RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE

3.4.2007 - (COM(2006)0397 – C6‑0243/2006 – 2006/0129(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Anne Laperrouze

Proċedura : 2006/0129(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0125/2007
Testi mressqa :
A6-0125/2007
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE

(COM(2006)0397 – C6‑0243/2006 – 2006/0129(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0397)[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l'article 175, paragraphe 1 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0243/2006),  

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat għas-Sajd (A6‑0125/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

PREMESSA 1

(1) It-tniġġis kimiku ta’ l-ilma tal-wiċċ huwa ta’ theddida għall-ambjent akkwatiku b’effetti bħalma huma t-tossiċità akuta u kronika ta' l-organiżmi akkwatiċi, l-akkumulazzjoni fl-ekosistema u telf ta’ l-ambjent naturali u l-bijodiversità, kif ukoll theddidiet għas-saħħa tal-bniedem.

(1) It-tniġġis kimiku ta’ l-ilma tal-wiċċ huwa ta’ theddida għall-ambjent akkwatiku b’effetti bħalma huma t-tossiċità akuta u kronika ta' l-organiżmi akkwatiċi, l-akkumulazzjoni fl-ekosistema u telf ta’ l-ambjent naturali u l-bijodiversità, kif ukoll theddidiet għas-saħħa tal-bniedem. It-tniġġis jeħtieġ li bħala prijorità jiġi identifikat u ttratat fis-sors tiegħu, bl-aktar mod ekonomiku u ambjentalment effettiv.

Ġustifikazzjoni

B'din l-emenda din il-premessa tirrifletti l-Premessa 11 tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma li teżiġi li jeħtieġ li l-ġlieda għall-kontroll tat-tniġġis għandha jsir fl-oriġini tiegħu u skond il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas u skond il-prinċipji tal-prekawzjoni u l-prevenzjoni.

Emenda 2

PREMESSA 1a (ġdida)

(1a) B’konformità ma’ l-Artikolu 174 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-politika komunitarja għall-ambjent għandha tkun imsejsa fuq il-prinċipji ta’ prekawzjoni u ta' azzjoni preventiva, fuq il-prinċipju li l-irmedjar għall-ħsara għall-ambjent isir bi prijorità fis-sors, kif ukoll fuq il-prinċipju li min iniġġes iħallas.

Emenda 3

PREMESSA 1b (ġdida)

 

1a) Biex tkun żġurata l-kwalità tajba ta’ l-ilma jeħtieġ li agrikoltura ekoloġika ssir b'esplojtazzjoni razzjonali ta’ l-art.

Emenda 4

PREMESSA 2a (ġdida)

 

(2a) L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa, skond l-Artikolu 16 (1) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE sabiex jonqos gradwalment it-tniġġis kkawżat minn sustanzi prijoritarji u sabiex jintemmu jew jiġu eliminati gradwalment l-emissjonijiet, l-iskarikar u t-tnixxija ta' sustanzi prijoritarji perikolużi;

 

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tippreċiża li l-proposta hija direttiva affiljata (daughter directive) mad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma u li għalhekk, l-istess bħal fid-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma, l-Istati Membri m'għandhomx jiġu mistennija li jadottaw miżuri li jiswew ħafna flus jew li huma teknikament impossibbli sabiex jintlaħqu l-iskopijiet tal-proposta.

Emenda 5

PREMESSA 4

(4) Ġew adottati diversi atti Komunitarji mis-sena 2000 li jistabbilixxu miżuri ta' kontroll tat-tniġġis skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/KE għal sustanzi prijoritarji individwali. Barra minn hekk, ħafna miżuri għall-ħarsien ta’ l-ambjent jaqgħu fl-ambitu ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti oħra. Għalhekk, għandha tingħata prijorità għall-implimentazzjoni u r-reviżjoni ta’ l-istrumenti eżistenti iktar milli biex jiġu stabbiliti kontrolli ġodda li jistgħu jirduppjaw dawk eżistenti.

(4) Ġew adottati diversi atti Komunitarji mis-sena 2000 li jistabbilixxu miżuri ta' kontroll tat-tniġġis skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/KE għal sustanzi prijoritarji individwali. Barra minn hekk, ħafna miżuri għall-ħarsien ta’ l-ambjent jaqgħu fl-ambitu ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti oħra. Għalhekk għall-ewwel għandha tingħata prijorità għall-implimentazzjoni u r-reviżjoni ta’ l-istrumenti eżistenti iktar milli biex jiġu stabbiliti kontrolli ġodda li jistgħu jirduppjaw dawk eżistenti. Madankollu, wara li l-Istati Membri jkunu ttrażmettew il-pjanijiet tagħhom għall-ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar, skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE, inkluż il-programm għal miżuri stabbiliti skond l-Artikolu 11 ta' din id-direttiva, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-implimentazzjoni u r-reviżjoni ta' l-istrumenti eżistenti jkunux leħqu kompletament il-miri tad-Direttiva2006/60/KE, jew jekk ikunux meħtieġa miżuri speċifiċi skond id-direttiva preżenti.

 

Jekk ir-rispett ta' l-istandards ta' kwalità ambjentali ma jkunx jista’ jiġi żgurat permezz ta' restrizzjonijiet ta' l-użu jew permezz ta' interdizzjoni ta' ċerti sustanzi, dawn il-miżuri għandhom jiġu applikati bl-applikazzjoni ta' atti legali Komunitarji godda jew diġà eżistenti, b'mod partikulari fil-kuntest tar-Regolament KE Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-reġistrazzjoni, l-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta' sustanzi kimiċi, kif ukoll ir-restrizzjonijiet applikabbli għal dawn is-sustanzi (REACH) li tistitwixxi Aġenzija Ewropea għall-Prodotti Kimiċi, temenda r-Regolament 1999/45/KE u tabolixxi r-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni, kif ukoll id-Direttiva76/769/KEE tal-Kunsill u d-direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2002/21/KE tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

La Commission a décidé d’ignorer ses obligations au titre de la directive-cadre sur l’eau, qui demande des propositions pour les mesures de contrôle des émissions pour la fin 2003. Alors que d’autres instruments communautaires peuvent en effet réaliser le même objectif, il faut qu’il y ait une évaluation sur la base du programme de mesures présenté par les États membres pour savoir si les mesures prises conformément aux autres instruments légaux sont suffisantes pour réaliser les objectifs de la directive-cadre sur l’eau.

Dans l'intérêt de l'uniformisation des conditions de concurrence en relation avec l'implantation des entreprises et pour des raisons de compétence, les restrictions juridiques de l'utilisation de produits chimiques ou les interdictions de certaines substances ne peuvent être arrêtées que par la voie du droit communautaire. Le respect de normes de qualité environnementale s'agissant des rejets diffus dans les masses d'eau ne peut être garanti par des mesures de restriction nationales.

Emenda 6

PREMESSA 4a (ġdida)

 

(4a) Id-Direttiva 2000/60/KE, fl-Artikolu 11, paragrafu 2, u fl-Anness VI, Parti B, tagħti lista mhix eżawrenti tal-miżuri supplimentari li l-Istati Membri jistgħu jinkludu fil-programm ta’ miżuri, u b’mod partikulari:

 

– strumenti leġiżlattivi,

 

– strumenti amministrattivi, u

 

– ftehimiet negozjati għall-ħarsien ta' l-ambjent.

Ġustifikazzjoni

Minbarra l-istrumenmti legali, ta' min wieħed isemmi l-miżuri supplimentari tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma 2000/60/KE, fl-Artikolu 11(4), u fl-Anness VI, Parti B, għas-soluzzjonijiet possibbli meta ta' spiss l-istandards ma jinżammux. Filfatt, miżuri volontarji u li jagħtu inċentiv akbar bosta drabi jkunu aktar effettivi minn approċċi strettament legali. Dan ikun jista' jippermetti li titwessa' l-bażi komuni tad-direttiva nnfisha u tal-leġiżlazzjoni ambjentali b'mod ġenerali.

Emenda 7

PREMESSA 5

(5) Rigward il-kontrolli ta’ l-emissjonijiet ta’ sustanzi prijoritarji minn sors wieħed u minn sorsi mxerrda kif jirreferi għalihom l-Artikolu 16(6) u (8) tad-Direttiva 2000/60/KE, jidher li jkun iktar effettiv f’termini ta’ nfiq u proporzjonat għall-Istati Membri jekk jinkludu, fejn meħtieġ, flimkien ma’ l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti oħra, miżuri ta’ kontroll adegwati fil-programm ta' miżuri li għandhom jiġu żviluppati għal kull baċir ta' xmara skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60/KE.

(5) Rigward il-kontrolli ta’ l-emissjonijiet ta’ sustanzi prijoritarji minn sors wieħed u minn sorsi mxerrda kif jirreferi għalihom l-Artikolu 16(6) u (8) tad-Direttiva 2000/60/KE l-Istati Membri għandhom jinkludu, fejn meħtieġ, flimkien ma' l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti oħra, miżuri ta’ kontroll adegwati skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2000/760/KE, fi ħdan il-programm ta' miżuri li għandhom jiġu żviluppati għal kull baċir ta' xmara skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60/KE billi japplikaw fejn ikun meħtieġ l-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 rigward il-prevenzjoni u t-tnaqqis integrali tat-tniġġis.1

 

Biex jiġu garantiti kundizzjonijiet ugwali ta' kompetizzjoni fis-suq intern, kull deċiżjoni li jitwaqqfu miżuri ta' kontroll għal sorsi ta' kuntatt ta' sustanzi prijoritarji trid tkun ibbażata fuq il-kunċett ta' l-aħjar mezzi tekniċi disponibbli kif mifhum mid-Direttiva 96/61/KE.

 

1 GU L 257 - 10.10.1996, p. 26.

Ġustifikazzjoni

Les mesures des États membres concernant les sources ponctuelles ont des répercussions sur la compétitivité des sites d'implantation et doivent dès lors se fonder sur des normes uniformes européennes. La directive 96/61/CE a introduit une norme uniforme européenne pour les sites des entreprises, à savoir le recours aux meilleures techniques disponibles. De même, l'approche combinée au sens de l'article 16 de la directive 2000/60/CE prévoit des mesures communautaires de contrôle des émissions. Il s'agit d'éviter que ne soient affaiblies les exigences formulées à l'article 10 de la directive-cadre sur l'eau, laquelle requiert la réalisation de contrôles des émissions plus stricts allant au-delà des meilleures techniques disponibles dès lors que le respect des normes de qualité environnementales l'impose.

Le présent amendement précise aussi que les États membres doivent appliquer l’exigence de la directive IPPC (prévention et réduction intégrées de la pollution) pour insister sur des contrôles d’émission plus stricts allant au-delà des meilleures techniques disponibles, dès lors que le respect des normes de qualité environnementale l’impose.

Emenda 8

PREMESSA 5a (ġdida)

 

(5a) Meta kwistjoni li għandha impatt fuq il-ġestjoni ta’ l-ilma ma tistax tissolva minn Stat Membru nnifsu, dak l-Istat Membru jista’ jirrapportaha lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/60/KE. Stat Membru għandu jkun jista’ wkoll jirrapporta kwistjoni bħal din meta l-miżuri Komunitarji jidhru li huma aktar effettivi ekonomikament jew aktar xierqa. F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tniedi skambju ta' informazzjoni ma' l-Istati Membri kollha u jekk azzjoni Komunitarja tidher li tkun l-aħjar għażla, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport u tipproponi miżuri.

Emenda 9

PREMESSA 5a (ġdida)

5a) Peress li l-parti l-kbira ta’ l-atti Komunitarji l-oħra għad m’humiex adottati u applikati għal kollox, bħalissa huwa diffiċli li wieħed jiddetermina jekk l-implimentazzjoni ta’ dawn il-politiki tippermettix li jintlaħqu l-objettivi tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma jew jekk tibqax meħtieġa xi azzjoni Komunitarja oħra. Għalhekk, ikun utli li titwettaq evalwazzjoni formali tal-koerenza u ta' l-effikaċja ta' l-atti leġiżlattivi Komunitarji kollha li jindirizzaw il-kwalità tajba ta' ilma b'mod dirett jew indirett.

Emenda 10

PREMESSA 6

(6) Id-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta’ l-20 ta’ Novembru 2001 li tistabbilixxi l-lista ta’ sustanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tistabbilixxi l-ewwel lista ta’ 33 sustanza jew grupp ta’ sustanzi li ġew ipprijoritizzati għall-azzjoni fuq livell Komunitarju. Fost dawk is-sustanzi prijoritarji ċerti sustanzi ġew identifikati bħala sustanzi ta’ ħsara prijoritarji li l-emissjonijiet, il-ħruġ u t-telf tagħhom huma suġġetti għal waqfien gradwali jew tmiem immedjat. Xi sustanzi kienu qegħdin jiġu analizzati u għandhom jiġu kklassifikati.

(6) Id-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta’ l-20 ta’ Novembru 2001 li tistabbilixxi l-lista ta’ sustanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tistabbilixxi l-ewwel lista ta’ 33 sustanza jew grupp ta’ sustanzi li ġew ipprijoritizzati għall-azzjoni fuq livell Komunitarju. Fost dawk is-sustanzi prijoritarji ċerti sustanzi ġew identifikati bħala sustanzi ta’ ħsara prijoritarji li l-emissjonijiet, l-iskarikar u t-tnixxija tagħhom huma suġġetti għal waqfien gradwali jew tmiem immedjat. Għas-sustanmzi li joriġinaw mill-istat naturali jew li jirriżultaw minn proċessi naturali, l-eliminazzjoni totali gradwali ta' l-emissjonijiet, l-iskarikar u t-tnixxija mis-sorsi potenzjali kollha huwa impossibbli. Xi sustanzi kienu qegħdin jiġu analizzati u għandhom jiġu kklassifikati. Sustanzi oħrajn iridu jiżdiedu mal-lista ta' sustanzi prijoritarji sabiex jintlaħqu l-objettivi tad-Direttiva 2000/60/KE

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li ma jsirux impenji li ma jkunux jistgħu jitwettqu. Ċerti sustanzi li jinsabu fl-istat naturali huwa impossibblili jitneħħew kompletament.

Dan joħroġ ċar mill-formulazzjoni stess ta' l-Artikolu 16 (8) tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma li tirreferi għal lista "tal-bidu" ta' sustanzi prijoritarji, u mid-deċiżjoni 2455/2001/KE li titlob li jkun hemm żieda gradwali ta' sustanzi supplimentari għal-lista, li l-ewwel lista ma kenitx għajr bidu u li sustanzi oħrajn għandhom jiġu miżjuda sabiex jintlaħqu l-miri tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma.

Emenda 11

PREMESSA 6 a (ġdida)

 

(6a) L-eliminazzjoni totali ta' l-emissjonijiet, l-iskarikar u t-tnixxija minn kull sors potenzjali mhux possibbli għal dawk is-sustanzi li jinsabu fin-natura jew li huma maħluqa minn proċess naturali, bħall-kadmju, il-merkurju u l-idrokarburi poli-aromatiċi.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni 2455/2001/KE li tistabbilixxi l-lista ta' sustanzi prijoritarji, tinkludi konsiderazzjoniet importanti li ma ġewx trasferiti għad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma meta s-sustanzi prijoritarji tal-lista ġew miżjuda ma'1 Anness. Il-premessa supplimentari proposta ddaħħal l-iskop tal-premsssa 4 fid-deċiżjoni, li hija emenda tal-Parlament Ewropew,u twassal biex tintlaħaq din l-intenzjoni..

Emenda 12

PREMESSA 7

(7)       Mil-lat ta’ l-interess Komunitarju u għal regolamentazzjoni iktar effettiva tal-ħarsien ta' l-ilma tal-wiċċ, huwa xieraq li jitħejjew l-EQS għall-kontaminanti kklassifikati bħala sustanzi prijoritarji fuq livell Komunitarju u li l-Istati Membri jitħallew jistipolaw, fejn meħtieġ, regoli għall-kontaminanti li jifdal fuq livell nazzjonali bil-kundizzjoni li japplikaw r-regoli Komunitarji rilevanti. Minkejja dan, tmien kontaminati li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 86/280/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-limitu ta’ valuri u objettivi ta’ kwalità għall-iskariku ta’ ċerti sustanzi perikolużi inklużi fil-Lista I ta’ l-Anness tad-Direttiva 76/464/KEE u li jifformaw parti mill-grupp ta’ sustanzi li għalih għandu jintlaħaq status kimiku tajjeb sa l-2015, ma kinux inklużi fil-lista ta' sustanzi prijoritarji. Madankollu, l-istandards komuni stabbiliti għal dawk il-kontaminanti wrew li kienu utli u huwa xieraq li tinżamm regolamentazzjoni ta' l-istandards tagħhom fuq livell Komunitarju

(7)       Mil-lat ta’ l-interess Komunitarju u għal regolamentazzjoni iktar effettiva tal-ħarsien ta' l-ilma tal-wiċċ, huwa xieraq li jitħejjew l-EQS għall-kontaminanti kklassifikati bħala sustanzi prijoritarji fuq livell Komunitarju u li l-Istati Membri jitħallew jistipolaw regoli għall-kontaminanti li jifdal fuq livell nazzjonali bil-kundizzjoni li japplikaw r-regoli Komunitarji rilevanti. Minkejja dan, tmien kontaminati li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 86/280/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-limitu ta’ valuri u objettivi ta’ kwalità għall-iskariku ta’ ċerti sustanzi perikolużi inklużi fil-Lista I ta’ l-Anness tad-Direttiva 76/464/KEE u li jifformaw parti mill-grupp ta’ sustanzi li għalih għandu jintlaħaq status kimiku tajjeb sa l-2015, ma kinux inklużi fil-lista ta' sustanzi prijoritarji. Madankollu, l-istandards komuni stabbiliti għal dawk il-kontaminanti wrew li kienu utli u huwa xieraq li tinżamm regolamentazzjoni ta' l-istandards tagħhom fuq livell Komunitarju

Emenda 13

PREMESSA 7a (ġdida)

 

(7a) Ċerti sustanzi, għalkemm jagħmlu ħsara kbira għall-ħut jekk ikunu jinsabu fl-ilma tal-wiċċ, xorta ma jidhrux fil-lista ta' standards ta' kwalità ambjentali għall-ilma. B'mod partikulari, dawn jinkludu l-SPFO u t-tetrabromobisphenol A (TBBP-A). Jekk ikun meħtieġ il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti wkoll għal dawn is-sustanzi sabiex jiġu adottati standards ta' kwalità ambjentali għall-ilma.

Ġustifikazzjoni

Il-PCB, id-dijossini, l-SPFO u t- tetrabromobisphenol jagħmlu ħsara kbira għall-ambjent u għandhom jidħlu fil-lista ta' sustanzi li għalihom japplikaw l-istandards ta' kwalità ambjentali.

Emenda 14

PREMESSA 9

(9)       L-ambjent akkwatiku jista’ jbati minn tniġġis kimiku kemm fuq perjodu ta’ żmien qasir kif ukoll fuq perjodu ta’ żmien twil u għalhekk kemm id-dejta dwar l-effetti akuti kif ukoll dik dwar l-effetti kroniċi għandha tintuża bħala bażi biex jiġu stabbiliti l-EQS. Sabiex ikun żgurat li l-ambjent akkwatiku u s-saħħa tal-bniedem ikunu mħarsa b’mod xieraq, għandha tiġi stabbilita medja annwali ta’ standards ta’ kwalità fuq livell li jipprovdi ħarsien kontra l-espożizzjoni fit-tul, u għandhom jiġu stabbiliti konċentrazzjonijiet massimi permissibbli għall-ħarsien kontra l-espożizzjoni fil-qosor.

(9)       L-ambjent akkwatiku jista’ jbati minn tniġġis kimiku kemm fuq perjodu ta’ żmien qasir kif ukoll fuq perjodu ta’ żmien twil u għalhekk kemm id-dejta dwar l-effetti akuti kif ukoll dik dwar l-effetti kroniċi għandha tintuża bħala bażi biex jiġu stabbiliti l-EQS. Sabiex ikun żgurat li l-ambjent akkwatiku u s-saħħa tal-bniedem ikunu mħarsa b’mod xieraq, għandha tiġi stabbilita medja annwali ta’ standards ta’ kwalità fuq livell li jipprovdi ħarsien kontra l-espożizzjoni fit-tul, u għandhom jiġu stabbiliti konċentrazzjonijiet massimi permissibbli għall-ħarsien kontra l-espożizzjoni fil-qosor. L-applikazzjoni ta’ konċentrazzjonijiet massimi permessibbli, skond l-approċċ ikkombinat stipolat fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2006/60/KE, b'mod partikolari, it-trattament ta’ riżultati li jvarjaw ħafna minn oħrajn fl-istess kampjun (outliers) u d-determinazzjoni ta' kontrolli ta' l-emissjonijiet, għandhom jiġu armonizzati.

Ġustifikazzjoni

Konċentrazzjonijiet massimi permessi huma suġġetti għal żbilanċ minħabba riżultati li jvarjaw ħafna minn oħrajn fl-istess kampjun (outliers) u ma jirreferu għall-ebda perjodu ta' żmien ieħor imma huma ta’ natura diskrezzjonali. Għalhekk, kull tentattiv ta’ stima jew tbassir ta’ dawn il-valuri, li hu meħtieġ fil-proċeduri għal permessi ta’ l-emissjonijiet, ser ikunu żbilanċjati sew. Biex ikun hemm kundizzjonijiet ugwali, għandhom jiġu żviluppati regoli armonizzati biex jittrattaw dawn il-kwistjonijiet.

Emenda 15

PREMESSA 10

(10)     Fin-nuqqas ta’ tagħrif estensiv u ta’ min joqgħod fuqu dwar il-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi prijoritarji fil-bijota u s-sedimenti fuq livell Komunitarju u fid-dawl tal-fatt li t-tagħrif dwar l-ilma tal-wiċċ donnu jipprovdi bażi suffiċjenti biex ikun żgurat ħarsien komprensiv u kontroll tat-tniġġis effettiv, il-valuri ta' l-EQS li għandhom jiġu stabbiliti għandhom ikunu limitati għall-ilma tal-wiċċ biss . Madankollu, fir-rigward tal-hexachlorobenzene, l-hexachlorobutadien u l-merkurju, mhuwiex possibbli li jkun assigurat ħarsien kontra l-effetti indiretti u avvelenament sekondarju b’sempliċi EQS għall-ilma tal-wiċċ fuq livell Komunitarju. Għalhekk, f’dawk il-każijiet, għandhom jitniedu l-EQS għall-bijota. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità jew li jimmonitorjaw dawk l-EQS u jiċċekkjaw il-konformità tal-bijota magħhom jew li jaqilbuhom f'EQS għall-ilma tal-wiċċ sabiex huma jkollhom iktar flessibilità skond l-istrateġija ta’ monitoraġġ tagħhom. Barra minn hekk, għandhom ikunu l-Istati Membri li jistipolaw EQS għas-sediment u l-bijota fejn hu meħtieġ u xieraq, biex jikkumplimentaw l-EQS stipolati fuq livell Komunitarju. Flimkien ma’ dan, peress li s-sediment u l-bijota jibqgħu matriċi importanti għall-Istati Membri biex jimmonitorjaw ċerti sustanzi sabiex jevalwaw l-impatti fit-tul ta' l-attività u x-xejriet antropoġeniċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livelli eżistenti tal-kontaminazzjoni fil-bijota u s-sedimenti ma tiżdiedx.

(10)     Fin-nuqqas ta’ tagħrif estensiv u ta’ min joqgħod fuqu dwar il-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi prijoritarji fil-bijota u s-sedimenti fuq livell Komunitarju u fid-dawl tal-fatt li t-tagħrif dwar l-ilma tal-wiċċ donnu jipprovdi bażi suffiċjenti biex ikun żgurat ħarsien komprensiv u kontroll tat-tniġġis effettiv, il-valuri ta' l-EQS li għandhom jiġu stabbiliti għandhom ikunu limitati għall-ilma tal-wiċċ biss . Madankollu, fir-rigward tal-hexachlorobenzene, l-hexachlorobutadien u l-merkurju, mhuwiex possibbli li jkun assigurat ħarsien kontra l-effetti indiretti u avvelenament sekondarju b’sempliċi EQS għall-ilma tal-wiċċ fuq livell Komunitarju. Għalhekk, f’dawk il-każijiet, għandhom jitniedu l-EQS għall-bijota. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità jew li jimmonitorjaw dawk l-EQS u jiċċekkjaw il-konformità tal-bijota magħhom jew li jaqilbuhom f'EQS għall-ilma tal-wiċċ sabiex huma jkollhom iktar flessibilità skond l-istrateġija ta’ monitoraġġ tagħhom. Barra minn hekk, għandhom ikunu l-Istati Membri li jistipolaw EQS għas-sediment u l-bijota fejn hu meħtieġ u xieraq, biex jikkumplimentaw l-EQS stipolati fuq livell Komunitarju. Flimkien ma’ dan, peress li s-sediment u l-bijota jibqgħu matriċi importanti għall-Istati Membri biex jimmonitorjaw ċerti sustanzi sabiex jevalwaw l-impatti fit-tul ta' l-attività u x-xejriet antropoġeniċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livelli eżistenti tal-kontaminazzjoni fil-bijota u s-sedimenti ma tiżdiedx. Għal dan l-iskop l-Istati Membri għandhom jimmoniterjaw sustanzi prijoritarji fil-bijota u fis-sediment u jikkomunikaw ir-riżultati lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipproponi EQS għall-bijota u s-sediment skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16 (7) tad-Direttiva 2000/60/KE fuq il-bażi ta' l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-obbliġu li għandhom l-Istati Membri li joqogħdu attenti li l-livelli attwali fil-bijota u fis-sedimenti ma jogħlewx jibqħgħu ma jfissru xejn jekk ma jkunx hemm l-obbligu konkret ta' moniteraġġ. L-Istati Membri għandhom iwettqu dan il-moniteraġġ fuq il-bijota u s-sedimenti li hekk iservi ta' bażi għall-azzjoni Komunitarja għall-istandards ta' kwalità kif titlob id-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma.

Emenda 16

PREMESSA 11 a (ġdida)

 

(11a) Iċ-ċomb li hu użat fit-tagħmir tas-sajd rikreattiv jew professjonali jikkawża t-tniġġis ta' l-ilma. Sabiex jitnaqqas il-livell taċ-ċomb fiż-żoni tas-sajd l-Istati Membri għandhom jinkuraġġixxu lis-setturi tas-sajd biex jissostitwixxu ċ-ċomb ma' prodotti anqas perikolużi.

Emenda 17

PREMESSA 11b (ġdida)

 

(11b) Il-polychlorinated biphenyls (PCBs) u d-dijossini huma żewġ gruppi velenużi, persistenti u bijoakkumulattivi. Dawn iż-żewġ gruppi ta' sustanzi huma ta' riskju kbir għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent u għandhom effett ta' ħsara kbira fuq l-ispeċi akkwatiċi u jikkompromettu għalhekk il-vijabilità tas-settur tas-sajd. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnutat bosta drabi li jeħtieġ li dawn is-sustanzi jiġu inklużi fil-lista ta' sustanzi prijoritarji. Jeħtieġ għalhekk li din id-direttiva tipprevedi li fil-futur dawn jiddaħħlu f'din il-lista.

Emenda 18

PREMESSA 18 a (ġdida)

 

18a) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprovdi għal reviżjoni biex jiġu evalwati kemm huma adegwati l-kriterji għall-identifikazzjoni ta' sustanzi li huma persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi. Il-Kummissjoni għandha temenda l-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE f'dan is-sens hekk kif il-kriterji fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jiġu modifikati.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji għas- sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi (PTB) fir-REACH instabu li m'humiex biżżejjed. Tant huma riġidi li kważi l-ebda sustanza PBT ma hi identifikata. Sfortunatament, l-istess kriterji ġew applikati fir-reviżjoni ta’ l-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE. Hekk kif il-kriterji għas-sustanzi tal-PBT fir-REACH ikunu ġew ikkoreġuti, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Anness X.

Emenda 19

PREMESSA 22 a (ġdida)

 

22a) Bi qbil ma' l-Artikolu 174 tat-Trattat, u skond id-Direttiva 2000/60/CE, il-Komunità jeħtieġ li, fil-preparazzjoni tal-politika ambjentali tagħha, tqis id-dejta xjentifika u teknika disponibbli, il-kundizzjonijiet ambjentali fir-reġjuni varji tal-Komunità, l-iżvilupp soċjali u ekonomiku globali fil-Komunità u l-iżvilupp bilanċjat tar-reġjuni tagħha, kif ukoll il-benefiċċji u l-ispiża potenzjali ta' azzjoni u tan-nuqqas ta' azzjoni.

Ġustifikazzjoni

Ta' min wieħed jenfasizza li d-diversità tas-sitwazzjonijiet lokali rigward l-istejtus kimiku ta' l-ilma, kif ukoll li l-istandards u l-miżuri ta' kontroll iridu jistrieħu fuq teknika u dejta xjentfika l-aktar reċenti. (Premessa 12 tad-direttiva ta' qafas)

Emenda 20

Artikolu 1

Din id-Direttiva tistipola standards ta’ kwalità ambjentali għas-sustanzi prijoritarji u ċerti kontaminanti oħra.

Din id-Direttiva tistipola miżuri biex jillimitaw it-tniġġis ta' l-ilma u standards ta’ kwalità ambjentali għas-sustanzi prijoritarji u ċerti kontaminanti oħra sabiex:.

 

a) jitnaqqsu l-emissjonijiet, l-iskarikar u t-tnixxija ta' sustanzi prijoritarji minn issa sa l-2015; u

 

b) iwasslu għat-tmiem ta’ l-emissjonijiet, l-iskarikar u t-tnixxija ta' sustanzi perikolużi prijoritarji, kif jistipolaw l-Artikoli 1, 4 u 16 tad-Direttiva 2000/60KE sabiex jinkiseb stat kimiku tajjeb għall-ilmiet kollha tal-wiċċ. L-iskop huwa wkoll li ma jkunx hemm deterjorazzjoni u sabiex sa l-2020 ikun hemm konċentrazzjonijiet li joqorbu lejn dak tal-fond naturali għas-sustanzi kollha preżenti fl-istat naturali u konċentrazzjonijiet ta' kważi zero għas-sustanzi sintetiċi antropoġeniċi kollha skond il-ftehimiet internazzjonali għall-protezzjoni tal-baħar.

 

L-iskopijiet kollha mniżżla f'din id-direttiva għandhom jitqiesu bħal l-iskopijiet kif mifhuma fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60KE.

 

B'konformità mal-proċedura stipolata fl-Artikolu 21 (2) tad-Direttiva 2000/60/KE, il-Kummissjoni għandha tippreżenta sa l-2020 rapport lill-Parlament Ewopew u lill-Kunsill fuq is-suċċess ta' l-implimentazzjoni ta' din id-direttuva.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tippreċiża li l-proposta tinkludi miżuri biex jitnaqqas jew jintemm it-tniġġis.

Dan il-punt jirreferi għall-aħħar skopijiet tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma u juri li l-iskop mhux biss li jitħarsu l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, imma li dan isir fi ħdan l-qafas ta' skopijiet aktar wiesa' tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma kif stipolat fl-Artikolu 16. Huwa essenzjali li l-Kummissjoni tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-direttiva sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-iskopijiet

Emenda 21

ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompożizzjoni ta’ l-ilma tal-wiċċ tagħhom tikkonforma ma’ l-istandards ta’ kwalità għas-sustanzi prijoritarji, espressi bħala medja annwali u bħala konċentrazzjoni massima permissibbli, kif stipolat fil-Parti A ta’ l-Anness I u l-istandards ta’ kwalità għall-kontaminanti elenkati fil-Parti B ta’ l-Anness I.

1. Sabiex jinkiseb stat kimiku tajjeb tal-korpi ta' l-ilma tal-wiċċ, kif stipolat fl-Artikolu 4 (1a) tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompożizzjoni ta’ l-ilma tal-wiċċ, tas-sedimenti u tal-bijota tikkonforma ma’ l-istandards ta’ kwalità għas-sustanzi prijoritarji, kif stipolat fil-Parti A ta’ l-Anness I u l-istandards ta’ kwalità għall-kontaminanti elenkati fil-Parti B ta’ l-Anness I.

Ġustifikazzjoni

L'objectif de la proposition est de définir des normes pour un bon état chimique des eaux de surface. Cependant, la proposition en son actuelle rédaction fixerait des objectifs (liés à toutes eaux de surface plutôt qu'aux masses d'eau de surface) qui ne font pas partie de la directive cadre. Cet amendement a donc pour objet d'assurer la cohérence avec l'article 4 de la directive cadre.

Cet amendement précise aussi ce qui est également clairement indiqué à l’article 16, paragraphe 7, de la directive-cadre sur l’eau, que la Commission présentera des propositions de NQE pour les eaux de surface, le sédiment et le biote.

Emenda 22

ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1 a (ġdid)

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu dejjem il-miżuri neċessarji biex jiggarantixxu li intrapriżi li jarmu fil-korpi ta' l-ilma ilma użat li jkun fih sustanzi prijoritarji għandhom jimplimentaw l-aħjar teknika disponibbli waqt il-produzzjoni u għall-ipproċessar ta' l-ilma użat. Dawn il-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq ir-riżultati ta' skambju ta' informazzjoni kif stipolat fl-Artikolu 16 (2) tad-Direttiva96/61/KE.

Ġustifikazzjoni

B'insistenza fuq l-użu ta' l-aħjar mezzi tekniċi disponibbli kif stipolat fid-DirettivaPRIP (96/61/KE) l-Istati Membri jkunu jistgħu, fuq bażi uniformi Ewropea, inaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi prijoritarji minn sorsi lokalizzati (point sources) b'mod effikaċji u newtru f'dik li hija kompetizzjoni, waqt li jikkonformaw mal-prinċipju ta' prekawzjoni u mal-prinċipju li min iniġġes iħallas.

Emenda 23

ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 2 a (ġdid)

L-Istati Membri għandhom itejbu l-informazzjoni u d-dejta disponibbli dwar is-sorsi ta' sustanzi prijoritarji u tal-mezzi ta' tniġġis sabiex jiġu identifikati possibiltajiet ta' kif jiġu kkontrollati b'mezzi speċifiċi u effikaċji.

Emenda 24

ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 1 a (ġdid)

 

1 bis. Fejn ikun hemm kanali ta' ilma li jgħaddu minn bosta Stati Membri jkun jeħtieġ li tiġi implimentata l-koordinazzjoni ta' programmi nazzjonali ta' moniteraġġ u għall-inventarju sabiex ma jiġux penalizzati l-Istati Membri li jinsabu 'l isfel fil-flus ta' l-ilma.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi kkoordinat il-moniteraġġ tal-fluss ta' l-ilma li jgħaddi minn bosta Stati Membri sabiex jiġi ttrattat it-tniġġis mill-oriġini tiegħu.

Emenda 25

ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 2

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, abbażi tal-monitoraġġ ta’ l-istatus ta’ l-ilma mwettaq skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE, li l-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi elenkati fil-Partijiet A u B ta’ l-Anness I ma jiżdidux għas-sediment u l-bijota.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, abbażi tal-monitoraġġ ta’ l-istatus ta’ l-ilma mwettaq skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE, li l-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi elenkati fil-Partijiet A u B ta’ l-Anness I ma jiżdidux fl-ilma, fis-sedimenti u fil-bijota.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tippreċiża li l-proposta tinkludi miżuri biex jitnaqqas jew jintemm it-tniġġis.

Emenda 26

ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 3, SUBPARAGRAFU 2

Għall-skopijiet ta’ monitoraġġ tal-konformità ma’ l-istandards ta’ kwalità ambjentali tas-sustanzi mniżżla fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru għandu jew jintroduċi standard għall-ilma iktar strett li jieħu post dak imniżżel fil-Parti A ta’ l-Anness I, jew jistipola standard addizzjonali għall-bijota.

Għall-skopijiet ta’ monitoraġġ tal-konformità ma’ l-istandards ta’ kwalità ambjentali tas-sustanzi mniżżla fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru għandu jew jintroduċi standard għall-ilma iktar strett li jieħu post dak imniżżel fil-Parti A ta’ l-Anness I, jew jistipola standard addizzjonali għall-bijota.

 

Il-moniteraġġ ta' sustanzi oħrajn ta' l-Anness 1 jista' jsir ukoll fis-sediment jew fil-bijota flok fl-ilma jekk l-Istati Membri jqisu li dan il-metodu huwa aktar adegwat u jiswa ftit flus. Jekk jinstabu konċentrazzjonijiet sostanzjali ta' sustanzi u jekk l-Istati Membri jqisu li hemm riskju li l-istandards ta' kwalità ambjentali ta' l-ilma ma' jintlaħqux, għandu jsir il-monteraġġ ta' l-ilma sabiex tiġi żgurata konformità ma' l-istandards ta' kwalità ambjentali ta' l-ilma.

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi żgurat kemm jista' jkun possibbli li l-problemi rigward sustanzi prijoritarji fl-ambjent akkwatiku jinkixfu, l-Istati Membri għandhom ikollhom il-possibilità li jimmoniterjaw is-sustanzi mniżżla fl-Anness 1 fis-sediment u fil-bijota jekk iqisu li dan huwa adegwat u ma jiswiex ħafna flus. Madankollu, jekk jinstabu konċentrazzjonijiet għoljin ta' sustanzi għandu jsir moniteraġġ addizzjonali fl-ilma.

Emenda 27

ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 3 a (ġdid)

 

3 a. Tnax-il xahar wara li jiġu sottomessi l-inventarji mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta rigward l-istandards ta' kwalità applikabbli għall-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi prijoritarji fis-sediment u fil-bijota.

Ġustifikazzjoni

L-obbligu li għandhom l-Istati Membri li joqgħodu attenti li l-livelli attwali fil-bijota u fis-sedimenti ma jogħlewx jibqgħu ma jfissru xejn jekk ma jkunx hemm l-obbligu konkret ta' moniteraġġ. Data xierqa tista' tkun sena wara li l-Istati Membri jikkomunikaw is-sejba ta' sustanzi prijoritarji fis-sediment jew fil-bijota.

Emenda 28

ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 3 a (ġdid)

 

3a. L-Istati Membri għandhom jikkonformaw ruħhom mad-Direttiva98/83/KE tal-Kunsill tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità ta' l-ilma destinat għall-konsum mill-bniedem kif stipolat fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2000/60KE rigward l-immaniġġjar ta' l-ilma tal-wiċċ użat sabiex jinkiseb ilma għax-xorb. Din id-direttiva għalhekk għandha tapplika bla ħsara għal dispożizzjonijiet li jimponu standards aktar għoljin

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 16 (1) tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma jsemmi preċiżmanet il-protezzjoni ta' l-ilma użat biex jinkiseb ilma għax-xorb. Din id-direttiva tirrigwarda b'mod ġenerali l-protezzjoni ta' korpi ta' ilma biss. L-ilmiet li huma destinati biex minnhom jinkiseb ilma għax-xorb għandhom jaqgħu taħt miżuri u standards aktar speċifiċi sabiex ikunu aktar konformi mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7 (3) tad-direttiva ta' qafas (it-tnaqqis ta' purfikazzjoni ta' l-ilma).

Emenda 29

ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 4

4. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress tekniku u xjentifiku, inklużi l-konklużjonijiet ta’ l-evalwazzjonijiet tar-riskju kif imsemmija fil-punti (a) u (b) ta’ l-Artikolu 16 (2) tad-Direttiva 2000/60/KE u, jekk meħtieġ, tipproponi r-reviżjoni ta' l-istandards ta' kwalità ambjentali stipolati fil-Partijiet A u B fl-Anness I ta’ din id-Direttiva.

4. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress tekniku u xjentifiku, bl-użu sistematiku ta' dejta miġbura skond ir--regolament KE Nru 1907/2006 għall-kontroll tas-sustanzi li huma ta' ħsara għall-organiżżmi akkwatiċi, kif ukoll għas-sustanzi bijoakkumulattivi jew persistenti, inklużi b'mod partikulari l-konklużjonijiet ta’ l-evalwazzjonijiet tar-riskju kif imsemmija fil-punti (a) u (b) ta’ l-Artikolu 16 (2) tad-Direttiva 2000/60/KE u tipproponi r-reviżjoni, talanqas kull erba' snin, ta' l-istandards ta' kwalità ambjentali stipolati fil-Partijiet A u B fl-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiggarantixxi li l-Kummissjoni tuża tajjeb id-dejta disponibbli permezz tar-REACH biex jinkixfu sustanzi prijoritarji oħrajn u tippreċiża li, kif joħroġ mill-Artikolu 16 (4), għandha tinżamm l-obbligazzjoni tal-Kummissjoni li tirrevedi talanqas kull 4 snin il-proposta tagħha.

Emenda 30

ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 5

5. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2000/60/KE, il-Kummissjoni tista’ tħejji metodi tal-kalkolu obbligatorji msemmija fit-tieni paragrafu tal-punt 3 tal-Parti C ta’ l-Anness I ta’ din id-Direttiva.

5. Sabiex tikseb metodu ta' kalkolu koerenti u armonizzat, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2000/60/KE, sa sentejn wara li tidħol fis-seħħ din id-direttiva, tħejji l-metidoloġiji obbligatorji talanqas għall-punti msemmija fit-tieni paragrafu tal-punt 3 tal-Parti C ta’ l-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Des expériences de terrain dans ce domaine ont démontré que, lorsque les procédures analytiques et d’échantillonnage ne sont pas conduites conformément aux normes, la comparaison des résultats et l’efficacité des relevés ne peuvent être pertinentes. Actuellement il n’existe aucune méthode de contrôle appropriée ou standardisée pour certaines substances.

Afin d'offrir un niveau égal de protection et d'éviter toute distorsion de la concurrence à travers l'UE, il est nécessaire d'imposer une méthodologie. Un délai est arrêté pour la définition de ladite méthodologie et complète la disposition correspondante de l'article 8, paragraphe 3, de la directive 2000/60/CE.

Emenda 31

ARTIKOLU 2 PARAGRAFU 4, SUBPARAGRAFU 1a (ġdid)

 

Il-Kummissjoni għandha ssegwi b'attenzjoni l-progress tekniku u xjentifiku rigward sustanzi li jakkumulaw fis-sediment jew fil-bijota u tieħu ħsieb tfassal standards ta' kwalità ambjentali għalihom.

Ġustifikazzjoni

Ikun aħjar li tiġi mmoniterjata l-akkumulazzjoni ta' ċerti sustanzi fis-sediment u fil-bijota, pjuttost milli fil-fażi akkwatika.

Emenda 32

ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 5a (ġdid)

 

5a. Jekk biex jiġi ggaranti r-rispett ta' l-istandards ta' kwalità ambjentali jkun meħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti sustanzi, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti xierqa li jimmodifikaw l-atti legali li jkunu attwalment applikabbli jew għandha tistabbilixxi atti ġodda fil-livell Komunitarju.

Ġustifikazzjoni

Lorsque les eaux sont affectées par des problèmes de pollution qui ne peuvent être résolus par la voie de la limitation de la production et de l'utilisation de certaines substances, la Commission devrait proposer des actes juridiques contraignants dans toute l'Europe et imposant les mêmes obligations à tous les États membres, en particulier dans le cadre du règlement (CE) no 1907/2006 du Parlement européen et du Conseil du 18 décembre 2006 concernant l'enregistrement, l'évaluation et l'autorisation des substances chimiques, ainsi que les restrictions applicables à ces substances (REACH).

Emenda 33

ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 5 b (ġdid)

 

5 b. Jekk sabiex jiġi garantit ir-rispett tal-principju li min iniġġes iħallas u tal-prinċipju ta' prekawzjoni, kif ukoll sabiex l-implimentazzjoni tkun uniformi fl-Istati Membri kollha, ikun meħtieġ li għal ċerti stallazzjonijiet, sustanzi jew sorsi lokalizzati (point sources) jiġu stabbiliti limiti ta' valuri ta' emissjonijiet li jgħoddu għall-Komunità kollha, jew jekk dawn il-valuri jkunu jistgħu jippermettu li jintlaħqu l-istandards ta' kwalità ambjentali, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti kif stipolat fl-Artikolu 18 tad-Direttiva96/61/KE.

Ġustifikazzjoni

La directive 96/61/CE du Conseil du 24 septembre 1996 relative à la prévention et à la réduction intégrées de la pollution prévoit le recours à des valeurs limites d'émission communautaires, en particulier s'il ressort de l'échange d'informations visé à l'article 16 de ladite directive que la Communauté doit agir. Des valeurs limites communautaires sont toujours requises lorsque, pendant plusieurs années, les différences de mise en œuvre dans les États membres ont entraîné la violation des principes fondamentaux du droit environnemental communautaire, à savoir le principe de précaution et le principe du pollueur-payeur, et provoqué une pollution, évitable, de l'environnement, et lorsque cet état de choses a pu être à l'origine de distorsions de concurrence, parfois graves sur le marché intérieur (dumping environnemental).

Emenda 34

ARTIKOLU 2 a (ġdid)

 

Artikolu 2 a

 

Biex jintlaħaq l-iskop stipolat fl-Artikolu 2 l-Istati Membri jistgħu jissottomettu l-użu jew il-ħruġ ta' sustanzi għal retrizzjonijiet aktar stretti minn dawk stabbiliti fid-Direttiva91/414/KEE u fir-Regolament XX/XXXX/KE li tidħol flokha, jew fi kwalunkwe att legali ieħor Komunitarju.

Ġustifikazzjoni

Din id-direttiva ma tipprovdi għal ebda miżura addizzjonali għall-immaniġġjar ta' l-emissjonijiet. Għalhekk l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw huma stess miżuri bħal dawn kif meħtieġ.

Emenda 35

ARTIKOLU 3

1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu żoni tranżitorji ta' qbiż tal-limit, fejn il-konċentrazzjonijiet ta' kontaminant jew ieħor jista' jaqbeż l-istandards ta' kwalità ambjentali sakemm ma jaffettwawx il-konformità tal-bqija tal-wiċċ ta' l-ilma ma’ dawk l-istandards.

1. Jekk għal xi sors jew sorsi lokalizzati ma jkun hemm ebda mezz tekniku biex jiġu ppurifikati l-ilmiet użati, l-Istati Membri għandhom jagħżlu żoni tranżitorji ta' qbiż tal-limitu meta l-konċentrazzjonijiet ta' kontaminant jew ieħor, fejn il-fluss ikun baxx, jista' jaqbeż l-istandards ta' kwalità ambjentali sakemm ma jaffettwawx il-konformità tal-bqija tal-wiċċ ta' l-ilma ma’ dawk l-istandards.

 

Biex inaqqsu l-ammont ta' dan l-qbiż tal-limiti u t-tul ta' żmien għal kull żona tranżitorj, l-Istati Membri għandhom jinkludu pjan ta' azzjoni fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċin tax-xmajjar li jirreferi għalihom l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/EK sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-istandards ta' kwalità ambjentali relevanti sa mhux aktar tard mill-2018.

2. F’kull każ, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-limiti sa fejn il-partijiet ta’ l-ilmijiet tal-wiċċ ħdejn il-punti ta’ ħruġ għandhom ikunu kklassifikati bħala żoni tranżitorji ta’ qbiż waqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Komunità.   

2. F’kull każ, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-limiti sa fejn il-partijiet ta’ l-ilmijiet tal-wiċċ ħdejn il-punti ta’ ħruġ għandhom ikunu kklassifikati bħala żoni tranżitorji ta’ qbiż waqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Komunità.   

L-Istati Membri għandhom jinkludu deskrizzjoni ta’ kull limitu li jagħmlu fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tagħhom tal-baċir tax-xmara msemmi fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE.

L-Istati Membri għandhom jinkludu deskrizzjoni ta’ kull limitu li jagħmlu fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tagħhom tal-baċir tax-xmara msemmi fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE.

3. L-Istati Membri għandhom iwettqu reviżjoni tal-permessi msemmija fid-Direttiva 96/61/KE jew tar-Regolamenti preċedenti msemmija fl-Artikolu 11(3)(g) tad-Direttiva 2000/60/KE bil-għan li titnaqqas b’mod progressiv il-firxa ta’ kull żona tranżitorja ta’ qbiż tal-limiti, kif imsemmi fil-paragrafu 1, identifikati fl-ilmijiet affettwati mill-ħruġ ta’ sustanzi prijoritarji.

3. L-Istati Membri għandhom iwettqu reviżjoni tal-permessi msemmija fid-Direttiva 96/61/KE jew tar-Regolamenti preċedenti msemmija fl-Artikolu 11(3)(g) tad-Direttiva 2000/60/KE bil-għan li titnaqqas b’mod progressiv il-firxa ta’ kull żona tranżitorja ta’ qbiż tal-limiti, kif imsemmi fil-paragrafu 1, identifikati fl-ilmijiet affettwati mill-ħruġ ta’ sustanzi prijoritarji.

4. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2000/60/KE, il-Kummissjoni tista' tħejji metodu li għandu jintuża mill-Istati Membri għall-identifikazzjoni taż-żona tranżitorja ta' qbiż tal-limiti

4. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2000/60/KE, il-Kummissjoni għandha tħejji metodu li għandu jintuża mill-Istati Membri għall-identifikazzjoni taż-żona tranżitorja ta' qbiż tal-limiti

Emenda 36

ARTIKOLU 3, PARAGRAFU 2 a (ġdid)

 

2 a. F'każijiet ta' kanal ta' ilma li jaqsam il-fruntieri, il-ftehim ma' Stati Membri oħrajn konċernati jkun meħtieġ biex tiġi determinata ż-żona tranżitorja tal-qbiż tal-limitu.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ ta' kanali ta' ilma li jaqsmu l-fruntieri l-kwantità ta' sustanzi prijoritarji li taqbeż il-limiti permessi li tintefa' fl-ilma skond permess moghti minn Stat Membru mhux dejjem reġgħet leħqet niżlet għall-livell stipolat mid-direttiva sa meta l-ilma jaqbeż il-fruntiera. Madankollu, l-Istati Membri 'l isfel mill-fluss ma' jistgħux jeżiġu konformità mad-Direttiva ħlief jekk l-ilma li diġà huma mniġġeż iżżejjed jidħol fit-territorju tagħhom mingħajr il-kunsens tagħhom.

Emenda 37

ARTIKOLU 3 a (ġdid)

 

Artikolu 3 a

 

Metodi għall-kontroll ta' l-emissjonijiet mill-Istati Membri

 

1. Biex jintlaħqu l-iskopijiet ta' l-ewwel Artikolu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjanijiet integrali għall-kontroll ta' l-emissjonijiet u għal miżuri għall-eliminazzjoni ta' sustanzi prijoritarji u ta' sustanzi prijoritarji perikolużi fil-programm ta' qafas tal-miżuri stipolati fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60/KE. Il-pjanijiet għandhom talanqas jinkludu:

 

a) ir-riżultati ta' l-istħarriġ stipolat fl-Artikolu 4;

 

b) l-iskopijiet għas-sustanzi kif ukoll għall-volumi u l-bilanċ tal-mases;

 

c) l-istrateġiji settorjali rigward is-sorsi prinċipali ta' tniġġis (b'mod partikulari għall-industriji, l-agrikultura, is-settur forestali, id-djar, is-sistemi tas-saħħa, it-trasport);

 

d) il-miżuri bl-iskop li jnaqqsu t-tniġġis kkawżat permess ta' tnixxija ta' sustanzi ta' prodotti;

 

e) miżuri għas-sostituzzjoni ta' sustanzi prijoritarji perikolużi;

 

f) strumenti, inklużi miżuri ekonomiċi, kif stipolat fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/60/KE;

 

g) standards għall-emissjonijiet li huma addizjonali għar-regolamenti attwali tal-KE,

 

2)il-miżuri għal informazzjoni, pariri u taħriġ;

 

2. Il-pjanijiet għandhom jiġu mfassla skond kriterji trasparenti u riveduti skond il-pjan għar-reviżjoni tal-programmi ta' miżuri. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-pubbliku kull tliet snin dwar il-progress ta’ l-implimentazzjoni u dwar kemm il-miżuri kkontribwew biex jintlaħqu l-iskopijiet ta' din id-direttiva.

Ġustifikazzjoni

Din tiżgura l-konformità ma' l-Artikoli 10 u 16 tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma.

Emenda 38

ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 1

Abbażi tat-tagħrif miġbur skond l-Artikoli 5 u 8 tad-Direttiva 2000/60/KE u skond ir-Regolament (KE) Nru 166/2006, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu inventarju ta’ l-emissjonijiet, il-ħruġ u t-telf tas-sustanzi prijoritarji u l-kontaminanti kollha mniżżla fil-Parti A u B ta’ l-Anness I għal kull baċir tax-xmara jew il-parti minnu fi ħdan it-territorju tagħhom.

Abbażi tat-tagħrif miġbur skond l-Artikoli 5 u 8 tad-Direttiva 2000/60/KE jew ta' dejta oħra disponsibbli, u skond ir-Regolament (KE) Nru 166/2006, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu inventarju, inklużi l-mapep jekk ikun il-każ, ta’ l-emissjonijiet, l-iskarikar u t-tnixxijiet u sorsi tagħhom, tas-sorsi oriġinali kollha tas-sustanzi prijoritarji (kemm is-sorsi lokalizzati kif ukoll is-sorsi ta’ tixrid tat-tniġġis) u l-kontaminanti kollha stipolati fl-Anness 11 jew mniżżla fil-Parti A u B ta’ l-Anness I għal kull baċir tax-xmara jew il-parti minnu fi ħdan it-territorju tagħhom, inkluża l-konċentrazzjoni tagħhom fis-sediment u fil-bijota.

 

L-Istati Membri għandhom jinkludu fl-inventarju l-miżuri kollha għall-kontroll ta' l-emissjonijiet li ttieħdu għas-sustanzi pijoritarji u għall-kontaminanti mniżżla fl-Anness 1, Parti A u B.

Or. en

Justification

Il devrait être clairement indiqué que l'inventaire doit préciser les sources d'émissions, de rejets et de pertes de substances prioritaires et de polluants, ainsi que les concentrations dans les sédiments et les biotes, lesquelles devraient être répertoriées sur une carte dans un souci de transparence accrue.

Compte tenu des obligations de réduction ou d'arrêt des États membres en matière de substances prioritaires, les États membres devraient inclure des informations sur les mesures en question dans leur inventaire.

L’expression « sources originelles » est ajoutée de sorte à assurer que les stations d’épuration ne sont pas considérées comme pouvant être des sources de substances prioritaires. En effet, ces dernières ne génèrent pas de substances prioritaires et n’ont par ailleurs pas été conçues pour les éliminer. L’inventaire devrait donc concerner les sources « originelles » situées en amont de la station d’épuration, raccordée au réseau de collecte urbain. De plus, cet inventaire ne devrait pas seulement viser les sources ponctuelles de pollution mais aussi les sources diffuses.

Emenda 39

ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 1 a (ġdid)

 

1 a L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi speċifiċi ta’ sorveljanza għal dak li jirrigwarda s-sedimenti u l-bijota, filwaqt li jiddeterminaw l-ispeċi u t-tessuti li għandhom jiġu analizzati kif ukoll f’liema sura għandhom jidhru r-riżultati, b’konsiderazzjoni tal-varjazzjonijiet staġonali ta’ l-organiżmi.

Emenda 40

ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 2, SUBPARAGRAFU 2 a (ġdid)

 

Fil-preparazzjoni ta’ l-inventarji tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jużaw informazzjoni dwar l-emissjonijiet, l-iskarikar u t-tnixxija li ilha tinġabar minn meta d-Direttiva 2000/60/KE daħlet fis-seħħ, sakemm din l-informazzjoni jkollha l-istess rekwiżiti ta’ kwalità li japplikaw għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jitħallew juru r-riżultati minn “azzjonijiet bikrin”. Meta tevalwa l-progress, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra din l-informazzjoni addizzjonali.

Emenda 41

ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 4 a (ġdid)

4 a 4a. Billi l-emissjoni, ir-rilaxx u t-tnixxija ta’ sustanzi prijoritarji jridu jitnaqqsu gradwalment jew jintemmu, jeħtieġ li l-Istati Membri jaraw li l-inventarji tagħhom ikollhom skeda ta’ żmien adattata sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi.

Emenda 42

ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 5

5. Il-Kummissjoni għandha tivverifika li sa l-2015 wieħed jista' jistenna li l-emissjonijiet, il-ħruġ u t-telf kif ippreżentati fl-inventarju jikkonformaw ma' l-obbligi ta’ tnaqqis u tmiem stipolati fl-Artikolu 4(1)(a)(iv) tad-Direttiva 2000/60/KE.

5. Il-Kummissjoni għandha tivverifika li sa l-2012 wieħed jista' jistenna li sa l-2015 l-emissjonijiet, l-iskarikar u t-tnixxija kif ippreżentati fl-inventarju jikkonformaw ma' l-obbligi ta’ tnaqqis u tmiem stipolati fl-Artikolu 4(1)(a)(iv) tad-Direttiva 2000/60/KE. Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport ta' din il-verifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jekk ir-rapport jindika li l-konformità probabilment ma tkunx se tintlaħaq, il-Kummissjoni għandha tipproponi sa l-2013 l-miżuri Komunitarji neċessarji kif stipolat fl-Artikolu 251 tat-Trattat KE.

Ġustifikazzjoni

Skond l-Artikolu 4 (1) tad-Direttiva ta' Qafas, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-miżuri meħtieġa kif stipolat fl-Artikolu 16 (1) para. 8 sabiex jitnaqqas gradwalment jew jintemm it-tniġġis. Ikun għalhekk inaċċettabbli li wieħed jistenna sa l-aħħar mument - sa l-2025 - biex issir verifika. Verifika bħal din għandha ssir talanqas f'nofs l-iskadenza u għandhom jittieħdu miżuri Komunitarji jekk il-verifika tindika li mhux probabbli li tintlaħaq il-konformità.

Emenda 43

ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 5, SUBPARAGRAFU 1 a (ġdid)

 

Meta ssir din il-verifika, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra:

 

- il-fattibilità teknika u l-proporzjonalità ta' l-ispiża;

 

- l-applikazzjoni ta’ l-aħjar teknika disponibbli;

 

- l-eżistenza ta’ konċentrazzjonijiet naturali fl-isfond.

Ġustifikazzjoni

Meta jiġi evalwat il-progress ta' l-Istati Membri lejn l-objettiv ta' l-Artikolu 4(1)(a)(iv) tad-Direttiva 2000/60/KE il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kundizzjonijiet li jistgħu jillimitaw l-ambitu ta' ċerti miżuri.

Emenda 44

ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 6

6. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2000/60/KE, il-Kummissjoni tista' tħejji metodu li għandu jintuża mill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-inventarji.

6. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2000/60/KE, il-Kummissjoni għandha tħejji t-teknika speċifika għall-analiżi kif ukoll il-metodu li għandu jintuża mill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-inventarji.

Emenda 45

ARTIKOLU 4a (ġdid)

 

Artikolu 4a

 

Miżuri biex jitnaqqas it-tniġġis minn sustanzi prijoritarji

 

1. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tat-tnaqqis ta' tniġġis minn sustanzi prijoritarji u sustanzi prijoritarji perikolużi kif stabbilit mill-Artikolu 4, paragrafu 1, punt a) iv) tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programm ta' miżuri stabbilit skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva jikkunsidra wkoll il-miżuri ta' kontroll rigward sorsi ta' tniġġis mill-punt ta' oriġini u sirsi ta’ diffużjoni, kif ukoll l-istandards ta' kwalità ambjentali stipolati fid-Direttiva.

 

2. Skond l-Artikolu 4 u 12 tad-Direttiva 2000/60/EK u sabiex jintlaħqu l-iskopijiet tagħha, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk hemmx bżonn ta' verifika ta' l-implimentazzjoni ta' miżuri eżistenti jew ta' introduzzjoni ta' miżuri ġodda għat-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġis minn sustanzi prijoritarji u sustanzi prijoritarji perikolużi. Meta dawn il-miżuri jkun jaqbel li jittieħdu fil-livell Komunitarju, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-miżuri xierqa fil-Livell Komunitarju.

 

3. Fir-rapport dwar l-implimentazzjoni skond l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2000/00/EK il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni formali tal-konsistenza u l-effettività ta' l-atti leġiżlattivi Komunitarji kollha li għandhom impatt dirett jew indirett fuq il-kwalità tajba ta' l-ilma. Din l-evalwazzjoni għandha tgħin biex il-miżuri tal-Komunità jiġu proposti, adottati jew implimentati kif ikun meħtieġ.

 

4. Il-Kummissjoni għandha, skond l-Artikolu 16(8) tad-Direttiva 2000/60/KE, tipproponi tekniki għall-kontroll ta' l-emissjonijiet ibbażati fuq l-aħjar teknoloġija disponibbli, kif ukoll prattiki ambjentali biex jintużaw mill-Istati Membri għas-sorsi kollha lokalizzati.

Emenda 46

ARTIKOLU 4a (ġdid)

 

Artikolu 4 a

Inklużjoni tad-dijossini u l-PCB

Konformi mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/CE u qabel il-31 ta'Jannar 2008, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta għal reviżjoni ta' din id-direttiva bl-iskop li tinkludi d-dijossini u l-PCB fil-lista ta' sustanzi prijoritarji inklużi fl-Anness II u tinkludi l-istandards relevanti ta' kwalità ambjentali fl-Anness 1.

Emenda 47

ARTIKOLU 4b (ġdid)

 

Artikolu 4 b

 

Tniġġis minn pajjiżi terzi

 

Sa mhux aktar tard minn sena wara li tidħol fis-seħħ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq is-sitwazzjoni ta' tniġġis li gej minn pajjiżi terzi. Jekk jinħass li jkun meħtieġ, il-Parlament u l-Kunsill għandhom jistiednu lill-Kummissjoni biex tfassal proposti bbażati fuq dan il-rapport.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni jeħtieġ li tindirizza l-kwistjoni tat-tniġġis li ġej minn pajjiżi terzi.

Emenda 48

ARTIKOLU 9, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard minn [18–il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard minn [18–il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u jipprovdu tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Emenda 49

ARTIKOLU 9 a (ġdid)

Artikolu 9 a

Azzjoni Komunitarja Supplimentari

 

Il-Kummissjoni għandha twaqqaf proċeduri ċari u trasparenti sabiex jistabbilixxu qafas razzjonali u speċifiku għall-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri, rigward tagħrif dwar is-sustanzi prijoritarji li jsaħħu l-proċessi għat-teħid ta’deċiżjonijiet Komunitarji u li jippermettu li minn issa ’l quddiem ikunu stabbiliti EQS armonizzati għas-sedimenti jew għall-bijota, kif ukoll kontrolli ta’ emissjoni supplimentari.

Emenda 50

ANNESS I, TITOLU TA' L-ANNESS U TAL-PARTI A

ANNESS 1: STANDARDS TA’ KWALITÀ AMBJENTALI GĦAS-SUSTANZI PRIJORITARJI U GĦAL ĊERTI KONTAMINANTI OĦRA

ANNESS 1: STANDARDS TA’ KWALITÀ AMBJENTALI GĦAS-SUSTANZI PRIJORITARJI

PARTI A: L-Istandards ta’ Kwalità Ambjentali (EQS) għas-Sustanzi Prijoritarji fl-ilma tal-wiċċ

L-Istandards ta’ Kwalità Ambjentali (EQS) fl-ilma tal-wiċċ

Ġustifikazzjoni

M'hemmx raġuni għaliex għandha ssir distinzjoni bejn sustanzi prijoritarji u kontaminanti oħra. Ikun loġiku għalhekk li dawn jitqiegħdu fi grupp wieħed.

Emenda 51

ANNESS 1, PARTI B, TITOLU

PARTI B: STANDARDS TA’ KWALITÀ AMBJENTALI (EQS) APPLIKABBLI GĦALL-KONTAMINANTI OĦRA.

Imħassar

Ġustifikazzjoni

Jekk tgħaddi l-emenda 16, il-kontaminanti kollha jidħlu fil-Parti A ta' l-Anness 1, mingħajr distinzjoni bejn "sustanzi prijoritarji" u "kontaminanti oħra". It-titolu tat-tieni parti jkun għalhekk superfluwu.

Emenda 52

ANNESS 1, PARTI C, PARAGRAFU 3, INĊIŻ 2

Jekk il-konċentrazzjonijiet naturali fl-isfond tal-metalli huma ogħla mill-valut ta' l-EQS jew jekk il-livell ta' minerali, il-pH jew parametri oħra l-Istati Membri jistgħu jqisu dan meta jivvalutaw ir-riżultati tal-monitoraġġ ma' l-EQS. Jekk jagħżlu li jagħmlu dan, l-użu tal-metodi ta' kalkolu stipolati skond l-Artikolu 2(5) huma obbligatorji.

Il-konċentrazzjonijiet naturali fl-isfond tal-metalli għandhom jiżdiedu mal-valur magħruf ta' l-EQS. Barra minn hekk, jekk il-kwalità ta' l-ilma hija influwenzata mill-livell ta' minerali, il-pH jew parametri oħra, l-Istati Membri jistgħu jqisu dan meta jivvalutaw ir-riżultati tal-monitoraġġ ma' l-EQS. Il-konċentrazzjoni fl-isfond naturali għal metalli karatteristiċi ta' l-ilmiet tal-wiċċ interni jew tul il-kosta jiġu determinati billi titqis b'mod partikulari s-substrata ġeoloġika u l-ħasil naturali fil-baċin tax-xmajjar. Fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw il-konċentrazzjonijiet ta' metalli ta' l-isfond naturali u kif dawn ġew meqjusa fl-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba għall-EQS.

Ġustifikazzjoni

Les concentrations de fond naturelles en métaux des eaux de surface intérieures ou le long du littoral varient fortement par zones géographiques au sein de la Communauté. Il importe, dans les NQE pour les métaux, de prendre en compte selon les bassins les métaux qui se retrouvent dans les eaux par lessivage naturel ou à partir du substrat. La science n'est pas parvenue à un consensus sur une méthode pour inclure les concentrations de fond dans les NQE. C'est pourquoi il ne faut pas prévoir au niveau communautaire de mode de calcul légalement contraignant, mais imposer aux États membres l'obligation de faire état dans leur plan de gestion des districts comment ces concentrations de fond ont été prises en compte.

Emenda 53

ANNESS II
ANNESS X, TABELLA, LINJA 1 (Direttiva 2000/60/KE)

Test propost mill-Kummissjoni

Numru

Numru tas-CAS

Numru ta' l-UE

Isem is-sustanza prijoritarja

Identifikazzjoni bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(1)

15972-60-8

240-110-8

Alachlor

 

Emenda tal-Parlament

Numru

In-numru tas-CAS

In-numru ta' l-UE

Isem is-sustanza prijoritarja

Identifikazzjoni bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(1)

15972-60-8

240-110-8

Alachlor

X

Ġustifikazzjoni

L-alachlor huwa pestiċida li m'huwa permess imkien fl-UE għall-użu ġenerali. Bħala karċinoġeniku jista' jkollu effett ħażin ukoll fuq il-ħut u l-organiżżmi l-oħra akkwatiċi. Huwa għandu jiġi kklassifikat bħala sustanza perikoluża prijoritarja għaliex it-tnaqqis totali ta' emissjoni biss jista' jeqred l-effett fuq perjodu twil ta' żmien tiegħu.

Emenda 54

ANNESS II
ANNESS X, TABELLA, LINJA 3 (Direttiva 2000/60/KE)

Test propost mill-Kummissjoni

Numru

In-numru tas-CAS

In-numru ta' l-UE

Isem is-sustanza prijoritarja

Identifikazzjoni bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(3)

1912-24-9

217-617-8

Atrazine

 

Emenda tal-Parlament

Numru

In-numru tas-CAS

In-numru ta' l-UE

Isem is-sustanza prijoritarja

Identifikazzjoni bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(3)

1912-24-9

217-617-8

Atrazine

X

Ġustifikazzjoni

L-altrazine ma baqax kklassifikat bħala sustanza perikoluża għal raġunijiet politiċi u mhux xjentifiċi. Huwa jtellef l-endokrina u għadu jqanqal tħassib. Il-Kummissjoni tiddikjara fl-evalwazzjoni ta' impatt tagħha li, skond il-parir ta' l-esperti, is-sustanza tista' tiġi kklassifikata bħala “ta' perikolu prijoritarju" imma żammet lura milli tagħmel dan minħabba “l-impatt potenzjali” ta' deċiżjoni bħal din. Dan jhedded minn ġewwa stess id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ta' Qafas. L-altrazine għandu jiġi kklassifikat bħala sustanza perikoluza prijoritarja.

Emenda 55

ANNESS II
ANNESS X, TABELLA, LINJA 12 (Direttiva 2000/60/KE)

Test propost mill-Kummissjoni

Numru

In-numru tas-CAS

In-numru ta' l-UE

Isem is-sustanza prijoritarja

Identifikazzjoni bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(12)

117-81-7

204-211-0

Di(2-éthylhexyl)phthalate (DEHP)

 

Emenda tal-Parlament

Numru

In-numru tas-CAS

In-numru ta' l-UE

Isem is-sustanza prijoritarja

Identifikazzjoni bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(12)

117-81-7

204-211-0

Di(2-éthylhexyl)phthalate (DEHP)

X

Ġustifikazzjoni

Id-DEHP huwa prodott kimiku kummerċjali u użat kważi biss biex irattab il-PVC. Huwa jinsab mifrux ħafna fl-ambjent u hu magħruf uffiċjalment bħala prodott tossiku għar-riproduzzjoni. Il-kumitat xjentifiku tal-Kummissjoni jinnota li huwa relattivament persistenti f'ħamrija aerobika u fis-sedimenti u huwa persistenti ħafna f'kundizzjonijiet anaerobiċi. Għandu għalhekk jingħata l-identifikazzjoni ta' sustanza perikoluża prijoritarja”.

Emenda 56

ANNESS II
ANNESS X, TABELLA, LINJA 13 (Direttiva 2000/60/KE)

Test propost mill-Kummissjoni

Numru

In-numru tas-CAS

In-numru ta' l-UE

Isem is-sustanza prijoritarja

Identifikazzjoni bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(13)

330-54-1

206-354-4

Diuron

 

Emenda tal-Parlament

Numru

In-numru tas-CAS

In-numru ta' l-UE

Isem is-sustanza prijoritarja

Identifikazzjoni bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(13)

330-54-1

206-354-4

Diuron

X

Ġustifikazzjoni

Diuron huwa erbiċida li jintuża ħafna pereżempju biex jeqred il-ħaxix madwar linji tal-ferrovija u li l-permess għall-użu ġenerali tiegħu fl-UE għadu pendenti. Huwa karċinoġeniku, tossiku għar-riproduzzjoni u jniġġes l-ilmiet fondi. Ikun jaqbel għalhekk li jingħaraf bħala sustanza perikoluza prijoritarja.

Emenda 57

ANNESS II
ANNESS X, TABELLA, LINJA 20 (Direttiva 2000/60/KE)

Test propost mill-Kummissjoni

Numru

In-numru tas-CAS

In-numru ta' l-UE

Isem is-sustanza prijoritarja

Identifikazzjoni bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(20)

7439-92-1

231-100-4

Ċomb u komponenti tiegħu

 

Emenda tal-Parlament

Numru

In-numru tas-CAS

In-numru ta' l-UE

Isem is-sustanza prijoritarja

Identifikazzjoni bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(20)

7439-92-1

231-100-4

Ċomb u komponenti tiegħu

X

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċomb huwa sustanza persistenti li tinġabar fil-molluski u huwa tossiku ħafna. Il-kummissjoni OSPAR għall-protezzjoni ta' l-ambjent marittimu ta' l-Atlantiku tat-Grigal inkluditu fil-Lista ta' Azzjonijiet Prijoritarji u huwa inkluż fil-grupp prijoritarju tal-HELCOM għal sustanzi perikolużi fil-Baħar Baltiku. Iċ-ċomb għandu jiġi identifikat bħala sustanza perikoluża prijoritarja li l-emissjoni u t-tnixxijiet tagħha għandhom jieqfu gradwalment.

Emenda 58

ANNESS II
ANNESS X, TABELLA, LINJA 22 (Direttiva 2000/60/KE)

Test propost mill-Kummissjoni

Numru

In-numru tas-CAS

In-numru ta' l-UE

Isem is-sustanza prijoritarja

Identifikazzjoni bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(22)

91-20-3

202-049-5

Naftalina

 

Emenda tal-Parlament

Numru

In-numru tas-CAS

In-numru ta' l-UE

Isem is-sustanza prijoritarja

Identifikazzjoni bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(22)

91-20-3

202-049-5

Naftalina

X

Ġustifikazzjoni

In-naftalina huwa prodott kimiku użat l-aktar fil-produzzjoni ta’ koloranti (dye) u pigmenti imma jidħol ukoll fil-formulazzjoni ta' pestiċidi. Huwa karċinoġeniku u newrotossiku u jinsab ukoll fin-natura. Minħabba t-tossiċità tiegħu għall-organiżżmi akkwatiċi, ukoll meta jkun f'konċentrazzjoni żgħira, huwa għandu jiġi identifikat bħala sustanza perikoluża prijoritarja.

Emenda 59

ANNESS II
ANNESS X, TABELLA, LINJA 25 (Direttiva 2000/60/KE)

Test propost mill-Kummissjoni

Numru

In-numru tas-CAS

In-numru ta' l-UE

Isem is-sustanza prijoritarja

Identifikazzjoni bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(25)

1806-26-4

217-302-5

Octylphenol

 

 

140-66-9

-

(Para-tert-octylphenol)

 

Emenda tal-Parlament

Numru

In-numru tas-CAS

In-numru ta' l-UE2

Isem is-sustanza prijoritarja

Identifikazzjoni bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(25)

1806-26-4

217-302-5

Octylphenol

X

 

140-66-9

-

(Para-tert-octylphenol)

X

Ġustifikazzjoni

Huwa prodott pjuttost irħis u l-użu tiegħu għas-solubilità tal-pestiċidi ġie pprojbit fl-2005. Mandakollu tkompla l-użu ieħor tiegħu industrijali minkejja li probabbilment itellef l-estroġen. Il-Kummissjoni OSPAR għall-ħarsien ta' l-ambjent marittimu ta' l-Atlantiku tal-Grigal qiegħdu fuq il-lista ta' sustanzi prijoritarji. Minħabba t-tossiċità tiegħu għall-organiżmi akkwatiċi l-octylphenol għandu jiġi kklassifikat bħala sustanza perikoluża prijoritarja.

Emenda 60

ANNESS II
ANNESS X, TABELLA, LINJA 27 (Direttiva 2000/60/KE)

Test propost mill-Kummissjoni

Numru

In-numru tas-CAS

In-numru ta' l-UE

Isem is-sustanza prijoritarja

Identifikazzjoni bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(27)

87-86-5

231-152-8

Pentachlorophenol

 

Emenda tal-Parlament

Numru

In-numru tas-CAS

In-numru ta' l-UE

Isem is-sustanza prijoritarja

Identifikazzjoni bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(27)

87-86-5

231-152-8

Pentachlorophenol (PCP)

X

Ġustifikazzjoni

Il-PCP diġà huwa pprojbit bħala pestiċida fl-UE imma l-użu tiegħu għadu permess għall-ipproċessar ta' l-injam u f'ċerti stallazzjonijiet industrijali. Huwa probabbli li hu karċinoġeniku u ħażin għall-endokrina u l-kummissjoni OSPAR għall-protezzjoni ta' l-ambjent marittimu ta' l-Atlantiku tat-Grigal inkludih fil-lista ta' azzjonijiet prijoritarji u huwa inkluż fil-grupp prijoritarju tal-HELCOM għal sustanzi perikolużu fil-Baħar Baltiku. Minħabba t-tossiċità tiegħu għall-organiżmi akkwatiċi l-PCP għandu jiġi kklassifikat bħala sustanza perikoluża prijoritarja.

Emenda 61

ANNESS II
ANNESS X, TABELLA, LINJA 29 (Direttiva 2000/60/KE)

Test propost mill-Kummissjoni

Numru

In-numru tas-CAS

In-numru ta' l-UE

Isem is-sustanza prijoritarja

Identifikazzjoni bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(29)

122-34-9

204-535-2

Simazine

 

Emenda tal-Parlament

Numru

In-numru tas-CAS

In-numru ta' l-UE

Isem is-sustanza prijoritarja

Identifikazzjoni bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(29)

122-34-9

204-535-2

Simazine

X

Ġustifikazzjoni

Is-simazine ma baqax ikklassifikat bħala sustanza perikoluża għal raġunijiet politiċi u mhux xjentifikċi. Huwa jtellef l-endokrina u għadu jqanqal tħassib. Il-Kummissjoni tiddikjara fl-evalwazzjoni ta' impatt tagħha li skond il-parir ta' l-esperti s-sustanza tista' tiġi kklassifikata bħala "ta' perikolu prijoritarju" imma żammet lura milli tagħmel dan minħabba “l-impatt potenzjali” ta' deċiżjoni bħal din. Dan thedded minn ġewwa stess id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ta' Qafas. Is-simazine għandu jiġi kklassifikat bħala sustanza perikoluza prijoritarja.

Emenda 62

ANNESS II
ANNESS X, TABELLA, LINJA 31 (Direttiva 2000/60/KE)

Test propost mill-Kummissjoni

Numru

In-numru tas-CAS

In-numru ta' l-UE

Isem is-sustanza prijoritarja

Identifikazzjoni bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(31)

12002-48-1

234-413-4

Trichlorobenzène

 

Emenda tal-Parlament

Numru

In-numru tas-CAS

In-numru ta' l-UE

Isem is-sustanza prijoritarja

Identifikazzjoni bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(31)

12002-48-1

234-413-4

Trichlorobenzène

X

Ġustifikazzjoni

Din hija sustanza probabbli persistenti u bijoakkumulattiva - hija tossika u ttellef l-endokrina u għadha tqanqal tħassib. Il-Kummissjoni tiddikjara fl-evalwazzjoni ta' impatt tagħha li skond il-parir ta' l-esperti s-sustanza tista' tiġi kklassifikata bħala "ta' perikolu prijoritarju" imma żammet lura mil li tagħmel dan minħabba “l-impatt potenzjali” ta' deċiżjoni bħal din. Dan jhedded minn ġewwa stess id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ta' Qafas. L-trichlorobenzène għandu jiġi kklassifikat bħala sustanza perikoluza prijoritarja.

Emenda 63

ANNESS II
ANNESS X, TABELLA, LINJA 33 (Direttiva 2000/60/KE)

Test propost mill-Kummissjoni

Numru

In-numru tas-CAS

In-numru ta' l-UE

Isem is-sustanza prijoritarja

Identifikazzjoni bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(33)

1582-09-8

216-428-8

Trifluraline

 

Emenda tal-Parlament

Numru

In-numru tas-CAS

In-numru ta' l-UE

Isem is-sustanza prijoritarja

Identifikazzjoni bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(33)

1582-09-8

216-428-8

Trifluraline

X

Ġustifikazzjoni

It-trifuraline huwa persistenti fis-sedimenti u fil-ħamrija u skond l-opinjoni ġenerali probabbli huwa bijoakkumulattiv u tossiku. Skond id-definizzjoni ta' l-Artikolu 2, punt 29 tad-direttiva ta' qafas ghandu jiġi kklassifikat bħala sustanza perikoluza prijoritarja"

Emenda 64

ANNESS II

ANNESS X, TABELLA, LINJI 33a sa 33, (ġdid)

Numru

In-numru tas-CAS

In-numru ta' l-UE2

Isem is-sustanza prijoritarja

Identifikazzjoni bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(33 a)

ma japplikax

xxx-xxx-x

DDT totali1

 

X

(33 b)

50-29-3

200-024-3

para-para-DDT

X

(33 c)

309-00-2

206-215-8

Aldrine

X

(33 d)

60-57-1

200-484-5

Dieldrine

X

(33 e)

72-20-8

200-775-7

Endrine

X

(33 f)

465-73-6

207-366-2

Isodrine

X

(33 g)

56-23-5

200-262-8

Carbontetrachloride

X

(33 h)

127-18-4

204-825-9

Tetrachloroethylene

X

(33 i)

79-01-6

201-167-4

Trichloroethylene

X

 

Id-DDT total jinkludi dawn l-isomers: 1,1,1-trichloro-2,2 bis (p-chlorophényl) ethane (Nru tas-CAS 50-29-3; Numru ta' l-UE 200-024-3); 1,1,1-trichloro-2 (o-chlorophenyl)-2-(p-chlorophenyl) éthane (Nru tas-CAS 789-02-6; Nru ta' l-EU 212-332-5); 1,1-dichloro-2,2 a (p-chlorophenyl) ethylene (Nru tas-CAS 72-55-9; Nru ta' l-EU 200-784-6) u 1,1-dichloro-2,2 bis (p-chlorophenyl) ethane (Nru tas-CAS 72-54-8; Nru ta' l-EU 200-783-0).

Emenda 65

ANNESS II

ANNESS X, TABELLA, (ġdida) 1 (Direttiva 2000/60/KE)

No

In-numru tas-CAS

In-numru ta' l-EU

Isem is-sustanza prijoritarja

Sustanzi Perikolużi Prijoritarji

(33a)

131-49-7

205-024-7

Amidotrizoate

(******)

(33b)

1066-51-9

--

AMPA

X(*****)

(33c)

25057-89-0

246-585-8

Bentazon

X(*****)

(33e)

80-05-7

 

Bisphenol A

X(*****)

(33g)

92-88-6

202-200-5

4 4'-Biphenol

X(*****)

(33i)

298-46-4

06-062-7

Carbamazepine

(******)

(33j)

23593-75-1

245-764-8

Clotrimazole

X(*****)

(33l)

84-74-2

201-557-4

dibutylphthalat (DBP)

X(*****)

(33m)

15307-86-5

 

Diclofenac

(******)

(33o)

115-32-2

204-082-0

Dicofol

X(*****)

(33q)

67-43-6

200-652-8

DTPA

X(*****)

(33r)

60-00-4

200-449-4

EDTA

X(*****)

(33s)

637-92-3

211-309-7

ETBE

X(*****)

(33u)

57-12-5

 

Free Cyanide

(******)

(33v)

1071-83-6

213-997-4

Glyphosate

X(*****)

(33w)

1222-05-5

214-946-9

HHCB

X(*****)

(33x)

60166-93-0

262-093-6

Iopamidol

(******)

(33y)

7085-19-0

230-386-8

Mecoprop (MCPP)

X(*****)

(33aa)

36861-47-9

253-242-6

4-Methylbenzylidene camphor

X(*****)

(33ac)

81-14-1

201-328-9

Musk ketone

X(*****)

(ad)

81-15-2

201-329-4

Musk xylene

X(*****)

(33af)

1634-04-4

16-653-1

MTBE

X(*****)

(33ah)

81-04-9

201-317-9

Naphthalene-1,5-disulfonate

 

(33ai)

5466-77-3

226-775-7

Octyl-Methoxycinnamate

 

X(*****)

(33ak)

 

 

 

1763-23-1

 

2795-39-3

29081-56-9

29457-72-5

70225-39-5

 

 

335-67-1

 

3825-26-1

 

 

 

217-179-8

 

220-527-1

249-415-0

249-644-6

-

 

 

206-397-9

 

223-320-4

Perfluorinated Compounds (PFCs)

 

Perfluorooctane sulphonic acid (PFOS)

Potassium salt

Ammonium salt

Lithium salt

Diethanolamine (DEA) salt

 

Perfluorooctanoic acid (PFOA)

Ammonium perfluorooctanoate (APFO)

 

X(*****)

(33ap)

124495-18-7

--

Quinoxyfen (5,7-dichloro-4-(p-fluorophenoxy)quinoline)

X(*****)

(33ar)

79-94-7

201-236-9

Tetrabromobisphenol A (TBBP-A)

X(*****)

(33at)

21145-77-7

244-240-6

Tonalid (AHTN)

X(*****)

(*****) Din is-sustanza prijoritarja hija suġġetta għal reviżjoni għall-identifikazzjoni tagħha bħala li tista' tkun "sustanza perikoluża prijoritarja". Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta lill-Parlament u lill-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni finali tagħha sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, bla ħsara għall-iskeda taż-żmien stipolat fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60KE għall-proposti għal kontrolli tal-Kummissjoni.

(*****) Din is-sustanza prijoritarja hija suġġetta għall-identifikazzjoni tagħha bħala li tista' tkun "sustanza prijoritarja". Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta lill-Parlament u lill-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni finali tagħha sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, bla ħsara għall-iskeda taż-żmien stipolat fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60KE għall-proposti għal kontrolli tal-Kummissjoni.

  • [1]  Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.

NOTA SPJEGATTIVA

Din id-Direttiva hija ġustifikata minn rekwiżit li joħroġ mad-direttiva li tistabbilixxi qafas għall-politika komunitarja fil-qasam ta' l-ilma. Fl-Artikolu 16 id-direttiva ta' qafas tinkludi għadd ta' obbliġi għall-Kummissjoni Ewropea biex tagħmel proposti fosthom għal miżuri speċifiċi kontra t-tniġġis ta' l-ilma għal ċerti kontaminanti jew gruppi ta' kontaminanti li huma ta' periklu partikulari għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu, biex ssir lista ta' sustanzi prijoritarji u inklużi fost dawn sustanzi perikolużi prijoritarji, imma wkoll li jiġu stipolati standards ta' kwalità għall-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi perikolużi prijoritarji fl-ilma tal-wiċċ, is-sedimenti jew il-bijota.

Dawn l-istandards ta' kwalità ambjentali huma l-livelli li ma jistgħux jinqabżu ta' konċentrazzjoni fl-ilma ta' sostanza li tniġġes jew gruppi ta' sustanzi li jniġġsu, ta' sedimenti jew ta' bijota, sabiex tiġi mħarsa s-saħħa pubblika u dik ta' l-ambjent (Artikolu 1, punt 35 tad-direttiva ta' qafas). Id-direttiva li qed tiġi proposta hawnhekk tistipola l-limiti ta' konċentrazzjoni fl-ilma tal-wiċċ għal 41 tip ta' pestiċida, metalli tqal u sustanzi oħra kimiċi perikolużi li huma ta' periklu partikulari għall-fawna u l-flora akkwatika u għas-saħħa tal-bniedem. Il-Kummissjoni tiddikjara li fit-tfassil tal-proposta tagħha hija rriflettiet ħafna dwar il-possibiltà ta' l-introduzzjoni ta' miżuri fil-livell Ewropew ta' kontrolli speċifiċi għas-sustanzi prijoritarji. L-evalwazzjoni ta' l-impatt tal-proposta tidher li wriet li miżuri bħal dawn m'humiex ġustifikabbli fil-preżent, meta wieħed iqis l-għadd ta' strumenti Komunitarji li diġà hawn, jew li se jiġu adottati biex jitnaqqsu l-emissjonijiet.

Jaqbel għalhekk li jiġu ċċarati r-rabtiet bejn dawn iż-żewġ testi u biex jitneħħew l-ambigwitajiet li fihom. B'mod parikulari jaqbel li jiġu evalwati l-iskopijiet u l-miżuri proposti biex dawn jintlaħqu fid-dawl ta' l-obbligi msemmija fid-direttiva ta' qafas kif ukoll biex tiġi evalwata r-relevanza.

Rigward dan ir-rapporteur tenfasizza li din id-direttiva affiljata tagħmel parti minn approċċ globali maħsub biex jiġġieled kontra ċerti sustanzi fl-ilma tal-wiċċ li huma meqjusa prijoritarji. L-għan ewlieni ta' dan it-test għalhekk mhux li partikularment tiffissa kriterji dwar kemm ilma jkun tajjeb għax-xorb.

Il-Kummissjoni ma pproponietx miżuri ta' kontroll rigward l-iskarikar għaliex tqis li dwar dan hemm testi oħrajn li japplikaw (REACJ, IPPC,...). Madankollu, wieħed irid jiżgura li dawn il-miżuri m'humiex kontradittorji, ma jirdupppjawx lil xulxin u li fuq kollox li m'hemmx sorsi ta' emissijoniji, skarikar jew tnixxija li ma jaqaw taħt ebda regolament, filwaqt li jitqiesu s-sitwazzjonijiet partikulari tal-preżenza storika u naturali ta' ċerti sustanzi.

Ir-rapporteur għalhekk ippruvat twieġeb għall-mistoqsijiet imsemmija hawn fuq, kif ukoll għall-kwistjoni tat-tniġġis diffuż ħafna. Barra minn hekk, ir-rapporteur tappella lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi metidoloġija komuni sabiex tiggarantixxi livell ta' protezzjoni adegwat, kif ukoll biex tevita distorsjonijiet fil-kompetizzjoni.

Il-proposta tal-Kummissjoni tagħmel distinzjoni bejn sustanzi prijoritarji u sustanzi oħrajn li jniġġsu. L-effett ta' din id-distinżjoni hu biss li toħloq konfużjoni u għalhekk ir-rapporteur tissuġġerixxi li dawn it-tmien "sustanzi oħrajn li jniġġsu" jiġu meqjusa bħala sustanzi prijoritarji u li jiġu wkoll klassifikati bħala sustanzi prijoritarji perikolużi minħabba l-effetti intrinsiċi tagħhom.

Iridu jiġu indirizzati l-każijiet partikulari taż-żoni ta' portijiet. Il-portijiet huma fil-fatt żoni fejn minħabba t-tħammil jaraw varjazzjonijiet kbar fil-livelli ta' sustanzi sospiżi fl-ilma. Jeħtieġ għalhekk li tinstab soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni partikulari.

Ir-rapporteur tistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza l-kwistjoni tat-tniġġis li jiġi minn pajjiżi terzi.

Fl-aħħarnett, ir-rapporteur tqis li jixraq li jiġu diskussi aktar ċerti kwistjonijiet. Uħud mill-persuni li ġew ikkonsultati matul il-fażi ta' preparazzjoni ta' dan ir-rapport urew l-iskantament tagħhom dwar kif ċerti valuri ta' EQS ma jaqblux mal-metidoloġija deskritta fid-dokumenti prrovduti rigward CIRCA (Communication & Information Resource Centre Administrator). Għalhekk ir-rapporteur tenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm diskussjoni teknika dwar dawn is-sustanzi: benzina, kadmju, hexachlorobenzene, hexachlorobutadiene, merkurju, nikil, ċomb u PAHs. Minn dawn l-iskambi joħroġ ċar b'mod partikulari n-nuqqas ta' qbil dwar il-valuri ta’ EQSs ta' 0,05 µg.L-1 mogħti lill-merkurju li ma jqisx l-avvelinament sekondarju mill-methylmercury, u ta' 0,2 µg.L-1 għall-kadmju. Rigward każijiet ta' tniġġis aċċidentali, l-eżenzjonijiet possibbli permezz ta' din id-direttiva jeħtieġ li jkunu konsistenti mad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma u għalhekk jeħtieġ li jiġu ċċarati mill-Kummissjoni.

OPINJONI TAL-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija ( 1.3.2007)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards ta' kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika ta' l-ilma u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE
(COM(2006)0397 – C6‑0243/2006 – 2006/0129(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Paul Rübig

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Id-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma[1], li ġiet adottata fl-2000, stipolat strateġija għall-prevenzjoni u għall-kontroll tat-tniġġis kimiku ta' l-ilma. Fir-rigward ta’ l-ilmijiet tal-wiċċ, l-Istati Membri kienu mitluba biex jipprevjenu d-deterjorazzjoni tal-kwalità ta’ l-ilmijiet tal-wiċċ, sabiex jintlaħqu miri għall-kwalità ambjentali sa l-2015, u biex jitnaqqsu jew jiġu eliminati gradwalment l-emissjonijiet, l-iskarikar u t-tnixxija ta’ “sustanzi prijoritarji” u “sustanzi perikolużi prijoritarji” sa l-2025. Madankollu, dakinhar, id-definizzjonijiet preċiżi ta' “sustanzi (perikolużi) prijoritarji” u ta’ kwalità ambjentali tħallew barra. Fl-2001, il-Kummissjoni mliet biċċa minn dan il-vojt billi identifikat is-sustanzi ta’ tħassib partikulari[2] (33 “sustanza prijoritarja”, li 25 minnhom huma potenzjalment perikolużi).

Din il-proposta timmira biex timla l-vojt li baqa’ billi tistabbilixxi standards ta’ kwalità ambjentali (kemm limitu massimu biex jiġu evitati konsegwenzi irriversibbli fuq żmien qasir, kif ukoll medja massima annwali biex jiġu evitati effetti kroniċi u fuq żmien twil), billi toħloq inventarju biex ikun verifikat jekk intlaħqux l-objettivi ta’ tnaqqis u/jew twaqqif ta’ ta’ emissjonijiet, skarikar u ta’ tnixxija ta’ sustanzi ta’ tħassib partikulari, u tistabbilixxi lista ta' 13-il “sustanza perikoluża prijoritarja”.

Ir-rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon din il-proposta. L-ilma hu sors naturali importanti li jintuża għax-xorb, mill-industrija u mill-agrikoltura, u għandu jiġi mħares għal użu fil-preżent u fil-futur. Din il-proposta hi mistennija li tnaqqas l-ispejjeż tat-trattament ta’ l-ilma tax-xorb, u li żżid opportunitajiet għall-industriji li jipprovdu teknoloġiji dejjem aktar nodfa. Minbarra dan, minħabba r-revoka ta’ ħames direttivi eqdem, il-proposta ser tnaqqas il-piż amministrattiv u tissimplifika l-leġiżlazzjoni u għalhekk tikkontribbwixxi għall-objettiv ta’ l-Unjoni Ewropea “Regolamentazzjoni Aħjar”.

Madankollu, ir-rapporteur jemmen li dawn l-aspetti pożittivi għandhom ikunu bilanċjati ma’ l-isfida kbira pendenti għall-industrija minħabba l-investimenti meħtieġa.

L-ewwelnett, fid-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma saru dispożizzjonijiet speċifiċi biex jippermettu flessibilità u derogi mill-iskadenzi hawn fuq imsemmija u mill-istandards ambjentali għal raġunijiet ta' fattibilità teknika, ta' spejjeż sproporzjonati, ta' kundizzjonijiet naturali jew ta’ ħtiġijiet soċjoekonomiċi. Il-prekundizzjoni biex jinkiseb il-benefiċċju doppju ta' protezzjoni aħjar u ta’ żvilupp ekonomiku hi li jkun hemm aktar kjarifika legali ta' l-użu ta' dawn id-dispożizzjonijiet fi ħdan din id-Direttiva.

Barra minn hekk, il-lista ta’ sustanzi prijoritarji tinkludi sustanzi li jinsabu fin-natura. Dan il-fatt joħloq sfida għall-produzzjoni industrijali li tuża materja prima, li dejjem ser ikun fiha traċċi ta' dawn is-sustanzi, li partijiet minnhom ser joħorġu minħabba l-liġijiet termodinamiċi u l-limitazzjonijiet tat-teknoloġija ta' kontroll disponibbli. Għalhekk, referenzi għa;l-applikazzjoni ta’ l-aħjar teknoloġija disponnibbli, kif stipolati fid-Direttiva 96/61/KE, għandhom jiġu msaħħa.

Ir-rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-proposta ma fihiex kontrolli ġodda ta’ emissjonijiet u tippermetti flessibilità massima għall-Istati Membri biex jagħżlu huma l-miżuri ta’ implimentazzjoni biex jiksbu l-objettivi ambjentali. Madankollu, f'każijiet eċċezzjonali, azzjoni ġdida Komunitarja tista' tkun iktar effiċjenti. Deċiżjonijiet bħal dawn għandhom ikunu bbażati fuq konsultazzjoni estensiva bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u dawk interessati. Il-proċedura prevista fl-Artikolu 12 tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma tista’ tintuża għal dan il-għan.

Il-protezzjoni u l-attività ekonomika għandhom ikunu bbilanċjati. Minn din il-perspettiva, it-tfassil ta’ standards għall-kwalità ambjentali (EQS) li jkunu protettivi fir-rigward ta’ effett dirett u indirett huwa milqugħ tajjeb u ser iservi kemm għal għanijiet ta’ protezzjoni kif ukoll għal piż minimu għall-Istati Membri u għall-ekonomija. Fejn EQS bħal dawn għadhom ma jistgħux jiġu definiti, il-kunċett magħżul m’għandux jiġi abbandunat. F’każijiet bħal dawn u meta s-sustanzi kkonċernati jkollhom proprjetajiet bijoakkumulattivi, minflok ma jiddaħħlu EQS għal kompartimenti li possibilment jistgħu jkunu taħt riskju, dawn għandhom jiġu mmoniterjati biex tiġi evitata deterjorazzjoni sinifikattiva filwaqt li jitkompla x-xogħol fuq EQS protettivi globali. Il-kwistjonijiet li għad m’hemmx soluzzjoni għalihom dwar l-użu ta’ EQS fuq sedimenti u bijota fl-approċċ ikkombinat, in-natura intermedjarja ta' EQS bħal dawn u s-superjorità tal-kunċett ta’ l-EQS protettivi globali, flimkien joħolqu l-bżonn għal riaġġustamenti korrispondenti fil-proposta ta’ din id-Direttiva.

Ir-rapporteur joġġezzjona għall-prevenzjoni assoluta tad-deterjorazzjoni. Dan jeċċedi l-kunċett tal-prevenzjoni tad-deterjorazzjoni kif stipolat fil-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti u jagħmel l-immaniġġjar sostenibbli ta' l-ilma impossibli.

Fl-aħħarnett, jilqa' b'sodisfazzjon l-approċċ prattiku tal-Kummissjoni biex tistabilixxi standards ċari, armonizzati u li jorbtu f'livell Komunitarju li b'hekk tiġi evitata d-distorsjoni tas-suq. Imma din tapplika wkoll għall-evalwazzjoni ta' l-istatus tal-kwalità ta' l-ilma u għall-użu tal-konċentrazzjonijiet massimi permissibli fi ħdan l-approċċ ikkombinat ta' l-Artikolu 10 tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma. Għat-tnejn jeżistu diversi għażliet ta' applikazzjoni prattikali jistgħu jwasslu għal riżultati differenti. Mingħajr metodi armonizzati u obbligatorji ma jistgħux jiġu stabbiliti l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd. Għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali għall-każijiet fejn għall-EQS proposti ma jinstabx qbil ma' metodi analitiċi b'limiti baxxi biżżejjed ta' kwantifikazzjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni[3]Emendi tal-Parlament

Emenda 1

PREMESSA 4

(4) Ġew adottati diversi atti Komunitarji mis-sena 2000 li jistabbilixxu miżuri ta' kontroll tat-tniġġis skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/KE għal sustanzi prijoritarji individwali. Barra minn hekk, ħafna miżuri għall-ħarsien ta’ l-ambjent jaqgħu fl-ambitu ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti oħra. Għalhekk, għandha tingħata prijorità għall-implimentazzjoni u r-reviżjoni ta’ l-istrumenti eżistenti iktar milli biex jiġu stabbiliti kontrolli ġodda li jistgħu jirduppjaw dawk eżistenti.

(4) Ġew adottati diversi atti Komunitarji mis-sena 2000 ‘l hawn li jistabbilixxu miżuri ta' kontroll tat-tniġġis skond l-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2000/60/KE għal sustanzi prijoritarji individwali. Barra minn hekk, ħafna miżuri għall-ħarsien ta’ l-ambjent jaqgħu fl-ambitu ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti oħra. Għalhekk, iktar milli biex jiġu stabbiliti kontrolli ġodda li jistgħu jirduppjaw dawk eżistenti, għandha tingħata prijorità għall-implimentazzjoni u r-reviżjoni ta’ l-istrumenti eżistenti.

Ġustifikazzjoni

M’għandiex issir referenza għall-Artikolu 16 kollu kemm hu imma għall-Artikolu 16(6), li espliċitament isemmi l-bżonn għall-miżura ta’ kontroll effettiva f'sens ta' spejjeż u proporzjonalità. Il-listi tas-sustanzi ta’ l-Anness I u l-Anness II fihom sustanzi li jinsabu fin-natura (eż. il-metalli), li t-traċċi tagħhom jinsabu kullimkien. Sabiex il-kontrolli mitluba jkunu operazzjonali, dan l-aspett għandu jkun enfasizzat.

Emenda 2

PREMESSA 5

(5) Rigward il-kontrolli ta’ l-emissjonijiet ta’ sustanzi prijoritarji minn sors wieħed u minn sorsi mxerrda kif jirreferi għalihom l-Artikolu 16(6) u (8) tad-Direttiva 2000/60/KE, jidher li jkun iktar effettiv f’termini ta’ nfiq u proporzjonat għall-Istati Membri jekk jinkludu, fejn meħtieġ, flimkien ma’ l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti oħra, miżuri ta’ kontroll adegwati fil-programm ta' miżuri li għandhom jiġu żviluppati għal kull baċir tax-xmara skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60/KE.

(5) Rigward il-kontrolli ta’ l-emissjonijiet ta’ sustanzi prijoritarji minn sors wieħed u minn sorsi mxerrda kif jirreferi għalihom l-Artikolu 16(6) u (8) tad-Direttiva 2000/60/KE, jidher li għall-Istati Membri jkun iktar effettiv u proporzjonat f’termini ta’ nfiq jekk jinkludu, fejn meħtieġ, flimkien ma’ l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti oħra, miżuri ta’ kontroll adegwati fil-programm ta' miżuri li għandhom jiġu żviluppati għal kull baċir tax-xmara skond l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 2000/60/KE.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tipprova ma ddgħajjifx ir-rekwiżit mill-Artikolu 10 tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma, li jitlob aktar kontrolli stretti fuq l-emissjonijiet lilhinn mill-aħjar tekniki disponibbli fejn dan ikun neċessarju biex ikun konformi ma’ l-istandards tal-kwalità ambjentali.

Emenda 3

PREMESSA 5 A (ġdida)

 

(5a) Meta kwistjoni li għandha impatt fuq il-ġestjoni ta’ l-ilma ma tistax tissolva minn Stat Membru nnifsu, dan l-Istat Membru jista’ jirrapportaha lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/60/KE. Stat Membru għandu jkun jista’ wkoll jirrapporta kwistjoni bħal din meta l-miżuri Komunitarji jidhru li huma aktar effettivi jew xierqa rigward spejjeż. F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tniedi skambju ta' informazzjoni ma' l-Istati Membri kollha u jekk azzjoni Komunitarja tidher li tkun l-aħjar għażla, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport u tipproponi miżuri.

Emenda 4

PREMESSA 9

(9) L-ambjent akkwatiku jista’ jbati minn tniġġis kimiku kemm fuq perjodu ta’ żmien qasir kif ukoll fuq perjodu ta’ żmien twil u għalhekk kemm id-dejta dwar l-effetti akuti kif ukoll dik dwar l-effetti kroniċi għandha tintuża bħala bażi biex jiġu stabbiliti l-EQS. Sabiex ikun żgurat li l-ambjent akkwatiku u s-saħħa tal-bniedem ikunu mħarsa b’mod xieraq, għandha tiġi stabbilita medja annwali ta’ standards ta’ kwalità fuq livell li jipprovdi ħarsien kontra l-espożizzjoni fit-tul, u għandhom jiġu stabbiliti konċentrazzjonijiet massimi permissibbli għall-ħarsien kontra l-espożizzjoni fil-qosor.

(9) L-ambjent akkwatiku jista’ jbati minn tniġġis kimiku kemm fuq perjodu ta’ żmien qasir kif ukoll fuq perjodu ta’ żmien twil u għalhekk kemm id-dejta dwar l-effetti akuti kif ukoll dik dwar l-effetti kroniċi għandha tintuża bħala bażi biex jiġu stabbiliti l-EQS. Sabiex ikun żgurat li l-ambjent akkwatiku u s-saħħa tal-bniedem ikunu mħarsa b’mod xieraq, għandha tiġi stabbilita medja annwali ta’ standards ta’ kwalità fuq livell li jipprovdi ħarsien kontra l-espożizzjoni fit-tul, u għandhom jiġu stabbiliti konċentrazzjonijiet massimi permissibbli għall-ħarsien kontra l-espożizzjoni fil-qosor. L-applikazzjoni ta’ konċentrazzjonijiet massimi permessi, skond l-approċċ ikkombinat stipolat fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2006/60/KE, b'mod partikolari t-trattament ta’ riżultati li jvarjaw ħafna minn oħrajn fl-istess kampjun (outliers) u d-determinazzjoni ta' kontrolli ta' l-emissjonijiet, għandhom jiġu armonizzati.

Ġustifikazzjoni

Konċentrazzjonijiet massimi permessi huma suġġetti għal żbilanċ minn riżultati li jvarjaw ħafna minn oħrajn fl-istess kampjun(outliers) u ma jirreferu għall-ebda forma ta’ perjodu ta' żmien, imma huma ta’ natura diskrezzjonali. Għalhekk, kull tentativ ta’ stima jew tbassir ta’ dawn il-valuri, li hu meħtieġ fil-proċeduri għal permessi ta’ l-emissjonijiet, ser ikunu żbilanċjati ħafna. Biex ikun hemm kundizzjonijiet ugwali, għandhom jiġu żviluppati regoli armonizzati biex jittrattaw dawn il-kwistjonijiet.

Emenda 5

PREMESSA 18 A (ġdida)

 

(18a) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Kimiċi (REACH) u li stabilixxa l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi 1 jipprovdi għal reviżjoni biex jiġi evalwat kemm huma adegwati l-kriterji għall-identifikazzjoni ta' sustanzi li huma persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi. Il-Kummissjoni għandha temenda f’dan is-sens l-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE, hekk kif il-kriterji fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jiġu modifikati.

______________

 

1 ĠU L 396, 30.12.2006, p.1.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji tal-PTB fir-REACH instabu li m’humiex għal kollox effiċjenti. Tant huma riġidi li ma hi identifikata kważi l-ebda sustanza PBT. Sfortunatament, l-istess kriterji ġew applikati fir-reviżjoni ta’ l-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE. Hekk kif il-kriterji għas-sustanzi tal-PBT fir-REACH ikunu ġew ikkoreġuti, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Anness X.

Emenda 6

ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 2

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, abbażi tal-monitoraġġ ta’ l-istatus ta’ l-ilma mwettaq skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE, li l-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi elenkati fil-Partijiet A u B ta’ l-Anness I ma jiżdidux għas-sediment u l-bijota.

2. L-Istati Membri għandhom jimmoniterjaw konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi elenkati fil-Partijiet A u B ta’ l-Anness I, kif xieraq, fil-bijota, f’sedimenti riċenti jew f’solidi sospiżi, jekk dawn is-sustanzi jesibixxu potenzjal ta’ akkumulazzjoni sinifikattiva f'dawn il-gruppi u jekk l-istandards ta' kwalità ambjentali, għall-fażi ta' l-ilma kif stipolat fil-Partijiet A u B ta’ l-Anness I, ma jipproteġux biżżejjed lil organiżmi minn avvelenament sekondarju jew minn organiżmi bentiċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi mmoniterjati ma jiżdidux b’mod sinifikattiv fil-perjodu ta’ reviżjoni għall-pjan tal-ġestjoni tal-baċir tax-xmara stipolat fl-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2006/60/KE.

 

Madankollu, l-Istati Membri għandhom dejjem jimmoniterjaw il-hexachlorobenzene, il-hexachlorobutadiene u l-methyl-mercury.

Ġustifikazzjoni

EQS protettivi globalment għall-fażi ta’ l-ilma jaqdu lill-prinċipju prekawzjonarju imma jżommu l-ispejjeż għas-sorveljanza u għall-konformità aktar baxxi. Sakemm EQS bħal dawn għadhom mhux disponibbli, għall-istess raġunijiet kif spjegat qabel, għandha tapplika projbizzjoni fuq deterjorazzjoni “sinifikattiva” (tendenza ’l fuq), filwaqt li l-konċentrazzjonijiet ikkonċernati ta’ sustanzi prijoritarji f’sedimenti, f’bijota, u f’solidi sospiżi jiġu sorveljati. Projbizzjoni “assoluta” fuq deterjorazzjoni tagħmel impossibili l-immaniġġjar sostenibbli ta’ l-ilma u la hi prevista mil-leġiżlazzjoni preżenti ta’ l-UE għall-ilma u lanqas mid-Direttiva ta’ Qafas għall-Ilma nnifisha.

Emenda 7

ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 4 A (ġdid)

 

4a. L-istandards ta’ kwalità ambjentali msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 huma mingħajr ħsara għar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE jew ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2000/60/KE dwar ilmijiet użati għal estrazzjoni ta' ilma tax-xorb, li jistgħu jkunu aktar stretti.

 

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jkun speċifikat fil-klawsoli ta’ promulgazzjoni li l-istandards tal-kwalità ambjentali huma mingħajr ħsara għal rekwiżiti speċifiċi Komunitarji dwar l-ilma intenzjonat għall-konsum mill-bniedem.

Emenda 8

ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 5

5. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2000/60/KE, il-Kummissjoni tista’ tħejji metodi tal-kalkolu obbligatorji msemmija fit-tieni paragrafu tal-punt 3 tal-Parti C ta’ l-Anness I ta’ din id-Direttiva.

5. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2000/60/KE u fi żmien sentejn minn meta din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha tħejji metodi tal-kalkolu obbligatorji ta’ lanqas għall-kwistjonijiet imsemmija f’Parti C ta’ l-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun provdut l-istess livell ta’ protezzjoni u biex tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni fost l-Istati Membri, hija neċessarja metodoloġija obbligatorja. Biex tikkumplimenta d-dispożizzjoni korrespondenti ta’ l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2000/60KE, tiġi introdotta skeda fissa biex tiddefinixxi dawn il-metodi.

Emenda 9

ARTIKOLU 3, PARAGRAFU 1

1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu żoni tranżitorji ta' qbiż tal-limitu, fejn il-konċentrazzjonijiet ta' kontaminant jew ieħor jista' jaqbeż l-istandards ta' kwalità ambjentali sakemm ma jaffettwawx il-konformità tal-bqija tal-wiċċ ta' l-ilma ma’ dawk l-istandards.

1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu żoni tranżitorji ta' qbiż tal-limitu, fejn il-konċentrazzjonijiet ta' kontaminant jew ieħor jista' jaqbeż l-istandards ta' kwalità ambjentali sakemm ma jikkompromettux il-konformità tal-bqija tal-wiċċ ta' l-ilma ma’ dawk l-istandards.

Ġustifikazzjoni

Għandu jingħad b’mod ċar li konformità mal-miri tad-Direttiva 2000/60/KE għandha prijorità. Il-kelma “kompromess” hi diġà użata fir-regola paragunabbli ta' l-Artikolu 4, il-paragrafu 8 ta' dik id-Direttiva.

Emenda 10

ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 1

1. Abbażi tat-tagħrif miġbur skond l-Artikoli 5 u 8 tad-Direttiva 2000/60/KE u skond ir-Regolament (KE) Nru 166/2006, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu inventarju ta’ l-emissjonijiet, il-ħruġ u t-telf tas-sustanzi prijoritarji u l-kontaminanti kollha mniżżla fil-Parti A u B ta’ l-Anness I għal kull baċir tax-xmara jew il-parti minnu fi ħdan it-territorju tagħhom.

1. Abbażi tat-tagħrif miġbur skond l-Artikoli 5 u 8 tad-Direttiva 2000/60/KE u skond ir-Regolament (KE) Nru 166/2006, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu inventarju ta’ l-emissjonijiet, l-iskarikar u t-tnixxija tas-sustanzi prijoritarji u l-kontaminanti kollha mniżżla fil-Parti A u B ta’ l-Anness I għal kull baċir tax-xmara jew il-parti minnu fi ħdan it-territorju tagħhom, inklużi s-sorsi ta' emissjoniji, skarikar u tnixxija u l-mapep rilevanti.

 

L-Istati Membri għandhom jinkludu l-miżuri tal-kontroll ta’ l-emissjonijiet kollha meħuda wara li jseħħu l-emissjonijiet, l-l-iskarikar u t-tnixxija ta' sustanzi prijoritarji u kontaminanti elenkati fl-inventarju.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun speċifikat b’mod ċar li l-inventarju għandu jindika s-sorsi ta’l- emissjonijiet, l-l-iskarikar u t-tnixxija ta’ sustanzi prijoritarji u kontaminanti oħra. Dawn għandhom ikunu identifikati għal trasparenza aħjar.

Minħabba l-obbligi ta’ tnaqqis jew ta’ waqfien ta’ l-Istati Membri rigward emissjonijiet, l-l-iskarikar u t-tnixxija tas-sustanzi prijoritarji kif stipolat fl-Artikolu 4(1)(a)(iv) tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jinkludu informazzjoni dwar miżuri bħal dawn fl-inventarju tagħhom.

Emenda 11

ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 2, SUBPARAGRAFU 2 A (ġdid)

 

Fil-preparazzjoni ta’ l-inventarji tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jużaw informazzjoni dwar emissjonijiet, l-iskarkiar u ut-tnixxija li ilha tinġabar minn meta d-Direttiva 2000/60/KE daħlet fis-seħħ sakemm din l- informazzjoni jkollha l-istess rekwiżiti ta’ kwalità li japplikaw għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jitħallew juru r-riżultati minn “azzjonijiet tal-bidu”. Meta tevalwa l-progress, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra din l-informazzjoni addizzjonali.

Emenda 12

ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 5, SUBPARAGRAFU 1 A (ġdid)

 

Meta ssir din il-verifika, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra:

 

- il-fattibilità teknika u l-proporzjonalità ta’ l-ispiża;

 

- l-applikazzjoni ta’ l-aħjar tekniki disponibbli;

 

- l-eżistenza ta’ konċentrazzjonijiet naturali fl-isfond.

Ġustifikazzjoni

Meta jiġi evalwat il-progress ta' l-Istati Membri lejn l-objettiv ta' l-Artikolu 4(1)(a)(iv) tad-Direttiva 2000/60/KE il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kundizzjonijiet li jillimitaw l-ambitu ta' miżuri possibbli.

Emenda 13

ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 6 A (ġdid)

 

6a. Meta l-miżuri biex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fl-Artikolu 4(1)(a)(iv) tad-Direttiva 2000/60/KE huma teknikament mhux fattibbli jew jiswew ħafna b’mod sproporzjonat, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' l-Artikolu 4(4) u (5) ta' dik id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-kliem attwali tat-test, għandha tiġi ċċarata l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 4 paragrafi 4 u 5 tad-Direttiva 2000/60/KE sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Artikolu 4 paragrafu 1, a, iv ta’ dik id-Direttiva.

Emenda 14

ARTIKOLU 4 A (ġdid)

 

Artikolu 4a

 

Kontrolli Komunitarji ġodda dwar l-emissjonijiet

 

1. Meta, skond l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/60/KE, Stat Membru jirrapporta kwistjoni li ma tistax tissolva fuq livell ta’ Stat Membru, jew jirrapporta li l-miżuri Komunitarji jidhru li huma l-aktar effiċjenti f'sens ta' nfiq jew huma mod aktar xieraq ta’ kif tiġi ttrattata l-kwistjoni kkonċernata, il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri kollha u l-partijiet interessati rilevanti, sabiex jiġi evalwat jekk azzjoni Komunitarja hix meħtieġa jew tkunx aktar effettiva f’termini ta’ spejjeż u f'termini ta' kemm hi xierqa, u għandha tippubblika rapport dwar dan, li għandu jiġi preżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

2. Jekk ir-rapport tal-Kummissjoni jikkonferma l-ħtieġa ta' azzjoni Komunitarja aktar effettiva f'termini ta' spejjeż jew f'termini ta' kemm hi xierqa, il-Kummissjoni għandha fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni tar-rapport tipproponi miżuri adegwati.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni mill-Kummissjoni biex ma jiġux proposti kontrolli Komunitarji ġodda dwar l-emissjonijiet skond l-Artikolu 16 paragrafu 6 tad-Direttiva 2000/60/KE f’din id-Direttiva hija milqugħa b’sodisfazzjon. Minkejja dan, il-proċedura li hemm fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2000/60/KE għandha tkun għażla oħra għal problemi speċifiċi. Din l-emenda tenfasizza din l-għażla u tipprovdi speċifikazzjonijiet għal dik il-proċedura.

PROĊEDURA

Titolu

Standards ta' kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika ta' l-ilma

Referenzi

COM(2006)0397 - C6-0243/2006 - 2006/0129(COD)

Kumitat responsabbli

ENVI

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

5.9.2006

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni   

Data tal-ħatra

Paul Rübig

4.10.2006

 

 

Eżami fil-kumitat

27.11.2006

19.12.2006

27.2.2007

 

Data ta' l-adozzjoni

27.2.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

-:

0:

32

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Březina, Philippe Busquin, Jorgo Chatzimarkakis, Pilar del Castillo Vera, Den Dover, Lena Ek, Adam Gierek, Norbert Glante, András Gyürk, Fiona Hall, David Hammerstein Mintz, Erna Hennicot-Schoepges, Ján Hudacký, Werner Langen, Eugenijus Maldeikis, Eluned Morgan, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Vladimír Remek, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Paul Rübig, Andres Tarand, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Danutė Budreikaitė, Philip Dimitrov Dimitrov, Robert Goebbels, Satu Hassi, Gunnar Hökmark, Esko Seppänen, Lambert van Nistelrooij

  • [1]  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.
  • [2]  ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1.
  • [3]  Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.

OPINJONI TAL-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp RuralI (25.1.2007)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikeldwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam ta’ l-ilma u li timmodifika d-Direttiva 2000/60/KE
(COM(2006)0397 – C6‑0243/2006 – 2006/0129(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Bernadette Bourzai

PA_Legam

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Għalfejn din il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea?

Id-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma (DQI/FDW) adottata f'Diċembru 2000 għandha l-għan li ssir prevenzjoni ta' kull degradazzjoni supplimentari tal-kwalità ta' l-ilmijiet u li jkun irrinforzat il-ħarsien ta’ l-ambjent akkwatiku. Din id-Direttiva tfittex li tiġġieled kontra t-tniġġis b’mod ġenerali u tipprevedi f’dan ir-rigward it-tnaqqis progressiv tat-tniġġis kimiku, b’mod partikulari l-waqfien jew l-eliminazzjoni progressiva ta’ l-iskariku, ta' l-emissjonijiet u tat-tnixxija tas-sustanzi prijoritarji u tas-sustanzi perikolużi prijoritarji li jirrapreżentaw riskju inaċċettabbli għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu.

.

Il-politika fil-qasam ta’ l-ilma hija implimentata fuq il-bażi tal-pjanijiet tal-ġestjoni tad-distretti idrografiki. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex issir prevenzjoni tad-deterjorazzjoni ta’ l-istat tal-korpi kollha ta’ l-ilma tal-wiċċ imma wkoll biex jirrestawraw u jtejbu l-kwalità tagħhom.

L-għan ta’ din il-proposta – li timplimenta l-Artikolu 16, Paragrafu 7 tad-DQI - hu li jkun ivverifikat u ggarantit li jkun intlaħaq livell għoli ta’ ħarsien filwaqt li jkunu stabbiliti standards ta’ kwalità ambjentali (SKA jew Environmental Quality Standards/EQS) fil-qasam ta’ l-ilma, jiġifieri limiti minimi ta’ konċentazzjoni bil-għan li jkunu mħarsa l-bniedem, il-flora u l-fawna fuq il-bażi ta' l-informazzjonijiet dwar it-tossiċità, il-persistenza u l-potenzjal ta' bijoakkumulazzjoni ta' sustanza u dejta relattiva għall-futur tagħha fl-ambjent.

L-SKA (EQS)għandhom l-għan li jħarsu u jtejbu l-kwalità ta’ l-ambjent kif wkoll li jarmonizzaw il-kundizzjonijiet ekonomiċi fis-suq intern peress li jeżistu differenzi kbar bejn l-istandards stabbiliti f’kull Stat Membru.

Il-kontaminanti ta’ oriġini agrikola

Il-kontaminanti jistgħu jintelqu ġo l-ambjent minn diversi għejun: l-agrikoltura, l-industriji (metalli tqal, solventi ...), l-inċinerazzjoni, eċċ.

L-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali tikkonċentra fuq id-diversi tipi ta’ tniġġis ta’ l-ilmijiet ta’ oriġini agrikola u, b’mod aktar speċifiku, fuq il-pestiċidi, peress li din il-proposta ta’ Direttiva ma tikkonċernax in-nitrati.

Il-pestiċidi ħafna drabi huma implikati fid-degradazzjoni ta’ l-istat ekoloġiku ta’ l-ilmijiet tal-wiċċ u ta’ ilmijiet tal-kosta peress li dawn jistgħu jibqgħu preżenti fl-ambjent għal ħafna żmien u jinġarru distanzi twal. Huma wkoll sors ta’ tniġġis mifrux li diffiċli jkun lokalizzat peress li jirriżulta min-nixxijiet, mit-tnixxija diretta fl-art u fl-arja, mil-lissija (leaching) tal-pjanti mill-ilma tax-xita.

Fil-lista tas-sustanzi prijoritarji (l-Anness 1, Parti A), tinkludi bosta pestiċidi: 1, 3, 8, 9, 13, 14, 17, 18, 19, 26, 27, 29, 33. Uħud m’għadhomx użati aktar fl-attività agrikola imma għadek issib preżenza tagħhom fis-sedimenti ta’ ċerti xmajjar. It-8 kontaminanti l-oħra li jittratta dan l-abbozz ta’ Direttiva (l-Anness 1, Parti B) huma kollha pestiċidi.

Kwantitajiet eċċessivi ta’ pestiċidi għadhom jistgħu jinsabu fl-ambjent akkwatiku u jeħtieġ għalhekk li tingħata preferenza fl-attività agrikola lill-prodotti li m’humiex perikolużi għall-ambjent, lit-tekniki ta’ applikazzjoni l-iktar effikaċi, lill-preżenza ta’ żoni ta’ salvagwardja bejn l-għelieqi u l-mogħdijiet ta’ l-ilma, lil-limitazzjoni ta’ dak li jinġarr ma’ l-arja meta jsir il-bexx. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-punti se jkunu ttrattati fil-legiżlazzjoni dwar il-pestiċidi li qiegħda fil-proċess ta’ l-adozzjoni.

Pożizzjoni tar-Rapporteur

Ma tistax tistudja din il-proposta ta’ Direttiva li tistabbilixxi standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam ta’ l-ilma b’mod iżolat peress li numru mhux ħażin ta' miżuri għall-ħarsien ta' l-ambjent jaqgħu fi ħdan il-kamp t'applikazzjoni ta' atti leġiżlattivi Komunitarji oħra eżistenti jew li għaddejjin mill-proċess ta’ adozzjoni.

Għalhekk jeħtieġ li tingħata attenzjoni biex ma jinħolqux kontradizzjonijiet bejn l-objettivi u d-dispożizzjonijiet ta’ leġiżlazzjonijiet oħra Komunitarji u biex ma ssirx antiċipazzjoni dwar dawk li se jkunu adottati fix-xhur li ġejjin sakemm ma jkunx hemm l-istampa stampa ċara bid-dettalji kollha.

Għalhekk jeħtieġ li jitqiesu t-testi li diġà huma fis-seħħ, bħal m’huma d-Direttiva KEE 80-778 dwar il-kwalità ta’ l-ilma tax-xorb, id-Direttiva 91/414/CEE dwar l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti fitofarmaċewtiċi, id-Direttiva IPPC Prevenzjoni u Kontroll tat-Tniġġis Integrati) adottati fl-1996, id-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma (2000/60/KE) kif ukoll testi li għaddejjin mill-proċess ta’ adozzjoni bħad-Direttiva REACH, l-istrateġija tematika li tikkonċerna sostenibbli tal-pestiċidi, id-Direttiva dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, u r-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-pestiċidi.

Madankollu, illum huwa diffiċli tiddetermina jekk l-implimentazzjoni ta’ dawn l-atti leġiżlattivi komplimentari oħrajn hix se tippermetti li jintlaħqu l-objettivi tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma jew jekk hix se tibqa’ meħtieġa azzjoni Komunitarja. Għalhekk, se jkun jeħtieġ li jkun ikkunsidrat it-twettiq formali tal-leġiżlazzjonijiet eżistenti sabiex jimtlew il-lakuni u biex ikun propost titjib u jiġi promoss approċċ integrat tassew tal-politika Ewropea ta' l-Ilma u, b'mod aktar wiesa', tal-politika ambjentali.

Il-Kummissjoni Ewropea għażlet li tippreżenta proposta li tillimimita ruħha biss li tistabbilixxi EQS (SKA) armonizzati fil-livell Komunitarju mingħajr ma ddaħħal ‘kontrolli ta’ emissjoni” supplimentari ma’ dawk fil-leġiżlazzjonijiet Komunitarji eżistenti. Għalhekk jitħalla f’idejn l-Istati Membri biex jiddefinixu fuq livell nazzjonali regoli li jiggvernaw il-kontaminanti l-oħra. Din is-soluzzjoni ppreżentata bħala l-aktar waħda flessibbli u l-aktar waħda proporzjonata u l-aktar waħda vantaġġuża mill-aspett ekonomiku tista’ tkun ikkritikata peress li l-Kummissjoni fil-fatt, biex tiġġustifika t-twaqqif ta’ EQS (SKA) Komunitarji, qed tressaq l-argument tal-benefiċċji ta’ l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u ta’ tnaqqis ta’ l-ispejjeż burokratiċi għall-Istati Membri.

L-EQS (SKA) jikkonċernaw l-ilmijiet interjuri (xmajjar, lagi) u l-ilmijiet ta’ tranżizzjoni u ilmijiet tal-kosta. L-Artikolu 16, Paragrafu 7 tad-DQI titlob lill-Kummissjoni biex “tippreżenta proposti li jikkonċernaw standards ta’ kwalità applikabbli għall-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi prijoritarji fl-ilmijiet tal-wiċċ, is-sedimenti jew il-bijota”.

Madankollu, il-proposta li tressqet tikkonċentra fuq l-ilmijiet tal-wiċċ peress li skond il-Kummissjoni, ħlief fil-każ ta’ tliet sustanzi, hemm nuqqas ta’ tagħrif dettaljat u ta’ min joqgħod fuqu dwar il-preżenza ta’ sustanzi fil-bijota u s-sedimenti.. Għal darb’oħra qed jitħalla f’idejn l-Istati Membri biex jissupplimentaw l-EQS (SKA) stabbiliti fil-livell komunitarju u wieħed isib ruħu jistaqsi x’mezzi se jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex jirnexxilhom jagħmlu dan?

Huwa ta’ dispjaċir li saret għażla bħal din għaliex huma ħafna l-kontaminanti li jiddepożitaw ruħhom u jakkumulaw fis-sodda tax-xmajjar u li b’hekk joħolqu riskji ta' infiltrazzjoni u tniġġis ta' l-ilmijiet ta' taħt l-art (groundwater) u li jistgħu jirriżultaw f’diffużjoni mifruxa ta’ kontaminanti, kultant saz-zona tal-kosta, meta x-xmajjar jitħammlu.

Ir-rapporteur tinnota wkoll li ma ġewx ikkunsidrati l-interazzjonijiet possibbli bejn is-sustanzi u l-agglomerazzjonijiet ta’ dawn is-sustanzi.

Ir-rapporteur tinsab imħassba dwar il-fatt li tħalliet f’idejn l-Istati Membri l-possibilità li jiddefinixxu żoni tranżitorji ta’ qbiż tal-limiti minimi. Fil-fatt, hemm r-rekwiżit li l-industriji jistabbilixxu huma stazzjonijiet ta’ trattament jew ditossikazzjoni ta’ l-iskarikar tagħhom sabiex huma jirrispettaw l-istandards stabbiliti u għalhekk din id-deroga ma tidhirx li hi meħtieġa. F’dak li jirrigwarda l-attività agrikola, jidher diffiċli li tidentifika punti ta' skarikar speċifiċi.

Ġew definiti żewġ tipi ta’ EQS (SKA) armonizzati: EQS (SKE) ibbażati fuq il-konċentrazzjoni massima ammissibbli u li għalhekk tikkontrolla t-tniġġis fuq medda qasira ta’ żmien, u EQS ibbażata fuq il-medja annwali.

.

Il-perjodu ta’ referenza għall-kejl ta’ konċentrazzjoni tal-kontaminanti li jridu jitniżżlu fl-inventarji hu ta’ sena u għall-pestiċidi huwa ta’ tliet snin peress li d-dożi użati u t-tnixxija fin-natura jvarjaw minn sena għall-oħra skond il-kundizzjonijiet klimatiċi.

Madanakollu jeħtieġ li nżommu f’moħħna li r-riskji ta’ tniġġis huma l-aktar għolja meta jsir użu ripetut ta' sustanza prijoritarja fl-istess lok u fl-istess ħin, kif inhu preċiżament il-każ għall-pestiċidi li huma użati l-aktar minn Marzu sa Settembru fl-agrikoltura. Issa d-deterjorazzjonijiet ta’ l-ekosistemi jistgħu jkunu rriversibbli jew perikolużi ħafna matul il-perjodu ta’ użu l-iktar intensiv tal-pestiċidi. Ikun meħtieġ, għalhekk, li għall-pestiċidi titkejjel il-medja fuq tliet snin, iżda li titkejjel medja waħda tal-konċentrazzjonijiet matul il-perjodu t’applikazzjoni.

Fl-aħħarnett, peress li l-emissjonijiet, l-iskarikar u t-tnixxija tas-sustanzi prijoritarji għandhom ikunu mnaqqsa progressivament jew imwaqqfa, jeħtieġ li l-Istati Membri, meta jħejju l-inventarju tagħhom jistabbilixxu wkoll skeda adegwata għaż-żmien meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-objettiv.

EMENDI

IL-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta’ l-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni[1]Emendi tal-Parlament

Emenda 1

PREMESSA 1 a (ġdida)

(1a) F’konformità ma’ l-Artikolu 174 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-politika komunitarja ta’ l-ambjent għandha tkun imsejsa fuq il-prinċipji ta’ prekawzjoni u ta' azzjoni preventiva, fuq il-prinċipju tat-tiswija, bi prijorità għas-sors, tal-ħsarat lill-ambjent kif ukoll fuq il-prinċipju li min iniġġes iħallas.

Emenda 2

PREMESSA 1 b (ġdida)

 

(1b) Esplojtazzjoni razzjonali ta’ l-artijiet, fil-qafas ta’ agrikoltura ekoloġika hija meħtieġa biex tkun żgurata kwalità tajba ta’ l-ilma.

Emenda 3

PREMESSA 4 a (ġdida)

 

(4a) Id-Direttiva 2000/60/KE, fl-Artikolu 11( 2) u fl-Anness VI, Parti B, tagħti lista mhix eżawrjenti tal-miżuri supplimentari li l-Istati Membri jistgħu jinkludu fil-programm ta’ miżuri, u b’mod partikulari:

– strumenti leġiżlattivi,

– strumenti amministrattivi, u

– ftehimiet negozjati għall-ħarsien ta’ l-ambjent.

Ġustifikazzjoni

Meta l-istandards huma maqbuża ta’ spiss, bħala soluzzjonijiet possibbli ta' min isemmi, minbarra l-istrumenti ġuridiċi, il-miżuri supplimentarji previsti fl-Artikolu 11, paragrafu 4, u fl-Anness VI, Parti B, tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma (2006/60/KE), Fil-fatt, miżuri aktar volontarji u ta’ inċentiv huma spiss aktar effikaċi minn approċċ li jkun strettament ġuridiku. Dan jippermetti li titwessa’ l-bażi komuni tad-Direttiva nnfisha u tal-leġiżlazzjoni ambjentali b’mod ġenerali.

Emenda 4

PREMESSA 5 a (ġdida)

(5a) Peress li l-parti l-kbira ta’ l-atti Komunitarji l-oħra għad m’humiex adottati u applikati għal kollox, bħalissa huwa diffiċli li wieħed jiddetermina jekk l-implimentazzjoni ta’ dawn il-politiki tippermettix li jintlaħqu l-objettivi tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma jew jekk tibqax meħtieġa xi azzjoni Komunitarja oħra. Għalhekk, ikun utli li ssir evalwazzjoni formali tal-koerenza u ta' l-effikaċja ta' l-atti leġiżlattivi Komunitarji kollha li jindirizzaw, b'mod dirett jew indirett, il-kwalità tajba ta' l-ilma.

Emenda 5

PREMESSA 7

(7) Mil-lat ta’ l-interess Komunitarju u għal regolamentazzjoni iktar effettiva tal-ħarsien ta' l-ilma tal-wiċċ, huwa xieraq li jitħejjew l-EQS għall-kontaminanti kklassifikati bħala sustanzi prijoritarji fuq livell Komunitarju u li l-Istati Membri jitħallew jistipolaw, fejn meħtieġ, regoli għall-kontaminanti li jifdal fuq livell nazzjonali bil-kundizzjoni li japplikaw r-regoli Komunitarji rilevanti. Minkejja dan, tmien kontaminati li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 86/280/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-limitu ta’ valuri u objettivi ta’ kwalità għall-iskariku ta’ ċerti sustanzi perikolużi inklużi fil-Lista I ta’ l-Anness tad-Direttiva 76/464/KEE[2] u li jifformaw parti mill-grupp ta’ sustanzi li għalih għandu jintlaħaq status kimiku tajjeb sa l-2015, ma kinux inklużi fil-lista ta' sustanzi prijoritarji. Madankollu, l-istandards komuni stabbiliti għal dawk il-kontaminanti wrew li kienu utli u huwa xieraq li tinżamm regolamentazzjoni ta' l-istandards tagħhom fuq livell Komunitarju.

(7) Mil-lat ta’ l-interess Komunitarju u għal regolamentazzjoni iktar effettiva tal-ħarsien ta' l-ilma tal-wiċċ, huwa xieraq li jitħejjew l-EQS għall-kontaminanti kklassifikati bħala sustanzi prijoritarji fuq livell Komunitarju u li l-Istati Membri jitħallew jistipolaw regoli għall-kontaminanti li jifdal fuq livell nazzjonali bil-kundizzjoni li japplikaw r-regoli Komunitarji rilevanti. Minkejja dan, tmien kontaminati li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 86/280/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-limitu ta’ valuri u objettivi ta’ kwalità għall-iskariku ta’ ċerti sustanzi perikolużi inklużi fil-Lista I ta’ l-Anness tad-Direttiva 76/464/KEE[3] u li jifformaw parti mill-grupp ta’ sustanzi li għalih għandu jintlaħaq status kimiku tajjeb sa l-2015, ma kinux inklużi fil-lista ta' sustanzi prijoritarji. Madankollu, l-istandards komuni stabbiliti għal dawk il-kontaminanti wrew li kienu utli u huwa xieraq li tinżamm regolamentazzjoni ta' l-istandards tagħhom fuq livell Komunitarju.

Emenda 6

PREMESSA 10

Fin-nuqqas ta’ tagħrif estensiv u ta’ min joqgħod fuqu dwar il-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi prijoritarji fil-bijota u s-sedimenti fuq livell Komunitarju u fid-dawl tal-fatt li t-tagħrif dwar l-ilma tal-wiċċ donnu jipprovdi bażi suffiċjenti biex ikun żgurat ħarsien komprensiv u kontroll tat-tniġġis effettiv, il-valuri ta' l-EQS li għandhom jiġu stabbiliti għandhom ikunu limitati għall-ilma tal-wiċċ biss. Madankollu, fir-rigward tal-hexachlorobenzene, l-hexachlorobutadien u l-merkurju, mhuwiex possibbli li jkun assigurat ħarsien kontra l-effetti indiretti u avvelenament sekondarju b’sempliċi EQS għall-ilma tal-wiċċ fuq livell Komunitarju. Għalhekk, f’dawk il-każijiet, għandhom jitniedu l-EQS għall-bijota. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità jew li jimmonitorjaw dawk l-EQS u jiċċekkjaw il-konformità tal-bijota magħhom jew li jaqilbuhom f'EQS għall-ilma tal-wiċċ sabiex huma jkollhom iktar flessibilità skond l-istrateġija ta’ monitoraġġ tagħhom. Barra minn hekk, għandhom ikunu l-Istati Membri li jistipolaw EQS għas-sediment u l-bijota fejn hu meħtieġ u xieraq, biex jikkumplimentaw l-EQS stipolati fuq livell Komunitarju. Flimkien ma’ dan, peress li s-sediment u l-bijota jibqgħu matriċi importanti għall-Istati Membri biex jimmonitorjaw ċerti sustanzi sabiex jevalwaw l-impatti fit-tul ta' l-attività u x-xejriet antropoġeniċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livelli eżistenti tal-kontaminazzjoni fil-bijota u s-sedimenti ma tiżdiedx.

 

Fin-nuqqas ta’ tagħrif estensiv u ta’ min joqgħod fuqu dwar il-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi prijoritarji fil-bijota u s-sedimenti fuq livell Komunitarju u fid-dawl tal-fatt li t-tagħrif dwar l-ilma tal-wiċċ donnu jipprovdi bażi suffiċjenti biex ikun żgurat ħarsien komprensiv u kontroll tat-tniġġis effettiv, il-valuri ta' l-EQS li għandhom jiġu stabbiliti għandhom ikunu limitati għall-ilma tal-wiċċ biss. Madankollu, fir-rigward tal-hexachlorobenzene, l-hexachlorobutadien u l-merkurju, mhuwiex possibbli li jkun assigurat ħarsien kontra l-effetti indiretti u avvelenament sekondarju b’sempliċi EQS għall-ilma tal-wiċċ fuq livell Komunitarju. Għalhekk, f’dawk il-każijiet, għandhom jitniedu l-EQS għall-bijota. Għas-sustanzi l-oħra, għandhom ikunu l-Istati Membri li jistabbilixxu programmi speċifiċi ta’ sorveljanza għas-sedimenti u l-bijota. Infatti, peress li s-sediment u l-bijota jibqgħu matriċi importanti għall-Istati Membri biex jimmonitorjaw ċerti sustanzi sabiex jevalwaw l-impatti fit-tul ta' l-attività u x-xejriet antropoġeniċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livelli eżistenti tal-kontaminazzjoni fil-bijota u s-sedimenti ma jiżdidux.

Emenda 7

ARTIKOLU 2 PARAGRAFU 1 SUBPARAGRAFU 1

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompożizzjoni ta’ l-ilma tal-wiċċ tagħhom tikkonforma ma’ l-istandards ta’ kwalità għas-sustanzi prijoritarji, espressi bħala medja annwali u bħala konċentrazzjoni massima permissibbli, kif stipolat fil-Parti A ta’ l-Anness I u l-istandards ta’ kwalità għall-kontaminanti elenkati fil-Parti B ta’ l-Anness I.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompożizzjoni ta’ l-ilma tal-wiċċ tagħhom tikkonforma ma’ l-istandards ta’ kwalità għas-sustanzi prijoritarji, espressi bħala medja annwali jew, fil-każ ta’ kontaminanti li jaqgħu taħt id-Direttivi 91/414/KEE u 2003/53/KE1 espressi bħala medja tul il-perjodu ta’ użu aġġustat b’referenza għall-varjazzjonijiet staġonali li jikkaratterizzaw il-volum u l-użu tas-sustanzi, u bħala konċentrazzjoni massima permissibbli, kif stipolat fil-Parti A ta’ l-Anness I u l-istandards ta’ kwalità għall-kontaminanti elenkati fil-Parti B ta’ l-Anness I.

 

_____________________

Id-Direttiva 2003/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 li tistipola s-sitta u għoxrin modifika tad-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill dwar il-limitazzjoni tat-tqegħid fis-suq u ta’ l-utilizzazzjoni ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (nonylphenol, ethoxylate ta’ nonylphenol u siment) (ĠU L 178 tas-17.7.2003, p. 24).

Ġustifikazzjoni

Il-kalkolu tal-medja jrid iqis il-fatt li l-użu tal-pestiċidi fl-agrikoltura huwa staġonali u li, fil-każ ta’ l-ilmijiet ta’ transizzjoni, il-konċentrazzjonijiet ta’ kontaminanti huma wisq differenti b’referenza għall-volum. Infatti, billi l-preċipitazzjoni hija ġeneralment baxxa fis-sajf, l-ewwel okkażżjonijiet ta’ xita jġorru kwantitajiet li huma sostanzjalment akbar.

Emenda 8

ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 2 a (ġdid)

L-Istati Membri għandhom itejbu l-għarfien u d-dejta li huma disponibbli dwar is-sorsi tas-sustanzi prijoritarji u r-rotot tat-tniġġis sabiex jiġu identifikati għażliet ta’ kontrolli speċifiċi u effikaċi.

Emenda 9

ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 1 a (ġdid)

 

1a. Jekk fluss ta’ ilma jaqsam diversi Stati Membri, jeħtieġ li tkun implimentata koordinazzjoni tal-programmi ta’ moniteragg u ta’ inventarji nazzjonali mwettqa bil-għan li ma jkunux żvantaġġjati l-Istati Membri li jinsabu n-naħa ta’ isfel tal-fluss ta’ l-ilma..

Emenda 10

ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 3 a (ġdid)

3a. L-Istati Membri għandhom jikkonformaw ruħhom mad-Direttiva 98/83/KE tal-Kunsill dwar il-kwalità ta' l-ilmzi destinat għall-konsum mill-bniedem u jimmaniġġjaw il-korpi ta’ ilma tal-wiċċ użati għall-kontroll u l-esplojtazzjoni ta’ ilma għax-xorb f’konformità ma' l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2000/60/KE. Dawn l-eżiġenzi, fil-każ ta’ parti l-kbira tas-sustanzi, jimponu r-rispett obligatorju ta’ standards aktar stretti mill-istandards ta’ kwalità ambjentali.

 

1 ĠU L 330, 5.12.1998. Direttiva emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

Emenda 11

ARTIKOLU 3

Artikolu 3

imħassar

Żona tranżitorja ta’ qbiż tal-limiti

 

1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu żoni tranżitorji ta' qbiż tal-limit, fejn il-konċentrazzjonijiet ta' kontaminant jew ieħor jista' jaqbeż l-istandards ta' kwalità ambjentali sakemm ma jaffettwawx il-konformità tal-bqija tal-wiċċ ta' l-ilma ma’ dawk l-istandards.

 

2. F’kull każ, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-limiti sa fejn il-partijiet ta’ l-ilmijiet tal-wiċċ ħdejn il-punti ta’ ħruġ għandhom ikunu kklassifikati bħala żoni tranżitorji ta’ qbiż waqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Komunità.

 

L-Istati Membri għandhom jinkludu deskrizzjoni ta’ kull limitu li jagħmlu fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tagħhom tal-baċir tax-xmara msemmi fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE.

 

3. L-Istati Membri għandhom iwettqu reviżjoni tal-permessi msemmija fid-Direttiva 96/61/KE jew tar-regolamenti preċedenti msemmija fl-Artikolu 11(3)(g) tad-Direttiva 2000/60/KE bil-għan li titnaqqas b’mod progressiv il-firxa ta’ kull żona tranżitorja ta’ qbiż tal-limiti, kif imsemmi fil-paragrafu 1, identifikati fl-ilmijiet affettwati mill-ħruġ ta’ sustanzi prijoritarji.

 

4. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2000/60/KE, il-Kummissjoni tista' tħejji metodu li għandu jintuża mill-Istati Membri għall-identifikazzjoni taż-żona tranżitorja ta' qbiż tal-limiti.

 

Emenda 12

ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 1 a (ġdid)

 

1a. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi speċifiċi ta’ moniteraġġ tas-sedimenti u l-bijota, jidentifikaw l-ispeċi u t-tessuti li għandhom ikunu analizzati u jiddeterminaw f’liema forma għandhom ikunu espressi r-riżultati, b’referenza għall-varjazzjonijiet staġonali ta’ l-organiżmi.

Emenda 13

ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 2, SUBPARAGRAFU 2

Madankollu, għas-sustanzi prijoritarji u l-kontaminanti koperti bid-Direttiva 91/414/KEE, il-valuri jistgħu jiġu kkalkulati bħala medja tas-snin 2007, 2008 u 2009.

Madankollu, għas-sustanzi prijoritarji u l-kontaminanti koperti bid-Direttiva 91/414/KEE, il-valuri jistgħu jiġu kkalkulati bħala medja tal-perjodi rappreżentattivi tas-snin 2007, 2008 u 2009.

Ġustifikazzjoni

Il-kalkolu tal-medja jrid iqis il-fatt li l-użu tal-pestiċidi fl-agrikoltura huwa staġonali u li, fil-każ ta’ l-ilmijiet ta’ transizzjoni, il-konċentrazzjonijiet ta’ kontaminanti huma wisq differenti ’referenza għall-volum. Infatti, billi l-preċipitazzjoni hija ġeneralment baxxa fis-sajf, l-ewwel okkażżjonijiet ta’ xita jġorru kwantitajiet li huma sostanzjalment akbar.

Emenda 14

ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 4, SUBPARAGRAFU 2

I Il-perjodu ta’ referenza li fih għandhom jiġu stabbiliti l-valuri fl-inventarji aġġornati għandu jitlesta s-sena ta’ qabel ma titlesta dik l-analiżi. Għas-sustanzi prijoritarji u l-kontaminanti koperti bid-Direttiva 91/414/KEE, l-entrati jistgħu jiġu kkalkulati bħala l-medja tat-tliet snin ta’ qabel it-tlestija ta’ dik l-analiżi..

Il-perjodu ta’ referenza li fih għandhom jiġu stabbiliti l-valuri fl-inventarji aġġornati huwa s-sena ta’ qabel dik meta titlesta dik l-analiżi. Għas-sustanzi prijoritarji u l-kontaminanti koperti bid-Direttiva 91/414/KEE, id-dejta tista’ tiġi kkalkulati bħala l-medja tal-perjodi rappreżentattivi tat-tliet snin ta’ qabel it-tlestija ta’ din l-analiżi.

Ġustifikazzjoni

Il-kalkolu tal-medja jrid iqis il-fatt li l-użu tal-pestiċidi fl-agrikoltura huwa staġonali u li, fil-każ ta’ l-ilmijiet ta’ transizzjoni, il-konċentrazzjonijiet ta’ kontaminanti huma wisq differenti ’referenza għall-volum. Infatti, billi l-preċipitazzjoni hija ġeneralment baxxa fis-sajf, l-ewwel okkażżjonijiet ta’ xita jġorru kwantitajiet li huma sostanzjalment akbar.

Emenda 15

ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 4 a (ġdid)

4a. Billi l-emissjonijiet, l-iskarikar u t-tnixxija ta’ sustanzi prijoritarji jridu jitnaqqsu progressivament jew jitwaqqfu, jeħtieġ li l-Istati Membri jaraw li l-inventarji tagħhom ikunu akkumpanjati minn skeda ta’ żmien adattat biex jintlaħqu dawn l-objettivi.

Emenda 16

ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 5

5. Il-Kummissjoni għandha tivverifika li sa l-2025, l-emissjonijiet, il-ħruġ u t-telf kif ippreżentati fl-inventarju jikkonformaw ma' l-obbligi ta’ tnaqqis jew tmiem stipolati fl-Artikolu 4(1)(a)(iv) tad-Direttiva 2000/60/KE.

5. Il-Kummissjoni għandha tivverifika li sa l-2025, l-emissjonijiet, l-iskarikar u t-tnixxija kif ippreżentati fl-inventarju jikkonformaw ma' l-obbligi ta’ tnaqqis jew twaqqif stipolati fl-Artikolu 4(1)(a)(iv) tad-Direttiva 2000/60/KE. Il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri konkreti f’nofs it-terminu jekk tinnota li l-miżuri li jinsabu f’din id-direttiva m’humiex qed jiġu applikati jew li l-objettivi m’humiex qed jintleħqu.

Emenda 17

ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 6

6. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2000/60/KE, il-Kummissjoni tista' tħejji metodu li għandu jintuża mill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-inventarji.

6. Skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2000/60/KE, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-analiżi kif ukoll il-metodu li għandu jintuża mill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-inventarji.

Emenda 18

ARTIKOLU 4a (ġdid)

Artikolu 4a

 

Kontroll ta’ l-applikazzjoni

 

F’każ li l-valuri ffissati mill-istandards ta’ kwalità ambjentali jkunu maqbuża spiss, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw l-oriġini u jadottaw miżuri effettivi, proporzjonati u dissważivi skond diversi strumenti, bħal m’hi d-Direttiva 91/414/KEE jew id-Direttiva 96/61/KEE tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 1991, dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ ċerti sustanzi minħabba r-riskji li huma jippreżentaw għall-ambjent akkwatiku.

Emenda 19

PREMESSA 4 b (ġdida)

Artikolu 4 b

 

Miżuri ta’ monitoraġġ

 

Kemm-il darba, f’konformità ma’ l-Artikolu 4, l-inventarji jkunu ġew ippubblikati u aġġornati, il-Kummissjoni għandha tagħmel reviżjoni tal-lista tas-sustanzi prijoritarji.

 

Skond ir-riżultati ta’ l-inventarji, għandhom ikunu previsti miżuri għas-sustanzi li l-aktar jippreżentaw problemi.

Emenda 20

ARTIKOLU 9a (ġdid)

Artikolu 9a

Azzjoni Komunitarja supplimentari

 

Il-Kummissjoni għandha twaqqaf proċeduri ċari u trasparenti sabiex jistabbilixxu qafas razzjonali u speċifiku għall-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri, rigward tagħrif dwar is-sustanzi prijoritarji li jsaħħu l-proċessi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet Komunitarji u li jippermettu li minn issa ’l quddiem ikunu stabbiliti EQS armonizzati għas-sedimenti jew għall-bijota, kif ukoll kontrolli ta’ emissjoni supplimentari.

Emenda 21

ANNESS I, PARTI C, PUNT 2

2. Kolonni 6 u 7: Għal kull ilma tal-wiċċ, konformità ma’ l-EQS-MAC tfisser li l-konċentrazzjoni mkejla fi kwalunkwe punt ta’ monitoraġġ rappreżentattiv fi ħdan l-ilma m’għandhiex taqbeż l-istandard.

2. Kolonni 6 u 7: Għal kull ilma tal-wiċċ, konformità ma’ l-EQS-MAC tfisser li l-konċentrazzjoni mkejla fi kwalunkwe punt ta’ monitoraġġ rappreżentattiv fi ħdan l-ilma m’għandhiex taqbeż ripetutament il-valur iffissat fl-istandard.

 

 

Ġustifikazzjoni

Konċentrazzjoni massima ammissibbli hija mezz tajjeb fil-ġlieda kontra t-tniġġis. Madanakollu, ikun mezz estrem wisq jekk nieħdu miżuri sa mill-ewwel osservazzjoni. Eċċess ripetut ta’ l-EQS-MA huwa kriterju aħjar sabiex tiġi evitata negliġenza fl-immonitorjar.

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam ta’ l-ilma u li timmodifika d-Direttiva 2000/60/KE

Referenzi

COM(2006)0397 - C6-0243/2006 - 2006/0129(COD)

Kumitat responsabbli

ENVI

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI
5.9.2006

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Bernadette Bourzai
11.9.2006

Eżami fil-kumitat

18.12.2006

24.1.2007

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

24.1.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

-

-

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Katerina Batzeli, Thijs Berman, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, Dumitru Gheorghe Mircea Coşea, Joseph Daul, Albert Deß, Carmen Fraga Estévez, Lutz Goepel, Bogdan Golik, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Elisabeth Jeggle, Heinz Kindermann, Albert Jan Maat, Diamanto Manolakou, Mairead McGuinness, Rosa Miguélez Ramos, Neil Parish, Radu Podgorean, María Isabel Salinas García, Agnes Schierhuber, Willem Schuth, Czesław Adam Siekierski, Brian Simpson, Csaba Sándor Tabajdi, Marc Tarabella, Witold Tomczak, Kyösti Virrankoski, Andrzej Tomasz Zapałowski, Janusz Wojciechowski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Bernadette Bourzai, Hynek Fajmon, Gábor Harangozó, Zdzisław Zbigniew Podkański, Armando Veneto

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2))preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Jorgo Chatzimarkakis, Wiesław Stefan Kuc

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

  • [1]  Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.
  • [2] 1 fn
  • [3] 2 fn

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SAJD (25.1.2007)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikeldwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE
(COM(2006)0397 – C6‑0243/2006 – 2006/0129(COD))

Rapporteur ta' l-opinjoni: Dorette Corbey

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

1. Sfond ġenerali

Kien fl-1976 li l-Komunità adottat għall-ewwel darba dispożizzjonijiet leġiżlattivi rigward it-tniġġis kimiku ta' l-ilma (id-Direttiva76/464/KEE dwar it-tniġġis ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi mitluqa fl-ambjent akkwatiku tal-Komunità).

Wara, bosta "direttivi affiljati" li stabbilew limitu ta' valuri għall-emisjonijiet u miri għall-kwalità ta' l-ambjent għal 18 il-kontaminant speċifiku ġew adottati bejn 1982 u l-1990.

Id-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma (DKE) 2000/60/KE introduċiet fl-Artikolu 16 strateġija aġġornata, komprensiva u effikaċji għall-ġlieda kontra t-tniġġis kimiku ta' l-ilma tal-wiċċ. Id-DKE tistabbilixxi l-qafas ġenerali għal strateġija kontra t-tniġġis ta' l-ilma tal-wiċċ u titlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposti li jistupulaw miżuri speċifiċi kontra t-tniġġis ta' l-ilma minn ċerti kontaminanti jew gruppi ta' kontaminanti li huma ta' periklu sinifikattiv għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu.

L-ewwel stadju kien l-adozzjoni tad-deċiżjoni 2455/2001/KE li daħlet flok il-lista ta' qabel imħabbra mill-Kummissjoni fl-1982. Il-Kummissjoni wara ġiet mistiedna biex tippreżenta standards ta' kwalità ambjentali (ara l-Artiklu 16 (7) ) u kontrolli għall-emissjonijiet (ara l-Artikolu 16, (6) u (8)) għal dawn is-sustanzi prijoritarji.
Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tħares u ttejjeb il-kwalità ta' l-ambjentskond il-prinċipju ta' l-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li tqis kif jixraq is-settur tas-sajd u tal-popolazzjonijiet li jiddependi minnu.

Barra minn hekk, il-proposta li tissimplifika l-leġiżlazzjoni, kif ukoll il-komunikazzjoni inkluża magħha, jikkunsidraw bis-sħiħ l-iskopijiet u d-dispożizzjonijiet ta' testi oħra leġiżlattivi tal-Komunità b'mod partikulari rigward il-politika dwar sustanzi kimiċi (b'mod partikulari REACH u d-direttiva dwar il-pestiċidi), id-DirettivaIPPC u l-istrateġiji tematiċi (b'mod partikulari dawk dwar l-ambjent marittimu u l-użu sostenibbli ta' pestiċidi).

II. Sfond storiku

It-tniġġis kimiku ta' l-ilma tal-wiċċ jista' jfixkel l-ekosistemi akkwatiċi u jirriżulta bl-eliminazzjoni ta' l-abitanti u ta' l-ispeċi.

Il-kontaminanti jistgħu jinġemgħu fil-katina alimentari u jkunu ta' ħsara għal predaturi li jieklu ħut ikkontaminat. L-esponiment tal-bniedem għall-kontaminanti li jinsabu fl-ambjent akkwatiku huma marbut mal-konsum tal-ħut, ma' ikel li joriġina mill-baħar u ma' l-ilma tax-xorb, kif ukoll f'ċerti każi mal-prattika ta' attività sportiva.

Il-kontaminanti jibqgħu fl-ambjent għal bosta snin ukoll wara li jiġu pprojbiti u jistgħu jintelqu fl-ambjent permezz ta' sorsi varji (agrikultura, industrija, inċenerazzjoni, eċċ.) taħt għamla ta' prodotti jew, mhux intenzjonalment, bħala prodotti sekondarji; jistgħu ikunu ta' natura "storika" jew jistgħu ikunu użati ta' kuljum fi prodotti għad-djar.

Fi stadju bikri ta' l-istrateġija, kif definit fl-Artikolu 16), ġiet stabbilita lista ta' sustanzi prijoritarji (deċiżjoni 2455/2002/KE) li tinkludi 33 sustanza ta' interess prijoritarju fil-livell Ewropew. Il-proposta attwali għandha l-għan li, bil-formulazzjoni ta' standards ta' kwalità ambjentali (EQS) tiggarantixxi livell għoli ta' protezzjoni kontra l-periklu li dawn it-33 sustanza prijoritarja u ċerti kontaminanti oħrajn jikkostitwixxu għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu.

Tnaqqis tat-tniġġis kimiku ta' l-ilma permezz tar-rispett għall-EQS jista' jkollu bosta benefiċċji pożittivi fil-livell ambjentali u soċjali.

Filfatt, il-benefiċċji għas-settur tas-sajd kummerċjali u s-sajd rikreattiv huma: it-tnaqqis ta' ħut li ma jkunux tajjeb għall-konsum tal-bniedem; it-tnaqqis ta' l-impatt negattiv fuq il-konsum ta’ ħut li huma kkunsidrati bħala theddida għas-saħħa tal-bniedem; it-tnaqqis ta' l-esponiment għal tniġġis kimiku minħabba l-konsum tal-ħut; il-possibilità ta' tkabbir tal-ħażniet tal-ħut u tal-varjetà akbar tagħhom; dħul ekonomiku ogħla għas-settur tas-sajd kummerċjali u s-sajd rikreazzjonali. Fis-settur tal-akkwakultura tal-ħut u dik tal-frott tal-baħar, il-konformità ma' l-EQS tittraduċi ruħhu b'mod pożittiv f'titjib tal-produzzjoni tas-setturi, tnaqqis fl-akkumulazzjoni ta' sustanzi perikolużi fit-tessut tal-ħut u tal-frott tal-baħar bil-qoxra u b'hekk, f'anqas esponiment tal-bniedem għal dawn is-sustanzi.

Jidher ċar li dan il-proċess integrali jista' jkollu effett importanti fuq is-saħħa tal-bniedem. It-tnaqqis tat-tniġġis kimiku jkollu riżultat pożittiv bit-tnaqqis ġenerali, l-ewwel nett għall-bniedem, ta’ l-esponiment għal sustanzi perikolużi li jiġi minn tniġġis fl-ikel li ġej mill-baħar.

Il-proposta tal-Kummissjoni tillimita ruħha biex tistabbilixxi EQS fil-livell Ewropew. Miżuri oħra speċifiċi għall-kontroll tat-tniġġis jitħallew għal deċiżjonijiet ta' l-Istati Membri billi jeħtieġ li jiġu applikati għadd ta' leġiżlazzjonijiet attwali oħrajn Komunitarji sabiex id-dispożizzjoniet ta' l-Artikolu 16 (6) u 16 (8) jiġu rrispettati.

L-istrument propost hija direttiva li tistabbilixxi l-iskopijiet li huma mmirati biex jilħqu kwalità ambjentali minn issa sa l-2015.

III. Evalwazzjoni

Ta' min wieħed jagħmel xi ftit kummenti rigward l-effetti fuq is-settur tas-sajd. Iċ-ċomb huwa magħtuf bħala sustanza perikoluża u l-emissjonijiet tiegħu fl-ilma jeħtieġ li jitnaqqsu kemm jista' jkun. Fejn dan is-settur jista' jikkontribwixxi huwa stess għal dan it-tnaqqis jeħtieġ li jiġi inkuraġġut. Fl-analiżi ta' l-impatt tagħha l-Kummissjoni tindika (paġna 53) li d-dijossinu, il-furran u l-PCB huma kontaminanti "storiċi" li huma kkontrollati adegwatament. Mhux faċli li wieħed jaqbel ma' din l-opinjoni ottimistika għaliex wara l-istrateġija fuq din il-kwistjoni fl-2001 ma ġiex innutat xi tnaqqis partikulari tal-livelli fil-ħut u b'mod partikulari fil-Baltiku, dawn il-livelli baqgħu l-istess. Dan jista' jiġi spjegat l-aktar minħabba li dawn il-kontaminati jibqgħu maqbudin fis-sedimenti u minn żmien għal żmien jintreħew lura fl-ilma. Jihder għalhekk ġustifikat li wieħed jitħasseb dwar it-thedida li dan jirrapreżenta għall-ambjent akkwatiku minħabba l-iskarikar illegali tal-PCB.

It-tielet osservazzjoni tirrigwarda l-proposta dwar il-limiti ta' konċentrazzjoni tal-hexachlorobenzene, il-hexachlorobutadene u l-merkurju fil-piż naturali tal-ħut, tal-molluski u l-krustacji u ta' bijota oħra. Jekk xi Stat Membru jiddeċiedi li jintroduċi xi standards aktar stretti sabiex jintlaħqu l-livelli stipolati fl-Artikolu 2 (3), tkun meħtieġa koordinazzjoni ta' dawn il-miżuri ma' dawk ta' Stati Membri oħrajn li jaqsmu l-istess baċini ta' xmajjar. Jekk ikun meħtieġ dawn l-Istati oħrajn, partikularment dawk il-pajjiżi atn-naħa ta’ fuq tal-fluss ta' l-ilma, għandhom jadattaw l-istess standards.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Sajd jitlob lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala kumitat risponsabbli, biex idaħħal fir-rapport tiegħu l-emendi li ġejjin:

Test propost mill-KummissjoniEmenda tal-Parlament

Emenda 1

PREMESSA 7a (ġdida)

 

(7a) Ċerti sustanzi, għalkemm huma ta' ħsara kbira għall-ħut jekk jinsabu fl-ilma tal-wiċċ madankollu ma jidhrux fil-listi ta' l-istandards ta' kwalità ambjentali ta' l-ilma. Dawn huma b'mod partikulari l-SPFO u t-t-tetrabromobisphenol A (TBBP-A). Jekk hemm bżonn, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti għal dawn is-sustanzi għall-adozzjoni fl-istandards ta' kwalità ambjentali ta' l-ilma.

Ġustifikazzjoni

Il-PCB, id-dijossini, l-SPFO u t- tetrabromobisphenol jagħmlu ħsara kbira għall-ambjent u għandhom jidħlu fil-lista ta' sustanzi li għalihom japplikaw l-istandards ta' kwalità ambjentali.

ARTIKOLU 2

PREMESSA 11 a (ġdida)

 

(11a) Iċ-ċomb, li hu użat fit-tagħmir tas-sajd rikreattiv jew professjonali, huwa sors ta’ tniġġis ta' l-ilma. Sabiex jitnaqqas il-livell taċ-ċomb fiż-żoni tas-sajd, l-Istati Membri għandhom jinkuraġġixxu lis-setturi tas-sajd biex jibdlu ċ-ċomb ma' sostituti anqas perikolużi.

Emenda 3

PREMESSA 11b (ġdida)

 

(11b) Il-polychlorinated biphenyls (PCBs) u d-dijossini huma żewg gruppi velenużi, persistenti u bijoakkumulattivi. Dawn iż-żewġ gruppi ta' sustanzi huma ta' riskju kbir għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent u għandhom effett ta' ħsara kbira fuq l-ispeċi akkwatiċi u jikkompromettu għalhekk il-vijabilità tas-settur tas-sajd. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnutat bosta drabi li jeħtieġ li dawn is-sustanzi jiġu inklużi fil-lista ta' sustanzi prijoritarji. Jeħtieġ għalhekk li din id-direttiva tipprevedi li fil-futur dawn jiddaħħlu fil-lista ta' sustanzi prijoritarji.

Emenda 4

ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 3, SUBPARAGRAFU 2

Għall-skopijiet ta’ monitoraġġ tal-konformità ma’ l-istandards ta’ kwalità ambjentali tas-sustanzi mniżżla fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru għandu jew jintroduċi standard għall-ilma iktar strett li jieħu post dak imniżżel fil-Parti A ta’ l-Anness I, jew jistipola standard addizzjonali għall-bijota.

 

Għall-skopijiet ta’ monitoraġġ tal-konformità ma’ l-istandards ta’ kwalità ambjentali tas-sustanzi mniżżla fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru għandu jew jintroduċi standard għall-ilma iktar strett li jieħu post dak imniżżel fil-Parti A ta’ l-Anness I, jew jistipola standard addizzjonali għall-bijota. Jekk distrett ta' xmajjar jestendi fuq bosta Stati Membri dawn jekk hemm ikun hemm bżonn għandhom japplikaw l-istess standards.

                                                                 

 

Emenda 5

ARTIKOLU 4a (ġdid)

 

Artikolu 4 a

Inklużjoni tad-dijossini u l-PCB

Konformi mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/CE u qabel il-31 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta għal reviżjoni ta' din id-direttiva bl-iskop li tinkludi d-dijossini u l-PCB fil-lista ta' sustanzi prijoritarji inklużi fl-Anness II u tinkludi l-istandards relevanti ta' kwalità ambjentali fl-Anness 1.

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal direttiva mill-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiddefinixxi qafas għall-protezzjoni tal-ħamrija u li timmodifika d-Direttiva 2000/60/KE

Referenzi

COM(2006)0397 – C6 0243/2006 – 2006/0129(COD)

Kumitat risponsabbli

ENVI

Rapporteur għal opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH
5.9.2006

Rapporteur għal opinjoni:
  Data tal-ħatra

Dorette Corbey

27.9.2006

Eżami fil-kumitat

20.11.2006

20.12.2006

0.0.0000

 

 

Data ta' l-adozzjoni

25.1.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

 

Adottata unamimament

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

James Hugh Allister, Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Marie-Hélène Aubert, Iles Braghetto, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, David Casa, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Carmen Fraga Estévez, Ioannis Gklavakis, Pedro Guerreiro, Ian Hudghton, Heinz Kindermann, Albert Jan Maat, Rosa Miguélez Ramos, Philippe Morillon, Seán Ó Neachtain, Willi Piecyk, Dirk Sterckx, Catherine Stihler, Daniel Varela Suanzes-Carpegna

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Duarte Freitas, James Nicholson

PROĊEDURA

Titolu

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE

Referenzi

COM(2006)0397 - C6-0243/2006 - 2006/0129(COD)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

17.7.2006

Kumitat risponsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

5.9.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

5.9.2006

AGRI

5.9.2006

PECH

5.9.2006

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Anne Laperrouze

29.11.2005

 

 

Eżami fil-kumitat

22.1.2007

30.1.2007

28.2.2007

 

Data ta' l-adozzjoni

27.3.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Irena Belohorská, Johannes Blokland, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, Martin Callanan, Dorette Corbey, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Edite Estrela, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Matthias Groote, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Jules Maaten, Marios Matsakis, Linda McAvan, Alexandru-Ioan Morţun, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Dimitrios Papadimoulis, Guido Sacconi, Karin Scheele, Richard Seeber, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Glenis Willmott

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ambroise Guellec, Anne Laperrouze, Henrik Lax, Kartika Tamara Liotard, David Martin, Jiří Maštálka, Miroslav Mikolášik, Alojz Peterle, Robert Sturdy, Radu Ţîrle