RAPPORT dwar emenda ta' l-Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament"Koperazzjoni aktar mill-qrib bejn Kumitati"
13.4.2007 - (2007/2016(REG))
Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteur: Richard Corbett
PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar emenda ta' l-Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
"Koperazzjoni aktar mill-qrib bejn Kumitati"
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta għal emenda tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu (B6‑0461/2006)
– wara li kkunsidra l-Artikoli 201 u 202 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0139/2007),
1. Iddeċieda li jemenda r-Regoli ta' Proċedura kif jidher hawn taħt;
2. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-emenda se tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sessjoni parzjali li jmiss;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, għal skopijiet ta' informazzjoni.
Test preżenti | Emendi |
Emenda 1 Artikolu 47 | |
Koperazzjoni aktar mill-qrib bejn kumitati |
Proċedura ma’ kumitati assoċjati |
Meta, fl-opinjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, kwistjoni taqa' kważi b'mod indaqs taħt il-kompetenzi ta' żewġ kumitati, jew meta partijiet differenti tal-kwistjoni jaqgħu taħt il-kompetenza ta' żewġ kumitati differenti, l-Artikolu 46 għandu japplika b'dawn id-disposizzjonijiet miżjuda li ġejjin: |
Meta kwistjoni ta’ kompetenza tkun ġiet imressqa quddiem il-Konferenza tal-Presidenti, skond l-Artikoli 179(2) jew 45 u l-Konferenza tal-Presidenti tqis li l-kwistjoni taqa' kważi b'mod indaqs taħt il-kompetenza ta' żewġ kumitati jew aktar, jew li partijiet differenti tal-kwistjoni jaqgħu taħt il-kompetenza ta' żewġ kumitati jew aktar, l-Artikolu 46 għandu japplika b'dawn id-dispożizzjonijiet miżjuda li ġejjin: |
- il-programm għandu jkun miftiehem bejn iż-żewġ kumitati flimkien; |
- il-programm għandu jkun miftiehem bejn il-kumitati kkonċernati flimkien; |
- ir-rapporteur u l-awtur ta' abbozz għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jilħqu qbil dwar it-testi li huma jipproponu lill-kumitati tagħhom u dwar il-posizzjoni tagħhom dwar emendi;
|
- ir-rapporteur u l-awturi ta' abbozz għandhom iżommu lil xulxin infurmati u għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jilħqu qbil dwar it-testi li huma jipproponu lill-kumitati tagħhom u dwar il-pożizzjoni tagħhom dwar emendi; |
|
- il-kumitati kkonċernati jistgħu jidentifikaw flimkien oqsma tat-test li jaqgħu taħt il-kompetenzi esklussivi jew konġunti tagħhom u jilħqu qbil dwar l-arranġamenti preċiżi għall-koperazzjoni tagħhom; |
- il-kumitat responsabbli għandu jaċċetta mingħajr votazzjoni emendi mill-kumitat li jintalab l-opinjoni meta dawn ikunu dwar kwistjonijiet li ċ-chairman tal-kumitat responsabbli iqis, fuq il-bażi ta' l-Anness VI, wara li jikkonsulta liċ-chairman tal-kumitat li jkun intalab opinjoni, li jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-kumitat li jkun intalab opinjoni, u li ma jmorrux kontra elementi oħra tar-rapport. |
- il-kumitat responsabbli għandu jaċċetta mingħajr votazzjoni emendi minn kumitat li jintalab l-opinjoni meta dawn ikunu dwar kwistjonijiet li ċ-chairman tal-kumitat responsabbli iqis, fuq il-bażi ta' l-Anness VI, wara li jikkonsulta liċ-chairman tal-kumitat li jkun intalab opinjoni, li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-kumitat li jkun intalab opinjoni, u li ma jmorrux kontra elementi oħra tar-rapport. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda proposta għall-kliem użat fil-preżent ta’ l-Artikolu 47 tirrifletti l-opinjoni tal-maġġoranza fil-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali li hija li l-Artikolu għandu jsir iktar flessibbli iżda mhux ikun mibdul radikalment: Il-proċedura għandha tkun disponibbli wkoll fejn aktar minn żewġ kumitati jixtiequ jkunu involuti u t-termini preċiżi tal-koperazzjoni tagħhom u l-qsim tax-xogħol u tal-kompetenza għandhom ikunu miftuħa għal arranġamenti bejn kumitati fuq bażi ta’ kull każ għalih. | |
L-Artikolu emendat issa jesprimi waħda mir-rekwiżiti fundamentali jekk din il-kwalità ta’ proċedura se tkun ta’ suċċess, jiġifieri komunikazzjoni intensa u regolari bejn l-awturi ta’ abbozz involuti. Huwa ssuġġerit li jinbidel it-titolu ta’ l-Artikolu sabiex tkun evitata kwalunkwe konfużjoni bit-terminoloġija użata fit-Trattati: Koperazzjoni Aktar mill-Qrib bejn Stati Membri taħt it-Titolu VII tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea. | |
Il-frażi introduttorja ġiet modifikata sabiex ikun ċar li l-kwistjoni jekk koperazzjoni aktar mill-qrib, li ssemmiet mill-ġdid bħala proċedura ma’ kumitati assoċjati, għandhiex issir varjant tal-kwistjoni ta’ kompetenza tal-kumitati. Jekk ikun hemm kwistjoni bħal din fir-rigward ta’ rapport leġiżlattiv, hija għandha tiġi ttrattata f’konformità ma’ l-Artikolu 179(2), jekk il-kwistjoni tkun fil-kuntest ta’ rapport ta’ inizjattiva proprja kkunsidrat minn kumitat, hija għandha tiġi ttrattata fil-proċedura ta’ awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 45 flimkien ma’ l-interpretazzjoni li tkun ingħatat. |
NOTA SPJEGATTIVA
Wara diskussjonijiet fi ħdan il-Konferenza taċ-Chairmen tal-Kumitati li wasslet għal seminar li sar fit-22 u fit-23 f’Limelette[1], is-Sur Daul fil-kariga tiegħu ta’ chairman ta’ din l-entità, ressaq proposta għal emenda tar-Regoli 46 u 47[2] bil-għan primarju li jkun hemm bilanċ aħjar bejn il-kumitati kkonċernati sabiex ikun żgurat li huma verament jaħdmu flimkien.
L-emenda ta’ l-Artikolu 47 li qegħda f’dan l-abbozz ta’ rapport issegwi din il-proposta b’mod wiesa’ fir-rigward tal-ftuħ tal-proċedura lil iktar minn żewġ kumitati u li tkun iktar flessibbli. Iżda hija ma ssegwix il-proposta fir-rigward tal-possibilità għall-kumitat mitlub jagħti opinjoni li jressaq emendi direttament lis-seduta plenarja meta emendi ta’ kompromess konġunti mal-kumitat responsabbli ma jkunux jistgħu jintlaħqu. Dan l-element tal-proposta huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li s-sempliċi possibilità ta’ tali emendi mressqa mill-kumitat mitlub jagħti opinjoni meta “m’hemmx għażla oħra” se toħloq interess reċiproku f’koperazzjoni ġenwina u b’hekk ma twassalx għal iktar emendi fil-Parlament.
Ir-rapporteur tiegħek huwa xettiku rigward tali suppożizzjoni. Wieħed irid iżomm f’moħħu hawnhekk li sa għaxar snin ilu l-kumitati kollha setgħu jressqu emendi sabiex ikunu eżaminati fil-Parlament. Dan fil-prattika, bħala riżultat li l-kumitati talbu opinjoni, kellu emendi mressqa b’mod sistematiku għal darba oħra direttament fis-seduta plenarja meta huma ma jkunux ġew aċċettati mill-kumitat responsabbli. Il-fatt li l-kumitat responsabbli jkollu l-aħħar kelma kien b’hekk ifisser filtru li jipproteġi lis-seduta plenarja minn numru għoli ħafna ta’ emendi.
Jekk ikun hemm differenzi li verament ma jistgħux jingħelbu bejn il-metodi użati minn kumitati involuti fi proċedura ta’ koperazzjoni aktar mill-qrib, l-emendi mressqa minn kumitat jew mill-ieħor jeħtieġ li jiżguraw l-appoġġ ta’ gruppi politiċi ewlenin xorta waħda sabiex jiġu adottati. Hija b’hekk il-ħidma naturali tal-gruppi politiċi li jsibu modi sabiex jintlaħaq il-kunsens neċessarju f’sitwazzjonijiet bħal dawn. Sitwazzjonijiet bħal dawn iżda jistgħu jiġu evitati sew jekk iċ-chairpersons u r-rapporteurs involuti jwettqu l-irwol tagħhom ta’ tmexxija u jikkoperaw b’mod sħiħ. It-tielet inċiż il-ġdid li huwa meħud letteralment mill-proposta tas-Sur Daul huwa maħsub sabiex jippermetti u jinkoraġġixxi tali koperazzjoni.
Dan l-abbozz ta’ rapport lanqas m’għandu l-emenda 1 tal-proposta tas-Sur Daul li tintroduċi skadenza fl-Artikolu 46 għal kumitati li jixtiequ jintalbu jagħtu opinjoni. Ir-rapporteur tiegħek huwa ta’ l-opinjoni li tali skadenza m’hemmx għalfejn tkun prevista b’mod espliċitu minħabba li hija diġà teżisti b’mod indirett. Minħabba li, skond l-Artikolu 179(2) kwistjoni ta’ kompetenza trid tkun imressqa quddiem il-Konferenza tal-Presidenti “fi żmien erba’ ġimgħat mit-tħabbira fil-Parlament ta’ referenza lil kumitat”. Wieħed jista’ jikkonkludi minn din il-formulazzjoni li talbiet sabiex kumitat ikun involut bħala kumitat mitlub jagħti opinjoni jew, b’analoġija, sabiex ikun assoċjat f’koperazzjoni aktar mill-qrib, iridu jsiru fil-ħin sabiex jilħqu din l-iskadenza.
Raġunar simili japplika għall-emenda 3 tal-proposta li tobbliga lill-Konferenza tal-Presidenti sabiex tiddeċiedi fi żmien sitt ġimgħat dwar talbiet biex kumitat ikun assoċjat f’koperazzjoni aktar mill-qrib. Jekk talba bħal din tkun meqjusa bħala tip ta’ “kunflitt dwar il-kompetenza ta’ żewġ kumitati permanenti jew iktar” skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 179(2), li hija ħaġa raġonevoli biżżejjed, l-iskadenza prevista f’din id-dispożizzjoni tapplika u skadenza speċifika ma tkunx neċessarja lanqas.
- [1] Il-konklużjonijiet ta’ dan is-seminar, id-“Dikjarazzjoni ta’ Limelette”, intbagħtu b’ittra tat-28 ta’ Ġunju 2006 lill-President. Huma għandhom f’anness suġġerimenti dettaljati għal modifika ta’ l-Artikolu 47.
- [2] Skond l-Artikolu 202, id-Dokument B6-0461/2006 tal-31.8.2006
PROPOSTA GĦAL EMENDA TAR-REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-PARLAMENT (B6-0461/2006) (31.8.2006)
skond l-Artikolu 202 tar-Regoli ta' Proċedura
mressqa minn Joseph Daul
Emendi ta' l-Artikoli 46 u 47
Opinjonijiet ta' kumitati
Koperazzjoni aktar mill-qrib bejn kumitati
Test preżenti | Emendi |
Emenda 1 Artikolu 46, paragrafu 1 | |
1. F'każ li kumitat li quddiemu tkun ġiet riferuta mistoqsija jixtieq jisma' l-opinjonijiet ta' kumitat ieħor, jew xi kumitat ieħor ikun jixtieq isemma' l-opinjonijiet tiegħu dwar ir-rapport tal-kumitat li quddiemu tressqet il-mistoqsija, dawn il-kumitati jistgħu jistaqsu lill-President li, b'konformità ma' l-Artikolu 179(3), jinnomina kumitat minnhom bħala l-kumitat responsabbli u l-ieħor il-kumitat li jkun intalab opinjoni. |
1. F'każ li kumitat li quddiemu tkun ġiet riferuta mistoqsija jixtieq jisma' l-opinjonijiet ta' kumitat ieħor, jew xi kumitat ieħor ikun jixtieq isemma' l-opinjonijiet tiegħu dwar ir-rapport tal-kumitat li quddiemu tressqet il-mistoqsija, dawn il-kumitati jistgħu jistaqsu lill-President, fi żmien erba' ġimgħat mit tħabbira ta' referenza fis-seduta plenarja, li, b'konformità ma' l-Artikolu 179(3), jinnomina kumitat minnhom bħala l-kumitat responsabbli u l-ieħor il-kumitat li jkun intalab opinjoni. |
Or. fr | |
Ġustifikazzjoni | |
Kumitat għandu erba' ġimgħat mit-tħabbira ta' referenza fis-seduta plenarja biex iressaq talba għall-koperazzjoni aktar mill-qrib. Dan jevita sitwazzjoni fejn għal raġunijiet prattiċi, partikolarment fl-istadju avvanzat tax-xogħol tal-kumitat responsabbli, il-proċedura ta' l-Artikolu 47 ma tkunx tista' tiġi applikata. | |
Emenda 2 Artikolu 47, paragrafu -1(ġdid) | |
|
Kumitat wieħed jew tnejn jistgħu jitolbu li jkunu involuti, permezz ta' koperazzjoni aktar mill-qrib, fit-tfassil ta' rapport mill-kumitat responsabbli f'każi fejn ikunu ta' l-opinjoni li wieħed jew aktar mill-aspetti essenzjali tal-kwistjoni li jkunu qed jiġu kkunsidrati jaqgħu taħt l-oqsma speċifiċi tal-kompetenza tagħhom. Talbiet bħal dawn għandhom ikunu ġġustifikati skond l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura. |
Or. fr | |
Ġustifikazzjoni | |
Il-prattika turi li f' xi każi proposta tista' tkun fil-qasam ta' kompetenza ta' aktar minn żewġ kumitati. Min-naħa l-oħra, hu rari ħafna li jkunu nvoluti aktar minn tliet kumitati, u l-ħtieġa għal koperazzjoni effettiva wkoll tillimita n-numru ta' kumitati li jistgħu ikunu nvoluti. | |
Dan il-paragrafu ġdid jobbliga lill-kumitati biex jiġġustifikaw it-talbiet għal koperazzjoni aktar mill-qrib skond l-Artikolu VI. | |
Emenda 3 Artikolu 47, paragrafu -1(ġdid) | |
|
Il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-Konferenza tal-Presidenti għal deċiżjoni finali, li għandha tittieħed fi żmien sitt ġimgħat mid-data ta' referenza. Il-Konferenza tal-Kumitat taċ-Chairpersons għandha tkun notifika, u tista' tagħmel rakkomandazzjoni lill-Konferenza tal-Presidenti. |
Or. fr | |
Ġustifikazzjoni | |
Dan il-paragrafu ġdid jipprovdi għal mekkaniżmu u skeda għat-teħid tad-deċiżjonijiet. | |
Bħal issa, hu l-kumitat responsabbli li jiddeċiedi jekk jinvolvix jew le lill-kumitat li jkun intalab opinjoni f'koperazzjoni aktar mill-qrib. Il-Konferenza tal-Presidenti tieħu deċiżjoni biss jekk wieħed mill-kumitati involuti jitlob dan b'mod espliċitu. Minflok, id-deċiżjoni finali għandha tittieħed mill-Konferenza tal-Presidenti, u mhux mill-kumitat responsibbli. | |
Emenda 4 Artikolu 47, paragrafu 1 | |
Meta, fl-opinjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, kwistjoni taqa' kważi b'mod indaqs taħt il-kompetenzi ta' żewġ kumitati, jew meta partijiet differenti tal-kwistjoni jaqgħu taħt il-kompetenza ta' żewġ kumitati differenti, l-Artikolu 46 għandu japplika b'dawn id-disposizzjonijiet miżjuda li ġejjin: |
Fejn deċiżjoni li tawtorizza koperazzjoni aktar mill-qrib tittieħed mill-Konferenza tal-Presidenti, l-Artikolu 46 għandu japplika b'dawn id-dispożizzjonijiet miżjuda li ġejjin: |
|
- il-kumitati kkonċernati jistgħu jidentifikaw flimkien oqsma tat-test li jaqgħu taħt il-kompetenzi esklussivi jew konġunti tagħhom u jilħqu qbil dwar l-arranġamenti preċiżi għall-koperazzjoni tagħhom; |
- il-programm għandu jkun miftiehem bejn iż-żewġ kumitati kkonċernati flimkien; |
- il-programm għandu jkun miftiehem bejn il-kumitati kkonċernati flimkien; |
- ir-rapporteur u l-awtur ta' abbozz għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jilħqu qbil dwar it-testi li huma jipproponu lill-kumitati tagħhom u dwar il-posizzjoni tagħhom dwar emendi; |
- ir-rapporteur u r-rapporteur assoċjati għandhom iżommu lil xulxin kompletament infurmati dwar it-testi li jipproponu lill-kumitati tagħhom u dwar il-pożizzjoni tagħhom dwar emendi; |
- il-kumitat responsabbli għandu jaċċetta mingħajr votazzjoni emendi mill-kumitat li jintalab l-opinjoni meta dawn ikunu dwar kwistjonijiet li ċ-chairman tal-kumitat responsabbli iqis, fuq il-bażi ta' l-Anness VI, wara li jikkonsulta liċ-chairman tal-kumitat li jkun intalab opinjoni, li jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-kumitat li jkun intalab opinjoni, u li ma jmorrux kontra elementi oħra tar-rapport. |
|
|
- meta l-kumitati assoċjati u l-kumitat responsabbli jivvutaw, jistgħu, fuq ir-rakkomandazzjoni tar-rapporteur jew ir-rapporteur assoċjati, jiddeċiedu li jressqu emendi ta' kompromess konġunti fis-seduta plenarja; |
|
- fejn il-proċedura fir-raba' inċiż fuq ma tkunx ġiet segwita, jew fejn ikun hemm nuqqas ta' qbil kontinwu bejn il-kumitati kkonċernati, kumitat assoċjat jista', b'deroga mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 150(1), iressaq, fis-seduta plenarja, l-emendi li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu, li jkunu tressqu fil-kumitat responsabbli imma ġew rifjutati. |
Or. fr | |
Ġustifikazzjoni | |
(Introduzzjoni)Il-kliem użat jirrifletti l-possibbiltà tal-Konferenza tal-Presidenti li timponi koperazzjoni aktar mill-qrib bħala soluzzjoni għal kontestazzjoni ta' poteri u responsabbiltajiet. | |
(Inċiż -1 ġdid) Il-kliem użat jinkoraġixxi kumitati biex jiddefinixxu l-koperazzjoni tagħhom u tagħtihom opportunità jiftehmu dwar arranġamenti biex jgħaddu emendi mressqa mill-kumitati assoċjati (possibbilment mingħajr vot mill-kumitat responsabbli). | |
(Inċiż 2) Il-kliem aħjar u aktar realistiku tal-paragrafu jitlob skambju sħiħ ta' informazzjoni relevanti bejn il-kumitati konċernati, sabiex ikun hemm koperazzjoni ġenwina. | |
(Inċiż 3a (ġdid) Il-vantaġġ ta' din il-bidla hu li tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-kumitat assoċjat matul il-proċedura, waqt li toħloq interess reċiproku fil-koperazzjoni ġenwina. Tippermetti lill-kumitat responsabbli li jivvota fuq l-emendi kollha, u ma jkollu l-ebda obbligu li jinkorpora kwalunkwe emenda mill-kumitat assoċjat mingħajr vot, imma toffri lil dan ta' l-aħħar l-għażla li jressaq fis-seduta plenarja emendi li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu li jkunu ġew rifjutati mill-kumitat responsabbli. Iż-żewġ kumitati ikollhom interess li jilħqu ftehim fi stadju bikri biex jevitaw il-possibbiltà ta' deċiżjoni fis-seduta plenarja, li tkun barra mill-kontroll tagħhom. | |
(Inċiż 3b ġdid) Din is-soluzzjoni, madankollu, toffri lis-seduta plenarja għażla vera bejn żewġ pożizzjonijiet konfliġġenti f'dawk il-każi fejn in-nuqqas ta' qbil jippersisti. Il-possibbiltà ta' tressiq ta' emendi ta' kompromess fis-seduta plenarja tipprovdi, jekk affarijiet oħra ifallu, l-opportunità lill-kumitati biex jilħqu ftehim qabel mas-seduta plenarja tagħti l-verdett tagħha. |
NB: Regoli oħra (partikolarment Artikoli 150 u 155) iridu jiġu emendati biex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet il-ġodda.
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda ta’ l-Artikolu 47 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament “Koperazzjoni aktar mill-qrib bejn kumitati” |
|||||||||||||
Numru tal-proċedura |
||||||||||||||
Proposta(i) għal emenda kkunsidrata(i) |
|
|
||||||||||||
Kumitat risponsabbli |
AFCO |
|||||||||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni |
|
|
|
|
|
|||||||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija |
|
|
|
|
|
|||||||||
Rapporteur(s) |
Richard Corbett 4.10.2006 |
|
||||||||||||
Eżami fil-kumitat |
4.10.2006 |
1.3.2007 |
|
|
|
|||||||||
Data ta' l-adozzjoni |
10.4.2007 |
|||||||||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+ - 0 |
20 0 0 |
||||||||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Enrique Barón Crespo, Richard Corbett, Jean-Luc Dehaene, Andrew Duff, Maria da Assunção Esteves, Ingo Friedrich, Bronisław Geremek, Anneli Jäätteenmäki, Timothy Kirkhope, Jo Leinen, Íñigo Méndez de Vigo, Rihards Pīks, Marie-Line Reynaud, Adrian Severin, Riccardo Ventre |
|||||||||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Elmar Brok, Carlos Carnero González, Klaus Hänsch, Jacek Protasiewicz, Mauro Zani |
|||||||||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
|
|||||||||||||
Data tat-tressiq |
13.4.2007 |
|
||||||||||||
Kummenti |
... |
|||||||||||||