Proċedura : 2006/2217(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0130/2007

Testi mressqa :

A6-0130/2007

Dibattiti :

PV 22/05/2007 - 19
CRE 22/05/2007 - 19

Votazzjonijiet :

PV 23/05/2007 - 5.10
CRE 23/05/2007 - 5.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0205

RAPPORT     
PDF 214kWORD 203k
4.4.2007
PE 382.414v01-00 A6-0130/2007

fuq ir-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tas-CFSP, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (punt H, paragrafu 40, tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999) - 2005

(2006/2217(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

Rapporteur: Elmar Brok

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġit
 PROĊEDURA

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

fuq ir-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tas-CFSP, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (punt H, paragrafu 40, tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999) - 2005
(2006/2217(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra r-rapport annwali mill-Kunsill (10314/1/2006),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tat-Trattat UE,

–       wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa, li ġie ffirmat f'Ruma fid-29 ta' Ottubru 2004,

–       wara li kkunsidra l-Istrateġija ta' Sigurtà Ewropea adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2003,

–       wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitjara u t-titjib fil-proċedura baġitarja(1), u b'mod partikulari il-paragrafu 40 tagħha,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda(2),

–       wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tas-16-17 ta' Ġunju 2005 u b'mod partikulari d-dikjarazzjoni tagħha dwar ir-ratifikazzjoni tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa, kif ukoll il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsilli Ewropej tal-15-16 ta' Ġunju u ta' l-14-15 ta' Diċembru 2006,

–       wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tal-15-16 ta' Diċembru 2005 dwar il-Prospettiva Finanzjarja 2007-2013,

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Jannar 2005 dwar it-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa(3),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2006 dwar il-Politika Komuni Barranija u ta' Sigurtà(2004)(4),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' Sigurtà Ewropea fil-kuntest ta' l-ESDP(5),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar il-passi li jmissu għall-perjodu ta' riflessjoni u analiżi dwar il-Futur ta' l-Ewropa(6) u r-riżultati tal-Laqgħa Parlamentari Konġunta dwar il-Futur ta' l-Ewropa: Mir-Riflessjoni għall-Azzjoni, li saret fl-4-5 ta' Diċembru 2006 f'Brussell,

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2006 dwar l-istrumenti finanzjarji ġodda għall-iżvilupp b'rabta ma' l-Objettivi tal-Millennju(7),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Ġunju u tat-13 ta' Diċembru 2006 dwar is-Samits bejn l-UE u r-Russja(8),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-1 ta' Ġunju 2006 dwar it-titjib fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-qafas ta' Ftehima ta' Sħubija Transatlantika u dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi transatlantiċi bejn l-UE u l-Istati Uniti(9),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2003 dwar il-paċi u d-dinjità fil-Lvant Nofsani u tas-7 ta' Settembru 2006 dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani(10),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Settembru 2006 dwar ir-Relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina(11),

–       wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Brussell tal-15 u s-16 ta’ Diċembru 2005 fuq “L-UE u l-Afrika: Lejn Sħubija Strateġika”,

–       wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-10 ta’ Marzu 2005 dwar ir-reviżjoni tat-Trattat tan-Non-Proliferazzjoni - L-Armi nukleari fil-Korea ta’ Fuq u fl-Iran(12), li ssostni li l-“Ma Tgħidx, Ma Titħallasx” (No Say, No Pay) huwa prinċipju li l-UE se ssegwi fit-trattamenti tagħhom mal-peniżola Koreana,–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Marzu 2006 dwar is-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija fl-Unjoni Ewropea(13),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-18 ta' Mejju 2006 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja 2005 u l-politika ta' l-UE dwar din il-kwistjoni (14)u ta' l-14 ta' Frar 2006 dwar il-klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-ftehimiet ta' l-UE(15),

–       wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħhu tat-13 ta’ Diċembru 2006 fuq l-aspetti istituzzjonali tal-kapaċità ta’ l-Unjoni Ewropea li tintegra Stati Membri ġodda(16),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2006 dwar l-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2006-2007(17)

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 112(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġit (A6‑/2007),

A.     billi huwa mistenni li, minn issa 'l quddiem, l-approċċ a posteriori tal-Kunsill li sempliċement jippreżenta lista deskrittiva ta' l-attivitajiet imwettqa fis-sena preċedenti fi ħdan il-Politika Komuni Barranija u ta' Sigurtà (CFSP) minflok ma jikkonsulta lill-Parlament minn qabel kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea se jiġi kkoreġut permezz ta' interpretazzjoni kostruttiva tal-Punti 42 u 43 tal-Ftehima Interistituzzjonali l-ġdida dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod tas-17 ta' Mejju 2006(18),

billi l-Kunsill imissu jbiddel dik il-prattika darba għal dejjem b'konsultazzjoni ġenwina mal-Parlament sabiex jiżgura li l-opinjonijiet tal-Parlament ikollhom impatt reali fuq l-għażliet li jsiru għas-sena ta' wara,

C.     billi wara l-ħames tkabbir ta' l-UE, 18-il Stat Membru rratifikaw it-Trattat Kostituzzjonali, iżda r-ratifikazzjoni sħiħ u d-dħul fis-seħħ tat-Trattat jeħtieġu jiġu segwiti sabiex ikun żgurat li l-Unjoni tkun kapaċi tiffaċċja r-responsabilitajiet globali, il-perikli u l-isfidi tad-dinja tal-lum,

D.     billi d-dispożizzjonijiet tat-Trattat Kostituzzjonali l-ġdid fir-rigward tar-relazzjonijiet esterni ma ġewx sfidati matul il-proċess ta' ratifikazzjoni li rriżulta fil-fatt li s-CFSP jaf ikollha rwol importanti fit-tisħiħ tal-kunfidenza fl-Unjoni mal-pubbliku ġenerali,

E.     billi l-azzjoni esterna ta’ l-Unjoni bħala ħaġa waħda u b’mod partikulari tas-CFSP trid tqis l-interessi ta’ l-Unjoni, b’mod partikulari l-qrubija ta’ kull pajjiż u reġjun terz lejn il-mudell u l-valuri Ewropej u l-fatt li l-Unjoni, bħala attriċi ġeopolitika maġġuri fuq il-palk dinji, iġġib ruħha bħala Unjoni politika, ekonomika, soċjali u ambjentali ta’ stati u popli impenjati fil-paċi li taġixxi skond il-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-ġustizzja soċjali, u għalhekk teħtieġ li jkollha sħab politiċi u ekonomiċi li jkunu b’saħħithom u ta’ min jorbot fuqhom,

F.     billi dan l-aħħar l-effikaċja u l-kredibilità tal-politika komuni barranija ġew imdgħajfa minħabba l-veto eżerċitat minn ċerti Stati Membri rigward kwistjonijiet bilaterali minkejja l-isforzi li saru minn Stati Membri oħra biex jinstab kompromess; billi l-Istati Membri għandhom jaġixxi b’mod ġust ma’ kulħadd u għandhom iżommu lura milli jużaw id-dritt tal-veto, filwaqt li jillimitaw dik il-proċedura għal kwistjonijiet ta’ interess Ewropew li jkunu ta’ sensitività kbira,

G      billi l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali jibqgħu objettivi ewlenin tas-CFSP u billi s-CFSP għandha tikkonċentra prinċipalment fuq l-integrazzjoni ekonomika, id-diplomazija, il-prevenzjoni ta’ kriżijiet fost in-nies ċivili u l-immaniġġjar tal-konflitti,

G.     billi, sabiex ikunu kredibbli, is-CFSP u l-Politika Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża (ESDP) għandhom ikunu allokati riżorsi addizzjonali li jilħqu ma' l-ambizzjonijiet tagħhom,

H.     billi l-iffinanzjar ta' operazzjonijiet militari mill-Unjoni Ewropea jibqa' fil-fatt barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' l-iskrutinju demokratiku kemm tal-parlamenti nazzjonali kif ukoll tal-Parlament Ewropew,

Ir-ratifikazzjoni tat-Trattat Kostituzzjonali bħala aspett ewlieni u l-għażla bażika tas-CFSP għall-2007

1.      Hu tal-fehma li mingħajr it-Trattat Kostituzzjonali, li ġie rratifikat minn 18-il pajjiż, l-Unjoni Ewropea ma tistax tifforma politika barranija u tas-sigurtà li tista’ għall-anqas b’mod parzjali tilqa’ l-isfidi l-aktar importanti bħal m’huma l-globalizzazzjoni, l-istati falluti u dawk li qed ifallu, il-migrazzjoni transkonfinali, it-terroriżmu internazzjonali, id-dipendenza fuq l-enerġia u l-bidla fil-klima; jidhirlu li l-effikaċja tas-CFSP teħtieġ bħala kundizzjoni l-iżvilupp ta' l-assi u l-kapaċitajiet meħtieġa sabiex ikunu salvagwardjati s-sigurtà, l-indipendenza u l-integrità ta’ l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha; f’dan ir-rigward ifakkar fl-appoġġ pubbliku wiesa’ li jeżisti fl-Istati Membri kollha favur irwol akbar għall-Unjoni fid-dinja, peress li l-Istati Membri m’għadhomx jistgħu jwettqu dan l-irwol b’mod individwali għaċ-ċittadini; jenfasizza l-ħtieġa li l-iffinalizzar tat-Trattat Kostituzzjonali ikun wieħed mill-prijoritajiet ewlenin għall-Presidenza preżenti l-UE u għal dik li tmiss;

2.      Jidhirlu li huwa meħtieġ li l-kariga ta’ Ministru għall-Affarijiet Barranin tkun stabbilita u iqis li hija ħaġa essenzjali li hu jew hi fl-istess ħin ikunu kemm membru tal-Kummissjoni kif ukoll jippresiedu fuq il-Kunsill ta’ l-Affarijiet Barranin, sabiex is-CFSP tingħata kontiwità u koerenza u l-Ewropa tkun tista’ titkellem b’vuċi waħda;

3.      Hu tal-fehma, f’dan ir-rigward, li l-ħolqien tal-post il-ġdid ta’ Ministru ta’ l-UE għall-Affarijiet Barranin għandu jkun akkumpanjat minn impenn ġenwin mill-Istati Membri biex tkun iddefinita u implimentata politika komuni barranija vera u effettiva li tkun tirrifletti l-interessi ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea;

4.      Jinnota li l-klawsola ta’ l-assistenza reċiproka, l-koperazzjoni strutturali, is-Servizz Ewropew ta’ Azzjoni Esterna u l-personalità waħda legali huma eżempji tal-progress meħtieġ urġentement ipprovdut mit-Trattat Kostituzzjonali;

5.      Jenfasizza li kunsens politiku u soċjali dwar integrazzjoni akbar tal-politika barranija u tas-sigurtà joffri bażi soda biex minnha jitmexxa 'l quddiem il-proċess kostituzzjonali;

6.      Għal darba oħra jħeġġeġ lill-Kapijiet ta’ Stat u lill-Kapijiet ta’ Gvern jiffinalizzaw it-Trattat Kostituzzjonali sa tmiem is-sena 2008, mhux biss bħala prerekwiżit għal tkabbiriet oħra imma wkoll sabiex l-Unjoni titħalla li taħdem b’mod aktar effettiv, b’mod aktar trasparenti u b’mod aktar demokratiku fil-qasam kemm ta’ l-azzjoni esterna u kemm f’dak tas-CFSP/ESDP;

L-immiljorar ta’ l-effiċjenza, il-koerenza u l-viżibilità tas-CFSP

7.      Jilqa’ b’sodisfazzjoni it-twaqqif ta’ l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, l-iżvilupp tal-kunċett tal-Gruppi ta’ tattika, it-twaqqif tal-Politika Ewropea tal-Viċinanza u l-applikazzjoni tal-Klawżola ta’ Solidarjetà biex ikunu opponuti t-theddidiet u l-attakki terroristiċi, u wkoll it-twaqqif ta’ l-Għanijiet Ċivili Ewlenin, l-Iskwadri ta’ Ċivili għar-Reazzjoni għall-Kriżijiet u s-Sħubija għall-Bini tal-Paċi fl-ambitu ta’ l-Istrument ta’ Stabilità; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-Korpi Ċivili tal-Paċi kif mitlub mill-Parlament f'diversi riżoluzzjonijiet;

8.      Jaraha bħala ħaġa aktar xierqa li l-Kunsill u l-Kummissjoni jużaw l-għażliet proċedurali u organizzazzjonali li għandhom, filwaqt li waqt li għaddej il-proċess jissaħħu r-rabtiet li hemm bejn l-ewwel u t-tielet pilastru ukoll, permezz ta'

(a)    it-tressiq ta' proposti konġunti mir-Rappreżentant Għoli tas-CFSP u mill-Kummissjoni lill-Kunsill relatati kemm mas-CFSP kif ukoll ma' azzjoni esterna;

(b)    laqgħat konġunti regolari bejn il-Grupp ta' Kummissarji għal Relazzjonijiet Esterni, ir-Rappreżentant Għoli għas-CFSP u delegazzjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew sabiex issir evalwazzjoni u jiġu kkoordinati aħjar prijoritajiet strateġiċi,

(c)    laqgħat konġunti regolari bejn il-Gruppi ta' Ħidma tal-Kunsill u l-COREPER, ir-rapporteurs tal-Kummissjoni u tal-Parlament sabiex ikun hemm fehim aħjar tal-pożizzjoni ta' kulħadd,

(d)    l-użu frekwenti tal-mekkaniżmu ta' l-"EU Core Groups", maħluq oriġinarjament biex jindirizza kwistjonijiet ta' politika fir-rigward tas-Somalja fl-2004, peress li huwa mekkaniżmu li jsaħħaħ il-ħolqiet istituzzjonali u jgħaqqad flimkien ir-Rappreżentant Għoli għas-CFSP u l-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Presidenza u dawk l-Istati Membri li jixtiequ jingħaqdu; jenfasizza, madankollu, li dan il-mekkaniżmu huwa partikolarment xieraq għat-trattat ta' kwistjonijiet ta' politika dwar affarijiet barranin li ma jipprovokawx każijiet kbar ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Istati Membri waqt li jibqa' importanti għal bosta minnhom;

(e)    il-qsim mhux riżervat ta' informazzjoni, rapporti u analiżi miġbura mis-servizzi, mid-delegazzjonijiet, mir-Rappreżentanti Speċjali, mill-ambaxxati, eċċ ta' l-Unjoni u l-istituzzjonijiet tagħha u ta' l-Istati Membri,

(f)     it-titjib fil-koperazzjoni bejn id-Direttorati għal Azzjonijiet Esterni tat-tliet Istituzzjonijiet tal-Komunità billi jiġu faċilitati laqgħat ta' ħidma regolai u skambji fuq livelli għoljin u intermedji, inklużi r-rotazzjoni u l-iskambju ta' impjegati tas-servizz ċivili Ewropej li jittrattaw kwistjonijiet dwar affarijiet esterni,

(g)    l-inkoraġġiment ta’ djalogu u l-illanċjar ta’ proċeduri biex tkun stabbilita Akkademja Diplomatika ta’ l-UE;

(h)    jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tiżviluppa d-delegazzjonijiet li jaqgħu fl-isfera tar-responsabilità tagħha f'"ambaxxati" ta' l-Unjoni;

(i)     l-attribuzzjoni b'mod awtomatiku tal-funzjonijiet tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni għal pajjiż terz lill-Kap tad-Delegazzjoni ta' l-UE f'dak il-pajjiż, bħal fil-każ tal-dik li qabel kient ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM);

(j)     it-titjib ta’ l-interazzjoni bejn, fuq naħa, il-127 delegazzjoni u rappreżentanza tal-KE u fuq in-naħa l-oħra, istituzzjonijiet u delegazzjonijiet oħrajn ta' l-UE, ministerji ta' l-affarijiet barranin u ambaxxati ta' l-Istati Membri billi jiġu organizzati kuntatti u laqgħat regolari, tiġi pprovduta għajnuna prattika u jiġi organizzat l-iskambju ta' l-istaff diplomatiku ta' l-Istati Membri ma' uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet rilevanti fuq bażi reċiproka;

9.      Jistieden lill-Istati Membri ta’ l-UE li qed iservu fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti – wara li jkunu infurmaw lill-Istati Membri oħra – sabiex jagħtu widen għas-suġġerimenti tagħhom u jippruvaw isegwu azzjoni kkoordinata fi ħdan il-Kunsill tas-Sigurtà li tkun tirrifletti l-opinjonijiet Ewropej l-aktar mifruxin;

10.    Jistieden lill-Istati Membri ta’ l-UE li huma wkoll membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex itejbu l-koordinament tagħhom fi ħdan dak il-qafas sabiex tissaħħaħ l-effikaċja ta’ l-azzjoni ta’ l-UE fuq il-palk dinji u biex fil-ġejjieni qarib jiddeċiedu rigward siġġu Ewropea komuni;

11.    Hu tal fehma li, mingħajr l-introduzzjoni tal-votazzjoni ta’ maġġoranza kkwalifikata fi kwistjonijiet tas-CFSP, il-koerenza, l-effikaċja u l-viżibilità ta’ l-azzjoni esterna ta’ l-Unjoni tkun imdgħajfa bil-kbir;

12.    Huwa tal-fehma li jista' jsir iktar biex jissaħħaħ id-djalogu politiku ma' pajjiżi u reġjuni terzi, b'mod partikulari ma' l-isħab ewlenin, kif ukoll biex isiru aktar proattivi fir-relazzjonijiet ma' organizzazzjonijiet internazzjonali; jaħseb li n-netwerk ta' delegazzjonijiet tal-Kummissjoni jista' jintuża b'mod aktar flessibbli u dinamiku;

13.    Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-djalogu politiku ma' pajjiżi terzi jeħtieġ li jkun intensifikat, mhux l-inqas fejn jidħlu d-drittijiet tal-bniedem; jemmen ukoll li l-istituzzjonijiet tal-Komunità u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tad-delegazzjonijiet tagħhom ikunu konxji tal-linji gwida dwar id-drittijiet tal-bniedem approvati mill-Kunsill, jibnu fuqhom, u jaġixxu f’konformità magħhom;

14.    Ifakkar b'rabta ma' dan, l-irwol sinjifikattiv li d-diplomazija parlamentari jista' jkollha bħala għodda kumplimentarja fir-relazzjonijiet ta' l-Unjoni ma' pajjiżi u reġjuni terzi; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jistabbilixxu rabtiet aktar mill-qrib, ibbażati fuq il-koperazzjoni, mat-tliet assembleji interparlamentari maġġuri (l-Assemblea Parlamentari Konġunta ta’ l-AKP-UE, l-Assemblea Parlamentarja Ewro-Mediterranja u l-Assemblea Parlamentarja ta’ l-UE-Amerika Latina), li jilagħbu rwol importanti u li jġibu flimkien parlamentari minn madwar id-dinja kollha, li b’hekk isaħħu l-leġittimità demokratika u jipprovdu fora politiċi ta’ siwi għad-djalogu ġenerali; jagħti responsabilità lill-organi responsabbli tal-Parlament biex jikkoordinaw u jsaħħu l-appoġġ amministrattiv għal dawn l-assembleji interparlamentari f’dan is-sens;

15.    Huwa tal-fehma li sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' koerenza attwali u sabiex jimtela "in-nuqqas fl-aspettattivi ta' kapaċità", l-Unjoni għandha tisfrutta l-għodod kollha disponibbli fil-qasam ta' l-azzjoni esterna, bħall-politiki li jkopru l-kummerċ, l-għajnuna, il-politika barranija u l-ESDP, kif ukoll id-dimensjoni esterna tal-politiki fuq l-ambjent, ir-riċerka, it-trasport, l-agrikoltura, is-sajd u l-intern;

Rakkomandazzjonijiet dwar aspetti tematiċi varji għall-2007

16.    Jinsisti li, sabiex ikunu ggarantiti l-prosperità u s-sigurtà, il-prijorità għandha timmira numru limitat ta’ oqsma li jorbtu aħjar max-xewqat u l-interessi taċ-ċittadini Ewropej u l-aspettattivi tagħhom tal-parti li għandha tintlagħab mill-Unjoni affarijiet internazzjonali - bħalma huma l-konsolidazzjoni tad-demokrazija, is-sigurtà tal-bniedem u l-ġlieda kontra l-organizzazzjonijiet terroristiċi, l-immaniġġjar tal-migrazzjoni, id-djalogu interkulturali, is-sigurtà ta’ l-enerġija, il-bidla fil-klima, il-kontroll ta’ l-armi u d-diżarmament, in-non-proliferazzjoni ta’ l-armi għall-qerda tal-massa (WMD) u l-kontribut ta’ l-Unjoni lejn it-tnaqqis tal-faqar u lejn il-ksib ta’ l-Objettivi ta’ Żvilupp tal-Millenju, kif ukoll l-iżvilupp soċjali;

17.    Jistieden lill-Kummissjoni biex tiffoka, f'dawk l-oqsma ta' prijorità, fuq l-istumenti u l-politiki politiċi, kummerċjali, ekonomiċi u finanzjarji taħt l-ewwel pilastru tat-trattati attwali, sabiex isservi aħjar l-objettivi ta' l-Unjoni fi kwistjonijiet madwar id-dinja; hu tal-fehma li l-azzjoni esterna ta' l-UE tista' tibbenefika wkoll minn sitwazzjoni fejn aktar nisa jkunu jokkupaw pożizzjonijiet ta' tmexxija, inkluż il-qasam tas-CFSP;

18.    Itenni li l-Istrateġija tas-Sigurtà ta' l-Unjoni għandha tiġi aġġornata, waqt li żżomm l-approċċ dualistiku ċivili/militari u l-kunċetti kruċjali tagħha ta' impenn preventtiv u multilateraliżmu effettiv, tinkorpora s-sigurtà ta' l-enerġija, il-bidla fil-klima u l-prevenzjoni tat-tixrid tal-faqar fid-dinja bħala sfidi ewlenin għas-sigurtà ta' l-Unjoni;

19.    Isostni li t-terroriżmu jikkostitwixxi wieħed mit-theddidiet prinċipali għas-sigurtà ta’ l-Unjoni iżda jrid jiġi miġġieled mingħajr ma jiġu offiżi kontra l-valuri universali tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u l-ħarsien ta’ dawn, f’koperazzjoni mill-qrib ma’ sħab internazzjonali, u f’konformità ma’ l-istrateġija stabbilita min-Nazzjonijiet Uniti;

20.    Itenni li, filwaqt li l-ġlieda kontra t-terroriżmu tikkostitwixxi parti essenzjali mill-azzjoni esterna ta’ l-Unjoni, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet ċivili għandhom jibqgħu prijorità għall-UE; jidhirlu li għandu jsir wisq aktar biex tissaħħaħ il-koperazzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fuq il-bażi tal-liġi internazzjonali u tal-Karta tan-NU;

21.    Jenfasizza d-dimensjoni importanti tal-politika barranija fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-enerġija, inkluża d-dipendenza ta' l-Unjoni fuq l-enerġija u provvisti strateġiċi oħrajn minn pajjiżi u reġjuni li qed isiru dejjem aktar instabbli, kif ukoll il-kwistjoni ta' l-aċċess għal sorsi alternattivi u l-iżvilupp tagħhom; jirrofta kull restrizzjoni fil-provvisti ta’ l-enerġija bħala strument politiku, u jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm solidarjetà fil-politika ta’ l-enerġija fost l-Istati Membri ta’ l-UE; hu tal-fehma li għandu jsir kull sforz sabiex titnaqqas dipendenza bħal din; jenfasizza l-ħtieġa li l-azzjoni esterna ta’ l-Unjoni tkun immirata lejn strateġija komuni u lejn appoġġ għal proġetti diretti lejn id-diversifikazzjoni tal-provvisti ta’ l-enerġija;

22.    Jenfasizza l-interess vitali ta' l-Unjoni Ewropea fit-tisħiħ tal-governanza globali, l-istituzzjonijiet internazzjonali u l-valur tal-liġi internazzjonali; jinsisti fuq l-irwol fundamentali li għandha n-Nazzjonijiet Uniti fl-iżvilupp tal-governanza globali; jerġa' jtenni dwar il-ħtieġa li ċ-Ċina u l-Indja, bħala pajjiżi potenti emerġenti, kif ukoll ir-Russja, jiġu involuti fit-teħid tar-responsabilità għall-qagħda tal-governanza globali u għal soluzzjonijiet għal sfidi globali, flimkien ma' l-irwol insostitwibbli li s-sħab transatlantiċi jrid ikollhom b'mod konġunt f'dan il-kuntest;

23.    Jissottolinja l-importanza li tkompli tiġi żviluppata d-dimensjoni tal-koperazzjoni reġjonali fil-politika barranija ta’ l-Unjoni, b’mod speċjali fiz-zona tal-viċinanza tagħha, billi jiġu msaħħa r-relazzjoni mar-reġjun tal-Baħar l-Iswed u l-ġirien tiegħu sabiex ikunu pprovduti soluzzjonijiet reġjonali li jippromwovu l-istabilità, l-iżvilupp u l-prosperità;

24.    Ifakkar lill-Unjoni biex tħeġġeġ lil sħabha jfittxu l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, peress li dawn il-kriterji jiffurmaw il-bażi għal dinja li tgawdi r-risq u s-sigurtà;

25.    Jesprimi t-tħassib tiegħu, f’dan ir-rigward, dwar l-ewwel prova ta’ arma għal kontra s-satelliti mwettqa miċ-Ċina f’Jannar ta’ l-2007; iqis dan il-fatt bħala sinjal ta’ l-eskalazzjoni ta’ l-armamenti fl-ispazju; jistieden lill-Kunsill jieħu inizjattiva fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti biex jingħata bidu għal negozjati multilaterali għal projbizzjoni internazzjonali kontra armamenti bħal dawn;

26.    Huwa tal-fehma li għandu jsir ħafna iktar mill-perspettiva ta' l-azzjoni esterna biex jitwaqqaf it-tixrid tal-faqar fid-dinja, biex jiġu miġġielda l-istigmatizzazzjoni u d-diskriminazzjoni u l-mard serju; jerġa' jtenni l-importanza li jinżammu l-impenji ta' l-Unjoni biex jintlaħqu l-Objettivi ta' Żvilupp tal-Millennju;

27.    Jilqa' l-isforzi kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Kunsill biex tiġi indirizzata l-kwistjoni ta' l-immigrazzjoni illegali bħala parti prominenti mill-azzjoni esterna ta' l-Unjoni, fir-relazzjonijiet tagħha kemm mal-pajjiżi ta' l-oriġini kif ukoll mal-pajjiżi ta' tranżitu; hu tal-fehma li l-koperazzjoni għall-iżvilupp għandha tindirizza wkoll il-kawżi li huma l-għeruq ta’ l-immigrazzjoni tal-mases u għandha tinkludi l-involviment aktar b’saħħtu mill-Unjoni fis-soluzzjoni tal-konflitti sabiex jintlaħqu l-Objettivi ta’ l-Iżvilupp tal-Millenju, b’mod partikulari f’dak li jirrigwarda l-pajjiżi Afrikani; jenfasizza li l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali għandha ssir fil-konfini ta’ azzjonijiet ġudizzjarji u tal-pulizija u li l-politiki ta’ l-Unjoni Ewropea għandhom jindirizzaw ukoll il-kawżi li huma l-għeruq ta’ l-immigrazzjoni illegali;

28.    Itenni r-Riżoluzzjoni tal-Parlament ta’ l-14 ta’ Frar 2006 imsemmija hawn fuq fuq il-klawsola tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-ftehimiet ta’ l-Unjoni Ewropea, u jistiedem lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jagħtu widen għar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti f’dik ir-riżoluzzjoni, sabiex ikun hemm kontroll aħjar tal-ftehimiet ta’ kull tip bejn l-Unjoni u l-ħafna Stati msieħba, fejn il-klawsoli tad-demokrazija jiffurma b’mod konsistenti element essenzjali; itenni l-impenn tiegħu li jikkumbatti kontra l-impunità għal dawk li jkunu ħatja ta’ delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u vjolazzjonijiet serji oħra tad-drittijiet tal-bniedem, inter alis billi jiġi msaħħaħ l-irwol tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;

29.    Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ l-implimentazzjoni effettiva tal-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem, in-non-proliferazzjoni u kontra t-terroriżmu fi ftehimiet ta' kull tip ma' pajjiżi terzi, u b'hekk jiġu evitati modifikazzjonijiet ad hoc sabiex ikunu żgurati l-koerenza u l-effettività; jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta, fi ħdan il-qafas ta' l-istrumenti l-ġodda għall-Istabbilità, ta’ dawk għal Qabel l-Adeżjoni, ta' l-ENPI u tad-DCI, proposti li jipprovdu għajnuna teknika u finanzjarja lill-pajjiżi terzi sabiex jgħinuhom jilħqu l-impenji tagħhom li jirriżultaw mill-klawsoli msemmija hawn fuq; jenfasizza l-ħtieġa li dawk l-istrumenti l-ġodda jkunu applikati b’mod li jkun konsistenti ma’ l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem li sar ġdid, u b’mod li jkun kumplimentari għalih;

Prijoritajiet fiz-zoni ġeografiċi għall-2007

30.    Jirrakkomanda li jittieħdu passi biex it-tkabbir ta’ l-Unjoni jkun sostnut bħala objettiv essenzjali ta’ l-aġenda politika ta’ l-Unjoni fl-2007, għalkemm hu tkabbir li għandu jkun konsistenti mal-kapaċità ta’ l-Unjoni li tintegra Stati Membri ġodda (meta wieħed iqis l-impatt tat-tkabbir fuq l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni, fuq ir-riżorsi finanzjarji tiegħu u fuq il-kapaċità tiegħu li jsegwi l-objettivi politiċi tiegħu), biex tkun imsaħħa l-Politika Ewropea tal-Viċinanza, inkluż permezz ta’ l-inizjattivi biex ikunu msaħħa r-relazzjonijiet ekonomiċi, politiċi, dawk ta’ sigurtà u dawk ta’ l-enerġija bejn l-UE u l-pajjiżi fiz-zona tal-Baħar l-Iswed, biex ikunu segwiti sforzi li jikkontribwixxu għall-istabilizzazzjoni tal-Balkani tal-Punent inklużi tħejjijiet għall-adeżjoni ma’ l-UE, f’konformità ma’ l-“Aġenda tas-Salonika”, biex in-negozjati mas-Serbja dwar Ftehima ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jerġgħu jitkomplew minn fejn tħallew, biex tissaħħaħ il-koperazzjoni Ewro-Mediterranja, biex tkun żviluppata sħubija bbilanċjata u wiesgħa ħafna mar-Russja, li tkun tkopri l-isfidi, il-kummerċ u l-enerġija internazzjonali, imma fuq kollox kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokratizzazzjoni, u biex jiġu approfonditi r-relazzjonijiet ma’ l-Asja Ċentrali permezz tal-koperazzjoni sħiħa mal-korpi relevanti internazzjonali li huma attivi fir-reġjun;

31.    Jidhirlu li l-promozzjoni tas-solidarjetà nazzjonali, l-istabilità, il-paċi u l-iżvilupp demokratiku u ekonomiku nazzjonali għandhom ikomplu jkunu fost il-prijoritajiet tal-politika ta’ l-Unjoni għall-Afganistan matul is-snin li ġejjin; jitlob li dawn il-kompiti jkunu allokati finanzjament affidabbli li jkun jista’ jiġi ppjanat fuq tul ta’ żmien medju; jidhirlu li hemm ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tappoġġja, b’mod partikulari, l-iżvilupp ta’ istituzzjonijiet nazzjonali u statali b’saħħithom, l-iżvilupp ekonomiku u kulturali tal-pajjiż, id-diżarmament tal-milizji privati u l-ġlieda kontra l-kultivazzjoni tad-drogi u l-ikkummerċjar tagħhom;

32.    Jilqa’ b’sodisfazzjon l-Inizjattiva l-ġdida għall-Asja Ċentrali ppreżentata mill-Presidenza Ġermaniża, li tista’ tirriżulta f’approċċ aktar effettiv u involut fil-politika esterna ta’ l-Unjoni Ewropea għar-reġjun; jidhirlu li l-Inizjattiva tkun tista’ tiżviluppa koperazzjoni unika u wiesgħa ħafna bejn l-UE u l-pajjiżi ta’ l-Asja Ċentrali; hu tal-fehma li l-Unjoni Ewropea għandha interess vitali li tara stabilità akbar ta’ l-iżvilupp ekonomiku u rekord aħjar tal-governanza u tad-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun;

33.    Fid-dawl ta’ multilateraliżmu effettiv, itenni l-ħtieġa li r-riforma tan-NU titkompla kollha kemm hi, b’konċentrazzjoni speċjali fuq l-irriformar tal-Kunsill tas-Sigurtà; jilqa’ b’sodisfazzjon, f’dan ir-rigward, l-isforzi promettenti għal riforma li nbdiet mill-President ta’ l-Assemblea Ġenerali;

34.    Hu tal-fehma li għandu jsir kull sforz biex is-sitwazzjoni fil-Libanu tiġi stabbilizzata, u li l-Kummissjoni għandha timmoniterja b’mod preċiż u fil-fond il-modi li bihom hija wżata l-għajnuna finanzjarja ta’ l-UE; jistieden lill-Kunsill jintensifika l-isforzi, fi ħdan il-qafas tal-Kwartett tal-Lvant Nofsani (l-Istati Uniti ta’ l-Amerka, il-Federazzjoni Russa, l-UE u n-NU), sabiex jiġu nkuraġġiti negozjati bejn l-Iżraeliti u l-Palestinjani għal-soluzzjoni komprensiva ta’ paċi fuq il-bażi ta’ żewġ Stati sikuri u vijabbli; jirrakkomanda impenn aktar intensiv mill-Unjoni għall-pożizzjoni tal-Kwartett (impenn għan-non-vjolenza, l-għarfien ta’ l-Istat ta’ Iżrael u l-aċċettazzjoni tal-ftehimiet u l-obbligi preċedenti inkluża r-‘Road Map’); jidhirlu li l-Gvern Palestinjan ta’ l-Għaqda Nazzjonali l-ġdid u l-għarfien tal-ftehimiet preċedenti ma’ l-Iżrael għandhom iqanqlu lill-UE biex tintensifika l-involviment tagħha fil-Palestina; indipendentement mill-punt preċedenti, jemmen li l-Gvern Iżraelita u dak Palestinjan għandhom, bħala prinċipju, jirrispettaw il-fruntieri ta’ l-1967 bħala l-linja li tifred żewġ Stati indipendenti li huma magħrufa b’mod reċiproku; huwa tal-fehma li l-involviment dirett tal-pajjiżi Għarab jista' joħroġ li jagħti l-frott f'dan ir-rigward; jappoġġja s-sejħa tal-Kwartett għal għajnuna internazzjonali kkontinwata lill-poplu Palestinjan;

35.    Jirrakkomanda wkoll li jittieħdu passi biex jiġu msaħħa r-relazzjonijiet transatlantiċi ma’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerka fuq naħa, u ma’ l-Amerika Latina fuq in-naħa l-oħra waqt li tagħti spinta lill-proċess tagħha ta’ integrazzjoni, fuq bażi ndaqs, inkluża l-ġlieda kontra t-terroriżmu filwaqt li jkunu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem u l-liġi internazzjonali, permezz ta’ Ftehima ta’ Sħubija Transatlantika ġdida li tieħu post l-Aġenda Transatlantika l-Ġdidġ li teżisti bħalissa; f’dan ir-rigward jissuġġerixxi t-twaqqif ta’ mekkaniżmu regolari ta’ reviżjoni għat-tali Ftehima ta’ Sħubija Transatlantika simili għall-mekkaniżmu ta’ reviżjoni ta’ l-ESS, li bih esperti mill-UE u mill-Istati Uniti l-ħin kollu jagħmlu ħilithom biex jimmeljoraw is-Sħubija Transatlantika sabiex ikun esplojtat il-potenzjal kollu tagħha;

36.    Barra minn hekk jirrakkomanda li n-negozjati tal-Ftehima ta’ Sħubija maċ-Ċina jiġu misjuqa ‘l quddiem, suġġett għal progress sostanzjali fil-qasam tad-demokrazzija u d-drittijiet tal-bniedem; li s-sħubija strateġika ma’ l-Indja tkun approfondita u li l-koperazzjoni politika u ekonomika mal-Ġappun u ma’ l-ASEAN tkun imsaħħa, filwaqt li jiġi mfittex irwol attiv għall-Unjoni rigward kwistjonijiet li għad m’humiex indirizzati fil-peniżola Koreana liema rwol m’huwiex ristrett sempliċement għall-iffinanzjar;

37.    Jirrakkomanda bil-qawwa kollha li jittieħdu passi favur involviment deċiżiv meta l-istrateġija UE-Afrika tkun qed tiġi implimentata lil hinn mill-iżvilupp u l-politiki ta’ għajnuna tradizzjonali, minħabba l-Presidenza Portugiża li ġejja li mistennija tospita s-Samit ta’ l-UE-Afrika li jmiss, u sabiex tingħata spinta lill-proċess ta’ integrazzjoni reġjonali ta’ l-Amerika Latina billi tiġi konkluża l-Ftehima ta’ Assoċjazzjoni ta’ l-UE-Merkosur u billi jinbdew negozjati għal ftehimiet simili mal-pajjiżi ta’ l-Amerika Ċentrali u mal-Komunità Andina;

38.    Jagħfas fuq il-ħtieġa li l-Proċess ta’ Barċellona jingħata spinta ġdida bil-għan li jissaħħaħ l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u demokratiku ibbilanċjat tal-pajjiżi kkonċernati;

39.    Hu tal-fehma li, fid-dawl tad-Deċiżjoni li ġejja tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar proposta komprensiva għal ftehima ta’ konklużjoni dwar l-istatus tal-Kosovo, l-UE għandha tkun imħejjija minn kull aspett sabiex twettaq il-kompiti u r-responsabilitajiet ġodda tagħha fir-reġjun; barra minn hekk, jistieden lill-Kunsill tieħu azzjoni aktar qawwija u aktar effettiva fir-rigward tal-kunflitti ffriżati fil-Kawkasu tan-Nofsinhar u fit-Transnistrija;

40.    Jirriferi għar-riżoluzzjonijiet u rapporti estensivi tiegħu dwar iz-zoni ġeografiċi differenti li huma ta' interess għall-Unjoni, peress li jagħtu kontribuzzjonijiet ta' valur għad-dibattitu dwar kif għandha tevolvi l-politika ta' l-Unjoni fir-rigward ta' dawn iz-zoni ġeografiċi;

Skrutinju Parlamentari tal-Politika Komuni Barranija u għas-Sigurtà

41.    Jinnota r-rapport annwali deskrittiv ta' l-attivitajiet ta' l-CFSP fl-2005 ippreżentat mill-Kunsill fit-30 ta' Ġunju 2006; itenni l-ħtieġa li l-Kunsill biex mhux biss jinforma lill-Parlament iżda fuq kollox jinvolvi 'l-Parlament b'mod sħiħ fl-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tas-CFSP għall-2007; jiddispjaċih li l-Kunsill għal darb'oħra ma tax kas id-dritt tal-Parlament li jiġi kkonsultat kull sena ex ante dwar aspetti u għażliet li se jsiru għall-2006 kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea u fil-Ftehima Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999;

42.    Jinnota li minkejja li l-Kunsill mar kontra l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għal raġunijiet proċedurali m'huwiex possibbli li l-atteġġjament tal-Kunsill tiġi riferuta lill-Qorti tal-Ġustizzja, peress li l-Artikolu 46 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ma jinkludix l-Artikolu 21 fil-lista twila ta' każi fejn id-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE li jirrigwardaw azzjonijiet miġjuba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja japplikaw ukoll għall-qasam tas-CFSP;

43.    Jenfasizza, madankollu, li l-prattika tal-Kunsill li sempliċiment tinforma lill-Parlament u tippreżenta lista deskrittiva ta' l-attivitajiet tas-CFSP li saru s-sena preċedenti, minflok ma jikkonsulta b'mod reali lill-Parlament fil-bidu ta' kull sena dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi li għandhom isiru dik is-sena u sussegwentement jirrapporta lill-Parlament jekk – u fil-każ, kif – ġie meqjus il-kontribut tal-Parlament, tikkostitiwixxi ksur de facto tas-sustanza ta' l-Artikolu 21;

44.    Jistieden lill-Kunsill biex jikkoreġi din is-sitwazzjoni billi jinterpreta l-Artikoli 42 u 43 tal-Ftehima Interistituzzjonali ġdida dwar id-dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda b'mod usa', u b'aktar flessibilità sabiex jiżgura d-dritt tal-Parlament li jiġi konsultat kull sena ex ante dwar l-aspetti u l-għażliet li ġejjin fir-rigward tas-CFSP; jenfasizza li m'hemm xejn fit-Trattati attwali li jissuġġerixxi li t-terminu "konsultazzjoni" għandu xi tifsira fl-Artikolu 21 msemmi hawn fuq li hija differenti mis-tifsira tas-soltu fil-liġi ta' l-UE;

45.    Jenfasizza li huwa lest, fil-bidu ta' kull sena, li jkollu dibattitu mal-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli/Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tas-CFSP għas-sena li ġejja, peress li dibattitu bħal dan joffri opportunità ideali biex il-Parlament jiġi kkonsultat; jidhirlu, madanakollu, li jkun partikolarment utli li l-kandidati għall-post ta’ Rappreżentant Għoli/Segretarju Ġenerali jippreżentaw il-programmi tagħhom quddiem il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew;

46.    Jinkoraġġixxi kemm lill-Kunsill kif ukoll lill-Istati Membri biex isaħħu aktar l-iskrutinju parlamentari ta' l-ESDP, billi jiżguraw li l-Parlament Ewropew ikollu rwol ewlieni bl-użu tal-mekkaniżmu ta' djalogu strutturat li hemm dispożizzjoni għalih fil-Ftehima Interistituzzjonali ġdida u permezz ta' koperazzjoni eqreb bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali;

47.    Jenfasizza l-importanza li l-Parlament jiġi involut b’mod sostanzjali fid-diskussjonijiet dwar trattati u ftehimiet internazzjonali bejn l-UE u pajjiżi terzi u dwar il-proċeduri biex dawn il-ftehimiet jiġu konklużi;

48.    Jipproponi li jittieħdu miżuri biex isaħħu, b'mod partikulari, l-iskrutinju Parlamentari tas-servizzi ta' l-intelliġenza u tas-sigurtà fir-rigward ta':

(a)    relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u l-aġenzjiji ta' l-UE:

–      billi l-Parlament jingħata l-awtorità li jaħtar, jew ikeċċi, il-Koordinatur Kontra t-Terroriżmu u d-Diretturi tas-Sit Cen, iċ-Ċentru Satellitari ta' l-UE (EUSC) u l-Eurojust;

–      billi jkun żgurat li l-Koordinatur Kontra t-Terroriżmu u d-Diretturi tas-SitCen, ta' l-EUSC u tal-Eurojust jippreżentaw rapport annwali lill-Parlament dwar l-attivitajiet u l-baġit tagħhom u billi jkun żgurat li kwalunkwe rakkomandazzjonijiet u rimarki sussegwenti mill-Parlament jitqiesu kif jixraq;

(b)    relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u l-aġenzjiji ta' l-UE:

–      billi tkun żviluppata koperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali sabiex ikun hemm skrutinju demokratiku ta' l-aġenziji u l-organi ta' l-intelliġenza ta' l-UE kif ukoll trasparenza u assikurazzjoni għaċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' l-attivitajiet kemm ta' l-UE kif ukoll tas-servizzi nazzjonali tas-sigurtà u ta' l-intelliġenza;

–      billi tiġi aġġornata l-Ftehima Interistituzzjonali tas-7 ta' Novembru 2002 dwar l-iffinanzjar tal-Fond ta' Solidarjetà ta l-Unjoni Ewropea(19) sabiex tiġi inkluża informazzjoni sensittiva fl-attivitajiet kollha tas-CFSP u sabiex ikun garantit li l-Parlament Ewropew jiġi mgħarraf bis-sħiħ dwar kwalunkwe informazzjoni disponibbli fir-rigward ta' dan il-qasam;

–      billi jiġi msaħħaħ b’mod partikulari l-irwol tal-Kumitat Speċjali eżistenti tal-Parlament Ewropew, kif imsemmi fil-Ftehima Interistituzzjonali ta’ l-20 ta’ Novembru 2002 li tirrigwarda l-aċċess mill-Parlament Ewropew għal informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fil-qasam tal-politika tas-sigurtà u d-difiża(20), biex ikun jista' jiskrutinja l-organi ta' l-intelliġenza l-ġodda fil-livell ta' l-UE (il-EUSC, is-SitCen, l-Uffiċċju tal-Koordinatur ta' Kontra t-Terroriżmu, il-Eurojust u l-Istaff Militari ta’ l-UE);

–      billi jingħataw poteri veri lill-Uffiċċju tal-Koordinatur ta’ Kontra t-Terroriżmu billi jiġu msaħħa l-kompitu u l-mandat tal-Koordinatur;

(c)    relazzjonijiet bejn l-UE u pajjiżi terzi:

–      billi jsir impenn għal skambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki bejn il-Kumitat Speċjali tal-Parlament Ewropew u l-Kumitati għall-Intelliġenza tal-Kungress ta' l-Istati Uniti,

–      billi pajjiżi terzi, u b'mod partikulari pajjiżi li qed jaderixxu jew pajjiżi assoċjati, jintalbu jaqsmu informazzjoni sensittiva desponibbli jew materjal ta' intelliġenza li jirrigwarda is-CFSP mal-kontropartijiet tagħhom fl-UE permezz tal-parlamenti u l-gvernijiet rispettivi tagħhom;

L-iffinanzjar tas-CFSP/ESDP

49.    Iqis l-ammont totali ta' EUR 1 740 biljun allokati lis-CFSP għall-perjodu mill-2007 sa l-2013 bħala mhux biżżejjed biex jintlaħqu l-ambizzjonijiet ta' l-Unjoni bħala attur globali, waqt li jirrikonoxxi li l-iffinanzjar tas-CFSP miftiehem għall-2007 ammonta għal EUR 159.2 miljun li jirrappreżenta pass importanti 'l quddiem meta mqabbel ma' allokazzjonijeit ta' fondi preċedenti;

50.    Jilqa' l-infurzar tal-kapitolu CFSP li kien finalment innegozjat bejn il-Parlament u l-Kunsill, li qablu li mill-inqas EUR 1 740 miljun se jkunu disponibbli għas-CFSP matul il-perjodu 2007-2013; ifakkar li dan il-livell fil-fatt se jkun iżjed mit-triplu tal-livell ta' ffinanzjar tal-prospettiva finanzjarja u, sewwasew minħabba din ir-raġuni, se jkollu bżonn ikun akkumpanjat b'miżuri msaħħa għal kontroll parlamentari u koperazzjoni mtejba min-naħa tal-Kunsill;

51.    Jilqa’ b’sodisfazzjoni il-Ftehima Interistituzzjonali l-ġdida fuq id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġjar finanzjarju sod tas-17 ta' Mejju 2006, li ġiet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007 u li żżid b'mod partikulari l-parteċipazzjoni tal-Parlament fil-proċess deċiżjonali, tippermetti skrutinju demokratiku akbar ta’ l-azzjonijiet esterni ta’ l-Unjoni u ta’ l-iffinzjar ta’ l-azzjonijiet tas-CSFP, u tikkonsolida u ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet preċedenti tas-CFSP dwar il-konsultazzjoni politika regolari mal-Parlament Ewropew;

52.    Itenni d-diżappunt tiegħu li r-rapporti annwali tal-Kunsill s'issa kienu essenzjalment limitati għal deskrizzjoni ta' l-attivitajiet tas-CFSP, kif kien ukoll mistqarr mill-Kunsill stess fil-preamboli tagħhom, minkejja l-fatt li l-Artikolu 28 tat-Trattat ta' l-EU jipprovdi għal konsultazzjoni dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tas-CFSP, inkluż l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħhom, u għall-kunsiderazzjoni tal-fehmiet tal-Parlament;

53.    Jinnota b'mod partikulari l-Artikoli 42 u 43 tal-Ftehima Interistituzzjonali 2006, li jikkonċernaw l-iffinanzjar tas-CFSP u jagħmlu dispożizzjoni għal djalogu strutturat bejn il-Kunsill u l-Parlament, li jistgħu jikkontribwixxi għal konsultazzjoni ġenwina mal-Kumitat responsabbli jekk jiġu interpretati b'mod kostruttiv u flessibbli; għal dan il-għan, iqis l-iskambju spjegattiv ta' ittri bejn il-Presidenza Finlandiża u ċ-Chairmen taż-żewġ Kumitati involuti bħala wieħed li jissodisfa b'mod parzjali r-rekwiżit li l-Parlament ikun ikkonsultat;

54.    Iwissi kontra kull interpretazzjoni restrittiva tal-Punt 43 tal-Ftehima Interistituzzjonali li tista' twassal għal sitwazzjoni fejn jiġi skansat id-dritt tal-Parlament għal konsultazzjoni ġenwina, fil-bidu ta' kull sena, dwar l-aspetti ġenerali u l-għażliet bażiċi li għandhom isiru għal dik is-sena skond l-Artikolu 21 tat-Trattat UE;

55.    Jemmen li evalwazzjoni ġenwina ta' l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta' l-UE s'issa kienet imxekkla min-nuqqas ta' informazzjoni pro-attiva min-naħa tal-Kunsill, minkejja li għal dawn l-aħħar snin saru laqgħat konġunti dwar din il-kwistjoni; iqis li, bl-iffirmar ta' ftehima interistituzzjonali ġdida, issa wasal iż-żmien li jiġu implimentati kemm il-kliem u kemm l-ispirtu ta' dawn id-dispożizzjonijiet li issa ġew ifformalizzati b'mod ċar;

56.    Jiddispjaċih għall-attitudni preċedenti tal-Kunsill li jipprovdi informazzjoni finanzjarja sostanzjali biss ladarba d-deċiżjonijiet finali jkunu diġà ttieħdu, għax b'hekk kien jisfratta l-iskop proprju ta' l-eżerċizzju; Madanakollu, jilqa’ bi pjaċir il fatt li xi titjib sar f'dan ir-rigward, notevolment f’dak li għandu x’jaqsam mal-missjoni l-ġdida fil-Kosovo, u jistenna li dan ikompli fuq bażi regolari;

57.    Jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-Punti 42 u 43 tal-Ftehima Interistituzzjonali l-ġdida; jenfasizza b'mod speċifiku l-bżonn li l-Kunsill jikkonsulta mal-Parlament dwar dokument li jħares 'il quddiem u jelenka l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tas-CFSP, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħhom, sal-15 ta' Ġunju ta' kull sena bi qbil ma' l-I.I.A. l-ġdida; jenfasizza li evalwazzjoni ta' l-azzjonijiet imnedija fis-sena preċedenti għandha tkun inkluża u jemmen li, meħudin flimkien, dawn jistgħu jipprovdu l-bażi għal skrutinju demokratiku ġenwinament imtejjeb;

58.    Meta jiġi meqjus dak li diġà hu ammont insuffiċjenti allokat għas-CFSP għall-perjodu 2007-20l3, jiddispjaċih li l-Artikolu speċifiku fil-Kapitolu dwar il-baġit tas-CFSP iddedikat lir-Rappreżentanti Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea ma jevitax il-proliferazzjoni ta' rappreżentanti ta' dak it-tip, li skond id-definizzjoni jridu jiġu nnominati biss f’dak li jirrigwarda każijiet speċjali u m'għandhomx idgħajfu l-irwol tad-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni meta jkunu fuq il-post fejn ikunu jwettqu xogħolhom;

59.    Ifakkar li r-Rappreżentanti Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea jaqgħu taħt il-baġit tas-CFSP u li d-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tal-Punt 42 tal-Ftehima Interistituzzjonali japplikaw ukoll fir-rigward tal-konsegwenzi finanzjarji ta' l-estensjoni tal-mandati tagħhom; Huwa tal-fehma li hemm bżonn li jiġu ffissati kriterji għall-ħatra u l-evalwazzjoni tar-Rappreżentanti Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea, inklużi d-definizzjoni u l-ambitu tal-ħidmiet tagħhom, it-tul tal-mandat, il-koordinazzjoni u l-kumplimentarjetà mad-delegazzjonijiet tal-KE taħt l-ewwel pilastru u l-evalwazzjoni tal-"valur miżjud" potenzjali tagħhom; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jikkoperaw f'dan ir-rigward, ukoll billi jipprovdu aċċess fil-ħin għar-rapporti ta' l-evalwazzjoni, li għandhom jinkludu informazzjoni sostanzjali, dettaljata u oġġettiva li għandha tinġabar taħt ir-responsabilità tar-Rappreżentant Għoli;

60.    Jesprimi tħassib partikulari li azzjonijiet mħallta tas-CFSP, li jinvolvu nefqa li tirriżulta kemm minn azzjonijiet ċivili u kemm minn azzjonijiet b'implikazzjonijiet militari jew ta' difiża, s'issa kienu kważi impossibbli li xi parlament jagħmel evalwazzjoni tagħhom; jirrimarka li dan jirriżulta mis-sitwazzjoni frammentata li fiha, il-parlamenti nazzjonali jkollhom għarfien dwar il-parti militari/difiża tal-finanzjament fuq naħa, u l-Parlament Ewropew ikollu għarfien biss dwar l-aspetti ċivili fuq l-oħra; jenfasizza li għandu jkun possibbli li l-azzjonijiet ċivili u militari flimkien jiġu skrunitizzati fit-totalità ta' l-ambiti tagħhom, u għalhekk jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jikkoperaw b'mod sħiħ sabiex isibu modi biex jiksbu stampa sħiħa ta' dawn il-missjonijiet u ta' l-istruttura multipla tal-finanzjament tagħhom;

61.    Jiddispjaċih li l-Ftehima Interistituzzjonali ma tagħmilx dispożizzjoni b'mod espliċitu għall-ispejjeż konġunti ta' operazzjonijiet militari fi ħdan il-qafas ta' l-ESDP, li jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Komunità, u b'hekk twaqqfet il-prattika attwali li jsir rikors għall-baġits sussidjarji jew il-fondi tal-bidu ta' l-Istati Membri;

62.    Jiddispjaċih, għalhekk, li l-Ftehima Interistituzzjonali ġdida ma tbiddilx ir-regoli attwali dwar operazzjonijiet ESDP, bħall-prinċipju li "spejjeż jitħallsu fejn jitnefqu" jew kwalunkwe arranġamenti oħrajn ad hoc bħall-hekk imsejjaħ "Mekkaniżmu ATHENA"; ifakkar li arranġamenti bħal dawn jipperpettwaw il-piż finanzjarju fuq dawk l-Istati Membri li fil-prattika jagħtu l-ikbar kontribut, u b'hekk jipperikolaw parteċipazzjoni futura f'operazzjonijiet ta' l-ESDP u joħolqu sitwazzjoni li faċli tista' tiġi evitata bl-iffinanzjar ta' operazzjonijiet bħal dawn mill-baġit ta' l-UE;

63.    Jiddispjaċih li, f'każ wieħed minn ta' l-inqas, il-Kunsill iffinanzja ċerti spejjeż permezz tal-"mekkaniżmu ATHENA" minkejja li l-Kummissjoni kkunsidrat b'mod ċar li n-nefqa imsemmija kellha tkun iffinanzjata mill-baġit ta' l-UE; iqis li l-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom obbligu li, f'każ ta' dubju, jgħarrfu u jikkonsultaw mal-Parlament u ma jistax jaċċetta deċiżjonijiet unilaterali mill-Kunsill;

64.    Jitlob lill-Kunsill biex jaġġorna lill-Parlament dwar id-dispożizzjonijiet ġodda rigward il-mekkaniżmu inter-governattiv "ATHENA" adottat mill-Ministri f'Diċembru 2006; huwa sorpriż li l-Kunsill ma rahx f'loku li jgħarraf lill-Parlament dwar din il-kwistjoni matul iż-żewġ laqgħat konġunti li saru fil-ħarifa ta' l-2006, l-iżjed meta jqis li din il-kwistjoni kienet diġà diskussa aktar kmieni f'dik is-sena;

65.    F’dan ir-rigward itenni l-proposta tiegħu għal metodoloġija baġitarja ġdida biex tiġi msaħħa t-trasparenza fl-infiq fl-ambitu ta’ l-ESDP u biex ikun appoġġjat l-iżvilupp tal-ħiliet militari u ċivili meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà billi:

(a)    f’fażi inizjali, il-Kunsill ifassal dokument bġitarju li jkun jirrifletti l-kummenti magħmula mill-Istati Membri biex jintlaħaq il-Għan Ċivili Ewlieni 2008 u l-Għan Militari Ewlieni 2010;

(b)    f’fażi li tkun it-tieni waħda, l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom għall-ESDP permezz ta’ “baġit” indikattiv, li l-Parlament Ewropew u l-Parlamenti ta’ l-Istati Membri għandhom jiddibattu fuq bażi annwali, li fih huma jkunu jikkommettu fondi fuq bażi multiannnwali biex jiffinanzjaw it-tagħmir u l-personal meħtieġa għall-operazzjonijiet ta’ l-ESDP, li b’hekk ikun jindika kemm l-Istati Membri huma lesti li jonfqu fl-ESDP u jkun jiżgura trasparenza akbar rigward l-infiq militari;

(c)    fl-aħħar, billi jintlaħqu deċiżjonijiet konġunti dwar ir-razzjonalizzazzjoni tal-baġit għas-CFSP u l-ESDP, inkluża l-kontabilità ta' l-ispiża nazzjonali fil-livell ta' l-UE fid-dimensjoni tas-sigurtà u d-difiża, fi ħdan il-qafas tas-sistema finanzjarja riveduta ta' l-Unjoni prevista għall-2008-2009;

66.    Jinnota li kwalunkwe fond li ma jkunx intefaq fil-kapitolu CFSP jkun sussegwentament trattat mill-Kummissjoni bħala "dħul allokat" taħt it-termini tar-Regolament Finanzjarju u għalhekk jitpoġġa lura fuq il-linji s-sena ta' wara; mhux konvint li dan hu konsistenti mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju u jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex teżamina din il-kwistjoni;

*

* *

67. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti ta’ l-Istati Membri, lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju-Ġenerali tan-NATO u lill-President ta' l-Assemblea tal-Kunsill ta' l-Ewropa.

(1)

ĠU L 172, 18.6.1999, p. 1.

(2)

ĠU C 297 E, 7.12.2006, p 182.

(3)

ĠU C 247 E, 6.10.2005, p 88.

(4)

ĠU C 288 E, 25.11.2006, p 59.

(5)

Testi Adottati, P6_TA(2006)0495.

(6)

Testi adottati, P6_TA(2006)0263.

(7)

ĠU C 290 E, 29.11.2006, p 396.

(8)

Testi Adottati, P6_TA(2006)0270 u P6_TA(2006)0566.

(9)

ĠU C 298 E, 8.12.2006, p 226 u 235.

(10)

ĠU C 82 E, 1.4.2004, p. 610 u Testi Adottati, P6_TA(2006)0348.

(11)

Testi Adottati, P6_TA(2006)0346.

(12)

ĠU C 320 E, 15.12.2005, p 253.

(13)

ĠU C 292 E, 1.12.2006, p 112.

(14)

ĠU C 297 E, 7.12.2006, p 341.

(15)

ĠU C 290 E, 29.11.2006, p 107.

(16)

Testi Adottati, P6_TA(2006)0569.

(17)

Testi Adottati, P6_TA(2006)0568.

(18)

ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(19)

ĠU L 283, 20.11.2002, p. 1.

(20)

ĠU C 298, 30.11.2002, p. 1.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġit (28.2.2007)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

fuq ir-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tas-CFSP, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (punt H, paragrafu 40, tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999) - 2005

(2006/2217(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Antonis Samaras

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.    Jilqa' l-ftehima Interistituzzjonali l-ġdida dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod tas-17 ta' Mejju 2006, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007, u li tikkonsolida u ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet preċedenti dwar is-CFSP dwar il-konsultazzjoni politika regolari mal-Parlament Ewropew; iqis li l-implimentazzjoni ta' din il-ftehima se tkun kruċjali għal skrutinju demokratiku mtejjeb ta' l-iffinanzjar ta' l-azzjonijiet tas-CFSP;

2.    Jilqa' l-infurzar tal-kapitolu CFSP li kien finalment innegozjat bejn il-Parlament u l-Kunsill, li qablu li mill-inqas EUR 1 740 miljun se jkunu disponibbli għas-CFSP matul il-perjodu 2007-2013; ifakkar li dan il-livell fil-fatt se jkun iżjed mit-triplu tal-livell ta' ffinanzjar tal-prospettiva finanzjarja u, sewwasew minħabba din ir-raġuni, se jkollu bżonn ikun akkumpanjat b'miżuri msaħħa għal kontroll parlamentari u koperazzjoni mtejba min-naħa tal-Kunsill;

3.    Itenni d-diżappunt tiegħu li r-rapporti annwali tal-Kunsill s'issa kienu essenzjalment limitati għal deskrizzjoni ta' l-attivitajiet tas-CFSP, kif kien ukoll mistqarr mill-Kunsill stess fil-preamboli, minkejja li l-Artikolu 28 tat-Trattat ta' l-EU jipprovdi għal konsultazzjoni dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tas-CFSP, inkluż l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħhom, u l-kunsiderazzjoni tal-fehmiet tal-Parlament;

4.    Jemmen li evalwazzjoni ġenwina ta' l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta' l-UE s'issa kienet imxekkla b'nuqqas ta' informazzjoni pro-attiva min-naħa tal-Kunsill, minkejja li f'dawn l-aħħar snin saru laqgħat konġunti dwar il-kwistjoni; iqis li, bl-iffirmar ta' ftehima interistituzzjonali ġdida, issa wasal iż-żmien li jiġu implimentati kemm il-kliem u kemm l-ispirtu ta' dawn id-dispożizzjonijiet li issa ġew formalizzati b'mod ċar;

5.    Jiddispjaċih għall-attitudni preċedenti tal-Kunsill li jipprovdi informazzjoni finanzjarja sostanzjali biss ladarba d-deċiżjonijiet finali jkunu diġà ttieħdu, għax b'hekk kien jisfratta l-iskop proprju ta' l-eżerċizzju; jilqa', madankollu, xi titjib li sar f'dan ir-rigward, notevolment fir-rigward tal-missjoni l-ġdida fil-Kosovo, u jistenna li din tkompli fuq bażi regolari;

6.    Jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-Punti 42 u 43 tal-Ftehima Interistituzzjonali l-ġdida; jenfasizza b'mod speċifiku l-ħtieġa li l-Kunsill jikkonsulta lill-Parlament dwar dokument li jħares 'il quddiem u jelenka l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tas-CFSP, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħhom, sal-15 ta' Ġunju ta' kull sena bi qbil mal-Ftehima Interistituzzjonali (I.I.A.) l-ġdida; jenfasizza li evalwazzjoni ta' l-azzjonijiet imnedija fis-sena preċedenti għandha tkun inkluża u jemmen li, meħudin flimkien, dawn jistgħu jipprovdu l-bażi għal skrutinju demokratiku ġenwinament imtejjeb;

7.    Jesprimi tħassib partikulari li azzjonijiet mħallta tas-CFSP, li jinvolvu nefqa li tirriżulta kemm minn azzjonijiet ċivili u kemm minn azzjonijiet b'implikazzjonijiet militari jew ta' difiża, s'issa kien kważi impossibbli li ssirilhom evalwazzjoni minn xi parlament; jirrimarka li dan jirriżulta mis-sitwazzjoni frammentata li fiha, il-parlamenti nazzjonali jkollhom għarfien dwar il-parti militari/difiża tal-finanzjament fuq naħa, u l-Parlament Ewropew ikollu għarfien biss dwar l-aspetti ċivili fuq l-oħra; jenfasizza li għandu jkun possibbli li l-azzjonijiet ċivili u militari flimkien jiġu skrunitizzati fit-totalità ta' l-ambiti tagħhom, u għalhekk jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jikkoperaw b'mod sħiħ sabiex isibu modi biex jiksbu stampa sħiħa ta' dawn il-missjonijiet u ta' l-istruttura multipla tal-finanzjament tagħhom;

8.    Ifakkar li r-Rappreżentanti Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea jaqgħu taħt il-baġit tas-CFSP u li d-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tal-Punt 42 tat’ l-I.I.A. japplikaw ukoll fir-rigward tal-konsegwenzi finanzjarji ta' l-estensjoni tal-mandati tagħhom; Huwa tal-fehma li hemm bżonn li jiġu ffissati kriterji għall-ħatra u l-evalwazzjoni tar-Rappreżentanti Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea, inklużi d-definizzjoni u l-ambitu tal-ħidmiet tagħhom, it-tul tal-mandat, il-koordinazzjoni u l-kumplimentarjetà mad-delegazzjonijiet tal-KE taħt l-ewwel pilastru u l-evalwazzjoni tal-"valur miżjud" potenzjali tagħhom; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jikkoperaw f'dan ir-rigward, ukoll billi jipprovdu aċċess fil-ħin għar-rapporti ta' l-evalwazzjoni, li għandhom jinkludu informazzjoni sostanzjali, dettaljata u oġġettiva li għandha tinġabar taħt ir-responsabilità tar-Rappreżentant Għoli;

9.    Jiddispjaċih li, f'każ wieħed minn ta' l-inqas, il-Kunsill iffinanzja ċerti spejjeż permezz tal-"mekkaniżmu ATHENA" minkejja li l-Kummissjoni kkunsidrat b'mod ċar li n-nefqa imsemmija kellha tkun iffinanzjata mill-baġit ta' l-UE; iqis li l-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom obbligu li, f'każ ta' dubju, jgħarrfu u jikkonsultaw mal-Parlament u ma jistax jaċċetta deċiżjonijiet unilaterali mill-Kunsill;

10.  Jitlob lill-Kunsill biex jaġġorna lill-Parlament dwar id-dispożizzjonijiet ġodda rigward il-mekkaniżmu inter-governattiv "ATHENA" adottat mill-Ministri f'Diċembru 2006; huwa sorpriż li l-Kunsill ma rahx f'loku li jgħarraf lill-Parlament dwar din il-kwistjoni matul iż-żewġ laqgħat konġunti li saru fil-ħarifa ta' l-2006, l-iżjed meta jqis li din il-kwistjoni kienet diġà diskussa aktar kmieni f'dik is-sena;

11.  Jinnota li kwalunkwe fond li ma jkunx intefaq fil-kapitolu CFSP jkun sussegwentament trattat mill-Kummissjoni bħala "dħul allokat" taħt it-termini tar-Regolament Finanzjarju u għalhekk jitpoġġa lura fuq il-linji s-sena ta' wara; mhux konvint li dan hu konsistenti mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju u jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex teżamina din il-kwistjoni;

PROĊEDURA

Titolu

Rapport annwali 2005 fuq is-CFSP

Numru tal-proċedura

2006/2217(INI)

Kumitat responsabbli

AFET

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

          Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG
28.9.2006

Koperazzjoni akar mill-qrib

           Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Antonis Samaras

20.9.2004

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

24.1.2007

27.2.2007

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

27.2.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

favur:

kontra:

astensjonijiet:

20

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, James Elles, Szabolcs Fazakas, Salvador Garriga Polledo, Louis Grech, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Anne E. Jensen, Sergej Kozlík, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Mario Mauro, Umberto Pirilli, Petre Popeangă, Antonis Samaras, László Surján, Helga Trüpel, Kyösti Virrankoski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Hans-Peter Martin, Margarita Starkevičiūtė

Sostitut(i) (skond lArtikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...


PROĊEDURA

Titolu

Rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tas-CFSP, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (punt H, paragrafu 40, tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999) - 2005

Numru tal-proċedura

2006/2217(INI)

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir ta’ l-awtorizzazzjoni fis-seduta plenarja

AFET
28.9.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG
28.9.2006

 

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

 

 

 

 

 

Koperazzjoni akar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Elmar Brok
13.9.2006

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Eżami fil-kumitat

23.1.2007

21.3.2007

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

27.3.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+

-

0

47

6

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Roberta Alma Anastase, Angelika Beer, Panagiotis Beglitis, Bastiaan Belder, Elmar Brok, Adrian-Mihai Cioroianu, Simon Coveney, Véronique De Keyser, Giorgos Dimitrakopoulos, Michael Gahler, Bronisław Geremek, Maciej Marian Giertych, Ana Maria Gomes, Jana Hybášková, Jelko Kacin, Helmut Kuhne, Joost Lagendijk, Vytautas Landsbergis, Francisco José Millán Mon, Philippe Morillon, Pasqualina Napoletano, Janusz Onyszkiewicz, Justas Vincas Paleckis, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tobias Pflüger, João de Deus Pinheiro, Mirosław Mariusz Piotrowski, Bernd Posselt, Michel Rocard, Raül Romeva i Rueda, Libor Rouček, Katrin Saks, Jacek Saryusz-Wolski, Hannes Swoboda, Konrad Szymański, Charles Tannock, Inese Vaidere, Geoffrey Van Orden, Kristian Vigenin, Jan Marinus Wiersma, Josef Zieleniec

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Giulietto Chiesa, Alexandra Dobolyi, Árpád Duka-Zólyomi, Glyn Ford, Milan Horáček, Gisela Kallenbach, Tunne Kelam, Jaromír Kohlíček, Evgeni Kirilov, Aloyzas Sakalas, Luis Yañez-Barnuevo García

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Proinsias De Rossa, Ria Oomen-Ruijten

Data tat-tressiq

4.4.2007

Kummenti
(disponibbli b'lingwa waħda biss)

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza