RAPPORT dwar l-istrateġija tal-politika annwali tal-Kummissjoni għall-proċedura tal-baġit 2008

3.4.2007 - (2007/2017(BUD))

Taqsima III - Kummissjoni
Kumitat għall-Baġit
Rapporteur: Kyösti Virrankoski
PR_BUD_Strategy


Proċedura : 2007/2017(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0123/2007

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-istrateġija tal-politika annwali tal-Kummissjoni għall-proċedura tal-baġit 2008, Taqsima III-Kummissjoni
(2007/2017(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Strateġija Politika Annwali għall-2008 (COM(2007)0065),

–       wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod[1],

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 112(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0123/2007),

A.     billi l-baġit ta' l-UE għall-2008 ser ikun it-tieni wieħed li jsir ftehim dwaru fil-qafas tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) dwar id-dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda li qablu dwarha fis-17 ta’ Mejju 2006,

B.    billi l-baġit għall-2008 ser ikun l-ewwel wieħed li jsir ftehim dwaru bir-Rumanija u l-Bulgarija bħala membri ta’ l-UE,

C.    billi l-proċess ta’ globalizzazzjoni jibqa’ miexi, bl-opportunitajiet u l-isfidi fl-isferi ekonomiċi, soċjali u ambjentali kollha tiegħu jistennew, billi l-baġit għall-2008 irid jiżgura li l-UE tibqa' f'pożizzjoni li tibbenefika minn opportunitajiet li taffaċja l-isfidi tal-globalizzazzjoni permezz ta' kombinazzjoni xierqa ta' politiki interni u estern li jħarsu 'l quddiem,

D.   billi l-2007 ser tkun l-ewwel sena ta’ l-implimentazzjoni ta’ ħafna programmi ġodda ta’ l-UE ta’ infiq għall-perjodu tal-programm finanzjarju 2007-2013, wara l-adattament ta' ħafna bażijiet legali ġodda waqt l-2006, billi d-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-2007, b'mod partikulari fir-rigward ta' approprjazzjonijiet ta' impenn, tipprovdi informazzjoni importanti dwar il-kapaċità tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri biex jimplimentaw il-prijoritajiet tal-Parlament,

Kuntest politiku

1.    Jirrimarka li l-baġit għall-2008 ser jiġi ppreparat, ippreżentat u dibatut fi sfond tal-50 anniversarju mill-firma tat-Trattat ta' Ruma u pass ġdid biex ikun hemm progress dwar it-Trattat Kostituzzjonali; jinnota li l-2007 se tara l-bidu ta' xogħol preparatorju għall-eżaminazzjoni sħiħa u globali mill-ġdid 2008-2009 (reviżjoni ta' nofs it-term) tal-qafas finanzjarju plurijennali (MFF) ta' l-2007-2013; jinnota wkoll ir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007 dwar is-sistema ta' riżorsi proprji ta' l-Unjoni;

2.    Jenfasizza l-importanza li jorbot mal-kapaċità ta’ l-UE b’27 membru li tagħmel il-globalizzazzjoni opportunità għaċ-ċittadini tagħha u li tmexxi azzjoni internazzjonali billi tilqa’ l-isfidi preżenti li tippreżenta l-globalizzazzjoni; jenfasizza f'dan il-kuntest l-importanza li jkun żgurat li r-riżorsi finanzjarji u umani ta' l-UE huma allokati b'mod xieraq b'mod li jiżguraw l-iffunzjonar xieraq ta' l-UE;

3.    Jinnota l-proposti indikati mill-Kummissjoni taħt it-tabelli prosperità, solidarjetà, sigurtà u projettazzjoni esterna; jaqbel li fl-istess waqt l-UE trid iżomm l-iffukar tagħha fuq l-aġenda ta' Liżbona u b'mod speċifiku fuq it-tkabbir u l-impjiegi, il-kompetittività u l-SMEs; iqis li, f’ħafna każijiet, bħall-qasam tal-politika għall-enerġija u tal-bidla fil-klima, dawn il-proposti huma eżempju ta' approċċ aktar flessibbli mill-UE biex titratta l-isfidi reali li ċ-ċittadini Ewropej jaffaċċjaw; jinnota madanakollu li, b'riżultat ta' marġni żgħar ħafna skond il-limiti differenti ta' nefqa, il-kapaċità ta' l-UE biex tirreaġixxi għal tibdiliet fil-politika f'sens baġitarju hija limitata b'mod estrem;

4.    Iqis li hija r-responsabilità tagħha bħala awtorità baġitarja li tiżgura li l-iffinanzjar allokat għall-baġit ta' l-UE jintefaq bil-ħsieb li jipprovdi valur għall-flus, b'mod partikulari biex itejjeb ir-riżorsi limitati; għandu l-ħsieb li jsegwi baġit li jipproduċi riżultati bbażat fuq l-approċċ mibdi fil-baġit ta' l-2007 b'koperazzjoni mal-kumitati speċjalizzati;

5.    Itenni t-talba tiegħu sabiex il-prijoritajiet tal-politika annwali ta' l-UE, ikunu stabbiliti b'mod li jkunu jistgħu jiġu kkomunikati b'mod effettiv liċ-ċittadini Ewropej u jenfasizza li din ir-riżoluzzjoni tistabbilixxi l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew rigward il-proċedura baġitarja li jmiss; jiddispjaċih ħafna li l-APS ma jirriflettix b'mod xieraq il-prijoritajiet tal-Parlament; jistenna li jara li tittieħed konsiderazzjoni dovuta għal din ir-riżoluzzjoni fl-abbozz tal-baġit preliminarju għall-2008 (PDB); jenfasizza li l-inizjattivi varji pproposti mill-Kummissjoni fl-ASP ta’ l-2008 għandhom jiġu kkunsidrati fil-kuntest tal-programmi ta’ infiq li ntlaħaq ftehim dwarhom dan l-aħħar u tal-prijoritajiet politiċi li jseddqu l-pakketti finanzjarji ġenerali miftehma għall-2007-2013 MFF f'IIA tas-17 ta' Mejju 2006;

6.    Jinnota l-preżentazzjoni tal-Kummissarju Wallström fil-Konferenza tal-Presidenti fit-8 ta' Frar 2007 dwar il-programm leġiżlattiv u ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2007 iżda jiddispjaċih għan-nuqqas ta' interazzjoni bejn il-Programm ta' Ħidma Leġiżlattiva u l-proċedura tal-baġit; bi qbil mal-Ftehima ta' Qafas bejn il-Parlament u l-Kummissjoni, jinsisti dwar koerenza aħjar bejn iż-żewġ proċeduri; ifakkar lill-Kummissjoni fl-impenn tagħha mwettaq matul il-proċedura tal-Baġit ta' l-2007 u fl-ittra mill-President Barroso f'Diċembru 2006 rigward it-tqabbil imtejjeb tal-prijoritajiet leġiżlattivi u tad-deċiżjonijiet baġitarji; f'dan il-kuntest, jinnota l-prijoritajiet tal-Kummissjoni stabbiliti fil-Komunikazzjoni APS u jistenna lill-Kummissjoni biex taġġusta dawn il-prijoritajiet skond il-bażi tad-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu mill-awtorità baġitarja matul il-proċedura annwali;

Baġit għal riżultati – preżentazzjoni trasparenti, għanijiet ċari, implimentazzjoni bir-reqqa

7.    Jenfasizza għal darb'oħra l-importanza li jorbot mal-programmi ta’ infiq ta’ l-UE li jwasslu b'mod effettiv għall-għanijiet politiċi li għalihom ġew illeġiżlati; jikkunsidra li t-twassil tal-politika, u evidenza ċara tagħha, dejjem kienu fundamentali għal-leġittimità ta' l-UE f'għajnejn iċ-ċittadini tagħha; għalhekk jisħaq l-intenzjoni tiegħu biex lill-ħidma tiegħu fuq il-baġit għall-2008 jagħtiha l-filosofija ta’ “baġit għal riżultati”; jenfasizza li dawn ir-riżultati ma jkunux analizzati biss fuq il-bażi ta' kriterji ta' verifika u jinnota li dan l-approċċ se jkun segwit fi spirtu ta' koperazzjoni interistituzzjonali soda;

8.    Bħala l-ewwel pass lejn baġit għal riżultati, jenfasizza l-importanza ta’ ċarezza, konsistenza u trasparenza fil-preżentazzjoni tal-baġit; jappoġġja l-approċċ ta’ bbaġitjar ibbażat fuq attivitajiet (Activity-based budgeting – ABB), li jimmira li jqabbel riżorsi finanzjarji u umani ma’ għanijiet politiċi skond l-oqsma politiċi ta' l-infiq tal-Kummissjoni; jinnota li n-nomenklatura ta’ l-ABB mhix faċli li wieħed jirrikonċiljaha mal-kategoriji ta' l-intestaturi ta’ l-MFF; jiddispjaċih ukoll li l-klassifikazzjonijiet ta’ l-APS ta’ prosperità, solidarjetà, sigurtà, u projettazzjoni esterna jirrapreżentaw it-tielet sistema ta' klassifikazzjoni li hija pjuttost arbitrarja fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' oqsma ta' politika skond il-kapitoli differenti, li jista’ ma jkollhiex kwalunkwe valur ewlieni ieħor minn perspettiva baġitarja u wieħed ma jkunx jista' jirrikonċiljaha b'mod faċli mal-kategorizazzjonijiet ta’ l-ABB u ta’ l-MFF; jitlob li l-Kummissjoni tirrispetta aktar mill-qrib l-istrutturi ta' l-ABB u l-MFF u tipprovdi indikazzjonijiet ċari dwar il-korrispondenza bejn din it-tielet klassifikazzjoni u l-intestaturi baġitarji ta' IIA;

9.    Jikkunsidra li d-Dikjarazzjonijiet ta' l-Attivitajiet magħmula mill-Kummissjoni għal kull qasam ta’ politika fil-PDB jikkonstitwixxi element ewlieni fis-superviżjoni effettiva ta’ l-infiq ta’ l-UE mill-Awtorità Baġitarja; jenfasizza li jekk l-għanijiet tal-politika m’humiex ċari, evalwazzjoni effettiva tal-politika hi impossibbli; jitlob titjib fiċ-ċarezza ta’ preżentazzjoni ta’ dawn d-Dikjarazzjonijiet ta’ l-Attivitajiet fil-PDB għall-2008; jitlob li tingħata aktar attenzjoni għall-għanijiet tal-politika u għall-kejl tar-riżultati tal-politika u inqas informazzjoni dwar il-proċess amministrattiv mhux bħalma ħafna drabi kien il-każ qabel fid-dokumenti PDB;

10.  Jenfasizza l-importanza tal-moniteraġġ ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit bħala għodda għall-eżami tat-twassil tal-politika; jilqa’ b’sodisfazzjoni t-titjib riċenti fil-proviżjoni tad-dejta dwar l-implimentazzjoni mill-Kummissjoni u b’mod partikulari s-sistema tal-“Budget Forecast Alert”; jinnota li minħabba l-BFA, iċ-ċifri ta’ l-implimentazzjoni tal-bidu għall-ewwel sena ta’ infiq tal-programmi l-ġodda għall-2007-2013 ser jiġu disponibbli matul l-2007; iqis li din l-informazzjoni tistà tkun pruvata bħala utli biex tagħti spinta lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jirrispettaw b'mod sħiħ il-prijoritajiet politiċi tal-Parlament stabbiliti fil-baġit ta' l-2007;

Riżorsi umani – allokazzjoni xierqa, responsabilità personali, esternalizzazzjoni mmoniterjata

11.  Hu ħafna tal-parir li sistema amministrattiva effettiva u effiċjenti f'sens ta' nefqa għall-Unjoni Europea trid tkun mgħammra bil-livell meħtieġ ta’ riżorsi; jistenna b’interess ir-riżultati ta’ l-eżerċizzju ta’ skrijning li qed isir mis-servizzi tal-Kummissjoni dwar il-bżonnijiet reali ta' l-istaff tal-Kummissjoni li għandhom jiġu ppreżentati fit-30 ta’ April 2007; huwa konvint li dan l-iskrijning ta' l-istaff tal-Kummissjoni huwa eżerċizzju ewlieni li jippermetti lill-Kummissjoni biex tidentifika l-potenzjal reali tagħha u biex tipprovdi aktar staff għall-prijoritajiet politiċi ġodda bħall-enerġija, il-bidla fil-klima, l-emigrazzjoni, l-implimentazzjoni ta' programmi plurijennali u t-traspożizzjoni ġenerali tal-liġi ta' l-UE fl-Istati Membri; se janalizza fil-fond ir-riżultat ta' l-iskrijning biex jilħaqu l-isfidi politiċi tal-futur li jibdew mill-proċedura tal-baġit ta' l-2008;

12.  Jilqa’ b’sodisfazzjon aktar indikazzjonijiet fl-APS ta’ l-2008 ta’ l-isforzi tal-Kummissjoni biex iddawwar mill-ġdid ir-riżorsi umani tagħha lejn prijoritajiet politiċi iżda tirrifjuta l-preżentazzjoni ta’ dawn il-prijoritajiet skond it-tikketti ta' prosperità, solidarjetà, sigurtà, u projezzjoni esterna; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex fil-PDB tfassal b’mod ċar, skond l-istruttura ta’ l-ABB, aktar informazzjoni rigward il-politika tar-riżorsi umani u ta’ l-istrateġija ta’ l-organizzazzjoni mill-ġdid għall-2008, b’kunsiderazzjoni tar-riżultati ta’ l-eżerċizzju ta’ l-iskrining;

13.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li l-espansjoni ta' l-aġenziji ta' deċentralizzazzjoni eżistenti se jnaqqsu l-marġini disponibbli taħt l-intestatura tal-MFF; jinsab imħasseb aktar li dan it-tnaqqis f'marġini disponibbli se jnaqqas l-iskop għall-iffinanzjar ta' prijoritajiet ġodda, bħal proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji, u se jnaqqas ukoll il-fondi disponibbli għall-espansjoni ta' programmi eżistenti; jinnota li l-Artikolu 47 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 jobbliga lill-Kummissjoni sabiex din tevalwa l-implikazzjonijiet baġitarji għall-intestatura tan-nefqa kkonċerntata meta tkun qed tħejji proposta għall-ħolqien ta' aġenzija ddeċentralizzata ġdida; se jinsisti biex jiżgura li l-iffunzjonar ta' aġenziji ddeċentralizzati jkollu valur miżjud u jippromwovi l-interessi taċ-ċittadini ta' l-UE;

14.  Jinnota li kwalunkwe espansjoni oħra f'numru ta' aġenziji eżekuttivi u korpi oħra, se jkollhom bżonn jiġu ffinanzjati mill-pakkett finanzjarju relevanti; jesprimi t-tħassib tiegħu, għalhekk, li kwalunkwe tkabbir ieħor f'aġenziji eżekuttivi u korpi oħra, jistà jnaqqas il-fondi għall-operat disponibbli fil-pakketti finanzjarji tal-programm;

15.  Jinsab iddeterminat li jiċċara d-definizzjoni, l-irwol u n-nefqa tal-korpi kollha stipulati skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, biex janalizza l-effettività tan-nefqa ta' modi ta' tmexxija bħal dawn u biex jiżgura fuq bażi sistematika f'livell interistituzzjonali l-applikazzjoni tal-proċedura stipulata fil-punt 47 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 matul il-proċedura annwali tal-baġit għall-2008;

16.  Iqis li d-deċentralizzazzjoni tar-responsabbilitajiet lid-Direttorati Ġenerali differenti u r-responsabilità personali ta' l-uffiċjali ta' l-UE huma element importanti ta' l-approċċ ta' mmaniġġjar ibbażat fuq l-Attività (ABM); jinnota li aktar xogħol jista’ jkun neċessarju biex jiġu ċċarati xi ktajjen ta’ responsabilità fi ħdan l-istituzzjonijiet ta’ l-UE; jikkunsidra li din il-kwistjoni hi ta’ importanza partikulari fid-dawl ta’ aktar tendenza lejn "outsourcing" jew “esternalizzazzjoni” tax-xogħol ta’ l-implimentazzjoni lil aġenziji eżekuttivi u lil korpi oħra ad hoc;

17.  Hu mħasseb li l-ħolqien ta’ aġenziji eżekuttivi u korpi oħra ad hoc jista’ jwassal għal żieda fin-numru ta’ uffiċjali ta’ l-UE u aġenti kuntrattwali, sakemm fid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni relevanti jitnaqqsu l-postijiet biex jagħmlu tajjeb għaż-żieda, u għal dgħjufija tas-superviżjoni ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-UE; jitlob lill-Kummissjoni biex fil-PDB għall-2008 tispjega kif il-postijiet mitluba minn aġenziji eżekuttivi ġodda u korpi oħra ad hoc ser jagħmlu tajjeb għat-tnaqqis fid-Direttorat Ġenerali responsabbli; jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex tindirizza l-kwistjoni ta’ superviżjoni xierqa ta’ l-aġenziji eżekuttivi u ta’ korpi oħra ad hoc, fil-PDB għall-2008 sabiex tiġi żgurata responsabilità demokratika; iħeġġeġ l-osservanza tal-Kodiċi ta' Kondotta dwar it-Twaqqif ta' Aġenziji Eżekuttivi, b'mod partikulari fir-rigward ta' l-iskrutinju parlamentari ta' l-iffinanzjar u ta' l-impjegar ta' staff ta' l-aġenziji;

Qafas Finanzjarju Plurijennali – ipprogrammar, marġini, front- u back-loading

18.   Jinnota l-aħħar aġġornament tal-Kummissjoni ta' l-ipprogrammar finanzjarju ta' l-2007-2013; jinnota l-marġini limitati u f'xi każi li qed jonqsu, li baqgħu taħt l-intestatura 1 a u 3 u jopponi bis-saħħa l-proposta tal-Kummissjoni sabiex jintużaw il-marġini żgħar li tħallew disponibbli taħt dawn iż-żewġ intestaturi għal inizjattivi ġodda; jesprimi t-tħassib serju tiegħu li marġini addizzjonali se jinħolqu prinċiparjament permezz ta' 'backloading' tal-programmi plurjennali eżistenti; iqis li l-marġini żgħar jillimitaw il-possibilità li tiġi indirizzata b'mod effiċjenti kwalunkwe prijorità urġenti jew politika ġdida; jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta fit-trijalogu li jmiss analiżi tal-marġni fl-intestaturi differenti, aġġornament ta' l-ipprogrammar finanzjarju, bi qbil mal-Punt 46 tat-IIA, u l-konsegwenzi finanzjarji potenzjali tal-proposti mħabbra fil-programm leġiżlattiv;

19.  Jixtieq jesplora possibilitajiet għal preżentazzjoni aħjar, li tiffaċilita ftehim aħjar u aktar faċli ta' l-ipprogrammar finanzjarju differenti u tad-dokumenti tal-baġit provduti lill-awtorità baġitarja (programmar finanzjarju u dokument ta' Strateġija ta' Politika Annwali); jinnota li fil-preżent m'hemmx indikazzjoni ċara tal-bidliet eżatti mwettqa meta mqabbel ma' l-ipprogrammar finanzjarju preċedenti fit-tabelli annessi ma' l-ipprogrammar finanzjarju u lanqas m'hemm indikazzjoni ċara ta' kif iż-żidiet qed ikunu kkumpensati għal jew kif qed iseħħu back- and front-loadings;

20.  Fir-rigward tal-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji għal-proċedura tal-baġit għall-2008, ifakkar li skond l-Anness II, Parti D, tat-IIA “kull id ta’ l-awtorità baġitarja ser tinforma lill-Kummissjoni sa nofs Ġunju bl-intenzjonijiet tagħha”; jesprimi t-tħassib tiegħu li f’xi intestaturi u sotto-intestaturi tal-baġit jista’ ma jkunx hemm biżżejjed marġini disponibbli għall-proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji ġodda ewlenin;

21.  Jinnota bi tħassib l-impatt possibbli tat-tibdiliet li l-Kummissjoni tipproponi għall-programmar finanzjarju fit-Taqsima III ta' l-APS ta' l-2008 dwar marġini li diġà huma baxxi u/jew programmi operattivi, b'mod speċjali b'riżultat ta' ffinanzjar miżjud għal aġenziji jew għall-ħolqien ta' fondi ġodda; jiddispjaċih li proposti bħal dawn huma preżentati f’inqas minn xahar wara l-aġġornament l-aktar reċenti ta' l-ipprogrammar finanzjarju; jistenna li l-Kummissjoni tippreżenta dawn il-proposti matul il-PDB għall-2008 u l-Ipprogrammar Finanzjarju li jmiss, speċjalment jekk dawn ikunu jimplikaw bidla lill-MFF;

22.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-back-loading propost ta’ ċertu programm fl-APS ta’ l-2008 u l-problemi li dan jista' jakkumula għas-snin li ġejjin ta’ l-MFF b’kunsiderazzjoni għall-problema li jiżdiedu r-RALs; jinnota wkoll li fil-baġit għall-2007, għall-oqsma tiegħu ta’ prijorità, il-Parlament adotta livelli ta’ impenn ogħla mil-livell ta’ impenn medju previst fil-pakketti tal-programm plurijennali għal numru ta' programmi; josserva li xi livell ta’ koperazzjoni interistituzzjonali rigward front- u back-loading ta’ impenji fil-baġit jista’ jkun neċessarju biex jiġi żgurat ipprogrammar koerenti ta’ impenji sakemm idum l-MFF li jirrispetta l-prijoritajiet tal-Parlament kif stipulati fl-IIA;

Punti Speċifiċi

23.  Jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tinkludi l-kunċetti ta' Regolament Aħjar u s-simplifikazzjoni tal-proċedura fl-inizjattivi, riformi u metodi ta' ħidma ġodda kollha biex tagħmilhom aktar sempliċi għaċ-ċittadini; ifakkar li kif stipulat fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2006 dwar il-programm ta' ħidma u leġiżlattiv tal-Kummissjoni għall-2007[2], l-implimentazzjoni tal-kunċett "Regolament aħjar" għandha tirrispetta b'mod sħiħ il-prinċipji u l-kundizzjonijiet stipulati fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-16 ta' Mejju 2006 dwar l-istrateġija għal simplifikazzjoni ta' l-ambjent regolatorju[3];

24.  Jinnota li l-effiċjenza fl-enerġija hija strateġija mmirata b'mod qawwi lejn il-futur biex tindirizza l-problema tal-bidla fil-klima; jaqbel li politika bħal din teħtieġ strateġija li tinvolvi iktar minn qasam wieħed u jitlob lill-Kummissjoni tkompli tieħu azzjonijiet deċiżivi rigward dan il-għan;

25.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li twettaq azzjonijiet prinċipali fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni biex tippromwovi l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' Liżbona fl-2008; jappoġġja b'mod partikulari l-ħidma preparatorja li tiżgura li tkun adottata deċiżjoni biex jitwaqqaf Istitut Ewropew tat-Teknoloġija (EIT) matul l-2007; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta aktar kjarifiki dwar l-iffinanzjar ta' l-EIT u jistenna li l-iffinanzjar tiegħu ikun żgurat b'approprjazzjonijiet finanzjarji addizzjonali, u mhux bi tnaqqis ta' riżorsi finanzjarji ta' l-FP7; jistenna aktar informazzjoni dwar l-Aġenzija Eżekuttiva proposta għall-immaniġġjar ta' partijiet ta' l-FP7;

26.  Jilqa' r-riżultat tat-Trijalogu li seħħ fis-7 ta' Marzu 2007 dwar l-iffinanzjar ta' l-Intrapriża Konġunta għall-ITER u dwar l-iżvilupp addizzjonali tal-proċedura previst mill-Punt 47 ta' l-IIA, bir-riżultati tiegħu li huma mehmużin ma' din ir-riżoluzzjoni;

27.  Jinsab imħasseb dwar il-“backloading” propost mill-Kummissjoni għal ħafna mill-programmi l-ġodda taħt l-intestatura 1a; iqis li dan ma jinkludix mod xieraq ta' programmar finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni dwar l-effetti li dan l-eżerċizzju ta' back-loading għandu fuq il-programmi li għalihom għadha ma ġietx adottata l-bażi legali u l-effetti fuq il-marġni disponibbli għas-snin li ġejjin; ifakkar lill-Kummissjoni li, skond l-Artikolu 37 tat-IIA, l-awtorità baġitarja u l-Kummissjoni jistgħu jitbiegħdu sa 5% mill-ammont previst fl-att leġiżlattiv;

28.  jitlob lill-Kummissjoni Ewropea bil-għan li tinkiseb solidarjetà msaħħa u prosperità sabiex tiċċara l-intenzjonijiet tagħha rigward il-programm finanzjarju "Life long learning" u sabiex titratta dan bħala prijorità; iqis li żieda fir-riżorsi finanzjarji għal erba' aġenziji (ERA, EMSA, EASA, GSA) għandhom jevitaw kwalunkwe tnaqqis fil-programm finanzjarju TEN-T u għalhekk jitlob kjarifikazzjonijiet dwar kif il-Kummissjoni se tikkumpensa lill-programm TEN-T fis-snin li ġejjin, sabiex il-pakkett finanzjarju globali miftiehem għat-TEN-Ts fl-MFF jiġi implimentat;

29.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-2008 se tkun kruċjali għal politika Ewropea ta' koeżjoni peress li hija l-ewwel sena sħiħa ta' implimentazzjoni tal-programmi operattivi ġodda 2007-2013; għalhekk jittama li l-politika ta' koeżjoni tibqa' prijorità għaż-żewġ fergħat ta' l-awtorità baġitarja matul il-proċedura tal-baġit ta' l-2008;

30.  Jieħu nota li l-Kummissjoni qed tipproponi li tnaqqas il-marġini għall-intestatura 2 b’żewġ miljun Euro (EUR 2 miljuni) sabiex tkopri attivitajiet addizzjonali ta’ l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA); jinnota wkoll l-intenzjoni tal-Kummissjoni taħt l-intestatura 3a li żżid l-approprjazzjonijiet għall-Frontex b’EUR 10 900 000 fl-2008 u li tinforza l-iffinanzjar għall-EUROJUST b’żieda ta’ EUR 2 500 000 kull sena għall-perjodu mill-2008 sa l-2013; ifakkar lill-Kummissjoni li dawn iż-żidiet kollha għandu jkun hemm qbil dwarhom mill-Awtorità Baġitarja fi ħdan il-qafas tal-proċedura tal-baġit annwali u/jew mill-awtorità leġiżlattiva jekk hija timplika bidla fl-ammonti ta' referenza tal-programmi adottati;

31.  Ifakkar lill-Kummissjoni li skond l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 ir-riżorsi finanzjarji kollha għall-oqsma ta' politika ta' l-ambjent ikunu kkonċentrati skond l-intestatura 2; jinnota li d-deċiżjoni IIA biex jitqassmu EUR 100 miljun addizzjonali għall-intestatura 2, li minnhom EUR 50 miljun qed ikunu riżervati għall-istrument finanzjarju ġdid għall-ambjent LIFE+; ifakkar li ftehima finali dwar il-LIFE+ għas-snin 2007-2013 intlaħqet fis-27 ta' Marzu 2007; jenfasizza l-importanza li jitħallew marġini suffiċjenti sakemm il-proċeduri leġiżlattivi pendenti kollha jintemmu;

32.  Jistenna proposti preċiżi mill-Kummissjoni fir-rigward tar-reviżjoni fuq perjodu ta' żmien medju tal-politika agrikola komuni; għalhekk jitlob li jkun infurmat dwar l-arranġamenti għal u l-iskop tar-reviżjoni f'perjodu ta' żmien medju li l-Kummissjoni hija intenzjonata li twettaq bil-ħsieb li tanalizza r-riżultati tal-bidu tar-riforma ta' l-2003;

33.  Jikkunsidra li l-għan prinċipali tal-politika għall-komunikazzjoni u l-informazzjoni hu li tinforma liċ-ċittadini ta’ l-UE dwar l-azzjonijiet u l-programmi li twettaq l-UE u t-titjib iġġenerat matul l-aħħar snin; hu ta’ l-opinjoni li l-kampanja għal prijoritajiet politiċi għandha tiġi definita fi stadju aktar tard tal-proċedura baġitarja u tqis il-prijoritajiet tal-Parlament u tiffoka fuq xi oqsma tal-politika li jiġu identifikati meta jsir l-ewwel qari;

34.  Ifakkar li l-Istituzzjonijiet kollha għandhom id-dritt li jimplimentaw politika ta' komunikazzjoni bħala parti mill-awtonomija istituzzjonali tagħhom, kif stabbilita fl-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tkompli tiddefendi, bħall-istituzzjonijiet l-oħrajn, l-awtonomija tagħha stess f'din il-kwistjoni; jirrikonoxxi l-ħtieġa għal koordinazzjoni tal-politiki ta' komunikazzjoni differenti implimentati mill-istituzzjonijiet fi ħdan il-grupp Interistituzzjonali dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni; jistieden lill-grupp Interistituzzjonali biex jippreżenta pjan ta' ħidma aktar konkret u koordinat għall-2008 sa l-aħħar ta' Ottubru 2007; f'dan is-sens, jistieden lill-Kummissjoni biex tibqa' ambizzjuża fir-rigward tal-politika ta' komunikazzjoni tagħha lejn iċ-ċittadini, bil-ħsieb li l-2008 hija s-sena ta' qabel l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss, u l-ħtieġa biex tipprepara l-bażi għat-tnehdija mill-ġdid mistennija tar-riforma istituzzjonali;

35.  Jinnota l-Prijoritajiet ta’ Komunikazzjoni tal-Kummissjoni għall-2008 li mhux ser jibdlu l-ipproggrammar finanzjarju għall-intestatura 3b;

36.  Iħaddan b’mod wiesa’ l-għanijiet għal azzjonijiet esterni kif stipulati fl-APS, li ġew żviluppati fuq bażi ta’ kontinwità, u li ser jiġu implimentati, għat-tieni sena, permezz ta' sett ġdid ta' strumenti esterni ta' l-UE adottati fl-2006; jenfasizza b'mod qawwi l-implimentazzjoni effettiva u r-rispett tad-drittijiet tal-Parlament fi ħdan dan il-qafas; jitlob li jkun hemm analiżi l-ewwel evalwazzjoni tat-tnehdija tiegħu diġà fit-tieni nofs ta' l-2007;

37.  Jistenna b’ħerqa koperazzjoni bi skop mal-Kummissjoni fil-qafas ta’ gruppi ta’ ħidma li nħolqu mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u mill-Kumitat għall-Iżvilupp biex jimmoniterjaw l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni ta’ l-istrumenti l-ġodda ta’ assistenza esterna; jinnota l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu li hi maħsuba għall-mod kif ikunu qed jaħdmu l-istrumenti ta’ assistenza esterna; itenni r-rieda tal-Parlament li jkun involut bis-sħiħ f’dan il-proċess;

38.  Jenfasizza l-importanza tal-multilingwiżmu bħala parti fundamentali tal-wirt Ewropew, kif ukoll tal-ħtieġa għaċ-ċittadini li jkunu pprovduti b'informazzjoni f'ilsien twelidhom stess;

39.  Jitlob li jkun hemm aktar tisħiħ tal-koperazzjoni mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari dwar il-bidla fil-klima u l-migrazzjoni, b'impenji kontinwi sabiex jintlaħqu l-Objettivi għall-Iżvilupp tal-Millenju speċjalment rigward is-saħħa bażika u l-edukazzjoni bażika;

40.  Jinnota l-kunċett tal-Kummissjoni ta’ “projezzjoni esterna ta’ prijoritajiet”, bħall-Fond għall-Effiċjenza Globali ta’ l-Enerġija u għall-Enerġija li Tiġġedded (Global Energy Efficiency Renewable Energy Fund – GEEREF) jew l-Alleanza tal-Politika Globali dwar il-Klima (Global Climate Policy Alliance), u l-fatt li dawn il-prijoritajiet ġodda fl-intestatura 4 jidher li għandhom bżonn rinfurzar ta’ EUR 23 100 000 fl-2008; madankollu, jinsisti fuq ċarezza rigward l-oriġini ta’ l-iffinanżjar propost għal kull azzjoni;

41.  Jinnota li l-marġini ta’ previżjoni ġenerali għall-intestatura 4 hu ta’ EUR 334 miljun sabiex jippermetti rispons adegwat għal bżonnijiet futuri bħar-riżultati tan-negozjati dwar l-istejtus finali tal-Kosovo u l-proċess ta' paċi tal-Lvant Nofsani; jenfasizza bil-qawwi li dan l-marġini ta’ EUR 334 miljun hu fil-fatt artifiċjalment għoli peress li fih EUR 200 miljun li originarjament kienu maħsuba għall-Fond ta’ Garanzija għal self, li issa, għal raġunijiet tranżizzjonali, hemm bżonn li jkunu disponibbli biss mill-2009; għalhekk jenfasizza li EUR 200 miljun oħra jkunu disponibbli fl-2008 fuq bażi eċċezzjonali u jappella għal attenzjoni sabiex dawn ma jiġux allokati awtomatikament għal bżonnijiet fuq żmien itwal li imbagħad mhux neċessarjament ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati fi snin ta’ wara;

42.  Jinnota l-attenzjoni miżjuda fl-APS biex jintrabtu l-għanijiet esterni ma' dawk interni, u l-użu tal-frażi “koerenza sħiħa”; hu tal-parir li din il-kwistjoni jixirqilha aktar analiżi u spjegazzjoni mill-Kummissjoni, speċjalment meta waħda mill-kritiki ewlenin tal-politika ta’ l-UE fil-passat kienet nuqqas allegat ta’ koerenza bejn politiki esterni u interni; jirrimarka wkoll l-importanza ta’ demokrazija u bidla pożittiva fil-pajjiżi u fir-reġjuni sħab;

43.  Jinsisti li l-allokazzjonijiet tal-finanzjament fl-istrumenti kollha esterni u tat-tkabbir jirriflettu l-prijorità li tagħti l-UE lill-appoġġ għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi;

44.  Jinnota li l-Kummissjoni tippjana li tikkonkludi Ftehimiet Ekonomiċi ta' Sħubija (EPAs) ma' pajjiżi ta' l-ACP fl-2007; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipprovdu għajnuna addizzjonali biex jappoġġjaw lill-pajjiżi ta' l-ACP fil-perjodu ta' tranżizzjoni mir-reġim ta' kummerċ attwali sa l-EPAs;

45.  Jikkunsidra li s-sitwazzjoni li qed tevolvi b’mod mgħaġġel fil-qasam tas-CFSP jixirqilha skrutinju u koperazzjoni kontinwa bejn l-istituzzjonijiet; f’dan ir-rigward jirrimarka l-importanza li jorbot mat-twettiq sħiħ tad-dispożizzjonijiet tas-CFSP fit-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 u l-għodod provduti fih; jikkonsidra li l-politika barranija u r-riżorsi finanzjarji marbuta magħha li hemm bżonn, jistgħu jiġu biss assessjati kif suppost ladarba l-Kunsill ikun ikkonsulta lill-Parlament sal-15 ta’ Ġunju 2007, dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tas-CFSP;

46.  Jinnota l-proposta tal-Kummissjoni għall-allokazzjoni tar-riżorsi umani fl-2008, li tinkludi 890 post ġdid relatati ma’ tkabbir riċenti; ifakkar li l-2008 hi s-sena finali tal-pjan tar-riżorsi umani relatat mat-tkabbir ta’ l-2004, skond liema pjan 640 post ieħor kienu mitluba għall-2008; ifakkar ukoll li għall-2008 huma mitluba 250 post ġdid wara t-tkabbir tal-Bulgarija u tar-Rumanija, b’talba simili mistennija fl-2009; jinnota li 50% biss tal-postijiet addizzjonali għall-2008 ser jiġu allokati għall-estensjoni ta’ attivitajiet minħabba tkabbir riċenti; iqis li r-reviżjoni tal-Kummissjoni tar-riżorsi umani għandha tkun bi qbil ma' l-istrateġija ta' Regolamentazzjoni Aħjar mibdija fl-2006 waqt li tqis b'mod sħiħ il-ħtieġa għal implimentazzjoni xierqa u effiċjenti tal-programmi ġodda ta' nfiq għall-perjodu ta' programmar finanzjarju 2007-2013;

47.  Jilqa’ l-prinċipju ta’ organizzazzjoni mill-ġdid ta’ l-istaff skond il-prijoritajiet politiċi imma jikkonsidra li r-rata ta’ organizzazzjoni mill-ġdid għandha tkun aktar ambizzjuża minn 1%; ifakkar li din l-organizzazzjoni mill-ġdid trid tikkonsidra bi sħiħ il-prijoritajiet identifikati mill-Parlament; jistenna li l-Kummissjoni tieħu l-opportunità mill-eżerċizzju għaddej ta' skrinjar biex twettaq ċaqlieq sinifikattiv fil-prijorità għall-allokazzjoni ta' staff u l-proporzjon ta' nefqa ġenerali; se janalizza l-livell ta' ħtiġijiet ta' l-istaff tal-Kummissjoni fil-kuntest globali ta' l-intestatura 5 waqt il-proċedura annwali tal-baġit; jinnota l-organizzazzjoni mill-ġdid proposta mill-Kummissjoni ta’ 565 membru ta’ l-istaff, b’287 organizzati mill-ġdid bejn dipartimenti u 278 organizzati mill-ġdid fid-dipartimenti; jitlob lill-Kummissjoni biex tforni iktar informazzjoni dettaljata fil-PDB rigward l-organizzazzjoni mill-ġdid ta’ staff sabiex l-Parlament ikollu l-informazzjoni neċessarja biex jevalwa jekk il-mira ta’ 1% hijiex mira xierqa; jikkunsidra li l-ħolqien ta’ sett ċentrali għall-organizzazzjoni mill-ġdid għandu jkun skond il-prinċipju tas-simplifikazzjoni amministrattiva, u provvista aħjar ta' programmi u azzjonijiet waqt li jevita piżijiet amministrattivi bla bżonn;

48.  Jinnota li l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u għall-Kummerċ Internazzjonali huma annessi ma' din ir-riżoluzzjoni; iqis li dawn l-opinjonijiet jikkontribwixxu elementi importanti li għandhom jiġu kkunsidrati matul il-proċedura tal-baġit għall-2008;

o o

49.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri.

NOTA SPJEGATTIVA

Dokument ta' Ħidma Nru 1 dwar baġit għal riżultati

Introduzzjoni

1.  Dan id-dokument ta' ħidma huwa l-ewwel fis-serje li għandu jiġi maħdum mir-rapporteur ġenerali waqt il-preparament tal-baġit ta' l-2008.

2.  Fin-negozjati baġitarji li għandhom iseħħu fit-tieni nofs ta' din is-sena, il-Parlament Ewropew se jilħaq l-aktar fir-rigward tal-Kummissjoni u tal-Kunsill jekk ikun jista' jinnegozja fuq il-bażi ta' għanijiet l-biċċa l-kbira maqsuma u miri komuni. Għalhekk, ir-rapporteur tagħkom jenfasizza l-intenzjoni tiegħu li jikkonsulta b'mod regolari mal-membri tal-Parlament, mal-kumitati speċjalizzati tiegħu, u b'mod partikulari, mal-kollegi tiegħu fil-Kumitat għall-Baġit, bl-għan li jinbena aproċċ Parlamentari b'saħħtu għall-baġit ta' l-2008.

3.  Ir-rapporteur tagħkom jinnota li dan id-dokument ta' ħidma gawda mid-dibattitu u mill-opinjonijiet li ħarġu fl-ewwel skambju ta' opinjonijiet dwar prijoritajiet għall-baġit ta' l-2008 waqt il-Kumitat għal Baġit fit-23 ta' Jannar 2007.

4.  L-istruttura ta’ dan id-dokument ta’ ħidma huwa kif ġej. L-ewwel sezzjoni tistipula l-kunċett tar-rapporteur ta' baġit biex jinkisbu riżultati. It-tieni sezzjoni tiffoka fuq l-ewwel stadji tal-proċedura baġitarja annwali u fuq kwistjonijiet marbuta ma' l-istruttura tal-baġit ta' l-UE u mar-riżorsi umani. It-tielet sezzjoni titratta l-prijoritajiet tal-politika.

5.  Ovvjament, ix-xoghol ta' tħejjija fuq il-baġit ta' l-2008 mhux qed isir f'vakwu. Fir-rigward tal-politiki ta' l-Unjoni Ewropea, l-2007 jara l-50 anniversarju ta' l-iffirmar tat-Trattat ta' Ruma u spinta mill-ġdid sabiex isir progress fuq it-Trattat Kostituzzjonali. Il-globalizzazzjoni, bl-opportunitajiet u bl-isfidi kollha li jiġu magħha - dawk ekonomiċi, soċjali u ambjentali - tidher lesta li tkompli bl-istess ritmu u kwistjonijiet bħal ma huma s-sigurtà fl-enerġija, il-bidla fil-klima u l-migrazzjoni li qegħdin dejjem iżidu fil-prominenza.

6.  Fir-rigward ta' l-iffinanzjar ta' l-Unjoni Ewropea, l-2007 hija l-ewwel sena tal-qafas finanzjarju pluriennali (MFF) 2007-2013. Għalhekk il-baġit ta' l-2008 se jkun it-tieni li jsir qbil fuqu fi ħdan il-limiti ġenerali stipulati fl-anness 1 (mehmuż bħala anness 1 ta' dan id-dokument ta' ħidma) tal-ftehima interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006. L-2008 se tkun is-sena ta' qabel ta' l-aħħar tas-sitt leġiżlatura tal-Parlament u tal-Kummissjoni ta' Barroso. Bħala riżultat ta' dan, il-baġit ta' l-2008 se jiġi ppreparat fil-kuntest ta' aktar xogħol lejn l-evalwazzjoni tal-prospettiva finanzjarja kemm dwar id-dħul kif ukoll dwar l-ispiża. Il-baġit ta' l-2008 se jibni fuq dak ta' l-2007. Ir-rapporteur tagħkom jenfasizza ix-xogħol tar-rapporteurs permanenti fuq il-prospettiva finanzjarja, ir-riżorsi tagħha, u tar-rapporteur ġenerali ta' l-2007, rispettivament, u jinnota li l-anness 2 ta' dan id-dokument ta' ħidma jistipula s-sommarju tar-riżultati tal-proċedura ta' baġit ta' l-2007 bl-intestatura tal-baġit MFF. Dawn il-figuri jipprovdu l-isfond għax-xogħol li ġej fil-preparamenti tal-baġit ta' l-2008.

I. Baġit biex jinkisbu riżultati

7.  Ir-rapporteur ġenerali ta' l-2008 jipproponi li l-baġit ta' l-2008 għandu jkun "baġit biex jinkisbu riżultati". Il-filosofija ġenerali li r-rapporteur tagħkom jipproponi lill-Kumitat tinbena direttament fuq il-metodu tar-rapporteur ġenerali ta' l-2007. "Baġit biex jinkisbu riżultati" tfisser li fl-aħħar dak li huwa importanti huwa l-eżitu tal-politika. L-Awtorità Baġitarja għandha tiffoka ħafna attenzjoni sabiex tassigura li l-politika tkun mwassla sabiex tissodisfa l-għanijiet politiċi li fl-ewwel każ għalihom saret il-leġiżlazzjoni . Per eżempju:

· Il-politika Ewropea qegħda verament ittejjeb il-ħajja taċ-ċittadini?

· Il-politika Ewropea għall-edukazzjoni u t-taħriġ qegħda tibni ftehim matur tal-kultura u l-valuri Ewropej u ttejjeb il-ħiliet taż-żgħażagħ b'mod li żżid il-kompetittività ta' l-UE fl-ekonomija moderna, globalizzata?

· L-appoġġ tar-riċerka u l-iżvilupp qiegħed iwassal għall-immodernizzar u għal effiċenza mtejba tal-kumpaniji ta' l-UE, riflessi, ngħidu aħna, f'aktar privattivi rreġistrati minn kumpaniji ta' l-UE?

· Il-politika reġjonali qegħda tgħolli l-GDP per capita fir-reġjuni l-inqas żviluppati ta' l-UE?

· L-UE qegħda twettaq l-obbligi tagħha bħala "global player" b'mod effettiv u bbilanċjat?

8.  Sabiex dawn id-domandi ikollhom tweġiba, hemm bżonn ta' evidenza soda dwar l-impatt ta' l-infiq. Ir-rapporteur tagħkom għandu l-ħsieb jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta lill-Kumitat għall-Baġit din id-dejta dwar l-evidenza li objettivi politiċi għall-benefiċju taċ-ċittadini UE ġew imwassla. Huwa jixtieq jibni fuq l-approċċ fil-proċedura tal-baġit ta' l-2007 biex juża studji u evidenza minn esperti esterni sabiex jipprova jiġbor evidenza dwar l-effettività ta' l-infiq ta' l-UE. Dan għandu għalhekk iservi biex, bħala nofs l-Awtorità Baġitarja, iżid l-impatt ta' l-irwol tal-Parlament sabiex jkun żgurat li l-flus pubbliċi ntefqu sew. Ir-rapporteur tagħkom jixtieq għalhekk jara numru ta' studji mwettqa f'isem il-Kumitat għall-Baġit, li mbagħad ikun jista' jifforma prijoritajiet waqt l-innegozzjar tal-baġit. Hemm numru ta' ideat fit-tieni sezzjoni ta' dan id-dokument ta' ħidma.

9.  Ir-rapporteur tagħkom jinnota l-eżitu eċċellenti li l-Parlament kien kapaċi jikseb fir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju fl-2006. Madankollu, huwa jikkunsidra li jibqgħu eżempji fejn approċċ eċċessivament legalistiku għall proċess ta' implimentazzjoni tal-politika ta' l-UE ittellef mill-effettività u effiċenza tagħha. Waħda mill-isfidi ewlenin ta' approċċ effettiv għall-immonitorjar u superviżjoni baġitarja hija li jinstab bilanċ xieraq bejn il-fiduċja minn naħa u struttura ta' regoli sabiex iwaqqfu l-imġieba ħazina.

II. Il-proċess tal-baġit u l-istruttura tal-baġit

L-Istrateġija Annwali dwar il-Politika

10. Fit-22 ta' Frar, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-Istrateġija Annwali dwar il-Politika (APS) tagħha għall-2008. L-APS huwa dokument importanti li jistipula l-għanijiet tal-politiki tal-Kummissjoni għall-2008. Il-proposta tal-Kummissjoni għall-iffinanzjar ta' dawn l-għanijiet huwa l-abbozz preliminari tal-baġit (PDB) ta' l-2008, li x'aktarx jiġi adottat fit-2 ta' Mejju 2007. Għalhekk huwa importanti ħafna li l-Parlament ikun jista' jikkomunika sett ta' prijoritajiet tiegħu stess għas-sena baġitarja 2008 qabel it-2 ta' Mejju sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tinkorpora dawn il-prijoritajiet fil-PDB ta' l-2008. Ir-'rapporteur' tagħkom għandu l-intenzjoni li juża dan id-dokument ta' ħidma, u l-kummenti sussegwenti tal-membri tal-Kumitat tal-Baġit, fil-preparazzjoni ta' l-abbozz ta' rapport dwar l-APS għall-2008. Ir-riżoluzzjoni APS għandha sservi bħala strument ta' influwenza Parlamentari qabel l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-PDB.

Ibbaġitjar ibbażat fuq l-attivitajiet u dikjarazzjonijiet ta' attivitajiet

11. Ir-rapporteur tagħkom ilu jappoġġja l-kunċett ta' l-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attivitajiet (ABB), li fil-qalba tiegħu għandu l-għan li jqabbel ir-riżorsi finanzjarji u umani mal-prijoritajiet politiċi. Huwa kien jappoġġja bil-qawwi l-introduzzjoni ta' l-approċċ ABB fis-sistema ta' bbaġitjar ta' riżorsi, li alloka riżorsi fl-"oqsma ta' politika" (xi kultant imsejħa wkoll bħala "intestaturi" tal-baġit) li essenzjalment kienu mifruxa direttament fuq kull wieħed mid-Direttorati Ġenerali (DGs) tal-Kummissjoni. Għalhekk, l-infiq fuq il-politika ambjentali, per eżempju, huwa kopert taħt l-intestatura tal-baġit 07 "Ambjent". Dan l-infiq huwa allokat lid-Direttorat Generali ta' l-Ambjent tal-Kummissjoni. F'termini wesgħin, il-kunċett ABB ippermetta lill-Awtorità Baġitarja jkollha kontroll aħjar fuq id-direzzjoni ta' l-infiq.

12. Madankollu, ir-rapporteur tagħkom jixtieq jenfasizza li l-approċċ ABB u l-istruttura tat-titoli tal-prospettiva finanzjarja u l-baġits pluriennali (ara anness 1) m'humiex irrikonċiljati faċilment. Filwaqt li l-intestaturi tal-prospettivi finanzjarji huma kategorizzazzjoni politika utli ta' l-infiq ta' l-UE għall-2007 - 2013, intestaturi tal-baġit ta' l-ABB u kategorizzazzjonijiet ta' intestaturi MFF imrikkba fuq xulxin jistgħu jwasslu għall-konfużjoni. Ngħidu aħna, fil-PDB ta' l-2007, il-qasam politiku/ intestatura tal-baġit "Ambjent" huwa mifrux fuq 4 intestaturi MFF (2, 3b, 4 u 5). Ir-rapporteur tagħkom jixtieq jenfasizza li ċ-ċarezza tal-preżentazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni dwar il-proposti tagħha għall-infiq hija importanti għall-iskrutinju xieraq ta' l-infiq mill-Awtorità Baġitarja.

13. Id-dikjarazzjonijiet ta' l-attivitajiet li kull Direttorat-Ġenerali tal-Kummissjoni jipproduċi dwar l-objettivi, l-attivitajiet u l-eżiti tal-politiki tiegħu huma għodda ewlenija sabiex l-Awtorità Baġitarja tevalwa sa fejn qed jaħdem l-approċċ ABB. Id-dikjarazzjonijiet ta' l-attivitajiet huma prodotti minn kull DG tal-Kummissjoni u huma inklużi fil-PDB. Ir-rapporteur tagħkom jilqa' t-tfassil ta' dawn id-dokumenti iżda jinnota li, fil-passat, dawn iffukaw wisq fuq id-deskrizzjonijiet twal tal-proċess u mhux biżżejjed fuq il-konnessjoni bejn l-għanijiet u l-eżiti tal-politiki. Ir-rapporteur tagħkom għandu l-ħsieb jara bir-reqqa d-dikjarazzjonijiet ta' l-attivitajiet għall-2008.

Riżorsi umani

14. Qabel ma mmorru għall-prijoritajiet tal-politika għall-2008, ir-rapporteur tagħkom jixtieq ukoll jenfasizza l-importanza tar-riżorsi umani. Il-Parlament appoġġja numru ta' elementi ta' l-argument tal-Kummissjoni kontra tnaqqis strett fin-numru ta' l-istaff tal-Kummissjoni fil-proċedura baġitarja 2007, iżda talab li jsir eżerċizzju ta' tgħarbil mill-Kummissjoni dwar il-ħtiġijiet reali tal-provvediment ta' l-istaff tagħha sat-30 ta' April 2007. Ir-rapporteur tagħkom jistenna dan id-dokument b'interess.

15. Kwistjoni marbuta mad-dibattitu dwar l-istrutturi tal-baġit MFF / ABB hi li l-intestatura 5 "amministrazzjoni" tista' ma tkunx qed taqbad l-ispejjeż reali ta' l-amministrazzjoni kollha tal-Kummissjoni. Fil-kuntest tax-xogħol li qed jagħmel ir-rapporteur permanenti tal-Kumitat għall-Baġit dwar l-aġenziji, ta' min jenfasizza tliet kwistjonijiet speċifiċi f'dan l-istadju bikri ta' analiżi preparatorja għall-proċedura ta' baġit ta' l-2008. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tidher li qed tagħmel aktar użu ta' l-aġenziji eżekuttivi sabiex twassal politiki speċifiċi. Fejn aġenziji eżekuttivi jneħħu xogħol mid-DG "prinċipali" li kien qed iwettaq dawn il-ħidmiet qabel, dan ifisser li għandu jkun hemm bżonn ta' inqas staff fid-DG "prinċipali". Id-dikjarazzjonijiet ta' l-attivitajiet tal-baġit 2008 għandhom jittrattaw din il-kwistjoni. It-tieni nett, l-aġenziji eżekuttivi huma biss eżempju wieħed mit-tkabbir apparenti ta' kultura ta' "esternalizzazzjoni" fi ħdan il-Kummissjoni li tista' tkun qed tara attivitajiet ta' implimentazzjoni mogħtija lil "entitajiet ad hoc" li m'humiex speċifikati b'mod ċar fir-Regolament Finanzjarju. Din l-"esternalizzazzjoni" tista' tgħin sabiex tkun assigurata implimentazzjoni aktar effettiva, iżda għandha ssir b'mod li jkun trasparenti għall-Awtorità Baġitarja u li ma jwassalx għal espansjoni ta' spejjeż moħbija dwar ir-riżorsi umani li m'humiex viżibbli faċilment fl-intestatura 5 tal-baġit. It-tielet nett, huwa importanti li jkun hemm superviżjoni effettiva tal-ħidmiet ta' implimentazzjoni mwettqa minn aġenziji, minn aġenziji eżekuttivi, u minn entitajiet ad hoc oħra, li kollha jimpjegaw proporzjon ogħla ta' staff fuq kuntratti fissi milli l-Kummissjoni nnifisha. Hija meħtieġa informazzjoni ulterjuri dwar il-politiki tar-riżorsi umani ta' dawn l-entitajiet sabiex jiġi evalwat il-livell ta' superviżjoni u sabiex jiġi assikurat li jeżisti livell xieraq ta' risponsabiltà individwali għall-istaff li jimpjegaw.

III. Prijoritajiet ta' politika

16. Ir-rapporteur tagħkom iqis li r-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar l-istrateġija tal-Kummissjoni dwar il-Politika Annwali huwa l-post xieraq għal preżentazzjoni tal-prijoritajiet tal-politika għall-baġit ta' l-2008. M'hux qed jipprova jistabbilixxi lista komprensiva hawn. Madankollu, b'konformità ma' l-approċċ "baġit biex jinkisbu riżultati", il-bqija ta' dan id-dokument ta' ħidma jagħti xi ideat dwar temi u prijoritajiet ewlenin. Dawn il-prijoritajiet huma ppreżentati bħala suġġetti għal studji li l-Kumitat għall-Baġit jista' jikkummissjona lill-esperti esterni. Jekk dawn l-istudji jistgħu jkunu preżentati lill-kumitat qabel il-waqfa għas-sajf, ikunu jistgħu jipprovdu stimoli għall-fazijiet ewlenin tal-proċedura baġitarja fil-ħarifa. Ovvjament ikun importanti li jkun żgurat li dawn l-istudji ikunu konsistenti max-xogħol li kien qed jitwettaq fil-kumitati speċjalizzati.

It-temi koperti jistgħu wkoll jagħtu ideat għal proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji, li dwarhom l-Anness II (D) tat-IIA jinkludi l-impenn tal-Parlament sabiex sa nofs Ġunju jressaq l-intenzjonijiet tiegħu.

17. Ir-rapporteur tagħkom għamel mill-aħjar sabiex jinkludi ideat minn kollegi, b'mod partikolari waqt id-diskussjoni fil-Kumitat għall-Bagit tat-23 ta' Jannar. Jistenna bil-ħerqa aktar diskussjoni mal-kollegi.

Prijoritajiet ta' politika u kwistjonijiet għal aktar studju

· Il-kompetittività ta' l-UE u t-tagħlim tul il-ħajja

18. L-istandards tal-ħajja għolja taċ-ċittadini UE mqabbla ma' reġjuni oħra tad-dinja huma riflessi fil-bażi ta' spejjeż relattivament għolja tal-kumpaniji Ewropej. Għalhekk il-kumpaniji UE jridu jkunu adattabbli u jimpjegaw persunal imħarreġ sew sabiex jikkompetu f'ekonomija globalizzata. Konsegwentament, l-ekonomija Ewropea tiddependi, fil-parti l-kbira, fuq il-ħiliet tan-nies tagħha. Is-settur tas-servizzi jirrappreżenta 70% ta' l-impjieg f'uħud mir-reġjuni l-aktar sinjuri ta' l-UE u t-tendenza ġenerali, marbuta mal-proċess tal-globalizzazzjoni li għaddej bħalissa, tidher li xxeqleb lejn tkabbir ulterjuri fis-settur tas-servizzi fl-Ewropa. Il-kompetittività ekonomika ta' l-UE hija wisq kkaratterizzata f'termini ta' għadd industrijali. Dawn jgħoddu, imma huma biss parti mill-istorja. Il-programm tagħlim tul il-ħajja huwa element importanti ta' l-isforzi biex jgħinu liċ-ċittadini Ewropej jintegraw ma' dinja globalizzata. Dan l-istudju jista' jagħti ħarsa lejn il-valur ekonomiku miżjud ta' l-iskema, li kultant jiġi traskurat, billi jqis l-opportunitajiet li l-iskema tgħin biex jinħolqu għal dawk kollha involuti.

· L-UE bħala "global player" / evalwazzjoni ta' l-implikazzjonijiet baġitarji ta' l-irwol dejjem jikber fil-missjonijiet ċivili u militari għall-immaniġġjar ta' kriżi

19. Fis-snin riċenti, l-involviment ta' l-UE f'missjonijiet ta' kriżijiet ċivili u militari żdied b'mod konsiderevoli. Missjonijiet bħal dawn jistgħu jkunu ffinanzjati permezz tal-Istrument ta' Stabbilità, il-baġit CFSP, il-mekkaniżmu Athena jew il-kontribuzzjonijiet nazzjonali. Parzjalment bil-għan tal-missjoni li jmiss fil-Kosovo, dan l-istudju jfittex li jieħu lezzjonijiet mill-missjonijiet preċedenti rigward l-iktar mezzi xierqa/effettivi li jipprovdu ffinanzjar għal tipi differenti ta' missjonijiet. L-istudju għandu jeżamina wkoll il-livell ta' sorveljanza Parlamentari li jista' jintlaħaq permezz tal-metodi varji ta' finanzjament. L-istudju jista' wkoll jistabbilixxi b'mod siewi r-rabtiet bejn id-deċiżjonijiet dwar l-iffinanzjar u "ċ-ċiklu tal-ħajja" ta' missjoni: mil-bidu sa' l-evalwazzjoni post hoc.

· L-evalwazzjoni tar-riforma amministrattiva fil-Kummissjoni Ewropea

20. Dan l-istudju għandu jipprova jevalwa l-effettività tar-riformi "Kinnock" fit-titjib ta' l-amministrazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. L-istudju għandu jeżamina sa fejn ir-riformi tejbu r-reklutaġġ u l-promozzjoni fuq il-bażi ta' mertu, l-istaff u l-proċeduri ta' l-immaniġġjar tal-finanzi fi ħdan il-Kummissjoni. L-approċċ ta' l-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attivitajiet (ABB) iddaħħal ukoll f'dawn l-aħħar snin bħala mezz biex iqabbel aħjar ir-riżorsi tal-Kummissjoni ma' l-għanijiet tal-politika. L-istudju għandu jeżamina wkoll sa fejn dan kien effettiv u jeżamina kwalunkwe rabta li setgħet seħħet bejn ir-riformi Kinnock u l-introduzzjoni ta' l-ABB.

· It-titjib ta' l-impatt tal-fondi strutturali sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' Liżbona

21. Il-fondi strutturali huma mmirati għall-iffinanzjar tal-politika strutturali u ta' koeżjoni fir-reġjuni anqas żviluppati ta' l-UE u jintefqu skond il-programmi mressqa mill-istati membri. Madankollu, l-Miri ta' Liżbona jinkludu impenn sabiex jgħollu l-infiq ta' l-UE fuq ir-riċerka u l-iżvilupp sa 3% tal-GDP ta' l-UE. Is-7 programm ta' qafas għar-riċerka huwa mfassal sabiex jgħin biex jintlaħaq dan l-għan, iżda hemm skop għal kontribuzzjoni akbar minn fondi strutturali eżistenti. Ir-rapport annwali dwar il-progress ta' Liżbona tal-Kummisjoni minn Diċembru ta' l-2006 jindika li l-istati membri jistgħu jagħmlu aktar f'dan il-qasam. Dan huwa partikolarment veru fil-każ ta' dawk l-istati membri li ssieħbu ma' l-UE fl-2004 u fl-2007. Għaldaqstant, l-istudju għandu jagħti ħarsa sa fejn il-fondi strutturali eżistenti verament jagħtu kontribuzzjoni sabiex titjieb il-kapaċità tar-Riċerka u l-Iżvilupp ta' l-UE u jissuġġerixxi miżuri li jistgħu jtejbu din il-kontribuzzjoni.

· L-evalwazzjoni ta' l-iffinanzjar ta' l-UE għall-monitoraġġ tal-migrazzjoni illegali

22. Il-fruntieri esterni ta' l-UE huma suġġetti għal pressjoni migratorja permanenti u konsiderevoli, bil-fruntiera kollha fin-nofs in-nhar taħt pressjoni partikulari. Il-bżonn li jiġu kkontrollati aħjar il-fruntieri esterni ta' l-UE hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Parlament Ewropew. Dan l-istudju għandu għalhekk jevalwa l-iffinanzjar ta' l-UE għall-monitoraġġ tal-migrazzjoni illegali biex jitqabblu r-riżorsi finanzjarji mogħtija għall-dawn l-istrumenti ġodda bħal ma huma l-Fond ta' Fruntieri Esterni, il-Fond Ewropew għar-Rifuġjati, il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi kif ukoll l-Agenzija FRONTEX, ma' l-għanijiet u l-objettivi tal-politika tagħhom. L-istudju għandu jkopri wkoll l-evalwazzjoni jekk il-fondi u d-diviżjoni bejn l-istrumenti differenti jagħtu l-aqwa riżultati sabiex jintlaħqu l-miri tal-politika u jagħtu appoġġ lill-istati membri li qed iħabbtu wiċċhom ma' l-immigrazzjoni.

· L-UE għandha r-riżorsi finanzjarji disponibbli sabiex tilħaq l-għanijiet komuni tagħha dwar il-politika ta' l-enerġija u l-bidla fil-klima?

23. Il-Kummissjoni ppreżentat komunikazzjonijiet ewlenin f'Jannar ta' l-2007 dwar il-bidla fil-klima u politika ta' l-enerġija għall-Ewropa. Dawn il-komunikazzjonijiet stabilixxu objettivi ambizzjużi fir-rigward tas-sostenibilità, tas-sigurtà u l-kompetittività tal-provvista. Fil-baġit ta' l-UE , bħal fi kwalunkwe baġit, hemm kompetizzjoni għall-fondi limitati bejn prijoritajiet li jikkompetu ma' xulxin. Madankollu, minħabba l-importanza li akkwistaw il-politiki ta' l-enerġija / bidla fil-klima fl-aħħar snin, dan l-istudju għandu jeżamina jekk ir-riżorsi finanzjarji disponibbli rnexxielhomx iżommu l-pass? Għalhekk dan l-istudju għandu jqabbel ir-riżorsi finanzjarji disponibbli mal-ħtiġijiet reali li jimplikaw l-objettivi tal-politika u jagħmlu suġġerimenti dwar kif iffinanzjar ulterjuri, jekk dan jitqies neċessarju, jista' jkun użat bl-aktar mod effettiv u trasparenti.

· L-iffinanzjar tal-multifunzjonalità ta' l-agrikoltura Ewropea

24. Il-multifunzjonalità tas-settur agrikolu ilu li ġie rikonoxxut fit-tfassil tal-politika fl-UE. Element importanti fil-pilastru ta' l-iżvilupp rurali tal-Politika Agrikola Komuni (CAP) huwa dwar programmi li jassiguraw is-sostenibilità ta' art agrikola Ewropea, tal-kampanja u ta' l-għajxien rurali. L-Unjoni Ewropea issa tinkludi 27 stat membru, u l-CAP se tgħaddi minn riformi ulterjuri fil-futur. F'dan il-kuntest, dan l-istudju jista' jibda billi jiddiskrivi t-tibdiliet fil-politika ta' l-iżvilupp rurali li saru s'issa. Imbagħad jista' jeżamina xenarji dwar żviluppi oħra fil-politika ta' l-iżvilupp rurali u x'jistgħu jfissru għas-settur agrikolu Ewropew: dan kif jaffettwa l-attivitajiet u d-dħul tal-bdiewa? xi rwol ikollhom n-negozji agrikoli innovattivi, inkluż fil-qasam tal-bijoteknoloġija? dawn it-tibdiliet joqgħodu ma' l-obbligi internazzjonali skond id-WTO u entitajiet internazzjonali oħra?Peress li l-CAP totali hija madwar 40% ta' l-infiq ta' l-UE, hemm implikazzjonijiet finanzjarji importanti għal kwalunkwe tibdiliet fil-politika agrikola ta' l-UE. Għalhekk l-istudju għandu jeżamina wkoll il-konsegwenzi finanzjarji tax-xenarji esplorati.

· Il-politika ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u "fuq livell lokali" ("going local")

25. Fi żmien ta' komunikazzjoni bl-internet dejjem titwessa, l-Unjoni Ewropea mkabbra għal 27 membru qed tiffaċċja sfida kbira biex tikkomunika maċ-ċittadini. Tema li żviluppat fl-aħħar snin hija l-importanza tal-komunikazzjoni maċ-ċittadini b'mod li huwa faċilment aċċessibbli għalihom. Dan ma jfissirx biss f'lingwa li huma jitkellmu, iżda wkoll f'kuntest tal-media li jorbtu temi Ewropej mal-ħajjiet u l-preokkupazzjonijiet reali ta' nies fir-reġjun li jgħixu fih. Il-Kummissjoni qed jalloka riżorsi sinifikanti għal "fuq livell lokali" u l-Parlament adotta proġett pilota dwar "in-netwerks ta' informazzjoni pilota" fil-baġit ta' l-2007 li mmira li jgħaqqad aħjar politiċi, ġurnalisti, u dawk li jfasslu opinjoni f'livell nazzjonali mat-tagħmir ta' l-UE ta' Brussell. Dan l-istudju jista' jagħti ħarsa lejn il-lezzjonijiet minn dawn l-isforzi: x'jaħdem? x'ma jaħdimx? fejn hemm bżonn ta' aktar riżorsi? kif għandhom jiġu utilizzati?

ANNEX I

QAFAS FINANZJARJU 2007-2013

 

 

 

 

 

 

 

 

(EUR million - 2004 prices)

APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Total
2007-2013

1.            Tkabbir Sostenibbli

51 267

52 415

53 616

54 294

55 368

56 876

58 303

382 139

1a               Kompetittività għat-Tkabbir u x-Xogħol

8 404

9 097

9 754

10 434

11 295

12 153

12 961

74 098

1b              Koeżjoni għat-Tkabbir u x-Xogħol

42 863

43 318

43 862

43 860

44 073

44 723

45 342

308 041

2.            Preservazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali.

54 985

54 322

53 666

53 035

52 400

51 775

51 161

371 344

               li minnhom: nefqa relatata mas-suq u

ħlasijiet diretti

43 120

42 697

42 279

41 864

41 453

41 047

40 645

293 105

3.            Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja

1 199

1 258

1 380

1 503

1 645

1 797

1 988

10 770

3a.              Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

600

690

790

910

1 050

1 200

1 390

6 630

3b.             Ċittadinanza

599

568

590

593

595

597

598

4 140

4.            L-UE bħala parteċipant ewlieni

6 199

6 469

6 739

7 009

7 339

7 679

8 029

49 463

5.            Amministrazzjoni(1)

6 633

6 818

6 973

7 111

7 255

7 400

7 610

49 800

6.            Kumpemsi

419

191

190

 

 

 

 

800

TOTAL TA' L-APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN

120 702

121 473

122 564

122 952

124 007

125 527

127 091

864 316

bħala persentaġġ tal-GNI

1,10%

1,08%

1,07%

1,04%

1,03%

1,02%

1,01%

1,048%

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL TA' APPROPRJAZZJONIJIET TA' ĦLAS

116 650

119 620

111 990

118 280

115 860

119 410

118 970

820 780

bħala persentaġġ tal-GNI

1,06%

1,06%

0,97%

1,00%

0,96%

0,97%

0,94%

1,00%

Marġini disponibbli

0,18%

0,18%

0,27%

0,24%

0,28%

0,27%

0,30%

0,24%

Limitu massimu tar-riżorsi proprji bħala persentaġġ tal-GNI

1,24%

1,24%

1,24%

1,24%

1,24%

1,24%

1,24%

1,24%

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(1)       In-nefqa fuq pensjonijiet inklużi fil-limitu massimu għal din l-intestatura hija kkalkulata netta mill-kontribuzzjonijiet ta' l-istaff għall-iskema rilevanti, fil-limitu ta' EUR 500 miljun bil-prezzijiet ta' l-ikel ta' l-2004 għal perjodu 2007-2013.

Proċedura tal-Baġit 2007

It-Tieni Qari tal-Parlament - 14 ta' Diċembru 2006

Qafas Finanzjarju Plurijennali - Marġini

Cat.

2007 MFF

It-Tieni Qari tal-Kunsill

L-emendi tal-Parlament

It-Tieni Qari tal-Parlament

Marġini li tħallew mill-PE

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

1

54.405.000.000

0

54.274.887.015

44.137.342.319

80.065.000

724.708.000

54.354.952.015

44.862.050.319

50.047.985

0

1a

8.918.000.000

0

8.788.328.511

6.772.076.511

79.839.000

299.708.000

8.868.167.511

7.071.784.511

49.832.489

0

1b

45.487.000.000

0

45.486.558.504

37.365.265.808

226.000

425.000.000

45.486.784.504

37.790.265.808

215.496

0

European Gobal Adjustment Funds

(outside the MFF & margin)

500.000.000

0

 

 

500.000.000

 

 

 

2

58.351.000.000

0

56.240.800.036

54.665.465.736

9.430.000

53.080.000

56.250.230.036

54.718.545.736

2.100.769.964

0

3

1.273.000.000

0

1.149.840.000

1.049.687.652

96.606.000

127.278.000

1.246.446.000

1.176.965.652

26.554.000

0

3a

637.000.000

0

561.695.000

400.145.000

62.138.000

73.538.000

623.833.000

473.683.000

13.167.000

0

3b

636.000.000

0

588.145.000

649.542.652

34.468.000

53.740.000

622.613.000

703.282.652

13.387.000

0

4

6.578.000.000

0

6.401.214.000

7.179.921.578

176.719.000

172.825.154

6.577.933.000

7.352.746.732

67.000

0

Emergency Aid Reserve (outside the MFF & margin*) 

234.527.000

0

 

 

234.527.000

 

 

 

5

7.115.000.000

0

6.849.570.101

6.849.470.101

92.793.929

92.793.929

6.942.364.030

6.942.264.030

172.635.970

0

6

445.000.000

0

444.646.152

444.646.152

0

0

444.646.152

444.646.152

353.848

0

Total

128.167.000.000

123.866.000.000

126.095.484.304

114.326.533.538

455.613.929

1.170.685.083

126.551.098.233

115.497.218.621

2.350.428.767

8.368.781.379

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN (22.3.2007)

għall-Kumitat għall-Baġit

dwar l-istrateġija tal-politika annwali tal-Kummissjoni għall-proċedura tal-baġit 2008
(2007/2017(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Michael Gahler

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Baġit, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.   Jinsisti li l-baġit 2008 għandu jippermetti lill-Unjoni Ewropea tmexxi l-politiki tagħha 'l quddiem b’effiċjenza u tirrispetta l-impenji kollha tagħha fir-relazzjonijiet ma' l-imsieħba tagħha madwar id-dinja; jenfasizza li jkun xieraq li l-azzjoni esterna ta’ l-Unjoni jkollha biżżejjed mezzi biex tappoġġja azzjonijiet relatati mal-proċessi ta’ integrazzjoni reġjonali, mal-konsolidament demokratiku u mal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem f’pajjiżi terzi;

2.   Jagħmel enfasi, minħabba l-firxa kbira ta’ sfidi li l-Unjoni għandha quddiemha, fuq il-ħtieġa għal biżżejjed mezzi finanzjarji biex jinżammu l-prijoritajiet ta’ l-Unjoni, kemm jekk għandhom x’jaqsmu mal-politika dwar il-viċinanzi kif ukoll, b’mod aktar ġenerali, mar-relazzjonijiet politiċi esterni ma’ reġjuni oħra tad-dinja bħalma huma l-Afrika, l-Ażja jew l-Amerika Latina; itenni l-ħtieġa li jingħata aktar appoġġ lill-inizjattivi kollha f’pajjiżi terzi li jkunu mmirati biex iwettqu r-riformi demokratiċi, ekonomiċi u soċjali meħtieġa;

3.   Ifakkar li l-appoġġ għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi huma elementi ewlenin tal-politika barranija ta' l-UE; jisħaq fuq il-bżonn li jiġi provdut biżżejjed iffinanzjar fl-istrumenti kollha esterni u tat-tkabbir biex tiġi riflessa din il-prijorità, speċjalment biex jitkomplew id-djalogi effettivi għad-drittijiet tal-bniedem ta' l-UE ma' pajjiżi li r-rekords tagħhom tad-drittijiet tal-bniedem huma inkwetanti ħafna;

4.   Jisħaq fuq l-importanza li jseħħ progress sostenibbli fil-Balkani tal-Punent u jinnota li r-reġjun għandu jitqies bħala prijorità fl-attivitajiet ta’ l-UE;

5.   Jenfasizza l-bżonn li jiġi provdut biżżejjed iffinanzjar għan-numru dejjem jiżdied ta' l-attivitajiet tas-CFSP; jenfasizza l-bżonn għal iffinanzjar adegwat għall-azzjonijiet fil-Kosovo u jisħaq li l-baġit għall-2008 tas-CFSP għandu ċans kbir li jintefa' taħt pressjoni mill-isforz finanzjarju sinifikanti li hemm bżonn biex tiġi appoġġjata l-missjoni ċivili ta' l-ESDP u biex jingħata appoġġ lill-ħidma ta' l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Ċivili Internazzjonali; jistenna lill-Kunsill biex tiċċara kemm jista' jkun malajr l-implikazzjonijiet, għal perjodu ta' żmien qasir u medju, ta' dik il-missjoni għas-sostenibilità tal-baġit preżenti tas-CFSP u biex il-Parlament jinżamm informat b'mod adegwat u regolarment rigward l-azzjonijiet maħsuba;

6.   Jilqa’ bi pjaċir id-deċiżjoni tal-Kunsill li jnaqqas id-daqs ta' l-Operazzjoni Althea fil-Bożnja u l-Ħerzegovina bħala sinjal li l-kundizzjonijiet fil-pajjiż qed jitjiebu u jistabbilizzaw ruħhom; jinnota li kwalunkwe pjanijiet għal tnaqqis iridu jevalwaw kif xieraq il-qagħda tas-sigurtà fil-pajjiż;

7.   Jisħaq fuq l-importanza ta’ negozjati kontinwi dwar l-adeżjoni fuq il-bażi tal-merti proprji u l-kunsens imġedded dwar it-tkabbir li ntlaħaq qbil dwaru fil-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2006;

8.   Jilqa’ bi pjaċir l-impenji tal-Kummissjoni biex tagħmel progress sinifikanti biex tiġi żviluppata effettivament il-Politika Ewropea dwar il-Viċinanzi (l-ENP) u jagħmel enfasi fuq l-importanza kruċjali li jiġi pprovdut envelopp finanzjarju adegwat għall-Istrument Ewropew għall-Viċinanzi u għas-Sħubija bil-għan li jiġu promossi d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun;

9.   Jisħaq li jkun xieraq li d-Dimensjoni tal-Lvant tal-Politika ta’ l-UE dwar il-Viċinanzi tkun iffinanzjata b’mod aktar adegwat, u li jkun xieraq li jingħata aktar finanzjament u li ssir aktar enfasi fejn jidħol it-titjib tar-relazzjonijiet, b’mod partikulari ma’ l-Ukrajna u l-Moldova;

10. Huwa tal-fehma li bl-adeżjoni tar-Rumanija u l-Bulgarija, hemm ħtieġa li qed tikber biex isir aktar enfasi fuq il-Koperazzjoni bejn l-UE u l-Baħar l-Iswed; barra minn hekk jinnota li jkun meħtieġ li jiġi żviluppat mod kumpless ta’ kif isiru l-affarijiet, kif ukoll għodod adegwati min-naħa ta’ l-UE għall-finanzjament, għall-iżvilupp ekonomiku, fit-trasport u ambjentali konġunt tal-Baħar l-Iswed u tar-reġjun tad-Danubju;

11. Jitlob li l-baġit 2008 jqis il-ħtieġa urġenti għas-sopravivenza ekonomika u l-bini mill-ġdid fil-Lvant Nofsani, partikularment fil-Palestina u fil-Libanu, u jekk il-kundizzjonijiet jippermettu, fl-Iraq;

12. Huwa ta' l-opinjoni li l-UE għandha tibda tbiddel id-dikjarazzjonijiet ġenerali preċedenti tal-prinċipju rigward l-irwol tagħha fir-rikostruzzjoni politika u ekonomika ta' l-Iraq f'azzjonijiet konkreti, li bihom għażla waħda fattibbli tkun dik li tiġi ggwidata politika attiva ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp li tolqot il-pajjiż sħiħ u koperazzjoni inter-Iraqina, li tieħu vantaġġ mill-kisbiet demokratiċi u s-sitwazzjoni favorevoli tas-sigurtà f'partijiet mill-pajjiż; jinsab konvint li approċċ bħal dan iservi ta’ eżempju pożittiv għall-pajjiż kollu kemm hu u lil hinn minnu, u jgħin ħafna biex titjieb il-viżibilità ta’ l-assistenza ta’ l-UE li s’issa ma teżistix;

13. Itenni l-impenn ta’ l-UE li żżomm lill-Afghanistan 'il fuq fl-aġenda politika; jisħaq fuq l-importanza ta’ finanzjament xieraq minħabba l-ħtiġijiet kontinwi li għandu l-pajjiż biex jibni mill-ġdid, li huma marbuta direttament mat-titjib tal-qagħda tas-sigurtà tiegħu; jenfasizza l-ħtieġa partikulari ta’ appoġġ għall-iżvilupp u l-konsolidament ta’ istituzzjonijiet statali b’saħħithom, għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali tal-pajjiż, għad-diżarm tal-milizzji privati, u għall-ġlieda kontra l-kultivazzjoni tad-drogi u l-kummerċ bihom; jitlob li jkun mgħarraf kif xieraq dwar l-aspetti kollha ta’ l-impenn ta’ l-UE lejn l-Afghanistan inkluża l-missjoni ppjanata tal-Perspettiva Ewropea dwar l-Iżvilupp Spazjali;

14. Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni biex tirrinforza r-relazzjonijiet ta’ l-UE ma’ l-Afrika; jenfasizza b’mod partikulari l-ħtieġa ta’ appoġġ għall-Unjoni Afrikana u għall-Parlament Panafrikan bħala l-istituzzjonijiet li qed isaħħu s-sjieda Afrikana tal-proċess tat-tiftix ta’ soluzzjonijiet għall-problemi tal-kontinent; jerġa' jfakkar il-bżonn għal appoġġ għall-Forza Standby Afrikana fl-operazzjonijiet tagħha fil-kontinent, b'mod partikolari fis-Sudan; jisħaq madankollu fuq l-importanza li jissaħħu b’mod parallel il-kapaċitajiet amministrattivi ta’ l-organizzazzjonijiet sottoreġjonali, li huma parteċipanti meħtieġa fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ kunflitti lokali u reġjonali; jerġa' jfakkar l-appoġġ tiegħu għall-'African Peer Review Mechanism', li jilgħab rwol importanti biex jibda l-proċess ta' riformi politiċi, u jenfasizza fuq il-bżonn li jsaħħaħ il-kapaċitajiet amministrattivi tiegħu;

15. Jilqa’ bi pjaċir l-impenn tal-Kummissjoni li tirrinforza l-koperazzjoni mal-pajjiżi produtturi, ta’ tranżitu u konsumaturi ewlenin fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-enerġija; jenfasizza li l-uniku mod kif tista’ tiġi żgurata enerġija sostenibbli, fiż-żgur u kompetittiva fl-Unjoni huwa billi bil-mod il-mod tinbena politika komuni dwar l-enerġija esterna li tfittex b’mod attiv l-interessi ta’ l-Ewropa;

16. Jilqa’ bi pjaċir il-fatt li l-Presidenza Ġermaniża, il-Parlament u l-Kunsill qed jibdew jiżviluppaw djalogu li jagħti benefiċċji reċiproċi dwar il-prijoritajiet tal-Politika Komuni dwar l-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà; f’dan ir-rigward jistenna l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba[1], li tipprovdi għal laqgħat ta’ konsultazzjoni konġunta mill-inqas ħames darbiet fis-sena u għal dokument tal-Kunsill li jaħseb għaż-żmien li ġej, li għandu jiġi ppreżentat sal-15 ta’ Ġunju ta' kull sena u li jippreżenta l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-Politika Komuni dwar l-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà;

17. Minħabba li l-Parlament jeħtieġ ikun mgħarraf qabel ma jiġu kommessi l-fondi u qabel ma jiġu deċiżi l-missjonijiet, itenni l-ħtieġa tat-trasparenza u ta' tagħrif komplut qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-missjonijiet;

18. Jitlob li jkun mgħarraf dwar aspetti tal-finanzjament militari, speċjalment il-mekkaniżmu Athena;

19. Jistenna b’ħerqa koperazzjoni bi skop mal-Kummissjoni fil-qafas ta’ gruppi ta’ ħidma li nħolqu biex jimmoniterjaw l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni ta’ l-istrumenti l-ġodda ta’ assistenza esterna; jinnota l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu li hi maħsuba għall-mod kif ikunu qed jaħdmu dawk l-istrumenti; itenni r-rieda tal-Parlament li jkun involut bis-sħiħ f’dan il-proċess.

PROĊEDURA

Titolu

L-istrateġija annwali tal-Kummissjoni dwar il-politika għall-proċedura tal-baġit 2008

Referenzi

2007/2017(BUD)

Kumitat responsabbli

BUDG

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni:
  Data tal-ħatra

Michael Gahler
27.2.2007

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Diskussjoni fil-kumitat

12.3.2007

20.3.2007

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

21.3.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

4

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Vittorio Agnoletto, Roberta Alma Anastase, Robert Atkins, Panagiotis Beglitis, Monika Beňová, André Brie, Elmar Brok, Simon Coveney, Véronique De Keyser, Hanna Foltyn-Kubicka, Michael Gahler, Maciej Marian Giertych, Alfred Gomolka, Richard Howitt, Anna Ibrisagic, Bogdan Klich, Helmut Kuhne, Vytautas Landsbergis, Eugen Mihăescu, Philippe Morillon, Pasqualina Napoletano, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Baroness Nicholson of Winterbourne, Raimon Obiols i Germà, Janusz Onyszkiewicz, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tobias Pflüger, Mirosław Mariusz Piotrowski, Hubert Pirker, Michel Rocard, Raül Romeva i Rueda, Libor Rouček, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Saryusz-Wolski, Marek Siwiec, István Szent-Iványi, Charles Tannock, Inese Vaidere, Geoffrey Van Orden, Ari Vatanen, Kristian Vigenin, Jan Marinus Wiersma

Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Giulietto Chiesa, Alexandra Dobolyi, Carlo Fatuzzo, David Hammerstein Mintz, Tunne Kelam, Doris Pack, Inger Segelström, Adrian Severin, Jean Spautz, Csaba Sándor Tabajdi, Marcello Vernola

Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali skond ir-Regola 178(2)

David Martin, Ria Oomen-Ruijten

Kummenti (disponibbli b'lingwa waħda biss)

 

  • [1]  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ INTERNAZZJONALI (27.3.2007)

għall-Kumitat għall-Baġit

dwar l-istrateġija annwali tal-Kummissjoni għall-proċedura tal-baġit 2008
(2007/2017(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Peter Šťastný

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġit, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   1. Jenfasizza li l-Istrateġija Politika Annwali għall-2008 tirrifletti b’mod ċar il-kobor u l-importanza ta’ l-isfidi għall-kummerċ li qed tiffaċċja l-UE li, minbarra d-Doha Development Round, jinkludu l-iżvilupp, in-negozjar u eventwalment l-implimentazzjoni ta’ rabtiet ekonomiċi iktar mill-qrib u ftehimiet, f’numru jiżdied ta’ oqsma bħas-servizzi, l-investiment jew id-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali (IPRs) ma’ numru jiżdied ta’ msieħba madwar id-dinja - inklużi l-pajjiżi ACP, l-Ukrajna, il-Korea, iċ-Ċina, l-Indja, l-ASEAN, il-Mercosur, l-Amerika Ċentrali, il-Komunità Andina u Ftehimiet ta’ Sħubija u Koperazzjoni (PCAs) mar-Russja, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Ġeorġja u l-Moldova;

2.   Stresses, in that context, the need for the Parliament to be meaningfully involved in the process of negotiating and adopting bilateral and regional trade agreements; calls on the Commission to provide Parliament's competent committee with a regular update on the state of play of the negotiations and to submit the outcome of those negotiations for Parliament's approval;

3.   Jenfasizza, għalhekk, li l-Abbozz ta’ Baġit Preliminari (PDB) għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’riżorsi baġitarji u umani suffiċjenti sabiex tilħaq in-numru jiżdied ta’ sfidi relatati mal-kummerċ b’mod adegwat u sabiex jgħinha tagħti riżultati skond l-objettivi strateġiċi definiti fl-aġenda l-ġdida Ewropa Globali tal-Kummissjoni ta’ l-2007, partikolarment fil-qasam tar-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bilaterali; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, sabiex tinforma lill-Parlament, qabel il-preżentazzjoni tal-PDB, dwar in-numru u n-natura tal-membri ta’ l-istaff li attwalment qed jaħdmu fuq kwistjonijiet ta’ kummerċ fid-delgazzjonijiet tal-Kummissjoni f’pajjiżi terzi, flimkien ma’ evalwazzjoni tal-kapaċitajiet tagħhom u tar-riżorsi disponibbli għal dawk id-delegazzjonijiet sabiex jittrattaw l-isfidi li qed jikbru tal-politka kummerċjali, partikolarment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fl-ekonomiji emerġenti;

4.   Jinnota li l-proposti leġiżlattivi li se jkunu ppreżentati mill-Kummissjoni fl-2008, minbarra l-Evalwazzjoni tas-Suq Wieħed ta’ l-2007, sabiex iċ-ċittadini u l-kumpaniji, b’mod partikulari l-SMEs, jitħallew jieħdu vantaġġ sħiħ mis-suq intern għandhom jindirizzaw speċifikament id-dimensjoni kummerċjali esterna ta’ l-inizjattivi l-ġodda;

5.   Jinnota l-impenn li sehem sostanzjali tal-wegħda ta’ l-UE u ta’ l-Istati Membri li jżidu l-għajnuna tagħhom relatata mal-kummerċ għal EUR 2 biljuni sa l-2010 se jkun iddedikat għall-pajjiżi ACP; jinnota bi tħassib, iżda, li l-kontribut kollettiv biss ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE huwa maħsub li jkun addizzjonali għar-riżorsi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp; iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jiċċaraw l-ammont u n-natura baġitarja ta’ dan l-impenn kemm jista’ jkun malajr u ħafna qabel il-konklużjoni tan-negozjati dwar il-Ftehima ta’ Sħubija Ewropea;

6.   Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiċċara x’inhuma l-ammonti ta’ flus meħtieġa għall-finanzjament ta’ inizjattivi ta’ għajnuna orizzontali relatata mal-kummerċ, inklużi inizjattivi bilaterali, reġjonali u multilaterali bħall-Qafas Integrat (IF);

7.   Itenni t-talba tiegħu li l-Kummissjoni tistabbilixxi sistema ta’ rapporti regolari dwar il-programmar u l-infiq rigward l-Għajnuna Relatata mal-Kummerċ (TRA)/Għajnuna għall-Kummerċ fejn il-Parlament irid ikun infurmat dwar il-miżuri li jkunu ġew iffinanzjati, u, fejn xieraq, dwar ir-riżultati ta’ l-eżerċizzji ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni, dwar l-involviment ta’ l-imsieħba rilevanti, u dwar l-implimentazzjoni tal-wegħdiet u ta’ l-impenji tal-baġit u dwar pagamenti, b’din l-informazzjoni tkun analizzata skond il-pajjiż, ir-reġjun, u l-kategorija ta’ għajnuna rispettivament;

8.   Jinnota bi tħassib li l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali għadu ma rċeviex informazzjoni speċifika bil-miktub dwar l-objettivi, l-istrateġiji u l-elementi relatati mal-kummerċ u l-ekonomija tal-ftehimiet futuri ma’ pajjiżi terzi bħall-Ftehima ta’ qafas UE-Ċina, il-Ftehima Msaħħa ma’ l-Ukrajna, il-ftehimiet kummerċjali ma’ l-Amerika Ċentrali u mal-Komunità Andina jew il-PCAs il-ġodda mar-Russja u l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Ġeorġja u l-Moldova;

9.   Jitlob li jkun allokat finanzjament adegwat għall-iskop li jitfasslu Studji dwar l-Impatt Sostenibbli tal-ftehimiet kummerċjali kollha proposti kemm jista’ jkun malajr u, fi kwalunkwe każ, ħafna qabel il-konklużjoni tan-negozjati;

10. Jenfasizza li l-Parlament għandu jkun ikkonsultat dwar proposti rigward Għajnuna Mikrofinanzjarja (MFA) fi żmien suffiċjenti sabiex ikun jista’ jesprimi l-fehmiet tiegħu u jadotta l-opinjoni tiegħu skond kalendarju u proċedura normali; jitlob lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, sabiex tinforma lill-Parlament dwar il-programmar ta’ l-MFA u l-iskeda mistennija għall-proposti tal-Kummissjoni relatati ma’ l-MFA;

11. Jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti prijorità għolja lill-politika dwar l-enerġija u lill-ġlieda kontra l-bidla fil-klima iżda jqis li huwa essenzjali li l-politika dwar il-kummerċ estern tkun imfassla b’mod li tappoġġja dawn l-objettivi.

PROĊEDURA

Titolu

L-istrateġija annwali tal-Kummissjoni għall-proċedura tal-baġit 2008

Numru tal-proċedura

2007/2017(BUD)

Kumitat responsabbli

BUDG

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni:
  Data tal-ħatra

Peter Šťastný
28.2.2007

Rapporteur ta' opinjoni preċedenti

 

Diskussjoni fil-kumitat

27.2.2007

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

21.3.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Kader Arif, Graham Booth, Carlos Carnero González, Christofer Fjellner, Béla Glattfelder, Eduard Raul Hellvig, Jacky Henin, Syed Kamall, Ģirts Valdis Kristovskis, Caroline Lucas, Marusya Ivanova Lyubcheva, Erika Mann, David Martin, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Tokia Saïfi, Peter Šťastný, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Zbigniew Zaleski

Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali

Panagiotis Beglitis, Danutė Budreikaitė, Elisa Ferreira, Małgorzata Handzlik, Jens Holm, Sepp Kusstatscher, Eugenijus Maldeikis, Zuzana Roithová, Corien Wortmann-Kool

Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali skond ir-Regola 178(2)

 

Kummenti (disponibbli b'lingwa waħda biss)

 

ANNESS

Trilogu 7 ta' Marzu 2007

Konklużjonijiet

Il-laqgħa trilogu kienet organizzata bl-applikazzjoni tal-punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba tas-17 ta' Mejju 2006.

Dawn il-konkluzjonijiet għandhom l-għan li jiżnu l-ftehima milħuqa mit-tliet istituzzjoniji.

1.        L-Intrapriża konġunta għall-ITER

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ftehmu li:

· l-intrapriża konġunta għall-ITER għandha tkun ikkunsidrata bħala aġenzija tal-Komunità għall-iskop ta' l-applikazzjoni ta' punt 47 ta' l-IIA;

· il-Parlament Ewropew jista' jingħata r-responsabilità għall-kwittanza ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-intrapriża konġunta ITER

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirrikonoxxu l-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-ITER li ġejja mis-7 Programm ta' Qafas għall-Euratom (€ 986 miljun[1] għal perjodu 2007-2011 bħala massimu) kif propost mill-Kummissjoni. Filwaqt li wieħed jinnota li l-proġett ITER huwa maħsub li jkompli sew wara l-2011, u l-ħtieġa li dan ikompli sa l-2041, l-ammonti korrispondenti għas-snin 2012 u 2013 huma previsti fil-programm finanzjarju. L-iffinanzjar futur se jkun parti mid-diskussjonijiet għall-qafas finanzjarju li jmiss.

2.        Aġenziji

Bil-għan li jiġi ottimizzat l-iffunzjonar ta' aġenziji eżistenti u l-proċeduri applikabbli għall-ħolqien ta' aġenziji ġodda, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li jagħmlu diskussjoni profonda b'mod partikolari dwar evalwazzjoni ddettaljata ta' l-ispiża-gwadann, li tinkludi l-ispejjeż amministrattivi, qabel it-twaqqif ta' aġenziji ġodda u l-implimentazzjoni tal-klawżoli ta' reviżjoni previsti fir-regolamenti speċifiċi ta' dawk eżistenti.

F'dan il-kuntest huma jesprimu r-rieda tagħhom li jaħdmu favur it-tkomplija u t-twessigħ tad-diskussjoni dwar iktar żvilupp tal-proċedura prevista f'Punt 47 ta' l-IIA.

Dawn id-diskussjonijiet se jkunu segwiti waqt it-Trilogi li jmiss; l-ewwel trilogu se jkun fit-18 ta' April 2007.

________________________

PROĊEDURA

Titolu

L-istrateġija politika annwali tal-Kummissjoni għall-proċedura tal-baġit 2008

Numru tal-proċedura

2007/2017(BUD

Kumitat responsabbli

BUDG

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/jagħtu opinjoni(jiet)
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

Kollha

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Kyösti Virrankoski
13.12.2006

Rapporteur(s) preċedenti

James Elles

Data tad-deċiżjoni biex jitfassal rapport

 

Diskussjoni fil-kumitat

26.2.2007

21.3.2007

29.3.2007

 

 

Data ta' l-adozzjoni

29.3.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Richard James Ashworth, Reimer Böge, Simon Busuttil, Joan Calabuig Rull, Paulo Casaca, Gérard Deprez, Salvador Garriga Polledo, Neena Gill, Ingeborg Gräßle, Louis Grech, Nathalie Griesbeck, Catherine Guy-Quint, Monica Maria Iacob-Ridzi, Anne E. Jensen, Sergej Kozlík, Wiesław Stefan Kuc, Janusz Lewandowski, Nils Lundgren, Vladimír Maňka, Esko Seppänen, Nina Škottová, László Surján, Kyösti Virrankoski, Ralf Walter

Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Hans-Peter Martin, José Javier Pomés Ruiz, Paul Rübig, José Albino Silva Peneda, Margarita Starkevičiūtė, Peter Šťastný

Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Janusz Onyszkiewicz, Toomas Savi, Grażyna Staniszewska

Data tat-tressiq

3.4.2007

Kummenti
(disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

  • [1]  minn indikazzjoni totali tal-kontribuzzjoni tal-baġit ta' l-UE għall-Intrapriża Konġunta għall-ITER u l-iżvilupp ta' l-enerġija ta' fużjoni ta' EUR 1 290 miljun