RAPPORT
30.3.2007
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005
(C6-0469/2006 – 2006/2075(DEC))
Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Daniel Caspary
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(C6‑0469/2006 – 2006/2075(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005[1],
– wara li kkunsidra l-kotba finali annwali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2005 - Volum I (C6-0469/2006),
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005, u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati[2],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni għall-affidabilità tal-kontijiet u għal-legalità u għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE[3],
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' (0000/2007 - C6-2007),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[4], u partikularment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0110/2007),
1. Jagħti kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għas-sena finanzjara 2005;
2. Jagħti l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u li jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).
2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
b'osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali minnha dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005, Taqsima VI – Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(C6‑0469/2006 – 2006/2075(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005[5],
– wara li kkunsidra l-kotba finali annwali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2005 - Volum I (C6-0469/2006),
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005, u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati[6],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduta mill-Qorti ta' l-Awdituri bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE[7],
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' (0000/2007 - C6-0000/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[8], u partikularment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0110/2007),
1. Jinnota li fl-2005 il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (EESC) kellu approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli li jammontaw għal total ta' EUR 106 880 105.67 b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 94.99 %;
2. Jinnota li wara l-introduzzjoni ta' 'accrual accounting' b'effett mill-1 ta' Jannar 2005, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta' l-ESC juru bilanċ ekonomiku negattiv ta' EUR 3 811 889.47 (żbilanċ) u ammonti identiċi (EUR 168 387 721.19) kemm fir-rigward ta' l-attivi u tal-passivi;
3. Jinnota r-rimarka tal-Qorti ta' l-Awdituri Ewropea f'paragrafu 10.16 tar-Rapport Annwali ta' l-2005 tagħha li minkejja t-twaqqif, matul l-2005, ta' unità responsabbli għall-koordinazzjoni ta' l-attivijiet finanzjarji u kuntrattwali fis-servizzi konġunti kollha ta' l-EESC u tal-Kumitat tar-Reġjuni (CoR), xorta dehru xi nuqqasijiet dwar l-immaniġġjar operazzjonali ta' ċerti proċeduri ta' akkwist u ta' koordinazzjoni bejn l-unità l-ġdida u l-unitajiet operazzjonali li ma kinux ġew definiti b'mod ċar;
4. Ifakkar li fl-2005 l-EESC beda diskussjonijiet mal-Kummissjoni dwar it-teħid ta' spazju għal uffiċċju fil-binja van Maerlantl; jinnota aktar, ir-risposta ta' l-EESC għall-kwestjonarju dwar ir-rekwiżiti ta' l-ispazju gġal uffiċċju ta' l-EESC/ Kumitat tar-Reġjuni (CoR) li wara l-espansjoni tagħhom fil-binja van Maerlant iż-żewġ istituzzjonijiet ma jistennewx li se jkollhom bżonn aktar binjiet fis-snin li ġejjin;
5. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li mill-2004 is-sessjonijiet plenarji kollha ta' l-EESC saru fil-bini tal-Parlament Ewropew;
6. Jinnota, mir-rapport ta' ħidma ta' l-EESC, li r-Reġistru tiegħu talab lill-atturi finanzjarji konċernati u lill-Grupp tal-Kwesturi biex jikkunsidraw jistabilixxu proċedura iktar ċara għar-rifużjoni ta' spejjeż ta' vjaġġar u għall-ħlas tal-konċessjonijiet għall-ivvjaġġar u għall-għajxien, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet li m'humiex espliċitament maħsuba fir-regoli;
7. Josserva li wara l-proċeduri kriminali Belġjani kontra ex-Membru ta' l-EESC dwar l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar (saret referenza għalihom fil-paragrafu 4 tar-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-Parlament tas-27 ta' April 2006 (ir-rapport Lundgren)[9] l-EESC ipproċeda b'kawża ċivili għad-danni u l-Qorti Belġjana mistennija tagħti s-sentenza lejn nofs l-2007;
8. Jinnota b'interess li s-Segretarju Ġenerali u l-Awditur Intern ikollhom laqgħat regolari fl-istess ħin kull ġimgħa sabiex l-Awditur Intern jinżamm aġġornat bl-attivitajiet u l-avveniment ta' l-Istituzzjoni u sabiex is-Segretarju Ġenerali jkun jista' jieħu l-kunsiderazzjoni massima tal-kummenti ta' l-Awditur Ġenerali;
9. Jinnota li l-EESC u s-CoR bħalissa qed jikkunsidraw jekk għandhomx ikomplu jimmaniġġjaw ċerti attivitajiet flimkien permezz tas-servizzi konġunti, u, jekk iva, x'forma għandha tieħu dik il-kollaborazzjoni fil-futur;
10. Jinnota li l-kooperazzjoni amministrattiva bejn is-CoR u l-EESC għandha tkun ta' benefiċċju liż-żewġ kumitati u ta' vantaġġ finanzjarju għall-Ewropej li jħallsu t-taxxi; jinsisti li kwalunkwe struttura ġdida ta' kooperazzjoni amministrattiva bejn iż-żewġ kumitati għandha tirriżulta f'benefiċċji finanzjarji; jitlob li ż-żewġ kumitati jsibu mod kif ikomplu l-koperazzjoni amministrattiva diġà stabbilita;
11. Ifakkar lis-CoR u lill-EESC, permezz tas-servizzi konġunti tagħhom, jimmaniġġjaw ċerti attivitajiet flimkien (traduzzjoni, stampar, bini, sigurtà, librerija, akkwisti, catering, uxxiera, servizzi mediċi, karozzi u xufiera, informatika eċċ), u li dan l-aħħar il-ftehima ta' koperazzjoni tagħhom ġiet imġedda għal sitt xhur (bil-possibilità li tiġi estiża għal sitt xhur oħra) sakemm tittieħed deċiżjoni dwar jekk din il-koperazzjoni għandhiex titkompla fil-ġejjieni;
12. Jistieden lis-CoR u lill-ESC, wara li kkunsidra d-diverġenzi sostanzjali bejn is-sejbiet tar-rapporti tas-servizzi konġunti u ż-żewġ rapporti esterni tas-CoR, sabiex jagħmlu analiżi konġunta ibbażata fuq 'benchmarks' xierqa - jekk meħtieġa bl-għajnuna tal-Qorti ta' l-Awdituri - ta' l-ispejjeż preċiżi, tal-benefiċċji u tat-tifdil iġġenerati bil-kooperazzjoni u sabiex ir-riżultati ta' l-eżami tagħhom jippreżentawhom lill-kumitat kompetenti sal-31 ta' Ottubru 2007.
PROĊEDURA
Titolu |
Kwittanza għall-2005 - Kumitat Ekonomiku u Soċjali |
|||||||||||
Numru tal-proċedura |
C6-0469/2006 - 2006/2075(DEC) |
|||||||||||
Kumitat responsabbli |
CONT |
|||||||||||
Referenza għal opinjoni - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
14.12.2006 |
|
|
|
|
|||||||
Rapporteur(s) |
Daniel Caspary |
|
||||||||||
Rapporteur(s) preċedenti |
Nils Lundgren |
|
||||||||||
Eżami fil-kumitat |
29.1.2007 |
27.2.2007 |
|
|
|
|||||||
Data ta' l-adozzjoni |
27.3.2007 |
|||||||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+ - 0 |
21 1 2 |
||||||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Herbert Bösch, Paul van Buitenen, Mogens N.J. Camre, Paulo Casaca, Petr Duchoň, Ingeborg Gräßle, Dan J¸rgensen, Bogusław Liberadzki, Nils Lundgren, Marusya Ivanova Lyubcheva, Edith Mastenbroek, Jan Mulder, Francesco Musotto, Ovidiu Ioan Silaghi, Bart Staes, Alexander Stubb, Kyösti Virrankoski |
|||||||||||
Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali |
Daniel Caspary, Christopher Heaton-Harris, Edit Herczog, Petre Popeangă, Gabriele Stauner |
|||||||||||
Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali skond ir-Regola 178(2) |
|
|||||||||||
Data tat-tressiq |
30.3.2007 |
|||||||||||
Kummenti (disponibbli b'lingwa waħda biss) |
|
|||||||||||
- [1] ĠU L 60, 8.5.2005, p.1.
- [2] ĠU C 263, 31.10.2006, p. 1.
- [3] ĠU C 263/3, 31.10.2006, p.10.
- [4] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p.1).
- [5] ĠU L 60, 8.5.2005, p.1.
- [6] ĠU C 263, 31.10.2006, p. 1.
- [7] ĠU C 263/3, 31.10.2006, p.10.
- [8] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p.1).
- [9] Testi adottati, P6_TA(2006)162.