)0589 – C6‑0004/2006 – 2005/0239(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0589)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0004/2006),

– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A6‑0086/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

PREMESSA 5

(5) It-tagħmir li jippermetti l-identifikazzjoni awtomatika tal-bastimenti (AIS – Automatic Identification System) identifikat mill-Konvenzjoni SOLAS (Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar) jippermetti, mhux biss li jiġu mtejjba l-possibilitajiet tal-monitoraġġ ta’ dawn il-bastimenti, iżda fuq kollox li jtejbu s-sikurezza tagħhom f’sitwazzjonijiet ta’ tbaħħir fil-qrib ħafna. Għaldaqstant ġie integrat mal-pjan ta’ azzjoni tad-Direttiva 2002/59/KE. Minħabba n-numru importanti ta’ ħabtiet bejn il-bastimenti tas-sajd li b’mod evidenti ma kienux identifikati mill-bastimenti kummerċjali jew li ma kienux identifikaw il-bastiment kummerċjali ta’ madwarhom, huwa ferm mixtieq li din il-miżura tkun estiża għall-bastimenti tas-sajd li jkunu itwal minn 15-il metru.

(5) It-tagħmir li jippermetti l-identifikazzjoni awtomatika tal-bastimenti (AIS – Automatic Identification System) identifikat mill-Konvenzjoni SOLAS (Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar) jippermetti, mhux biss li jiġu mtejjba l-possibilitajiet tal-monitoraġġ ta’ dawn il-bastimenti, iżda fuq kollox li jtejbu s-sikurezza tagħhom f’sitwazzjonijiet ta’ tbaħħir fil-qrib ħafna. Għaldaqstant ġie integrat mal-pjan ta’ azzjoni tad-Direttiva 2002/59/KE.

Minħabba n-numru importanti ta’ ħabtiet bejn il-bastimenti tas-sajd li b’mod evidenti ma kienux identifikati mill-bastimenti kummerċjali jew li ma kienux identifikaw il-bastiment kummerċjali ta’ madwarhom, huwa ferm mixtieq li din il-miżura tkun estiża għall-bastimenti tas-sajd li jkunu itwal minn 15-il metru.

 

L-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO) irrikonoxxiet li l-pubblikazzjoni għal skopijiet kummerċjali fl-internet jew post ieħor ta' dejta AIS trażmessa minn bastimenti tista' tkun ta' detriment għas-sikurezza u s-sigurtà ta' bastimenti u ta' faċilitajiet portwali u ħeġġet lill-gvernijiet membri, suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali tagħhom, biex jiskoraġġixxu milli jagħmlu dan lil dawk li jippreżentaw dejta AIS lill-oħrajn għal pubblikazzjoni fl-internet, jew f'post ieħor. Minbarra dan, id-disponibilità ta' informazzjoni AIS dwar rotot u merkanzija ta' bastimenti m'għandiex tkun ta' detriment għal kompetizzjoni ġusta bejn il-protagonisti fl-industrija tat-tbaħħir.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporeur tiegħek jappoġġja l-introduzzjoni ta' l-AIS għal bastimenti tas-sajd biex ikunu viżibbli b'mod aktar faċli, b'mod partikulari minn bastimenti tal-merkanzija akbar. Iżda jeżisti riskju li l-AIS ma jintużax kif jixraq mill-bastimenti tas-sajd li jikkompetu bejniethom biex isibu fejn ikunu qed jistadu l-oħrajn. Dan mhux l-iskop ta' l-AIS.

B'mod ġenerali jeħtieġ li jkun żgurat li d-dejta trażmessa permezz ta' l-AIS ma tkunx użata b'mod żbaljat għal skopijiet kummerċjali.

Emenda 2

PREMESSA 6

(6) Ta’ min jikkunsidra li jiġu studjati s-sinerġiji possibbli bejn l-AIS u s-sistemi ta’ pożizzjonament u ta’ komunikazzjoni użati fil-qasam tal-politika komuni tas-sajd, bħas-sistema ta’ sorveljanza tal-bastimenti bis-satellita (VMS). Ir-riċerka għall-integrazzjoni ta’ dawn is-sistemi trid tikkunsidra l-bżonnijiet u l-esiġenzi għall-kontroll tal-flotot tas-sajd, b’mod partikulari dak relatat mas-sikurezza u s-segretezza ta’ l-informazzjoni trasmessa.

(6) Ta’ min jikkunsidra li jiġu studjati s-sinerġiji possibbli bejn l-AIS u s-sistemi ta’ pożizzjonament u ta’ komunikazzjoni użati fil-qasam tal-politika komuni tas-sajd, bħas-sistema ta’ sorveljanza tal-bastimenti bis-satellita (VMS). L-iskeda għal ekwipaġġjar ta' bastimenti bl-AIS għandha tkun determinata b'mod xieraq fir-rigward tas-sejbiet ta' studju bħal dan. Ir-riċerka għall-integrazzjoni ta’ dawn is-sistemi trid tikkunsidra l-bżonnijiet u l-esiġenzi għall-kontroll tal-flotot tas-sajd, b’mod partikulari dak relatat mas-sikurezza u s-segretezza ta’ l-informazzjoni trasmessa.

Ġustifikazzjoni

Qabel ma l-AIS issir obbligatorja, ikun utli jekk ikun iddeterminat il-punt sa fejn tkun tista' titħaddem flimkien mas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti bbażata fuq is-satelliti. Studju dwar dan il-punt jista’ jipproduċi għażliet li jgħinu biex is-sikurezza tal-bastimenti tas-sajd tittejjeb f’konformità ma’ l-istandards ta’ l-IMO u bi spejjeż inqas minn dawk mistennija.

Emenda 3

PREMESSA 6 A (ġdida)

 

(6a) Din id-Direttiva tipprovdi li l-vapuri ġodda jkunu ekwipaġġjati bl-AIS. Biex il-flotta tas-sajd attwali tkun ekwipaġġjata, għandha tinħoloq linja baġitarja speċjali b'addizzjoni għall-Istrument Finanzjarju għal Gwida għas-Sajd, li għandha tippermetti kofinanzjar sa madwar 90% mill-fondi Komunitarji, b'mod indipendenti miz-zona ġeografika.

Ġustifikazzjoni

Jekk is-sistemi AIS u VMS ma jkunux kompatibbli, biex ikunu installati żewġ sistemi, bastimenti żgħar u ta' daqs medju huma obbligati bi spejjeż ogħla, li ta' spiss iwasslu għal diffikultajiet finanzjarji fin-negozju tal-familja. Dan għandu jitqies meta jingħata l-appoġġ, b'mod indipendenti miz-zona ġeografika. Dan l-appoġġ għandu jopera fi ħdan marġni għall-perjodu 2007-2013.

Emenda 4

PREMESSA 8

(8) Bħall-Artikolu 18 tad-Direttiva 2002/59/KE li għandu x’jaqsam mar-riskji maħluqa minn kundizzjonijiet meteoroloġiċi mhux eċċezzjonalment favorevoli, deher il-bżonn li għandhom jiġu kkunsidrati l-perikli li jistgħu jinħolqu għat-tbaħħir bil-formazzjoni ta’ meddiet kbar ta’ silġ. Minn dak il-mument, meta awtorità kompetenti nnominata minn Stat Membru tikkunsidra, fuq il-bażi ta’ previżjonijiet relatati ma’ l-istat ta’ dawn il-meddiet ta’ silġ ipprovduti minn servizz kwalifikat ta’ informazzjoni, li l-kundizzjonijiet għat-tbaħħir joħolqu riskju serju għas-sikurezza tal-ħajja umana jew riskju serju ta’ tniġġis, ikun jaqbel li din tavża lill-kaptani tal-bastimenti li jkunu fiż-żona ta’ ġurisdizzjoni tagħha jew li jkunu jridu jidħlu jew joħorġu mill-portijiet li qegħdin fiż-żona konċernata. Ikun hemm bżonn, f’dan il-kuntest, li din l-awtorità tkun tista’ tieħu kull miżura adattata biex tiżgura l-ħarsien tal-ħajjiet umani fil-baħar u l-protezzjoni ta’ l-ambjent.

(8) Bħall-Artikolu 18 tad-Direttiva 2002/59/KE li għandu x’jaqsam mar-riskji maħluqa minn kundizzjonijiet meteoroloġiċi mhux eċċezzjonalment favorevoli, deher il-bżonn li għandhom jiġu kkunsidrati l-perikli li jistgħu jinħolqu għat-tbaħħir bil-formazzjoni ta’ meddiet kbar ta’ silġ. Minn dak il-mument, meta awtorità kompetenti nnominata minn Stat Membru tikkunsidra, fuq il-bażi ta’ previżjonijiet relatati ma’ l-istat ta’ dawn il-meddiet ta’ silġ ipprovduti minn servizz kwalifikat ta’ informazzjoni, li l-kundizzjonijiet għat-tbaħħir joħolqu riskju serju għas-sikurezza tal-ħajja umana jew riskju serju ta’ tniġġis, ikun jaqbel li din tavża lill-kaptani tal-bastimenti li jkunu fiż-żona ta’ ġurisdizzjoni tagħha jew li jkunu jridu jidħlu jew joħorġu mill-portijiet li qegħdin fiż-żona konċernata. Ikun hemm bżonn, f’dan il-kuntest, li din l-awtorità tkun tista’ tieħu kull miżura adattata biex tiżgura l-ħarsien tal-ħajjiet umani fil-baħar u l-protezzjoni ta’ l-ambjent. Biex ikunu evitati problemi possibbli fir-rigward tar-regoli tas-silġ stipulati minn xi soċjetajiet ta' klassifikazzjoni, għandu jkun ta' għajnuna jekk xi Stati jistandardizzaw ir-regoli tagħhom; f'dan ir-rigward jista' jkun hemm rekwiżiti unifikati mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali ta' Soċjetajiet ta' Klassifikazzjoni (IACS) jew minn soċjetajiet ewlenin biex ikunu evitati konflitti possibbli bħal dawn.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tfittex li tevita kwalunkwe nuqqas ta' qbil bejn regoli differenti ta' klassi ta' silġ.

Emenda 5

PREMESSA 11

(11) Fil-każ ta’ xi sitwazzjoni gravi fil-baħar, jiġifieri sitwazzjoni li tista’ twassal għall-għarqa jew xi periklu għall-ambjent jew għat-tbaħħir, jista’ jkun hemm bżonn li tittieħed deċiżjoni dwar l-ilqugħ ta’ bastiment fil-periklu f’post tal-kenn. Għal dan il-għan, ikun siewi li l-awtorità konċernata tagħmel evalwazzjoni preliminari tas-sitwazzjoni, fuq il-bażi tat-tagħrif li jinstab fil-pjan “post tal-kenn” applikabbli.

(11) Huwa importanti, fil-każ ta’ xi sitwazzjoni gravi fil-baħar, jiġifieri sitwazzjoni li tista’ twassal għall-għarqa jew xi periklu għall-ambjent jew għat-tbaħħir, li jkun possibbli li tissejjaħ awtorità indipendenti li jkollha l-poteri u t-tagħrif biex tieħu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa biex tassisti l-bastiment ikkonċernat bil-ħsieb li tipproteġi l-ħajjiet ta' persuni u l-ambjent u biex timminimizza l-ħsara ekonomika. Huwa mixtieq li l-awtorità kompetenti għandha tkun b'karatteristika permanenti. B'mod partikulari, din l-awtorità għandu jkollha l-poter li tieħu deċiżjoni b'mod indipendenti dwar l-ilqugħ ta’ bastiment fil-periklu f’post tal-kenn. Għal dan il-għan, ikun siewi li l-awtorità konċernata tagħmel evalwazzjoni preliminari tas-sitwazzjoni, fuq il-bażi tat-tagħrif li jinstab fil-pjan “post tal-kenn” applikabbli.

Ġustifikazzjoni

Hija meħtieġa aktar enfasi fuq l-indipendenza u t-tagħrif ta' l-awtorità kompetenti. Il-kliem użat hawn fuq kien użat ukoll mir-riżoluzzjonijiet ta' qabel tal-Parlament dwar it-titjib tas-sikurezza fil-baħar, li fihom il-Parlament ħeġġeġ għat-twaqqif ta' awtorità indipendenti.

Emenda 6

PREMESSA 12

(12) Il-pjanijiet għall-ilqugħ ta’ bastimenti fil-periklu jridu jagħtu deskrizzjoni eżatta tal-katina ta’ deċiżjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sejħa ta’ allarm u kif ġew ikkontrollati s-sitwazzjonijiet imsemmija. L-awtoritajiet konċernati u l-attributi tagħhom iridu jiġu deskritti b’mod ċar, kif ukoll il-mezzi ta’ komunikazzjoni bejn il-partijiet konċernati. Il-proċeduri applikabbli jridu jiggarantixxu li deċiżjoni tittieħed malajr, fuq bażi ta’ kompetenza marittima speċifika. Għal dan il-għan, l-awtorità kompetenti inkarigata biex tidentifika l-post tal-kenn adattat għall-ilqugħ ta’ bastiment fil-periklu trid tippreżenta l-garanziji neċessarji ta’ indipendenza u l-kapaċità sħiħa li timponi d-deċiżjonijiet tagħhom.

(12) Il-pjanijiet għall-ilqugħ ta’ bastimenti li jeħtieġu assistenza jridu jagħtu deskrizzjoni eżatta tal-katina ta’ deċiżjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sejħa ta’ allarm u kif ġew ikkontrollati s-sitwazzjonijiet imsemmija. L-awtoritajiet konċernati u l-attributi tagħhom iridu jiġu deskritti b’mod ċar, kif ukoll il-mezzi ta’ komunikazzjoni bejn il-partijiet konċernati. Il-proċeduri applikabbli jridu jiggarantixxu li deċiżjoni tittieħed malajr, fuq bażi ta’ kompetenza marittima speċifika fl-indirizzar ta' inċidenti li fihom huma mistennija konsegwenzi serji u ta' periklu.

Emenda 7

PREMESSA 14

(14) Huwa importanti li l-lista ta’ l-awtoritajiet responsabbli li jieħdu d-deċiżjoni dwar l-ilqugħ ta’ bastiment f’post tal-kenn, kif ukoll l-awtoritajiet responsabbli biex jilqgħu u jieħdu ħsieb l-allarm, tkun is-suġġett ta’ pubblikazzjoni adattata. Il-Kummissjoni għandha wkoll tiġi nfurmata mill-Istati Membri bl-inventarju tal-postijiet potenzjali tal-kenn. Fl-aħħarnett, jista’ jkun siewi jekk it-tagħrif adattat dwar il-pjanijiet u l-postijiet tal-kenn ikun ukoll aċċessibbli għall-partijiet li jieħdu sehem f’operazzjoni marittima ta’ salvataġġ u għall-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri fil-qrib li jkunu fir-riskju li jintlaqtu minn sitwazzjoni ta’ periklu fil-baħar.

(14) Huwa importanti li l-lista ta’ l-awtoritajiet responsabbli li jieħdu d-deċiżjoni dwar l-ilqugħ ta’ bastiment f’post tal-kenn, kif ukoll l-awtoritajiet responsabbli biex jilqgħu u jieħdu ħsieb l-allarm, tkun is-suġġett ta’ pubblikazzjoni adattata. Il-Kummissjoni għandha wkoll tiġi nfurmata mill-Istati Membri bl-inventarju tal-postijiet potenzjali tal-kenn. Fl-aħħarnett, jista’ jkun siewi jekk it-tagħrif adattat dwar il-pjanijiet u l-postijiet tal-kenn ikun ukoll aċċessibbli għall-partijiet li jieħdu sehem f’operazzjoni marittima ta’ salvataġġ u għall-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri fil-qrib li jkunu fir-riskju li jintlaqtu minn sitwazzjoni ta’ periklu fil-baħar. Huwa importanti li l-partijiet li jippossedu informazzjoni bħal din jiggarantixxu l-kunfidenzjalità tagħha.

Ġustifikazzjoni

Aħna rridu niżguraw li l-awtoritajiet li verament jeħtieġu din l-informazzjoni biss ikollhom aċċess għaliha, u li dawn l-awtoritajiet jittrattawha b'mod xieraq ħafna u jirrispettaw il-kunfidenzjalità tagħha.

Emenda 8

PREMESSA 15

(15) L-ilqugħ ta’ bastiment fil-periklu jista’ jipprovoka ħsarat serji għall-propjetà, għan-nies u għall-ambjent. Għaldaqstant, l-awtoritajiet konċernati, qabel ma jieħdu deċiżjoni, iridu jkunu jistgħu jivverifikaw jekk il-bastiment hux kopert b’assigurazzjoni jew b’garanzija finanzjarja oħra li tippermetti indennizz adattat għall-ispejjeż u l-ħsarat konnessi ma’ l-ilqugħ tiegħu fil-post tal-kenn. Madankollu dawn l-awtoritajiet, anke meta ma jkunx hemm assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja, jridu jipproċedu b’evalwazzjoni tal-fatturi u tar-riskji konnessi ma’ l-ilqugħ jew mar-rifjut ta’ l-ilqugħ tal-bastiment.

(15) In-nuqqas ta' garanziji finanzjarji jew ta' assigurazzjoni ma jeżonerawx Stat Membru mill-obbligi tiegħu li jassisti bastiment f'diffikultà u li jakkomodah f'post ta' rifuġju jekk b'dan huwa jista' jnaqqas ir-riskji lill-ekwipaġġ u lill-ambjent. Minkejja li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jivverifikaw jekk il-bastiment hux kopert b’assigurazzjoni jew b’garanzija finanzjarja oħra li tippermetti indennizz adattat għall-ispejjeż u l-ħsarat konnessi ma’ l-ilqugħ tiegħu fil-post tal-kenn, l-att li jitlob din l-informazzjoni ma jridux jittardjaw l-operazzjoni ta' salvataġġ.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tiegħek jixtieq jenfasizza li l-assenza ta' assigurazzjoni fiha nnifisha ma teżonerax l-Istat Membru mid-dover tiegħu li jakkomoda bastiment fil-periklu. Aħna nirrikjedu b'mod ovvju li bastimenti jkunu assigurati, u aħna għandna varjetà wiesgħa ta' strumenti (bħal kontroll ta' l-istat tal-port, eċċ) li bihom dan jitwettaq. Iżda, f'każ li bastiment mhux assigurat huwa f'diffikultajiet 'il barra mill-kosta Ewropea u hemm il-possibilità ta' diżastru, huwa jrid ikun akkomodat bħal kwalunkwe bastiment ieħor.

Emenda 9

PREMESSA 15 a (ġdida)

 

(15a) Portijiet li jakkomodaw bastiment f'diffikultà jridu jkunu fi grad li jserrħu fuq rimbors fil-waqt fir-rispett ta' spejjeż u kwalunkwe ħsara assoċjata ma' l-operazzjoni. Għal dan il-għan huwa importanti li japplikaw ukoll mhux biss id-Direttiva XX/XXXX/KE dwar ir-responsabilità ċivili u garanziji finanzjarji ta' pussessuri ta' vapuri u l-Fondi ta' Kumpens Internazzjonali għat-Tniġġis miż-Żejt, iżda wkoll il-Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1996 dwar ir-Responsabilità u l-Kumpens għal Ħsara fir-Rigward ta' Ġarr ta' Sustanzi Perikolużi u Tossiċi bil-Baħar (il-'Konvenzjoni HNS') u l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabilità Ċivili għal Ħsara mit-Tniġġis miż-Żejt f'Banker, 2001 (il-'Konvenzjoni taż-Żejt fil-Banker'). Għalhekk l-Istati Membri għandhom jirratifikaw dawn il-konvenzjonijiet mill-aktar fis possibbli. Huwa mixtieq ukoll li l-Istati Membri għandhom jinsistu, fi ħdan l-IMO, għall-adozzjoni ta' Konvenzjoni ta' Tneħħija ta' vapur imkisser. F'każijiet ta' eċċezzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-rimbors ta' spejjeż u ta' ħsara ekonomika mġarrba minn port b'riżultat ta' l-akkomodazzjoni ta' bastiment fil-periklu, b'mod partikulari jekk dawn l-ispejjeż u l-ħsara ekonomika ma jkunux kopruti bil-garanziji finanzjarji tal-pussessuri ta' bastimenti u b'mekkaniżmi ta' kumpens attwali oħrajn.

Ġustifikazzjoni

Port li jakkomoda vapur fil-periklu jista' jirċievi kumpens għal ħsara mġarrba skond il-Konvenzjoni HNS (1996, irratifikata minn 2 Stati Membri biss), il-Konvenzjoni ta' Banker (irratifikata minn 6 Stat Membri), il-Fond IOPC u l-Konvenzjoni ta' Tneħħija ta' Vapur Imkisser li jmiss. Iżda, anke jekk dawn il-konvenzjonijiet ikunu applikati, ċerti nuqqasijiet ekonomiċi (ġejjin, pereżempju, mill-okkupazzjoni ta' moll jew ta' aċċess ristrett għall-port) mhux kopruti. F'każijiet bħal dawn l-Istat Membru kkonċernat għandu jintervjeni biex jipprovdi kumpens għal dawk li soffrew ħsara, u jistgħu b'mod sussegwenti jirkupraw l-ammont ikkonċernat mingħand dawk responsabbli.

Emenda 10

PREMESSA 15 B (ġdida)

 

(15b) Sabiex tinkiseb il-koperazzjoni u l-fiduċja sħiħa tal-kaptani u l-ekwipaġġi tal-bastimenti, għandu jkun żgurat li dawn jistgħu jserrħu rashom li jingħatalhom trattament tajjeb u ġust mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jkun mitlub jilqa' l-bastiment tagħhom fil-periklu. Għal dan il-għan, ikun xieraq li l-Istati Membri jimxu mal-linji gwida ta' l-IMO dwar it-trattament ġust ta' l-ekwipaġġi.

Ġustifikazzjoni

It-tendenza li l-ekwipaġġi tal-bastimenti jkunu ttrattati bħala kriminali ma tantx tgħin fir-rigward tas-sikurezza marittima. Bosta drabi, il-kaptani jdumu ma jsejħu għall-għajnuna għax jibżgħu li jkunu arrestati. Xi drabi jippruvaw ikomplu fi triqthom biex jaslu fl-ibħra ta' Stat Membru li ma jkunx daqstant 'iebes' f'dan ir-rigward. Dan jista' jaggrava l-ħsara tal-bastiment u r-riskju ta' diżastru. Il-linji gwida adottati dan l-aħħar fi ħdan l-IMO huma pass fid-direzzjoni t-tajba.

Emenda 11

PREMESSA 15 B (ġdida)

 

(15b) Is-sorveljanza tal-kosti ta' l-Unjoni u l-monitoraġġ tal-bastimenti li jidħlu fl-ibħra territorjali tagħha huma sisien tas-sikurezza marittima Ewropea. Biex il-bastimenti ma jgħadduhiex lixxa u jkun żgurat li kwalunkwe post tal-kenn jirċievi kumpens fil-każ ta' xi inċident, hu essenzjali li jiżdiedu l-kontrolli kostali u li jkun żgurat li l-ebda bastiment ma' jidħol fl-ibħra territorjali ta' l-Unjoni jekk ma jkollux garanzija finanzjarja skond it-tifsira tad-Direttiva XX/XXXX/KE dwar l-obbligu ċivili u l-garanziji finanzjarji tas-sidien tal-bastimenti.

Ġustifikazzjoni

Fil-preżent ma hemmx skema ta' kumpens biex tkopri l-ħsara u t-telf li jsiru minn bastimenti li ma jkollhomx garanziji. Biex jevitaw sitwazzjonijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jissikkaw il-kontrolli li jsiru mal-kosta tagħhom, skond id-direttiva dwar l-obbligu ċivili tas-sidien tal-bastimenti, u ma jħallux bastimenti li ma jkollhomx garanziji finanzjarji jidħlu fl-ibħra territorjali ta' l-UE.

Emenda 12

PREMESSA 17

F’konformità mad-Direttiva 2002/59/KE l-Istati Membri u l-Kummissjoni, għamlu progress importanti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-armonizzazzjoni ta’ l-iskambju ta’ informazzjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi, b’mod partikulari dawk relatati mat-trasport ta’ merkanziji perikolużi jew niġġiesa. Is-sistema Komunitarja ta’ skambju ta’ informazzjoni msejħa SafeSeaNet, żviluppata mill-2002, illum għandha tkun stabbilita bħala s-sistema ta’ referenza fil-pjan Komunitarju.

F’konformità mad-Direttiva 2002/59/KE l-Istati Membri u l-Kummissjoni għamlu progress importanti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-armonizzazzjoni ta’ l-iskambju ta’ l-informazzjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi, b’mod partikulari dawk relatati mat-trasport ta’ merkanziji perikolużi jew niġġiesa. Is-sistema Komunitarja ta’ skambju ta’ l-informazzjoni msejħa SafeSeaNet, żviluppata mill-2002, illum għandha tkun stabbilita bħala s-sistema ta’ referenza fil-pjan Komunitarju. Hu importanti li jkun żgurat li l-armonizzazzjoni mar-regoli internazzjonali ma ġġibx magħha piżijiet amministrattivi jew ta' spejjeż miżjuda għall-industrija kif ukoll li titqies il-kunfidenzjalità b'relazzjoni ma' kwalunkwe implikazzjoni kummerċjali possibbli.

Ġustifikazzjoni

Is-SafeSeaNet hija pass importanti 'l quddiem, imma hu essenzjali li jkunu żgurati l-kunfidenzjalità kummerċjali u l-konformità mar-regoli internazzjonali kif ukoll li ma jkunx hemm piżijiet eċċessivi għall-industrija.

Emenda 13

PREMESSA 18

Il-progress miksub fit-teknoloġiji ġodda u b’mod partikulari fl-implimentazzjoni spazjali tagħhom, bħall-istrumenti li jsegwu l-bastimenti permezz ta’ bagi għall-vapuri, is-sistemi ta’ l-immaġni kif ukoll Galileo, llum jippermettu li s-sorveljanza tat-traffiku marittimu testendi lejn il-baħar miftuħ u b’hekk ikopru aħjar l-ibħra Ewropej. Barra minn hekk, qegħdin isiru diskussjonijiet fi ħdan l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali dwar l-istrumenti tal-monitoraġġ tat-traffiku fuq distanzi twal. Sabiex tkun garantita l-integrazzjoni sħiħa ta’ dawn l-għodda fl-istrument ta’ sorveljanza tat-traffiku marittimu miġjuba fis-seħħ bid-Direttiva 2002/59/KE, hemm bżonn li dawn il-ħidmiet ikunu l-għan ta’ kooperazzjoni Komunitarja sħiħa.

Il-progress miksub fit-teknoloġiji ġodda u b’mod partikulari fl-implimentazzjoni spazjali tagħhom, bħall-istrumenti li jsegwu l-bastimenti permezz tas-satelliti, is-sistemi ta’ l-immaġni kif ukoll Galileo, illum jippermettu li s-sorveljanza tat-traffiku marittimu testendi lejn il-baħar miftuħ u b’hekk ikopru aħjar l-ibħra Ewropej. Aktar minn hekk, l-IMO emendat il-Konvenzjoni SOLAS għas-sikurezza u s-sigurtà marittima u għall-iskopijiet ta' l-ambjent marittimu sabiex tiżviluppa sistemi għall-identifikazzjoni u t-tiftix mit-tul ta' bastimenti madwar id-dinja (LRIT). Skond l-arkitettura approvata mill-IMO, li tagħti l-possibilità li jitwaqqfu ċentri tad-dejta LRIT reġjonali, u jekk titqies l-esperjenza miksuba bil-proġett SafeSeaNet, għandu jitwaqqaf Ċentru Ewropew tad-Dejta LRIT għall-ġbir u l-immaniġġar ta' l-informazzjoni LRIT. Sabiex iġib dejta LRIT, Stat Membru jeħtieġ li jkun imqabbad maċ-Ċentru Ewropew tad-Dejta LRIT.

Ġustifikazzjoni

L-objettiv huwa li l-progress li sar fl-IMO dwar l-LRIT ikun inkorporat fil-leġiżlazzjoni Komunitarja. L-emendi għall-Konvenzjoni SOLAS huma mistennija jidħlu fis-seħħ sa mill-1 ta' Jannar 2008 u għandhom isiru obbligatorji fuq il-bastimenti sa mill-31 ta' Diċembru 2008. Id-dejta LRIT għandha tinġabar miċ-Ċentri tad-Dejta li se jkunu responsabbli biex iqassmuha lill-bnadar, lill-portijiet u lill-istati kostali kkonċernati. Għalhekk ftit fadal żmien qabel ma l-LRIT ssir obbligatorja, u dan jiġġustifika l-fatt li d-Direttiva għandha tkun emendata malajr biex tirrifletti din l-evoluzzjoni fundamentali.

Emenda 14

PREMESSA 18 A (ġdida)

 

(18a) Ir-rekwiżiti ta' l-IMO biex is-sistema LRIT titwaħħal fil-bastimenti japplikaw biss għal dawk il-bastimenti li jkunu fuq vjaġġi internazzjonali. Madankollu, billi l-bastimenti fuq vjaġġi domestiċi bejn portijiet ta' Stat Membru jistgħu jkunu ta' riskju għas-sikurezza marittima, għas-sigurtà u għall-ambjent, l-LRIT għandu jitwaħħal fuqhom ukoll, skond skeda li se tkun proposta mill-Kummissjoni meta jasal il-waqt.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-Rapporteur għal Premessa 18.

Emenda 15

PREMESSA 19 A (ġdida)

 

(19a) L-informazzjoni miġbura li hi konformi ma' din id-Direttiva tista' tixxerred u tintuża biss biex tevita sitwazzjonijiet li jheddu s-sikurezza tal-ħajja umana fuq il-baħar u l-ħarsien ta' l-ambjent tal-baħar; huwa għalhekk mixtieq li l-Kummissjoni, bil-koperazzjoni ta' l-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, tinvestiga kif tittratta l-problemi tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Din id-direttiva, u b'mod partikulari d-dispożizzjonijiet tagħha rigward l-AIS u s-SafeSeaNet, iġibu magħhom għadd konsiderevoli ta’ kwistjonijiet ta' kunfidenzjalità għal dawk involuti, li jibżgħu li l-informazzjoni trażmessa permezz tan-netwerks m'hijiex imħarsa biżżejjed mill-abbuż u l-ispjunaġġ kummerċjali. Ir-rapporteur tagħkom jidhirlu li din hija biċċa xogħol għall-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni.

Emenda 16

ARTIKOLU 1, PUNT -1 (ġdid)

Artikolu 1, Paragrafu 1 (Direttiva 2002/59/KE)

 

(-1) L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

"L-għan ta' din id-Direttiva hu li jistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ u informazzjoni dwar it-traffiku tal-baħar fil-Komunità għat-tisħiħ tas-sikurezza u l-effiċjenza tat-traffiku marittimu, is-sikurezza tal-portijiet u l-ibħra, it-titjib tar-rispons ta' l-awtoritajiet lejn l-inċidenti jew lejn sitwazzjonijiet li jistgħu jkunu ta' periklu fil-baħar, fosthom l-operazzjonijiet ta' tiftix u ta' salvataġġ, u kontribut aqwa lejn il-prevenzjoni u l-istħarriġ tat-tniġġis mill-bastimenti."

Ġustifikazzjoni

Żdied il-kliem 'is-sikurezza tal-portijiet u l-ibħra'. Biż-żieda tad-dispożizzjonijiet speċifiċi fuq l-Informazzjoni dwar l-Identifikazzjoni u t-Tiftix mit-Tul (LRIT), id-Direttiva issa tibda tittratta affarijiet li jmissu mas-sigurtà. Billi l-kamp tal-applikazzjoni tad-Direttiva kif definit fl-Artikolu 1 ma jsemmix is-sigurtà, dan għandu jkun rettifikat għall-koerenza.

Emenda 17

ARTIKOLU 1, PUNT 2, PUNT (A), PUNT (II)

Artikolu 3, Punt (a), Inċiż 2 a (ġdid) (Direttiva 2002/59/KE)

 

- Ir-Riżoluzzjoni ta' l-IMO A.917(22) tirreferi għar-Riżoluzzjoni 917(22) ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali bit-titolu "Linji gwida għall-użu abbord ta' l-AIS", kif emendata minn Riżoluzzjoni A.956(23);

Ġustifikazzjoni

Ara l-emendi tar-Rapporteur għall-Artikolu 6a u għall-Artikolu 20(2)b.

Emenda 18ARTIKOLU 1, PUNT 2, PUNT (A), PUNT (II)

Artikolu 3, Punt (a), Inċiż 2 b (ġdid) (Direttiva 2002/59/KE)

 

- Ir-Riżoluzzjoni IMO A.987(24) tirreferi għar-Riżoluzzjoni A.987(24) ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali bit-titolu "Linji gwida dwar it-trattament ġust tal-baħħara fil-każ ta' inċident marittimu";

Ġustifikazzjoni

Ara l-emendi tar-Rapporteur għall-Artikolu 6a u għall-Artikolu 20(2)b.

Emenda 19

ARTIKOLU 1, PUNT 2, PUNT (B)

Artikolu 3, Punt (s) (Direttiva 2002/59/KE)

“SafeSeaNet”: is-sistema Komunitarja ta’ skambju ta’ tagħrif marittimu żviluppata mill-Kummissjoni bil-kooperazzjoni ta’ l-Istati Membri sabiex tiżgura l-implimentazzjoni tal-Leġiżlazzjoni Komunitarja.

"(s) 'SafeSeaNet' tirreferi għas-sistema Komunitarja ta’ l-iskambju ta’ informazzjoni marittima żviluppata mill-Kummissjoni bil-koperazzjoni ta’ l-Istati Membri sabiex tiżgura l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, kif spjegata fl-Anness Speċjali li se jitfassal fuq il-bażi tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 28;

Ġustifikazzjoni

Deskrizzjoni ċara tas-sistema 'SafeSeaNet' u l-karatteristiċi tekniċi tagħha għandhom ikunu spjegati f'anness li għandu jinkludi r-rekwiżiti msemmija qabel.

Emenda 20

ARTIKOLU 1, PUNT 2, PUNT (B)

Artikolu 3, Punt (u a) (ġdid) (Direttiva 2002/59/KE)

 

(ua) 'LRIT' tirreferi għal sistema li tittrażmetti awtomatikament informazzjoni dwar l-identifikazzjoni u t-tiftix mit-tul skond Kapitolu V tar-Regolament 19 tal-Konvenzjoni SOLAS għas-sikurezza u s-sigurtà marittima u għall-iskopijiet ta' l-ambjent marittimu.

Ġustifikazzjoni

L-objettiv huwa li l-progress li sar fl-IMO dwar l-LRIT ikun inkorporat fil-leġiżlazzjoni Komunitarja. L-emendi għall-Konvenzjoni SOLAS huma mistennija jidħlu fis-seħħ sa mill-1 ta' Jannar 2008 u għandhom isiru obbligatorji abbord sa mill-31 ta' Diċembru 2008. Id-dejta LRIT għandha tinġabar miċ-Ċentri tad-Dejta li se jkunu responsabbli biex iqassmuha lill-bnadar, lill-portijiet u lill-istati kostali kkonċernati. Għalhekk ftit fadal żmien qabel ma l-LRIT ssir obbligatorja, u dan jiġġustifika l-fatt li d-Direttiva għandha tkun emendata malajr biex tirrifletti din l-evoluzzjoni fundamentali.

Emenda 21

ARTIKOLU 1, PUNT 3

Artikolu 6 a (Direttiva 2002/59/KE)

Kull bastiment tas-sajd, li huwa itwal minn 15-il metru, u li jbaħħar fl-ibħra li huma taħt il-ġurisdizzjoni ta’ xi Stat Membru jrid ikun mgħammar, skond il-kalendarju li jidher fl-Anness II, paragrafu I (3), b’sistema ta’ identifikazzjoni awtomatika (AIS) skond in-normi ta’ azzjoni ta’ l-IMO.”

Kull bastiment tas-sajd, li b'kollox huwa itwal minn 24 metru u li jbaħħar fl-ibħra li huma taħt il-ġurisdizzjoni ta’ xi Stat Membru jrid ikun mgħammar, skond il-kalendarju li jidher fl-Anness II, Paragrafu I (3), b’sistema ta’ identifikazzjoni awtomatika (AIS) skond in-normi ta’ azzjoni ta’ l-IMO.

Ġustifikazzjoni

Is-sikurezza tal-bastimenti tas-sajd hija assigurata bis-sistema ta' monitoraġġ Komunitarja eżistenti. Barra minn hekk, il-bastimenti tas-sajd li huma twal bejn il-15 u l-24 metru diġà jirrikjedu spiża sostanzjali, billi t-tagħmir irid jinxtara u jkun installat (l-apparat tas-satellita VMS). Fl-aħħar, minħabba r-rata relattivament baxxa ta' l-inċidenti fl-ibħra Ewropej li fihom ikunu mdaħħla bastimenti tas-sajd żgħar ta' anqas minn 24 metru, hemm dubju dwar kemm tkun ġusta l-ispiża biex jitwaħħlilhom l-AIS.

Emenda 22

ARTIKOLU 1, PUNT 3

Artikolu 6a, paragrafu 1 a (ġdid) (Direttiva 2002/59/KE)

 

Il-bastimenti tas-sajd li jkollhom l-AIS għandhom iżommu din is-sistema taħdem il-ħin kollu, ħlief meta l-ftehimiet, ir-regoli jew l-istandards internazzjonali jagħtu dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tad-dejta tat-tbaħħir.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporeur tagħkom jappoġġa l-introduzzjoni ta' l-AIS għal bastimenti tas-sajd biex ikunu viżibbli b'mod aktar faċli, b'mod partikulari minn bastimenti tal-merkanzija kbar. Iżda jeżisti r-riskju li l-AIS ma jintużax kif jixraq mill-bastimenti tas-sajd li jikkompetu bejniethom biex isibu fejn ikunu qegħdin jistadu l-oħrajn. Dan m'huwiex l-għan ta' l-AIS u jeħtieġ li jkun evitat kemm jista' jkun. Jeżisti wkoll ir-riskju, għalkemm dan jiġri anqas f'ibħra Ewropej, tal-kriminalità u l-piraterija fuq il-baħar. Il-linji gwida ta' l-IMO dwar l-AIS jagħtu l-possibilità li l-AIS jintefa f'każijiet bħal dawn.

Emenda 23

ARTIKOLU 1, PUNT 3

Artikolu 6a, paragrafu 1 b (ġdid) (Direttiva 2002/59/KE)

 

Skond il-Linji gwida IMO għall-użu ta’ l-AIS fuq il-bastimenti, l-AIS tista’ tintefa meta l-kaptan iqis li dan ikun meħtieġ fl-interess tas-sikurezza jew tas-sigurtà tal-bastiment tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ememda tar-rapporteur għall-Artikolu 6a (1)a (ġdid).

Emenda 24

ARTIKOLU 1, PUNT 3 A (ġdid)

Artikolu 6 b, (ġdid) (Direttiva 2002/59/KE)

 

(3a) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 6b li ġej:

 

"Artikolu 6b

 

Użu ta’ identifikazzjoni u traċċjar mill-bogħod ta’ bastimenti (LRIT)

 

1. Bastimenti li jagħmlu vjaġġi internazzjonali, ħlief meta jkunu mgħammra bl-AIS u meta joperaw esklussivament f'zona tal-baħar A1 koperta minn netwerk AIS, għandhom ikunu mgħammra b'sistema LRIT skond ir-Regolament 19 Kapitolu V tal-Konvenzjoni SOLAS u skond l-istandards ta' rendiment u r-rekwiżiti funzjonali adottati mill-IMO.

 

Il-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 28, għandha tistipula rekwiżiti sabiex bastimenti li jagħmlu vjaġġi interni bejn portijiet ta’ Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea jiġu mgħammra b’tagħmir LRIT.

 

2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw biex, sal-31 ta’ Diċembru 2008, iwaqqfu Ċentru Ewropew tad-Dejta LRIT li jkun inkarigat li jipproċessa t-tagħrif dwar identifikazzjoni u traċċjar mill-bogħod.

 

Iċ-Ċentru Ewropew tad-Dejta LRIT għandu jkun komponent tas-sistema Ewropea ta’ tagħrif marittimu u ta’ skambju, SafeSeaNet.

 

L-Istati Membri, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008, għandhom iwaqqfu u jżommu kuntatt maċ-Ċentru Ewropew tad-Dejta LRIT.”

Ġustifikazzjoni

L-objettiv huwa li l-progress li sar fl-IMO dwar l-LRIT jkun inkorporat fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Emenda 25

ARTIKOLU 1, PUNT 4

Artikolu 12, kliem użat fl-introduzzjoni (Direttiva 2002/59/KE)

Il-merkanziji perikolużi jew niġġiesa ma jistgħux jinġiebu għat-trasport jew jitgħabbew fuq bastiment, ikunu kemm ikunu l-qisien tiegħu, f’port ta’ Stat Membru, jekk il-kaptan jew l-amministratur ma jkunx irċieva dikjarazzjoni li jkollha t-tagħrif li ġej:

1. Jekk min jibgħat il-merkanzija, joffri merkanzija perikoluża jew niġġiesa f’port ta’ Stat Membru, għandu jagħti lill-kaptan jew lill-amministratur ta' bastiment, ikun ta' liema daqs ikun, qabel ma l-merkanzija titgħabba fuq il-bastiment, dikjarazzjoni li jkollha t-tagħrif li ġej:

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jkun iċċarat li min jibgħat il-merkanzija huwa responsabbli prinċipalment biex jingħata tagħrif korrett dwar il-merkanzija lill-kaptan jew lill-amministratur tal-bastiment.

Emenda 26

ARTIKOLU 1, PUNT 4

Artikolu 12, punt (b) (Direttiva 2002/59/KE)

(b) għas-sustanzi msemmija fl-Anness I għall-Konvenzjoni Marpol, id-dokument bid-data ta’sigurta bil-karatteristiċi fiżiko-kimiċi tal-prodotti, inkluż il-viskosità tagħhom espressa f’cSt mal-50°C u d-densità mal-15°C;

(b) għas-sustanzi msemmija fl-Anness I għall-Konvenzjoni Marpol, id-dokument bid-dejta ta’sikurezza bil-karatteristiċi fiżiko-kimiċi tal-prodotti, inkluża l-viskożità tagħhom espressa f’cSt mal-50°C u d-densità mal-15°C u d-dejta l-oħra li qiegħda fid-dokument bid-dejta ta’ sikurezza skond ir-riżoluzzjoni IMO MSC 150(77);

Ġustifikazzjoni

Tajjeb li jkun żgurat li d-dejta tkun konformi ma' dak li ġie miftiehem fi ħdan l-IMO f'dan ir-rigward.

Emenda 27

ARTIKOLU 1, PUNT 4

Artikolu 12, paragrafu 1 a (ġdid) (Direttiva 2002/59/KE)

 

1a. Bastimenti ġejjin minn port barra l-Komunità u li sejrin lejn port ta’ Stat Membru jew li se jankraw fl-ibħra territorjali ta’ Stat Membru u li għandhom sustanzi perikolużi jew niġġiesa jrid ikollhom dikjarazzjoni mingħand min jibgħat il-merkanzija li fiha t-tagħrif li ġej:

 

a) it-tagħrif elenkat fl-Anness I, taqsima 3;

 

b) it-tagħrif meħtieġ skond il-paragrafu 1(b) u (c) ta' dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni trid li min jibgħat il-merkanzija jgħaddi lill-kaptan jew lill-amministratur ta’ bastiment karta bid-dejta li jkun fiha l-karatteristiċi fiżiko-kimiċi u l-viskożità taż-żjut minerali li jkun se jġorr. Konsultazzjonijiet mal-qasam juru li dan it-tagħrif huwa rilevanti ħafna f’każ ta’ problema bil-bastiment. Għalhekk ir-rapporteur iqis li bastimenti ġejjin minn barra l-Komunità u li sejrin lejn port Ewropew għandu jkollhom dan it-tagħrif ukoll.

Emenda 28

ARTIKOLU 1, PUNT 4

Artikolu 12, paragrafu 2 (Direttiva 2002/59/KE)

Hija r-responsabbiltà ta’ min qiegħed jibgħat il-merkanzija biex jagħti lill-kaptan jew lill-amministratur tali dikjarazzjoni u biex jiżgura li t-tagħbija miġjuba għat-trasport taqbel sew ma’ dak li jkun hemm iddikjarat b’mod konformi ma’ l-ewwel paragrafu.”

1b. Għanhom ikunu d-dmir u r-responsabiltà ta’ min qiegħed jibgħat il-merkanzija biex jiżgura li t-tagħbija miġjuba għat-trasport taqbel sew ma’ dak li jkun hemm iddikjarat b’mod konformi mal-paragrafi 1 u 2.

Ġustifikazzjoni

Dan l-aħħar subparagrafu għandu jsir paragrafu separat ta’ l-Artikolu 12. Jeħtieġ li jkun iċċarat ukoll li l-amministratur jew il-kaptan ma jistax jinżamm responsabbli jekk min jibgħat il-merkanzija jagħti tagħrif mhux eżatt jew li jiżgwida dwar il-merkanzija.

Emenda 29

ARTIKOLU 1, PUNT 4 A (ġdid)

Artikolu 14, paragrafu 2, punt (c) (Direttiva 2002/59/KE)

 

(4a) Fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 14, il-punt (c) għandu jiġi ssostitwit b’li ġej:

 

“(c) kull Stat Membru jrid ikun jista’, meta jiġi mitlub, jibgħat tagħrif dwar il-bastiment u l-merkanzija perikoluża jew niġġiesa fuq il-bastiment mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor. Dan m’għandux iwassal biex l-Istati Membri jitolbu tagħrif b'mod regolari dwar bastimenti u l-merkanziji tagħhom għal skopijiet oħra għajr dawk ta' sikurezza jew sigurtà marittima jew tal-ħarsien ta’ l-ambjent marittimu.”

Ġustifikazzjoni

M’hemmx biżżejjed ċarezza dwar l-applikabiltà ta’ dan l-artikolu tad-Direttiva kurrenti 2002/59/KE. Din l-emenda tipprova tiċċara li l-ħsieb m’huwiex li bastimenti jagħtu dan it-tagħrif regolarment, u li dan huwa meħtieġ biss jekk ikun hemm bżonn.

Emenda 30

ARTIKOLU 1, PUNT 6

Artikolu 18a, paragrafu 1, punt (b) (Direttiva 2002/59/KE)

(b) jistgħu jitolbu li l-bastimenti, li jkunu fiż-żoni konċernati u li jixtiequ jidħlu jew joħorġu minn port jew moll jew inkella jitilqu miż-żona ta’ l-irmiġġ, biex ikunu konformi ma’ l-esiġenzi tar-reżistenza u l-qawwa relatati mas-sitwazzjoni tas-silġ fiż-żona kkonċernata.

(b) jistgħu jitolbu li bastiment, li jkun fiż-żona konċernata u li bi ħsiebu jidħol jew joħroġ minn port jew moll jew inkella jitlaq miż-żona ta’ l-irmiġġ, jista’ jiddokumenta li jissodisfa r-rekwiżiti tar-reżistenza u l-qawwa relatati mas-sitwazzjoni tas-silġ fiż-żona kkonċernata.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet m’għandhomx jitħallew jipprojbixxu bastimenti milli jidħlu jew joħorġu minn portijiet eċċ. għal raġunijiet ta’ ġudizzju arbitrarju. Id-dokumentazzjoni għandha tkun biżżejjed biex dan jiġi żgurat.

Emenda 31

ARTIKOLU 1, PUNT 8

Artikolu 20, paragrafu 1 (Direttiva 2002/59/KE)

1. L-Istati Membri jiżguraw li, suġġett għar-outputs ta’ l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni effettwata fuq il-bażi tal-pjan fir-rigward ta’ l-Artikolu 20 bis, il-bastimenti fil-periklu jiddaħħlu f’post tal-kenn sabiex jitnaqqas ir-riskju kkawżat mis-sitwazzjoni tagħhom.

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti li għandha l-esperjenza meħtieġa u li hija indipendenti fis-sens li jkollha s-setgħa, meta ssir il-ħidma ta’ salvataġġ, li tieħu deċiżjonijiet fuq inizjattiva tagħha stess biex jintlaqgħu bastimenti li għandhom problemi bil-għan li:

 

- titħares il-ħajja umana

 

- titħares il-kosta

 

- jitħares l-ambjent marittimu

 

- jkun hemm sigurtà fil-baħar

 

- titnaqqas kemm jista’ jkun il-ħsara ekonomika.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tipprova tiċċara sa liema punt jeħtieġ li l-awtorità kompetenti tkun indipendenti u x’inhuma l-kompiti l-oħra tagħha minbarra d-deċiżjoni li tilqa' bastiment f'post ta’ kenn (ara l-Artikolu 20(2) a (ġdid)). Ħafna minn dawn il-kompiti huma stipulati fil-lista mhux komleta fl-Anness IV tad-direttiva ta’ monitoraġġ 2002/59/KE li hemm bħalissa. Ir-rapporteur iqis li jkun tajjeb li din il-lista tkun inkorporata f'dan l-artikolu.

Emenda 32

ARTIKOLU 1, PUNT 8

Artikolu 20, paragrafu 1 a (ġdid) (Direttiva 2002/59/KE)

 

1a. L-awtorità msemmija fil-paragrafu 1 tista’ inter alia:

 

(a) tirrestrinġi ċ-ċaqliq tal-bastiment jew tmexxih biex isegwi rotta speċifika. Dan ir-rekwiżit ma jaffettwax ir-responsabiltà tal-kaptan għall-imaniġġjar sikur tal-bastiment tiegħu;

 

(b) tagħti avviż uffiċjali lill-kaptan tal-bastiment biex iwaqqaf it-theddida għall-ambjent jew għas-sikurezza marittima;

 

(c) titla’ fuq il-bastiment jew tibgħat tim ta’ evalwazzjoni fuq il-bastiment biex tevalwa l-ħsara lill-bastiment u l-grad ta' riskju, tgħin lill-kaptan biex jirrimedja s-sitwazzjoni u tgħarraf lill-istazzjon kostali kompetenti;

 

(d) titlob u tibgħat ħaddiema tas-salvataġġ hija stess fejn meħtieġ;

 

(e) tara li l-bastiment jitmexxa jew jiġi rmunkat.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ememda tar-rapporteur għall-Artikolu 20(1).

Emenda 33

ARTIKOLU 1, PUNT 8

Artikolu 20, paragrafu 2 (Direttiva 2002/59/KE)

2. L-ilqugħ ta’ bastiment fil-periklu f’post tal-kenn ikun soġġett għal evalwazzjoni preliminari tas-sitwazzjoni u għal deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti independenti nnominata mill-Istat Membru.

2. L-awtorità msemmija fil-paragrafu 1 għandha tieħu r-responsabiltà għat-twettiq tal-pjanijiet msemmija fl-Artikolu 20a.

Emenda 34

ARTIKOLU 1, PUNT 8

Artikolu 20, paragrafu 2 a (ġdid) (Direttiva 2002/59/KE)

 

2a. Fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni preliminari taċ-ċirkustanzi, l-awtorità msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiddeċiedi dwar l-ilqugħ ta’ bastiment f’periklu f’post ta’ kenn.

 

L-awtorità msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiżgura li, fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi skond il-pjanijiet imsemmija fl-Artikolu 20a, bastimenti f’periklu jiddaħħlu f’post ta’ kenn fil-każijiet kollha fejn l-ilqugħ tal-bastiment f’periklu f’post ta’ kenn jippermetti li jitnaqqsu r-riskji assoċjati ma’ dawk iċ-ċirkustanzi.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur iqis li fil-każijiet kollha fejn ir-riskji u l-ħsara jistgħu jkunu limitati billi bastiment f’periklu jiddaħħal f’post ta’ kenn, dan għandu jseħħ. F’numru żgħir ta’ każijiet, madankollu, bħal meta jkun hemm periklu ta’ splużjoni, il-konsegwenzi ta’ splużjoni f’baħar miftuħ ikunu theddida ħafna anqas kbira għall-ħajja umana u għall-ambjent milli splużjoni f'post ta' kenn. Għalhekk m’għandniex nassumu li l-aħjar soluzzjoni hija dejjem dik li bastiment jiddaħħal f’post ta’ kenn.

Emenda 35

ARTIKOLU 1, PUNT 8

Artikolu 20, paragrafu 2 b (ġdid) (Direttiva 2002/59/KE)

 

2b. L-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-Linji Gwida ta’ l-IMO dwar it-trattament ġust ta’ dawk li jbaħħru fil-każ ta’ xi inċident marittimu fir-rigward ta’ l-ekwipaġġ ta’ bastiment li jkun jinsab fil-periklu f’ilmijiet li jiġu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Dawn il-linji gwida ġew adottati dan l-aħħar mill-Kumitat Legali ta' l-IMO u f’Ġunju se jitressqu għall-adozzjoni mill-ILO. Ġew imfassla b'rispons għat-tendenza dejjem akbar fejn il- kaptani u l-ekwipaġġi tal-bastimenti qed ikunu ttrattati bħala kriminali. Il-kaptani kemm ta’ l-Erika u kemm tal-Prestige ġew arrestati mingħajr l-ebda prova ta' xi għamil ħażin. Il-biża’ mill-arrest xi drabi jwassal lill-kaptan ta’ bastiment, fil-każ ta’ inċident fuq il-baħar, biex lill-bastiment tiegħu li jkun ġarrab ħsara jġibu fl-ilmijiet ta’ Stat Membru ieħor, fatt li jirriskja li jikkawża dannu akbar lill-bastiment.

Emenda 36

ARTIKOLU 1, PUNT 9

Artikolu 20a, paragrafu 1 (Direttiva 2002/59/KE)

1. L-Istati Membri jistabbilixxu pjanijiet bil-ħsieb li jirrispondu għar-riskji maħluqa mill-bastimenti fil-periklu li jsibu ruħhom fl-ibħra relatati mal-ġurisdizzjoni tagħhom.

1. L-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet bil-ħsieb li jirrispondu għar-riskji maħluqa minn bastimenti li jinsabu fil-periklu li jsibu ruħhom fl-ibħra li jiġu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom u sabiex jiżguraw l-akkomodazzjoni tal-bastimenti u l-ħarsien tal-ħajja umana.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li wieħed jisħaq li l-kwistjoni l-aktar importanti hawnhekk m’hijiex biss l-akkomodazzjoni tal-bastiment iżda wkoll, u l-aktar importanti, is-salvazzjoni tal-ħajja umana (passiġġieri u ekwipaġġ).

Emenda 37

ARTIKOLU 1, PUNT 9

Artikolu 20a, paragrafu 3, subparagrafu 2 a (ġdid) (Direttiva 2002/59/KE)

 

Persuni li jirċievu informazzjoni relevanti skond dan il-paragrafu rigward pjanijiet ta’ emerġenza u postijiet ta’ refuġju għandhom jiggarantixxu l-kunfidenzjalità ta' din l-informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Neħtieġu li niżguraw li din l-informazzjoni tkun disponibbli biss għal dawk l-awtoritajiet li ġenwinament jeħtiġuha, u li dawn l-awtoritajiet jittrattaw informazzjoni bħal din b’kawtela kbira u jirrispettaw il-kunfidenzjalità tagħha.

Emenda 38

ARTIKOLU 1, PUNT 10

Artikolu 20b, titolu (Direttiva 2002/59/KE)

Garanziji finanzjarji

Garanziji finanzjarji u kumpens

Emenda 39

ARTIKOLU 1, PUNT 10

Artikolu 20b, paragrafu 1 (Direttiva 2002/59/KE)

1. Qabel ma bastiment fil-periklu jiġi milqugħ f’post tal-kenn, l-Istat Membru jista’ jitlob lill-amministratur, l-aġent jew il-kaptan tal-bastiment il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ assigurazzjoni jew ta’ garanzija finanzjarja, kif spjegat fl-Artikolu X tad-Direttiva XX/XXXX/KE [li għandha x’taqsam mar-responsabbiltà ċivili u mal-garanziji finanzjarji tas-sidien tal-bastimenti], li jkopri r-responsabbiltà tiegħu għall-ħsarat ikkawżati mill-bastiment.

1. In-nuqqas ta’ ċertifikat ta’ assigurazzjoni jew ta’ garanzija finanzjarja m’għandux jeżonera lill-Istati Membri mill-evalwazzjoni u d-deċiżjoni preliminari msemmija fl-Artikolu 20 u m’huwiex, fih innifsu, raġuni suffiċjenti biex Stat Membru jirrifjuta li jakkomoda f’post ta’ rifuġju bastiment li jkun jinsab fil-periklu.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tiegħek qed jipproponi li l-pożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 jinqalbu, biex b’hekk ikun enfasizzat li n-nuqqas ta’ assigurazzjoni ma jfissirx li bastiment li jkun jinsab fil-periklu m’hemmx bżonn li jingħata l-għajnuna jew li jkun akkomodat. Is-salvazzjoni tal-ħajja umana u/jew il-prevenzjoni ta' diżastru ambjentali għandhom ikollhom preċedenza f’kull każ, anke jekk id-dokumenti tal-vapur m’humiex kif għandhom ikunu jew jekk m’għandux assigurazzjoni.

Emenda 40

ARTIKOLU 1, PUNT 10

Artikolu 20b, paragrafu 2 (Direttiva 2002/59/KE)

2. In-nuqqas ta’ ċertifikat ta’ assigurazzjoni jew ta’ garanzija finanzjarja ma jeżentax lill-Istati Membri mill-evalwazzjoni preliminari u mid-deċiżjoni speċifikati fl-Artikolu 20.”

2. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, meta jkun qed jakkomoda f’post ta’ rifuġju bastiment li jkun jinsab fil-periklu, l-Istat Membru jista’ jitlob lill-operatur, aġent jew kaptan tal-bastiment jippreżenta ċertifikat ta’ assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja, fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva XX/XXXX/KE [dwar ir-responsabilità ċivili u l-garanziji finanzjarji tas-sidien tal-basitmenti], li jkunu jkopru r-responsabilità tiegħu għad-dannu kkawżat mill-bastiment. L-att tat-talba għal dan iċ-ċertifikat m’għandux iwassal biex bastiment li jkun jinsab fil-periklu jdum ma jiġi akkomodat.

Ġustifikazzjoni

Stat Membru jista’, f’kull każ, jitlob ċertifikat jew prova ta’ assigurazzjoni biex il-ġbir tad-dettalji tiegħu ikun komplut. Madanakollu, it-talba għal ċertifikat bħal dan m’għandhiex iddewwem l-operazzjoni ta’ salvataġġ.

Emenda 41

ARTIKOLU 1, PUNT 10

Artikolu 20b, paragrafu 2 a (ġdid) (Direttiva 2002/59/KEE)

 

2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir ir-rimborż ta’ l-ispejjez u tad-dannu ekonomiku potenzjali mġarrba minn port bħala riżultat ta’ deċiżjoni li tkun ittieħdet skond l-Artikolu 20 paragrafu 2a jekk spejjeż jew dannu bħal dawn ma jkunux irrimborżati mis-sid jew l-operatur tal-bastiment fi żmien raġonevoli skond id-Direttiva XX/XXXX/KE dwar ir-responsabilità ċivili u l-garnanziji finanzjarji tas-sidien tal-bastimenti u l-mekkaniżmi internazzjonali ta’ kumpens eżistenti.

Ġustifikazzjoni

L-akkomodazzjoni ta’ bastiment tista’ twassal għal dannu u spejjeż għal port. F’diversi okkażjonijiet, il-Parlament talab li titfassal skema [ta’ kumpens] għall-portijiet u għall-postijiet ta’ rifuġju. Il-Kummissjoni tipproponi li tindirizza din il-kwistjoni fid-Direttiva li ġejja dwar ir-responsabilità ċivili u l-garanziji finanzjarji tas-sidien tal-bastimenti. Madanakollu, f’ċerti każijiet din id-direttiva u l-fondi u l-konvenzjonijiet eżistenti (li l-parti l-kbira minnhom għadhom ma ġewx implimentati) ma jikkumpensawx għat-telfiet finanzjarji li jġarrab port. Ir-rapporteur tagħkom qed jitlob li jkun hemm skema ta' kumpens li tkopri dawn il-każijiet eċċezzjonali.

Emenda 42

ARTIKOLU 1, PUNT 11

Artikolu 20a, paragrafu 3 a (ġdid) (Direttiva 2002/59/KEE)

 

3a. Meta jkunu qegħdin jikkoperaw fi ħdan ftehimiet reġjonali jew fil-qafas ta' proġetti transkonfinali, interreġjonali jew transnazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi jew netwerks ta' tagħrif żviluppati jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u jkunu kompatibbli u konnessi mas-sistema Ewropea ta' tagħrif u mmaniġġjar marittimu SafeSeaNet.

Ġustifikazzjoni

Il-għan ta’ din l-emenda hu li jkun limitat ir-riskju li ftehimiet lokali jew reġjonali bejn amministrazzjonijiet marittimi jew li inizjattivi ta' koperazzjoni bejn reġjuni/portijiet/muniċipalitajiet ta' diversi Stati Membri fl-istess zona ta' baħar ikunu qed jiġu żviluppati mingħajr konsiderazzjoni xierqa tal-ħtieġa tal-kompatibilità u ta' l-interoperabilità bejn sistemi bħal dawn madwar l-Ewropa kollha u man-netwerk tas-SafeSeaNet.

Emenda 43

ARTIKOLU 1, PUNT 11

Artikolu 22a, paragrafu 3 b (ġdid) (Direttiva 2002/59/KE)

 

3b Sabiex ikun żgurat li hemm perjodu suffiċjenti biex ikun ippruvat il-funzjonament tas-sistema Ewropea ta’ skambju ta' tagħrif marittimu SafeSeaNet, għandha tilħaq il-milja tat-tħaddim tagħha fl-1 ta’ Jannar 2009.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li jkun ipprovdut perjodu suffiċjenti biex l-Istati Membri jippruvaw it-tħaddim tas-SafeSeaNet jekk is-sistemi nazzjonali u lokali għandhom jikkonformaw magħha.

Emenda 44

ARTIKOLU 1, PUNT 12, PUNT (B)

Artikolu 23, punt (e) u (f) (Direttiva 2002/59/KE)

(b) il-punti e) u f) li ġejjin huma miżjuda:

(b) il-punti li ġejjin (e), (f) u (fa) huma miżjuda:

Ġustifikazzjoni

Il-kunfidenzjalità tal-postijiet tas-sajd kienet tradizzjonalment kruċjali għall-flotta tas-sajd u għandha tkun iggarantita skond il-leġiżlazzjoni Ewropea relevanti.

Emenda 45

ARTIKOLU 1, PUNT 12, PUNT (B)

Artikolu 23, punt (e) (Direttiva 2002/59/KE)

“(e) jiżguraw il-konnessjoni u t-tħaddim ma’ xulxin tas-sistemi nazzjonali użati biex imexxu t-tagħrif speċifikat fl-Anness, jiżviluppaw u jaġġornaw is-sistema SafeSeaNet.

“(e) jiżguraw l-interkonnessjoni u l-interoperabilità tas-sistemi nazzjonali u jintegraw sistemi konvenzjonali ma’ sistemi bbażati fuq is-satelliti użati biex jimmaniġġjaw it-tagħrif imsemmi fl-Anness, u jiżviluppaw u jaġġornaw is-sistema tas-SafeSeaNet.

Ġustifikazzjoni

It-teknoloġiji kollha preżenti u futuri għandhom ikunu integrati biex tkun akkwistata l-aħjar sistema possibbli tas-SafeSeaNet.

Emenda 46

ARTIKOLU 1, PUNT 12, PUNT (B)

Artikolu 23, punt (f) (Direttiva 2002/59/KE)

(f) jistudjaw il-probabbiltà u jiddefinixxu l-modi ta’ integrazzjoni tas-sistema ta’ identifikazzjoni awtomatika (AIS) mas-sistemi ta’ pożizzjonament u ta’ komunikazzjoni użati fil-qasam tal-politika komuni tas-sajd.”

 

(f) jistudjaw il-fattibilità u jiddeterminaw ir-regoli ddettaljati għall-integrazzjoni tas-sistemi ta’ identifikazzjoni awtomatiċi (AIS) mas-sistemi ta’ pożizzjonament u ta’ komunikazzjoni użati fil-kuntest tal-politika komuni tas-sajd.” Is-sejbiet ta’ dak l-istudju għandhom ikunu disponibbli sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Qabel ma l-AIS issir obbligatorja, ikun utli jekk ikun iddeterminat il-punt sa fejn tkun tista' titħaddem flimkien mas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti bbażata fuq is-satelliti. Studju dwar dan il-punt jista’ jipproduċi għażliet li jgħinu biex is-sikurezza tal-bastimenti tas-sajd tittejjeb f’konformità ma’ l-istandards ta’ l-IMO u bi spejjeż inqas minn dawk mistennija.

Emenda 47

ARTIKOLU 1, PUNT 12, PUNT (B)

Artikolu 23, punt (f a) (ġdid) (Direttiva 2002/59/KE)

(fa) jistudjaw u jimplimentaw il-proċeduri li se jiggarantixxu b’mod aktar effettiv il-kunfidenzjalità tat-tagħrif miġbur.

Ġustifikazzjoni

Il-kunfidenzjalità tal-postijiet tas-sajd kienet tradizzjonalment kruċjali għall-flotta tas-sajd u għandha tkun iggarantita skond il-leġiżlazzjoni Ewropea relevanti.

Emenda 48

ARTIKOLU 1, PUNT 13 A (ġdid)

Artikolu 24, paragrafu 1 a (ġdid) (Direttiva 2002/59/KEE)

 

(13a) Fl-Artikolu 24 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

“L-Istati Membri, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, għandhom jaraw li d-dejta ta’ l-AIS u ta’ l-LRIT trasmessa mill-bastimenti tinżamm milli tkun disponibbli jew użata għal għanijiet oħra għajr dawk tas-sikurezza, is-sigurtà u l-ħarsien ta’ l-ambjent.

Ġustifikazzjoni

Din id-Direttiva, u b'mod partikulari d-dispożizzjonijiet tagħha rigward l-AIS u s-SafeSeaNet, iġibu magħhom numru konsiderevoli ta’ kwistjonijiet ta' kunfidenzjalità għal dawk involuti, li jibżgħu li t-tagħrif trasmess permezz tan-netwerks m'huwiex imħares biżżejjed mill-abbuż u l-ispjunaġġ kummerċjali. Huwa importanti li l-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa biex jegħilbu l-abbużi.

Emenda 49

PUNT 13 B (ġdid)

Artikolu 24, paragrafu 1 b (ġdid) (Direttiva 2002/59/KE)

 

“F’koperazzjoni ma’ l-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tan-Netwerks u t-Tagħrif, il-Kummissjoni għandha tinvestiga kif għandhom jingħelbu l-problemi tas-sigurtà tan-netwerks u t-tagħrif li jistgħu jkunu assoċjati mal-miżuri pprovduti taħt din id-Direttiva, u b'mod partikulari l-Artikoli 6, 6a, 14 u 22a tagħha. Sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa sabiex tiġġieled kontra l-użu mhux awtorizzat jew l-abbuż kummerċjali tad-dejta li tagħha jkun sar skambju skond din id-Direttiva.”

Ġustifikazzjoni

Din id-direttiva, u b'mod partikulari d-dispożizzjonijiet tagħha rigward l-AIS u s-SafeSeaNet, iġibu magħhom numru konsiderevoli ta’ kwistjonijiet ta' kunfidenzjalità għal dawk involuti, li jibżgħu li t-tagħrif trasmess permezz tan-netwerks m'huwiex imħares biżżejjed mill-abbuż u l-ispjunaġġ kummerċjali. Ir-rapporteur tiegħek jidhirlu li din hija biċċa xogħol għall-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tan-Netwerks u t-Tagħrif.

Emenda 50

ARTIKOLU 1, PUNT 15

Anness II, taqsima I, punt 3, inċiż -1 (ġdid) (Direttiva 2002/59/KE)

 

- bastiment tas-sajd ġdid ta’ tul totali ta’ 24 metru u aktar: fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva;

Ġustifikazzjoni

L-iskeda proposta tal-Kummissjoni tkopri l-installazzjoni ta’ l-AIS fuq bastimenti tas-sajd eżistenti. Madanakollu, għal bastimenti ġodda, ir-rapporteur tiegħek jidhirlu li hu raġonevoli li jkun mitlub li dan ir-rekwiżit jidħol fis-seħħ malajr.

Emenda 51

ARTIKOLU 1, PUNT 15

Anness II, taqsima I, punt 3, kliem introduttorju (Direttiva 2002/59/KE)

Kull bastiment tas-sajd li hu itwal minn 15-il metru huwa sottomess għall-esiġenzi tal-ġarr kif imsemmi fl-Artikolu 6 bis skond il-kalendarju li ġej:

Kull bastiment tas-sajd li għandu tul totali ta’ aktar minn 24 metru huwa suġġett għall-esiġenza tal-ġarr kif stupolat fl-Artikolu 6a skond l-iskeda li ġejja:

Ġustifikazzjoni

Bħalma sar fl-Artikolu 6a, it-tul totali huwa emendat minn 15-il metru għal 24; dan għandu jsir ukoll fl-Anness II, Taqsima 1, punt 3, l-ewwel paragrafu biex ikun konsistenti.

Emenda 52

PUNT 15

Anness II, taqsima I, punt 3, inċiż 1 (Direttiva 2002/59/KE)

- bastiment tas-sajd li t-tul tiegħu huwa 24 metru jew aktar iżda anqas minn 45 metru: sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2008;

- bastiment tas-sajd li t-tul totali tiegħu huwa ta’ 24 metru jew aktar iżda ta’ anqas minn 45 metru: sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva;

Ġustifikazzjoni

L-iskala ta’ żmien proposta għall-installazzjoni tat-tagħmir ta’ sikurezza mhix realistika meta wieħed iqis iż-żmien li x’aktarx jieħu l-proċess leġiżlattiv waħdu. Ikun xieraq li jiġu ddefiniti perjodi ta’ żmien marbuta mad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, sabiex jiġi żgurat li l-installazzjoni ta’ dan it-tagħmir issir bla tfixkil u b’mod korrett.

Emenda 53

ARTIKOLU 1, PUNT 15

Anness II, taqsima I, punt 3, inċiż 2 (Direttiva 2002/59/KE)

bastiment tas-sajd li t-tul tiegħu huwa 18-il metru jew aktar iżda anqas minn 24 metru: sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2009;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Bħalma sar fl-Artikolu 6a, it-tul totali huwa emendat minn 15-il metru għal 24;

Emenda 54

ARTIKOLU 1, PUNT 15

Anness II, taqsima I, punt 3, inċiż 3 (Direttiva 2002/59/KE)

bastiment tas-sajd li t-tul tiegħu huwa itwal minn 15-il metru iżda anqas minn 18-il metru: Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2010."

imħassar

Ġustifikazzjoni

Bħalma sar fl-Artikolu 6a, it-tul totali huwa emendat minn 15-il metru għal 24;

(1)

Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.


NOTA SPJEGATTIVA

Daħla

Sa minn tmiem l-1999 il-politika Ewropea dwar is-sikurezza fuq il-baħar kienet fost l-ogħla prijoritajiet fuq l-aġenda politika Ewropea. Id-diżastri suċċessivi ta' l-Erika (1999) u tal-Prestige (2002) b'sogħba kixfu n-nuqqasijiet tal-politika Ewropea u ta' l-approċċ ta' l-Istati Membri fl-eventwalità ta' diżastru fil-baħar.

Għalhekk il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew ħadmu iebes matul dawn l-aħħar snin biex isaħħu l-politika dwar is-sikurezza fuq il-baħar. F'anqas minn tliet snin, kienu adottati żewġ pakketti ta' miżuri. Fit-23 ta' Novembru 2005 il-Kummissjoni approvat it-tielet pakkett li kien fih seba' miżuri. Ir-reviżjoni tad-direttiva ta' monitoraġġ hija waħda mis-seba' partijiet ta' dak il-pakkett.

Qabel ma wieħed jidħol fid-dettalji tas-sustanza ta' din il-proposta, dan li ġej huwa ġabra fil-qosor ta' dak li ġara qabel il-proposta kurrenti għall-emendi tad-direttiva tal-monitoraġġ ta' l-2002.

L-ewwel direttiva tal-monitoraġġ ħarġet bħala konsegwenza ta' l-għarqa tat-tanker taż-żejt Erika f'Diċembru ta' l-1999 lil hinn mill-kosta Franċiża. Meta wieħed iqis li l-Erika kienet sabet problema biex tidħol f'port tal-kenn, il-Kummissjoni ddeċidiet li kien hemm il-ħtieġa biex tkun żviluppata politika dwar il-portijiet tal-kenn. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni riedet li tiżviluppa sistema biex ittejjeb il-monitoraġġ tal-bastimenti li jivvjaġġaw tul il-kosti tagħna. Dan hu ta' importanza b'mod partikulari għal dawk il-bastimenti li jkunu għaddejjin mill-ibħra tagħna bla ma jidħlu f'port Ewropew.

Fid-dibattitu fuq id-direttiva dwar il-monitoraġġ, ir-Rapporteur tagħkom argumenta, l-ewwelnett, favur assigurazzjoni obbligatorja għall-bastiment, imbagħad favur sistema ta' kumpens għar-rimborż ta' l-ispejjeż u għal kwalunkwe ħsara li ssir lil port li jkun qiegħed jagħti lqugħ lil bastiment fil-periklu. Dak iż-żmien kien jidher kmieni wisq biex isiru proposti għal miżuri leġiżlattivi fuq din it-tema. Ġie deċiż, madankollu, li jkunu kkunsidrati ż-żewġ proposti. Fis-27 ta' Ġunju 2002, waqt il-Presidenza Spanjola, id-direttiva sa fl-aħħar ġiet adottata. Fil-prinċipju kienet tirrappreżenta pass kbir 'il quddiem fil-politika dwar l-ilqugħ għal bastimenti fil-periklu. L-Istati Membri kienu mitluba jittrasponu l-miżuri sa Frar 2004.

F'Novembru 2002, sitt xhur biss wara li l-Kunsill kien ta l-approvazzjoni tiegħu għal dan il-qafas legali dwar l-ilqugħ għal bastimenti fil-periklu, seħħ id-diżastru tal-Prestige. Minkejja l-qafas legali li kien għadu kemm ġie propost, l-awtoritajiet Spanjoli ġiegħlu lill-bastiment joħroġ f'baħar miftuħ: laħqu ħarġu 77,000 tunnellata ta' żejt mhux maħdum li niġġsu l-aktar il-kosta Spanjola.

B'riżultat ta' dan id-diżastru ambjentali, l-Istati Membri ddeċidew li jġibu 'l quddiem id-dati tas-sottomissjonijiet għall-pjanijiet ta' l-ilqugħ għall-bastimenti fil-periklu. Il-Parlament Ewropew adotta żewġ riżoluzzjonijiet wara xulxin u ddeċieda li jwaqqaf Kumitat Temporanju għat-Titjib tas-Sikurezza Marittima (MARE). Ir-Rapporteur tagħkom inħatar biex jagħmel ir-rapport ta' dan il-kumitat temporanju. Fir-riżoluzzjoni tal-21 ta' April 2004, li kienet ir-riżultat tax-xogħol tal-kumitat temporanju MARE, il-Parlament Ewropew inter alia talab biex:

- ir-regolamenti eżistenti dwar l-ilqugħ għal bastimenti fil-periklu jiġu implimentati kollha kemm huma mill-Istati Membri;

- kull Stat Membru jistabbilixxi struttura ċara ta' teħid ta' deċiżjonijiet u ta' kmand biex tittratta l-emerġenzi marittimi, kif ukoll awtorità indipendenti li jkollha l-poteri u l-kompetenza li tieħu d-deċiżjonijiet neċessarji, b'mod partikolari fejn jidħlu l-għażla u l-allokazzjoni obbligatorja ta' post ta' l-irmiġġ ta' emerġenza jew port;

- il-Kummissjoni tissottometti proposti malajr kemm jista' jkun għal kumpens finanzjarju għall-postijiet tal-kenn;

- il-Kummissjoni tinvestiga l-kamp ta' l-applikazzjoni għall-introduzzjoni ta' assigurazzjoni obbligatorja għal bastimenti f'ibħra Ewropej.

Il-proposta tal-Kummissjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2002/59/KE tqis it-talbiet tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-partijiet varji interessati fuq bosta punti:

- l-issikkar tal-politika dwar l-ilqugħ għal bastimenti fil-perikolu;

- il-ħatra mill-Istati Membri ta' awtorità kompetenti indipendenti dwar l-ilqugħ għal bastimenti fil-perikolu;

- il-miżuri li għandhom jittieħdu fil-preżenza tas-silġ;

- it-trattament tal-bastimenti li ma jkunux assigurati;

- l-iżvilupp tas-SafeSeaNet, sistema Ewropea għall-iskambju ta' l-informazzjoni marittima.

Il-Kummissjoni għamlet ukoll għadd ta' proposti ġodda:

- l-użu ta' l-AIS għandu jsir obbligatorju għal bastimenti tas-sajd itwal minn 15-il metru;

- l-issikkar ta' l-obbligu fuq min jibgħat il-merkanzija li jgħaddi l-informazzjoni.

Proposti mir-Rapporteur tagħkom

1. L-introduzzjoni ta' sistemi ta' identifikazzjoni awtomatiċi għal bastimenti tas-sajd

Il-Kummissjoni tixtieq li l-bastimenti tas-sajd għandhom ikunu attrezzati bl-AIS: dan ikun japplika għall-ikbar kategorija ta' bastimenti mill-2008, u għall-iżgħar (minn 15-il metru) mill-2010. B'dan il-mod il-Kummissjoni qiegħda tipprova tnaqqas l-għadd ta' ħabtiet bejn bastimenti merkantili kbar u bastimenti tas-sajd.

Ir-Rapporteur tagħkom jaħseb li tkun idea tajba jekk il-bastimenti tas-sajd ikunu viżibbli aktar faċilment għal bastimenti merkantili kbar: ħabta jista' jkollha konsegwenzi traġiċi fuq l-ekwipaġġ tagħhom.

Madankollu, jiddubita kemm din il-miżura tista' sseħħ fil-qafas taż-żmien propost. Biex tinstalla l-AIS jiswa madwar EUR 2,000 għal kull bastiment. Is-sajjieda bħalissa jinsabu għaddejjin minn kriżi ekonomika kbira, u m'għandhomx mezzi suffiċjenti biex iżommu tajjeb il-bastimenti tagħhom. Ma jkunx faċli jekk jintalbu biex jagħmlu investiment ieħor li fih ma jarawx benefiċċji ekonomiċi immedjati. Jibżgħu wkoll li l-AIS jista' jwassal għal spjunaġġ kummerċjali.

Ir-Rapporteur tagħkom għalhekk jipproponi skeda inqas iebsa, flimkien ma' miżuri li ma jippermettux li jsir użu ħażin mill-AIS. Madankollu, huwa jipproponi li f'dan l-abbozz ta' direttiva għandu jitqies il-progress li sar fil-kuntest ta' l-IMO dwar is-sistemi ta' identifikazzjoni mill-bogħod (LRIT).

2. L-obbligu ta' min jibgħat il-merkanzija li jgħaddi l-informazzjoni

Il-Kummissjoni trid li min jibgħat il-merkanzija jgħaddi lill-kaptan jew lill-operatur tal-bastiment karta bid-dejta li jkun fiha l-karatteristiċi fiżiko-kimiċi u l-viskożità taż-żjut minerali li jkunu qegħdin iġorru.

Il-konsultazzjonijiet ma' l-industrija tas-sajd juru li din l-informazzjoni tkun ta' relevanza kbira għan-nies tas-salvataġġ.

Ir-Rapporteur tagħkom għalhekk jipproponi li l-bastimenti li jkunu sejrin lejn xi port Ewropew minn barra l-UE għandu jkollhom aċċess ukoll għal din l-informazzjoni. Għandu jkun iċċarat ukoll li fl-ebda ċirkostanza l-kaptan m'għandu jitqies responsabbli jekk min jibgħat il-merkanzija jgħaddilu informazzjoni ħażina jew żbaljata.

3. Il-ħatra ta' awtorità kompetenti indipendenti

B'din il-proposta, il-Kummissjoni qiegħda tirreaġixxi għal sejħa importanti mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' April 2004.

Sabiex operazzjoni ta' salvataġġ tirnexxi, il-ħin huwa essenzjali. Id-diżastri jew kważi-diżastri suċċessivi juruna li bosta drabi kien jinħela ħafna ħin billi ma kienx ċar min kien responsabbli għal xiex, jew għaliex min kien kapaċi jieħu deċiżjoni kellu jsejjaħ tim ta' nies kompetenti miġbur fuq bażi ad hoc.

Għalhekk jeħtieġ li jkun hemm xi awtorità jew persuna li tieħu r-responsabilità sħiħa għall-assistenza meta jseħħu diżastri bħal dawn, u li jkollhom il-kapaċità li jieħdu deċiżjonijiet indipendenti għal kollox bl-għarfien sħiħ tal-fatti. L-irwol u l-kompetenza tar-Rappreżentant tas-Segretarju ta' l-Istat Britanniku (SOSREP) huma l-aktar li joqorbu lejn din is-sistema.

Madankollu, ix-xogħol ta' l-awtorità kompetenti indipendenti m'għandux ikun biss li tiddeċiedi dwar l-ilqugħ ta' bastiment fil-periklu f'post tal-kenn. Għandu jkollha l-kapaċità li taċċerta ruħha malajr kemm jista' jkun dwar l-istat attwali tal-bastiment, u li ġġib l-għajnuna neċessarja mill-aktar fis possibbli.

4. It-trattament ġust tal-kaptani u l-ekwipaġġ fil-każ ta' inċident

It-tendenza li l-ekwipaġġi tal-bastimenti jkunu ttrattati bħala kriminali ma tantx tgħin fir-rigward tas-sikurezza marittima. Bosta drabi, il-kaptani jdumu ma jsejħu għall-għajnuna għax jibżgħu li jkunu arrestati. Xi drabi jippruvaw jibqgħu jbaħħru sakemm jaslu mal-kosta ta' pajjiż li jkun inqas 'iebes' f'dan ir-rigward, u b'hekk jinħela ħafna ħin. Il-linji gwida adottati dan l-aħħar fi ħdan l-IMO huma pass fid-direzzjoni t-tajba.

5. Il-konsegwenzi ta' l-assenza ta' ċertifikat ta' l-assigurazzjoni jew ta' garanzija finanzjarja

L-ewwel, il-bastimenti li ma jkunux taw notifika ta' xi sigurtà finanzjarja, jew li ma jkollhomx ċertifikat ta' l-assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja, jitqiesu li jkunu potenzjalment ta' periklu għat-tbaħħir skond l-Artikolu 16 u għalhekk għandhom ikunu mmonitorjati mill-qrib. It-tieni, l-assenza ta' l-evidenza ta' xi sigurtà finanzjarja għandha tkun fattur għall-valutazzjoni u d-deċiżjoni dwar l-ilqugħ ta' bastiment fil-periklu.

Ir-Rapporteur tagħkom jappoġġa l-ewwel waħda minn dawn il-proposti. Il-bastimenti li ma jkollhomx assigurazzjoni għandhom jitqiesu bħala każi suspettużi. Għandhom isirulhom kontrolli iktar ibsin meta jidħlu f'xi port u għandha ssir insistenza qawwija magħhom biex ikollhom assigurazzjoni.

Madankollu, m'huwiex mixtieq li bastimenti assigurati biss għandhom jingħataw ilqugħ f'post tal-kenn. Jidher ċar li tinħoloq problema jekk tingħata assistenza lil xi bastiment fil-periklu li ma jkunx assigurat (kompletament). Madankollu, mhix soluzzjoni li bastiment jiċċaħħad milli jingħatalu lqugħ, billi l-konsegwenzi finanzjarji u ekonomiċi jkunu ħafna akbar.

6. Skema ta' kumpens għal postijiet tal-kenn u portijiet

L-ilqugħ ta' bastiment jista' jġib miegħu dannu u spejjeż għall-port in kwistjoni. Kif rajna, il-Parlament f'dawn l-aħħar snin għamel talbiet ripetuti biex tinħadem skema [ta' kumpens] għall-portijiet u għall-postijiet tal-kenn li jilqgħu bastiment fil-periklu.

Il-Kummissjoni ma tagħmilx dispożizzjonijiet għal sistema bħal din f'din il-proposta. Tqis li għandhom isiru regolamenti għal dan il-għan fil-kuntest ta' proposta għal direttiva dwar ir-responsabilità ċivili u l-garanziji finanzjarji tas-sidien tal-bastimenti. Il-miżuri li jidħlu f'dik id-direttiva, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, ikunu jistgħu jiggarantixxu kopertura għall-ispejjeż u d-danni involuti. Madankollu, la din id-direttiva u lanqas il-fondi eżistenti ma jħallsu kumpens għat-telf ekonomiku li jista' jsofri port li jagħti lqugħ lil bastiment li ma jkunx assigurat tajjeb. Ir-Rapporteur tagħkom għalhekk qiegħed jitlob skema ta' kumpens għal każijiet eċċezzjonali.

7. Il-kunfidenzjalità

Din id-direttiva, u b'mod partikulari d-dispożizzjonijiet tagħha rigward l-AIS u s-SafeSeaNet, iġġib magħha bosta problemi ta' kunfidenzjalità fost il-partijiet interessati, li jibżgħu li l-informazzjoni li tingħata lin-netwerks m'hijiex protetta għal kollox mill-użu ħażin u l-ispjunaġġ kummerċjali.

Ir-Rapporteur tagħkom iqis li din hija biċċa xogħol għall-Aġenzija tas-Sigurtà għan-Netwerks u l-Informazzjoni, u jipproponi emenda għall-Artiklu 24 għal dik il-fini.


OPINJONI Tal-KUMITAT GĦAS-SAJD  (4.9.2006)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/59/KE dwar it-twaqqif ta’ sistema Komunitarja tal-monitoraġġ tat-traffiku tal-bastimenti u tat-tagħrif

(COM(2005)0589 - C6‑0004/2006 – 2005/0239(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Willi Piecyk

Inċidenti marittimi serji u magħrufa li seħħew dan l-aħħar, bħall-għarqa ta’ l-Erika u l-Prestige fl-ibħra Ewropej, urew biċ-ċar li ħafna drabi dawn l-inċidenti għandhom implikazzjonijiet usa’ minn dawk li sempliċiment jikkonċernaw il-bastiment involut. Ħafna inċidenti jaffettwaw l-attivitajiet tal-kosti kollha, bħalma huma t-turiżmu, it-traffiku u s-sajd. Dak li darba kien il-biża’ tal-baħrin biss, l-inċidenti marittimi li jinvolvu t-tniġġis attwalment jinbidlu f’emerġenzi nazzjonali jew internazzjonali wkoll, b’anqas importanza mogħtija lill-fruntieri internazzjonali.

Bl-idea li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ sikurezza u tat-tagħrif relatati ma’ l-industrija tat-trasport marittimu, il-Kummissjoni ppreżentat proposta leġiżlattiva sabiex titjieb id-Direttiva 2002/59/KE. Din id-Direttiva tinvolvi l-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ l-għodda kollha ta’ monitoraġġ tal-bastimenti li huma disponibbli llum. Hija twaqqaf dinamika ta’ implimentazzjoni ta’ mezzi u ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, sabiex tippermetti lill-Istati Membri li jipprevjenu b’mod aħjar jew jirreaġixxu aħjar għas-sitwazzjonijiet perikolużi.

Huwa fatt traġiku li s-sajd huwa wieħed mill-industriji li jinvolvi riskju kbir ta’ inċidenti. Xogħol is-sajjied huwa perikoluż, meta jsir f’temp li mhux stabbli, b’possibiltajiet limitati ta’ prekawzjonijiet ta’ sikurezza. Għaldaqstant ir-riskju ta’ inċidenti fil-professjoni tas-sajd huwa għoli ħafna.

Il-kundizzjonijiet ta’ sikurezza u tax-xogħol fil-qasam tas-sajd huma prijoritajiet ta’ dan il-Kumitat. Ir-rapport miġbur fuq inizjattiva personali tas-Sinjura Miguelez Ramos (Marzu 2001) dwar is-sikurezza u l-kawżi ta’ l-inċidenti fis-sajd huwa wieħed mill-miżuri li ttieħdu, li l-kunsiderazzjonijiet u l-konklużjonijiet tiegħu għadhom topiċi sal-lum.

L-analiżi li ġejja ta’ l-emendi proposti għad-Direttiva 2002/59/KE hija limitata biss għal dawk l-emendi li jikkonċernaw l-industrija tas-sajd.

Bħala prinċipju aħna qed nittrattaw ma’ emenda waħda, iżda waħda ta’ importanza kbira li tikkonċerna l-ħtieġa li wieħed jinstalla l-bastimenti tas-sajd li huma itwal minn 15-il metru b’Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika (AIS), bl-iskop li jiffaċilita aktar is-sejbien tal-pożizzjoni tal-bastimenti. Dispożizzjonijiet għal sistemi bħal dawn huma bla dubju inadegwati. In-numru kbir ta’ bastimenti tas-sajd li jgħaddu mingħajr ma jiġu osservati minn bastimenti merkantili wassal għal ħafna inċidenti serji, speċjalment fil-Baħar tat-Tramuntana, fil-Baltiku u fil-Mediterran.

L-installazzjoni obbligatorja ta’ dawn is-sistemi ta’ sikurezza, kif stipulata fl-Artikolu 6a, hija akkumpanjata minn skeda bil-għan li sa l-2008 jkollha bastimenti twal lesti ’il fuq minn 24 m u sa l-2010 jkollha bastimenti twal ’il fuq minn 15m.

Minkejja li naqblu ma’ l-intenzjonijiet tal-proposta, jiġifieri t-titjib fl-istandards ta' sikurezza għas-sajjieda u għall-bastimenti, wieħed għandu jaħsibha sew dwar il-proposta:

1.

Fil-qafas tal-politiki tas-sajd, numru kbir ta' bastimenti kienu diġà obbligati jinstallaw il-'kaxxi blu' (VMS), li jippermettu l-monitoraġġ ta’ l-attivitajiet tas-sajd bis-satellita. Din tqanqal il-mistoqsija dwar kemm tkun kompatibbli din is-sistema ma’ dik proposta mill-Kummissjoni.

Huwa ċar il-fatt li, li kieku s-sistemi AIS u VMS jinstabu li m'humiex kompatibbli, li jirriżulta fil-bżonn ta’ l-installazzjoni taż-żewġ sistemi, ikun hemm spejjeż akbar għall-bastimenti żgħar u medji, li ħafna drabi jkunu tan-negozji mmexxija minn familji li diġà jkollhom diffikultajiet finanzjarji.

L-installazzjoni tal-bastimenti tas-sajd b’din is-sistema għandha tkun issussidjata kemm mill-pubbliku kif ukoll mill-fondi ta’ l-UE, minkejja li kriterji bħalma huma l-proporzjonalità u l-ugwaljanza għandhom jiġu kkunsidrati, li jwasslu għal żieda sostanzjali fil-kofinanzjament għal bastimenti iżgħar involuti fl-attivitajiet tal-kosta.

Għal dan l-iskop jidher neċessarju li tinħoloq intestatura ta’ baġit separata indipendenti mill-Fond Ewropew għas-Sajd, ladarba ż-żieda kostanti għal domandi ġodda ta’ sussidji qed jitfgħu aktar u aktar pressjoni fuq il-baġits kemm tal-Komunità kif ukoll ta' l-Istati Membri, u dan jirriżulta f'aktar riżorsi limitati sabiex jiġu ttrattati kwistjonijiet importanti.

2.

Il-limitu ta’ żmien propost għall-installazzjoni tat-tagħmir ta’ sikurezza mhux realistiku meta wieħed iqis iż-żmien li jieħu l-proċess leġiżlattiv waħdu. Ikun opportun li jiġu definiti perjodi ta’ żmien marbuta mad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, sabiex tiġi żgurata installazzjoni kif suppost ta’ dan it-tagħmir.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

PREMESSA 6

(6) Ta’ min jikkunsidra li jiġu studjati s-sinerġiji possibbli bejn l-AIS u s-sistemi ta’ pożizzjonament u ta’ komunikazzjoni użati fil-qasam tal-politika komuni tas-sajd, bħas-sistema ta’ sorveljanza tal-bastimenti bis-satellita (VMS). Ir-riċerka għall-integrazzjoni ta’ dawn is-sistemi trid tikkunsidra l-bżonnijiet u l-esiġenzi għall-kontroll tal-flotot tas-sajd, b’mod partikulari dak relatat mas-sikurezza u s-segretezza ta’ l-informazzjoni trasmessa.

Ta’ min jikkunsidra li jiġu studjati s-sinerġiji possibbli bejn l-AIS u s-sistemi ta’ pożizzjonament u ta’ komunikazzjoni użati fil-qasam tal-politika komuni tas-sajd, bħas-sistema ta’ sorveljanza tal-bastimenti bis-satellita (VMS). B’konsegwenza ta’ dan, il-limitu ta’ żmien għall-installazzjoni tas-sistema AIS jista’ jkun skond il-konklużjonijiet ta' dan l-istudju. Ir-riċerka għall-integrazzjoni ta’ dawn is-sistemi għandha tikkunsidra l-bżonnijiet u l-esiġenzi għall-kontroll tal-flotot tas-sajd, b’mod partikulari fir-rigward is-sikurezza u s-segretezza ta’ l-informazzjoni trażmessa.

 

Emenda 2

PREMESSA 6 A (ġdida)

(6a) Bastimenti ġodda jridu jintużaw bl-AIS tnax-il xahar wara li tidħol fis-seħħ din id-Direttiva. Linja ta’ baġit separata, indipendenti mill-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd għandha tinħoloq biex tassisti r-restawrazzjoni tal-flotta tas-sajd eżistenti, li tipprovdi kofinanzjament irrispettivament mit-territorju, sa 90% mir-riżorsi ta’ l-UE.

Ġustifikazzjoni

Huwa ċar il-fatt li, li kieku s-sistemi AIS u VMS jinstabu li m'humiex kompatibbli, li jirriżulta fil-bżonn ta' l-installazzjoni taż-żewġ sistemi, ikun hemm infiq akbar għall-bastimenti żgħar u medji, li ħafna drabi jkunu tan-negozji mmexxija minn familji li diġà jkollhom diffikultajiet finanzjarji. Dan il-fatt għandu jirrifletti f’appoġġ finanzjarju, irrispettivament mit-territorju.

Emenda 3

ARTIKOLU 1, PUNT 12, PUNT (B)

Artikolu 23, punt (f), subparagrafu 1 a (ġdid) (Direttiva 2002/59/KE)

Il-konklużjonijiet għal dan l-istudju għandhom ikunu disponibbli mhux aktar tard minn tnax-il xahar qabel id-dħul fis-seħħ ta’ l-obbligazzjoni msemmija fl-Artikolu 6a.

Emenda 4

ARTIKOLU 1, PUNT 12, PUNT (B)

Artikolu 23, punt (f a) (ġdid) (Direttiva 2002/59/KE)

(fa) li jiġu studjati u implimentati l-proċeduri li jiggarantixxu b’mod aktar effettiv il-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni miġbura.

Ġustifikazzjoni

Il-kunfidenzjalità tal-postijiet tas-sajd kienet tradizzjonalment kruċjali għall-flotta tas-sajd u għandha tkun garantita skond il-leġiżlazzjoni Ewropea rilevanti.

Emenda 5

ARTIKOLU 1, PUNT 12, PUNT (B)

Artikolu 23 (Direttiva 2002/59/KE)

(b) il-punti li ġejjin (e) u (f) huma miżjuda:

(b) il-punti li ġejjin (e), (f) u (fa) huma miżjuda:

Ġustifikazzjoni

Il-kunfidenzjalità tal-postijiet tas-sajd kienet tradizzjonalment kruċjali għall-flotta tas-sajd u għandha tkun garantita skond il-leġiżlazzjoni Ewropea rilevanti.

Emenda 6

PUNT 15
Anness II, Sezzjoni I, punt 3, inċiż 1 (Direttiva 2002/59/KE)

- bastiment tas-sajd li t-tul tiegħu huwa 24 metru jew aktar u inqas minn 45 metru: sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2008;

- bastiment tas-sajd li t-tul tiegħu huwa 24 metru jew aktar iżda anqas minn 45 metru: sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva;

Ġustifikazzjoni

Il-limitu ta’ żmien propost għall-installazzjoni tat-tagħmir ta’ sikurezza mhux realistiku meta wieħed iqis iż-żmien li jieħu l-proċess leġiżlattiv waħdu. Ikun opportun li jiġu definiti perjodi ta’ żmien marbuta mad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, sabiex tiġi żgurata installazzjoni kif suppost ta’ dan it-tagħmir.

Emenda 7

ARTIKOLU 1, PUNT 15

Anness II, Sezzjoni I, punt 3, inċiż 2 (Direttiva 2002/59/KE)

- bastiment tas-sajd li t-tul tiegħu huwa 18-il metru jew aktar u inqas minn 24 metru: sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2009;

- bastiment tas-sajd li t-tul tiegħu huwa 18-il metru jew aktar iżda anqas minn 24 metru: sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva;

Ġustifikazzjoni

Il-limitu ta’ żmien propost għall-installazzjoni tat-tagħmir ta’ sikurezza mhux realistiku meta wieħed iqis iż-żmien li jieħu l-proċess leġiżlattiv waħdu. Ikun opportun li jiġu definiti perjodi ta’ żmien marbuta mad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, sabiex tiġi żgurata installazzjoni kif suppost ta’ dan it-tagħmir.

Emenda 8

ARTIKOLU 1, PUNT 15

Anness II, Sezzjoni I, punt 3, inċiż 3 (Direttiva 2002/59/KE)

- bastiment tas-sajd li t-tul tiegħu huwa itwal minn 15-il metru u inqas minn 18-il metru: Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2010."

- bastiment tas-sajd li t-tul tiegħu huwa itwal minn 15-il metru iżda anqas minn 18-il metru: sa mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva."

Ġustifikazzjoni

Il-limitu ta’ żmien propost għall-installazzjoni tat-tagħmir ta’ sikurezza mhux realistiku meta wieħed iqis iż-żmien li jieħu l-proċess leġiżlattiv waħdu. Ikun opportun li jiġu definiti perjodi ta’ żmien marbuta mad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, sabiex tiġi żgurata installazzjoni kif suppost ta’ dan it-tagħmir.

Emenda 9

ARTIKOLU 1, PUNT 15

Anness II, Sezzjoni I, punt 3, inċiż -1 (ġdid) (Direttiva 2002/59/KE)

- bastimenti ġodda: sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva;

Ġustifikazzjoni

Jidher li huwa xieraq li għandu jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli lil min jimmanifattura l-bastimenti tas-sajd, marbut mad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, sabiex jiġi installat l-AIS fuq bastimenti ġodda.

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/59/KE dwar it-twaqqif ta’ sistema Komunitarja tal-monitoraġġ tat-traffiku tal-bastimenti u tat-tagħrif.

Referenzi

COM(2005)0589 – C6-0004/2006 – 2005/0239(COD)

Kumitat responsabbli

TRAN

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH
2.2.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Willi Piecyk
31.1.2006

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

23.2.2006

11.7.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

28.8.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Iles Braghetto, Luis Manuel Capoulas Santos, Paulo Casaca, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Carmen Fraga Estévez, Alfred Gomolka, Heinz Kindermann, Henrik Dam Kristensen, Albert Jan Maat, Philippe Morillon, Willi Piecyk, Dirk Sterckx, Struan Stevenson, Margie Sudre

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Dorette Corbey, Carl Schlyter

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Alfonso Andria

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...


PROĊEDURA

Titolu

Sistema komunitarja ta’ immonitorjar ta’ bastimenti u ta’ informazzjoni

Referenzi

COM(2005)0589 - C6-0004/2006 - 2005/0239(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

23.11.2005

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

17.1.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

17.1.2006

PECH

2.2.2006

 

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

30.1.2006

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Dirk Sterckx

21.3.2006

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

19.4.2006

13.9.2006

23.1.2007

27.2.2007

Data ta’ l-adozzjoni

27.2.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

44

0

1

Membri preżenti għall-vot finali

Gabriele Albertini, Inés Ayala Sender, Etelka Barsi-Pataky, Paolo Costa, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Arūnas Degutis, Christine De Veyrac, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Timothy Kirkhope, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Sepp Kusstatscher, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Erik Meijer, Seán Ó Neachtain, Josu Ortuondo Larrea, Willi Piecyk, Luís Queiró, Luca Romagnoli, Gilles Savary, Brian Simpson, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Silvia-Adriana Ţicău, Georgios Toussas, Marta Vincenzi, Lars Wohlin, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Johannes Blokland, Philip Bradbourn, Jeanine Hennis-Plasschaert, Anne E. Jensen, Rosa Miguélez Ramos, Corien Wortmann-Kool

Data tat-tressiq

28.3.2007

Avviż legali - Politika tal-privatezza