RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim dwar Partenarjat Ekonomiku, Koordinazzjoni u Kooperazzjoni Politika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

13.4.2007 - (16522/2006 – COM(2006)0777 – C6‑0077/2007 – 2006/0259(CNS)) - *

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Helmuth Markov

Proċedura : 2006/0259(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0138/2007
Testi mressqa :
A6-0138/2007
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim dwar Partenarjat Ekonomiku, Koordinazzjoni u Kooperazzjoni Politika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

(16522/2006 – COM(2006)0777 – C6‑0077/2007 – 2006/0259(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (11523/2006)[1],

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim dwar Partenarjat Ekonomiku, Koordinazzjoni u Kooperazzjoni Politika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (16522/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 57(2), 71, 80(2), 133(1) u (5), 181 u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0077/2007),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0000/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0000/2007),

1.  Japprova l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din il-pożizzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri, lill-Istati Uniti Messikani u lir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija.

Test propost mill-KummissjoniEmendi mill-Parlament

Emenda 1

Ċitazzjoni 1

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 57(2), 71, 80(2), 133(1), 133(5) u 181, b'rabta ma' l-ewwel sottoparagrafu, l-ewwel u t–tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikou 300(3) tiegħu,

 

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 57(2), 71, 80(2), 133(1), 133(5) u 181, b'rabta ma' l-ewwel sottoparagrafu, l-ewwel u t–tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikou 300(3) tiegħu,

Ġustifikazzjoni

Dan il-protokoll ta' adattazzjoni ta' PCA, li jesiġi l-kunsens tal-Parlament biex jiġi konkluż, għandu jitressaq lill-Parlament stess skond il-proċedura ta' kunsens, fil-qafas ta' l-Artikolu 300 (3) KE, u mhux fil-qafas ta' konsultazzjoni sempliċi.

  • [1]  Għadha mhux ippublikata fil-ĠU.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-kontenut tal-Proposta attwali jikkonsisti f'Artikolu wieħed li japprova l-konklużjoni tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim dwar Partenarjat Ekonomiku, ta' Koordinazzjoni u Kooperazzjoni Politika. L-għan tal-Protokoll Addizzjonali attwali huwa espress fl-Artikolu 1 tiegħu li jiddikjara li "Ir-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija qegħdin b'dan jiġu inkorporati bħala Partijiet għall-Ftehim dwar Parternarjat Ekonomiku, il-Koordinazzjoni u l-Kooperazzjoni Politika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra". Dak l-Artikolu juri li l-għan huwa li ż-żewġ Partijiet ġodda jiġu inkorporati fil-Ftehima ewlenija.

Ir-rapporteur jemmen li f'dan ir-rigward jeżistu kwistjonijiet importanti u sostanzjali u jaqbel ma' l-estensjoni tal-Partenarjat Ekonomiku, ta' Koordinazzjoni u Kooperazzjoni Politika lill-Bulgarija u r-Rumanija.

Madankollu, hemm kwistjoni importanti legali u proċedurali li jistħoqilha kunsiderazzjoni bir-reqqa: il-Kummissjoni qed tipproponi li tikkonkludi l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim dwar Partenarjat Ekonomiku, ta' Koordinazzjoni u Kooperazzjoni Politika ma' l-Istati Uniti Messikani fuq bażi legali differenti minn dik użata bħala bażi legali għall-Ftehima Ewlenija. Din il-bidla sfortunatament mhix spjegata mill-Kummissjoni fil-Memorandum Spjegattiv.

Wara analiżi bir-reqqa, sakemm toħroġ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u fil-kuntest ta' l-opinjoni tas-Servizz Legali, ir-Rapporteur jaħseb li dan il-protokoll ta' adattazzjoni ta' PCA, li jirrikjedi l-kunsens tal-Parlament sabiex jiġi konkluż, għandu jitressaq lill-Parlament skond il-proċedura ta' kunsens, fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 300 (3) KE, minflok fil-kuntest ta' konsultazzjoni sempliċi.

Għalhekk, ir-rapporteur ressaq emenda waħda biex tinbidel waħda mill-bażi legali. B'mod partikulari, nipproponi li l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300 (3) KE jiġi sostitwit bit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300 (3) KE, u b'hekk ikun meħtieġ il-kunsens tal-Parlament minflok sempliċiment konsultazzjoni.

L-argumenti legali għal din l-emenda huma li ġejjin:

a) Il-Ftehima dwar Partenarjat Ekonomiku, ta' Koordinazzjoni u Kooperazzjoni Politika ma' l-Istati Uniti Messikani (il-ftehima ewlenija) ġiet konkluża fuq il-bażi ta' l-Artikoli 44(2), 47, 55, 57(2), 71, 80(2), 133 u 181 tagħha, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) KE, b'hekk huwa meħtieġ il-kunsens tal-Parlament. Huwa maħsub li l-kunsens tal-Parlament intalab minħabba li l-Ftehima stipulat "qafas istituzzjonali speċifiku bl-organizzazzjoni ta' proċeduri ta' koperazzjoni" f'termini tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) KE;

b) Il-Protokoll Addizzjonali jagħmel bidliet fil-ftehima ewlenija u tagħmel parti integrali minnha. Meta jiġi konkluż, il-qafas istituzzjonali tal-Ftehim dwar Partenarjat Ekonomiku, ta' Koordinazzjoni u Kooperazzjoni Politika bejn l-UE u l-Messiku se jiġi modifikat b'mod formali, minħabba li kemm il-Kunsill Konġunt u l-Kumitat Konġunt se jiġu estiżi bis-saħħa tad-dħul ta' żewġ Membri ġodda, jiġifieri l-Bulgarija u r-Rumanija;

c) Sa dak il-punt, wieħed jista' jargumenta li l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill hija maħsuba biex tbiddel il-"qafas istituzzjonali speċifiku" previst fil-ftehima ewlenija, fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 300(3), it-tieni subparagrafu, KE, u li għalhekk hija meħtieġa l-proċedura ta' kunsens tal-Parlament Ewropew.

L-OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI

Is-Sur Helmuth Markov

Chairman

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

BRUSSELL

Suġġett:           Opinjoni dwar il-bażi legali tal-Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għas-Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Ftehima ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u l-Istati Uniti Messikani, fuq in-naħa l-oħra, biex tiġi meqjusa l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea (COM(2006)0777 – C6‑0077/2007 – 2006/0259(CNS))[1]

Għażiż Sur Chairman,

Bl-ittra tat-8 ta' Marzu 2007, inti staqsejt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali skond ir-Regola 35(2), biex jikkunsidra jekk il-bażi legali tal-proposta tal-Kummissjoni t'hawn fuq kinetx valida u xierqa.

Il-Kumitat ikkunsidra l-mistoqsija t'hawn fuq fil-laqgħa tiegħu ta' l-20 ta' Marzu 2007.

Il-bażi legali proposta hija l-Artikoli 57(2), 71, 80(2), 133(1), 133(5) u 181 flimkien ma' l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tieni sentenza ta' l-Artikoli 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tat-Trattat KE.

Inti infurmajtna li l-kumitat tiegħek qed jikkunsidra li jemenda l-bażi legali sabiex issir referenza għat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) minflok għall-ewwel subparagrafu ta' dik id-dispożizzjoni.

Din il-bidla fil-bażi legali tagħti lill-Parlament il-benefiċċju tal-proċedura ta' kunsens minflok sempliċement konsultazzjoni.

Il-kumitat ewlieni talab l-opinjoni tas-Servizz Legali, li jappoġġja din il-bidla fil-bażi legali.

Dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat KE

Artikolu 300(3)

3. Il-Kunsill għandu jikkonkludi l-ftehimiet wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew, ħlief għall-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 133(3), inklużi każijiet fejn il-ftehima tkopri qasam li għalih il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 jew dik imsemmija fl-Artikolu 252 hija meħtieġa għall-adozzjoni ta' regoli interni. Il-Parlament Ewropew għandu jagħti l-opinjoni tiegħu f’terminu ta’ żmien limitat li l-Kunsill jista’ jistabbilixxi skond l-urġenza tal-kwistjoni. Fin-nuqqas ta' opinjoni f'dak it-terminu ta' żmien limitat, il-Kunsill jista' jaġixxi.

B'deroga mis-subparagrafu preċedenti, il-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 310, ftehimiet oħra li jistabbilixxu qafas istituzzjonali speċifiku permezz ta' organizzazzjoni ta' proċeduri ta' koperazzjoni, ftehimiet li jkollhom implikazzjonijiet baġitarji importanti għall-Komunità u ftehimiet li jinvolvu emenda ta' att adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 għandhom jiġu konklużi wara li jkun inkiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew.

Evalwazzjoni

Il-kwistjoni li għandha tiġi ddeterminata hija jekk il-ftehima konċernata tistabbilixxix qafas istituzzjonali speċifiku permezz ta' organizzazzjoni ta' proċeduri ta' koperazzjoni.

Preliminarjament, huwa nnotat li hija s-sentenza ta' każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja[2] li l-għażla ta' bażi legali għal atti tal-Komunità għandha tiġi ddeterminata biss b'referenza għal kriterji oġġettivi li jkunu suġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja, u b'mod partikulari l-għan u l-kontenut ta' l-att li jkun qiegħed jiġi propost.

Il-kontenut tal-proposta li qed tiġi kkunsidrata jikkonsisti f'artikolu wieħed li japprova l-konklużjoni tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għas-Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u l-Ftehima ta' Koperazzjoni. L-għan tal-Protokoll Addizzjonali huwa msemmi fl-Artikolu 1 tiegħu, li jgħid li "R-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija qed jiġu inkorporati hawnhekk bħala Partijiet għas-Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Ftehima ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u l-Istati Uniti Messikani, fuq in-naħa l-oħra". Huwa ċar minn dak l-artikolu li l-għan huwa li jiġu inkorporati ż-żewġ Partijiet ġodda fil-Ftehim ewlieni.

Għandu jiġi nnutat li l-Ftehim ewlieni jeħtieġ il-kunsens tal-Parlament skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3), minħabba li jistabbilixxi b'mod ċar "qafas istituzzjonali speċifiku" (Kunsill Konġunt bis-setgħa li jieħu deċiżjonijiet li jorbtu lill-Partijiet u li jiddeċiedi dwar it-twaqqif ta' proċedura għall-ftehim dwar tilwim rigward kummerċ speċifiku jew tilwim relatat ma' kummerċ u Kumitat Konġunt biex jgħin lill-Kunsill Konġunt).

Kif jinnota s-Servizz Legali fl-opinjoni tiegħu, il-Qorti tal-Ġustizzja għad trid tinterpreta l-kunċett ta' "qafas istituzzjonali speċifiku" fi ħdan it-tifsira tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3).

Madankollu, ġeneralment il-protokolli jiġu konklużi fuq l-istess bażi legali bħall-ftehim ewlieni, u l-Artikolu 3 tal-Protokoll propost jgħid li għandu jifforma parti integrali mill-ftehim ewlieni.

Barra minn hekk, meta l-Protokoll Addizzjonali jiġi konkluż, il-qafas istituzzjonali jiġi modifikat formalment ukoll, minħabba li kemm il-Kunsill Konġunt u kif ukoll il-Kumitat Konġunt se jiġu estiżi permezz ta' l-inklużjoni ta' żewġ Membri ġodda - Membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw lill-Bulgarija u lir-Rumanija. Minħabba dan, huwa meqjus li l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill tipprova timmodifika l-"qafas istituzzjonali speċifiku" stipulat fil-Ftehim ewlieni, u li għalhekk għandha ssir referenza għat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tat-Trattat KE.

Konklużjoni

Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, huwa meqjus li: il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill tipprova timmodifika l-"qafas istituzzjonali speċifiku" stipulat fil-Ftehim ewlieni, li l-Protokoll propost jifforma parti integrali minnu.

Fil-laqgħa tiegħu ta' l-20 ta' Marzu 2007, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda f'dan is-sens, b'mod unanimu[3], li jagħtik parir li l-bażi legali għandha tinbidel sabiex tirreferi għat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tat-Trattat KE, li jirrikjedi l-kunsens u mhux biss il-konsultazzjoni tal-Parlament.

Dejjem tiegħek,

(sgd) Giuseppe Gargani

Chairman tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali

  • [1]  Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
  • [2]  Ara l-Każ C-338/01 Il-Kummissjoni v. Il-Kunsill [2004] ECR. I-7829, para. 54; Każ C-211/01 Il-Kummissjoni v. Il-Kunsill [2003] ECR. I-8913, para. 38; Każ 62/88, Il-Greċja v. Kunsill [1990] ECR I-01527, para. 62.
  • [3]  Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Giuseppe Gargani (chairman), Cristian Dumitrescu (viċi chairman), Rainer Wieland (viċi chairman), Francesco Enrico Speroni (viċi chairman), Sharon Bowles, Mogens N.J. Camre, Marek Aleksander Czarnecki, Monica Frassoni, Jean-Paul Gauzès, Kurt Lechner, Klaus-Heiner Lehne, Katalin Lévai, Eva Lichtenberger, Toine Manders, Antonio Masip Hidalgo, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Michel Rocard, Aloyzas Sakalas, Gabriele Stauner, József Szájer, Jacques Toubon, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka.

PROĊEDURA

Titlu

It-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim dwar Partenarjat Ekonomiku, Koordinazzjoni u Kooperazzjoni Politika bejn il-KE u l-Istati Uniti Messikani, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-UE

Referenzi

COM(2006)0777 - C6-0077/2007 - 2006/0259(CNS)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

19.2.2007

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

13.3.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħtu/i opinjoni(jiet)

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

13.3.2007

 

 

 

Opinjonijiet mhux mogħtija

Data tad-deċiżjoni

AFET

27.2.2007

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Helmuth Markov

28.2.2007

 

 

Bażi legali kkontestata

Data ta' l-opinjoni tal-JURI

JURI

20.3.2007

 

 

 

Diskussa fil-kumitat

21.3.2007

 

 

 

Data adottata

11.4.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Kader Arif, Carlos Carnero González, Daniel Caspary, Christofer Fjellner, Béla Glattfelder, Eduard Raul Hellvig, Jacky Henin, Ģirts Valdis Kristovskis, Caroline Lucas, Erika Mann, Helmuth Markov, Cristiana Muscardini, Georgios Papastamkos, Tokia Saïfi, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Corien Wortmann-Kool

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Panagiotis Beglitis, Elisa Ferreira, Vasco Graça Moura, Pia Elda Locatelli, Ivo Strejček, Margrietus van den Berg

Sostituti skond ir-Regola 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Emanuel Jardim Fernandes, Anne Ferreira, Markus Pieper