RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1868/94 li jistabbilixxi sistema ta' kwota fir-rigward tal-produzzjoni ta' lamtu tal-patata
13.4.2007 - (COM(2006)0827 – C6‑0046/2007 – 2006/0268(CNS)) - *
Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Janusz Wojciechowski
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1868/94 li jistabbilixxi sistema ta' kwota fir-rigward tal-produzzjoni ta' lamtu tal-patata
(COM(2006)0827 – C6‑0046/2007 – 2006/0268(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0827)[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0046/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali (A6‑0137/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi mill-Parlament |
Emenda 1 PREMESSA 3 | |
(3) L-Istati Membri li jipproduċu għandhom jallokaw il-kwoti tagħhom għal perjodu ta' sentejn għal produtturi kollha tal-lamtu tal-patata fuq il-bażi tal-kwoti għas-snin ta' kummerċjalizzar 2006/2007. |
(3) L-Istati Membri li jipproduċu għandhom jallokaw il-kwoti tagħhom għal perjodu ta' tliet snin għal produtturi kollha tal-lamtu tal-patata fuq il-bażi tal-kwoti għas-snin ta' kummerċjalizzar 2006/2007. |
Ġustifikazzjoni | |
Tliet snin huma ammont minimu ta' żmien meħtieġ biex il-bdiewa u l-industrija jkunu jistgħu jippjanaw l-attivitajiet tagħhom. | |
Emenda 2 ARTIKOLU 1, PUNT 1 Artikolu 2, paragrafu 1 (Regolament (KE) Nru 1868/94) | |
1. L-Istati Membri li jipproduċu l-lamtu tal-patata għandhom ikunu allokati kwoti għas-snin ta' kummerċjalizzar 2007/2008 u 2008/2009 bi qbil ma' l-Anness. |
1. L-Istati Membri li jipproduċu l-lamtu tal-patata għandhom ikunu allokati kwoti għas-snin ta' kummerċjalizzar 2007/2008, 2008/2009 u 2009/2010 bi qbil ma' l-Anness. |
Emenda 3 ARTIKOLU 1, PUNT 1 Artikolu 2, paragrafu 2 (Regolament (KE) Nru 1868/94) | |
2. Kull Stat Membru li jipproduċi stipulat fl-Anness għandu jalloka l-kwota tiegħu fost il-produtturi tal-lamtu tal-patata għal użu fis-snin ta' kummerċjalizzar fl-2007/2008 u 2008/2009 fuq il-bażi ta' subkwoti disponibbli għal kull produttur fl-2006/2007, suġġett għal applikazzjoni tat-tieni subparagrafu. |
2. Kull Stat Membru li jipproduċi stipulat fl-Anness għandu jalloka l-kwota tiegħu fost il-produtturi tal-lamtu tal-patata għal użu fis-snin ta' kummerċjalizzar fl-2007/2008, 2008/2009 u 2009/2010 fuq il-bażi ta' subkwoti disponibbli għal kull produttur fl-2006/2007, suġġett għal applikazzjoni tat-tieni subparagrafu. |
Emenda 4 ARTIKOLU 1, PUNT 1 Artikolu 3 (Regolament (KE) Nru 1868/94) | |
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill, qabel l-1 ta' Jannar 2009, rapport dwar l-iffunzjonar tas-sistema ta' kwota fi ħdan il-Komunità, flimkien ma' proposti xierqa. Dan ir-rapport għandu jqis l-iżviluppi tas-swieq tal-lamtu tal-patata u tal-lamtu taċ-ċereali. |
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill, qabel l-1 ta' Jannar 2010, rapport dwar l-iffunzjonar tas-sistema ta' kwota fi ħdan il-Komunità, flimkien ma' proposti xierqa. Dan ir-rapport għandu jqis l-iżviluppi tas-swieq tal-lamtu tal-patata u tal-lamtu taċ-ċereali. Iżda, f'każ li ftehima fi ħdan id-WTO twassal għal tnaqqis tal-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni u fid-dazji ta' l-importazzjoni għal tapjokalamtu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' l-impatt qabel din l-iskadenza. |
Ġustifikazzjoni
Kwalunkwe tibdil ieħor għall-arranġamenti esterni li jirriżulta minn ftehima fi ħdan id-WTO jista' jkollu impatt sostanzjali fuq is-settur kollu. F'każ li jiġri dan, il-Kummissjoni tkun teħtieġ li tanalizza s-sitwazzjoni ġdida.
- [1] Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-Kunsill għall-Agrikoltura u s-Sajd u l-Kummissjoni fallew milli jadottaw il-pożizzjoni mressqa mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Mejju 2005, li fiha sostna li s-sistema tal-kwota għandha tkun estiża fuq erba' snin u li l-arranġament li jibbilanċja għandu jkun introdott għal kwoti mhux akkwistati, bi preferenza għall-Istati Membri l-ġodda.
Fil-laqgħa tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2005, il-Kummissjoni sostniet li hija kellha l-volontà li tqis proposti Litwani u Polakki biex il-kwoti ta' lamtu tal-patata tagħhom ikunu riveduti fir-rigward ta' ftehimiet fil-futur wara l-kwoti preżenti estiżi b'sentejn.
Għal ħames darba mill-1994, meta kienet introdotta s-sistema attwali ta' produzzjoni ta' kwota, il-Kummissjoni pproponiet li testendi s-sistema għal sentejn biss.
Għar-rapporteur, il-proposta trid tkun emendata minn żewġ aspetti: il-perjodu u l-kwantitajiet.
Il-perjodu
Il-kwota Ewropea ta' produzzjoni tal-lamtu tal-patata dejjem kienet allokata għal perjodu ta' tliet snin, u l-unika eċċezzjoni seħħet fl-2004. Dak iż-żmien, il-Parlament Ewropew ippropona perjodu ta' erba' snin iżda din l-emenda kienet rifjutata mill-Kummissjoni bir-riżultat li l-Kummissjoni trid tippreżenta mill-ġdid titwil ġdid tas-sistema għal sentejn! Fil-fatt, perjodu ta' sentejn huwa qasir ħafna. L-industrija teħtieġ viżibilità aħjar għall-qafas li fih hija trid tiżviluppa fil-futur. Dan huwa importanti wkoll għall-bdiewa. Huma jeħtieġ li jantiċipaw l-impenji ta' provvista tagħhom mill-inqas b'sentejn minn qabel. Il-multiplikazzjoni ta' żerriegħa suffiċjenti tal-patata tieħu mill-inqas sentejn. Il-bdiewa jridu jiżirgħu ż-żerriegħa tal-patata din is-sena biex ikollhom biżżejjed materjal biex jikkonformaw ma' l-impenji ta' provvista antiċipati tagħhom fi żmien sentejn minn issa. Dan l-ippjanar fuq perjodu ta' żmien fit-tul huwa aktar importanti peress li l-patata tal-lamtu hija wiċċ tar-raba' li ma jistax jinħażen bħal uċuħ taċ-ċereali. Skond deċiżjonijiet ta' tkabbir taż-żerriegħa tal-patata fil-preżent, il-bdiewa tal-patata jwettqu għażliet ukoll skond ir-rotazzjoni tal-wiċċ tar-raba' fi żmien sentejn jew tliet snin mil-lum.
Kwantitajiet
Il-kwota ta' produzzjoni ġenerali tal-lamtu skond regolamenti attwali tammonta għal 1 948 761 tunnellata, li 1 762 148 tunnellata minnhom huma allokati għal stati ta' l-UE-15, u 186 613 tunnellata għall-istati ta' l-UE-10. Dan ifisser, 90.4% tal-kwota totali hija allokata għall-istati ta' l-UE-15, b'9.6% biss għall-istati ta' l-UE-10. Dan il-proporzjon ma jikkorrispondix mad-distribuzzjoni tal-produzzjoni tal-patata: UE-15 - 70%, UE-10 - 30%.
Fl-2004, biex jitqiesu l-effetti tas-sħubija ta' l-għaxar Stati Membri ġodda, il-kwota ġenerali żdiedet minn 1 762 148 tunnellata sa 1 948 761 tunnellata. Dan ifisser li ma kien operat ebda tnaqqis ta' kwantitajiet għall-UE-15 wara t-tkabbir.
Il-Polonja għandha l-akbar zona tat-tkabbir tal-patata fl-Ewropa, iżda l-allokazzjoni tal-kwoti ta' produzzjoni tagħhom lanqas biss tkopri d-domanda nazzjonali (il-konsum ras għal ras tal-lamtu u ta' prodotti tal-lamtu fil-Polonja żdied minn 4.5kg fl-1994 sa 18.5kg fl-2006) bir-riżultat li l-Polonja, li hija l-akbar produttur tal-patata fl-Ewropa, saret importatur tal-lamtu tal-patata. Minħabba dan, id-defiċit tal-kummerċ fil-lamtu u fil-prodotti tal-lamtu jidher li qed jiżdied, l-aktar minħabba r-restrizzjonijiet imposti fuq il-produzzjoni tal-volum permess skond il-liġi Komunitarja.
Din il-kwota dgħajfa ma tillimitax biss il-possibilità li d-domanda interna għal lamtu tal-patata tkun milħuqa iżda wkoll il-possibilitajiet li tkun żviluppata l-produzzjoni ta' tipi speċifiċi ta' lamtu tal-patata u b'hekk titlef fil-kompetittività fir-rigward ta' tipi oħrajn ta' produzzjoni ta' lamtu.
Fil-produzzjoni totali ta' lamtu, jidher ċar li l-lamtu tal-patata, li huwa aktar pur u ta' kwalità ogħla, qed ikun mibdul mill-lamtu taċ-ċereali. Il-qamħirrum, il-qamħ u t-tapjoka qed jissostitwixxu l-patata bħala materja prima rivali ta' lamtu.
Skond kif indikat fir-rapport mill-Kummissjoni:
'Waqt li l-produzzjoni tal-lamtu tal-patata kienet stabbli minħabba l-limitu tal-kwota, il-produzzjoni totali tal-lamtu fil-Komunità (mill-qamħ, mill-qamħirrum u mill-patata) żdiedet b'madwar medja ta' 4% fis-sena mill-1995/96. Dan it-tkabbir seħħ b'mod prinċipali minħabba żidiet fil-lamtu tal-qamħ, waqt li s-sehem ta' lamtu tal-patata fis-suq tal-lamtu totali naqas b'mod konsistenti u issa jirrapreżenta 20% tal-produzzjoni totali ta' lamtu.'
Żieda fil-produzzjoni ta' lamtu tal-patata fil-Polonja u fil-Litwanja ma tikkompetix b'mod dirett mal-produzzjoni bil-kwantità diretta iżda tiffaċilita l-iżvilupp ta' l-industrija tal-lamtu fiż-żewġ pajjiżi u b'hekk anke l-kompetittività tal-produtturi Pollakki u Litwani. Hija importanti ħafna għall-ekonomija ta' dawn iż-żewġ pajjiżi għax kif issemma' diġà mill-Kummissjoni fir-rapport tagħha: 'L-istruttura ta' l-industrija tvarja bejn l-Istati Membri. Il-produzzjoni hija konċentrata ħafna f'bosta mill-Istati Membri l-antiki (madwar 17-il produttur b'sehem ta' 1.8 miljun tunnellata ta' kwota) waqt li fl-Istati Membri l-ġodda t-tendenza hi li l-produtturi huma iżgħar (madwar 16 jaqsmu 0.2 miljun tunnellata ta' kwota)'. Dan ifisser:
Kumpaniji ta' l-ipproċessar huma żgħar ħafna u jinsabu f'zoni rurali fejn għandhom impatt kbir fuq l-ekonomija lokali u fuq l-iżvilupp ta' dawn iz-zoni. Kumpaniji bħal dawn jinsabu b'mod prinċipali f'reġjuni li jsofru minn qgħad strutturali.
Kwota baxxa b'mod eċċessiv għal-Litwanja wasslet għad-diskontinwità totali ta' produzzjoni u għal żieda ta' 36% fil-qgħad. Fil-Polonja, il-kwota ta' produzzjoni fis-seħħ aktar baxxa minn meta l-pajjiż issieħeb irriżultat b'mod awtomatiku f'kuntratti iżgħar, u dan wassal għall-eliminazzjoni mis-suq ta' xi produtturi (in-numru ġenerali ta' produtturi niżel minn 20 000 sa 7 000) li kienu sfurzati li jsibu opportunitajiet kummerċjali għal materja prima stabbiliti skond kuntratti konklużi fil-perjodu preċedenti. Żieda tal-kwota ta' produzzjoni għandha, min-naħa l-oħra, tipprovdi l-marġni ta' sikurezza meħtieġ biex jiżgura li l-kwota tintlaħaq fil-każ ta', fost l-oħrajn, kundizzjonijiet tat-temp ħżiena bħal dawk li seħħew matul is-sena ta' kummerċjalizzar 2005/2006.
B'kollox, il-kwota ta' produzzjoni tal-lamtu li l-Kummissjoni qed tipproponi tfalli milli tirrifletti l-kapaċità ta' produzzjoni ta' l-impjanti ta' pproċessar tal-Polonja (1 sa 1.1 miljun tunnellata ta' patata pproċessati waqt l-istaġun ta' tkabbir ta' 100 ġurnata), il-materja prima disponibbli u d-domanda dejjem tiżdied għall-lamtu u għall-prodotti tal-lamtu. M'hemm ebda ġustifikazzjoni ekonomika għal tnaqqis fil-produzzjoni tal-lamtu bl-allokar ta' kwoti ta' produzzjoni aktar baxxi.
L-istabbiliment ta' kwoti baxxi għall-Polonja u għal-Litwanja se jwassal għall-produzzjoni li trendi inqas qligħ u jostakola l-iżvilupp tas-settur tal-lamtu tal-patata.
PROĊEDURA
Titolu |
Sistema ta' kwota fir-rigward tal-produzzjoni ta' lamtu tal-patata |
|||||||
Referenzi |
COM(2006)0827 - C6-0046/2007 - 2006/0268(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
16.1.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 18.1.2007 |
|||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Janusz Wojciechowski 19.12.2006 |
|
|
|||||
Diskussjoni fil-kumitat |
23.1.2007 |
20.3.2007 |
12.4.2007 |
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
12.4.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-vot finali |
+: –: 0: |
38 3 0 |
||||||
Membri preżenti għall-vot finali |
Vincenzo Aita, Peter Baco, Katerina Batzeli, Sergio Berlato, Thijs Berman, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, Giuseppe Castiglione, Dumitru Gheorghe Mircea Coşea, Joseph Daul, Albert Deß, Gintaras Didžiokas, Michl Ebner, Carmen Fraga Estévez, Duarte Freitas, Lutz Goepel, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Esther Herranz García, Elisabeth Jeggle, Heinz Kindermann, Diamanto Manolakou, Mairead McGuinness, Rosa Miguélez Ramos, Neil Parish, Radu Podgorean, María Isabel Salinas García, Agnes Schierhuber, Willem Schuth, Czesław Adam Siekierski, Marc Tarabella, Jeffrey Titford, Witold Tomczak, Donato Tommaso Veraldi, Janusz Wojciechowski, Andrzej Tomasz Zapałowski |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-vot finali |
Herbert Bösch, Bernadette Bourzai, Béla Glattfelder, Gábor Harangozó, Astrid Lulling, Jan Mulder |
|||||||