RAPPORT dwar l-emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew sabiex il-proċeduri interni jiġu adattati għall-eżiġenzi tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja

    16.4.2007 - (2005/2238(REG))

    Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
    Rapporteur: Marie-Line Reynaud
    PR_REG

    Proċedura : 2005/2238(REG)
    Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
    Ċiklu relatat mad-dokument :  
    A6-0143/2007
    Testi mressqa :
    A6-0143/2007
    Dibattiti :
    Testi adottati :

    PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar l-emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew sabiex il-proċeduri interni jiġu adattati għall-eżiġenzi tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja

    (2005/2238(REG))

    Il-Parlament Ewropew,

    –      wara li kkunsidra l-proposta għal emenda tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu (B6-0582/2005),

    –      wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat għar-Reġjuni bit-titolu: "L-implimentazzjoni tal-Programm ta' Liżbona tal-Komunità : Strateġija għas-simplifikazzjoni ta’ l-ambjent regolatorju" (COM(2005)0535),

    –      wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta' Ġunju 2006, speċjalment il-punt 41,

    –      wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Mejju 2006 dwar strateġija għas-simplifikazzjoni ta' l-ambjent regolatorju[1],

    –      wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Mejju 2006 dwar ir-riżultat ta' l-istudju tal-proposti leġiżlattivi pendenti quddiem il-leġiżlatur[2],

    –      wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat għar-Reġjuni bit-titolu: "Reviżjoni strateġika ta' Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea" (COM(2006)0689),

    –      wara li kkunsidra l-Artikoli 201 u 202 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    –      wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6‑0143/2007),

    A.     billi l-Parlament, fir-riżoluzzjoni msemmija tas-16 ta' Mejju 2006 dwar l-istrateġija għas-simplifikazzjoni ta' l-ambjent regolatorju (punt 21), impenja ruħu "sabiex jirrifletti fuq it-titjib tal-proċeduri tiegħu u tat-tekniki leġiżlattivi interni tiegħu sabiex jitħaffu d-dossiers ta' 'simplifikazzjoni' dejjem waqt li jkunu rispettati l-proċeduri msemmija fil-liġi primarja, f'dal-każ partikulari, it-Trattat KE",

    B.     billi t-tekniki ta' kodifikazzjoni u ta' tfassil mill-ġdid huma fost l-istrumenti l-iktar importanti għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, li hija parti mill-qafas ta' l-istrateġija l-ġdida ta' Liżbona għal benefiċċju tat-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa,

    C.    billi r-regolament jinkludi dispożizzjoni dwar il-kodifikazzjoni li għandha tiġi riveduta, iżda ma jinkludi l-ebda dispożizzjoni dwar it-tfassil mill-ġdid,

    D.    billi l-Parlament, permezz ta' eżami mill-ġdid u kjarifika tal-proċeduri tiegħu, jixtieq jikkontribwixxi serjament għall-isforzi ta' simplifikazzjoni u jinkoraġġixxi l-Kummissjoni tagħmel aktar proposti b'din l-intenzjoni,

    E.     billi huwa mixtieq li l-Kunsill jassumi approċċ simili,

    1.     Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

    2.     Jagħmilha ċara li l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;

    3.     Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

    Test fis-seħħEmendi

    Emenda 1

    Artikolu 80

    1. Meta proposta tal-Kummissjoni għall-kodifikazzjoni ta' leġislazzjoni tal-Komunita` tiġi ppreżentata lill-Parlament, din għandha titressaq quddiem il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali. Kemm-il darba jiġi aċċertat li l-proposta ma tinvolvix bdil fil-mertu ta' leġislazzjoni eżistenti tal-Komunita`, il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 43 għandha tiġi segwita.

    1. Meta proposta tal-Kummissjoni għall-kodifikazzjoni ta' leġiżlazzjoni tal-Komunità tiġi ppreżentata lill-Parlament, din għandha titressaq quddiem il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali Dan il-Kumitat għandu jeżaminaha skond l-arranġamenti milħuqa fuq livell interistituzzjonali1 sabiex jaċċerta ruħu li din hija sempliċiment kodifikazzjoni mingħajr tibdil sostanzjali.

    2. Iċ-chairman tal-kumitat responsabbli jew ir-rapporteur maħtur minn dak il-Kumitat jista' jipparteċipa fl-eżami jew ir-reviżjoni tal-proposta għall-kodifikazzjoni. Jekk ikun meħtieġ, il-kumitat responsabbli mil-leġiżlazzjoni jista' jagħti l-opinjoni tiegħu minn qabel.

    2. Il-Kumitat li kien responsabbli għall-atti li kellhom jiġu kkodifikati jistà, fuq talba tiegħu stess jew tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali, jintalab jagħti l-opinjoni tiegħu dwar kemm hi mixtieqa l-kodifikazzjoni.

    3. Minkejja d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 43(3), il-proċedura simplifikata ma tistax tiġi applikata għal proposta għal kodifikazzjoni uffiċjali meta din il-proċedura tkun opposta minn maġġoranza tal-membri tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jew tal-kumitat responsabbli.

     

    3. L-emendi għat-test tal-proposta mhumiex ammissibbli.

     

    Madankollu, fuq talba tar-rapporteur, iċ-chairman tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jistà jippreżenta, għall-approvazzjoni ta' dan ta' l-aħħar, emendi relatati ma' l-adattamenti tekniċi, sakemm dawk l-adattamenti huma neċessarji sabiex ikun żgurat li l-proposta hija konformi mar-regoli dwar il-kodifikazzjoni u ma jinvolvux tibdil sostanzjali tal-proposta.

     

    4. Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma tinvolvix tibdil sostanzjali, huwa għandu jirreferiha lill-Parlament għall-approvazzjoni tiegħu.

     

    Jekk il-kumitat huwa tal-fehma li l-proposta tinkludi tibdil sostanzjali tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, għandu jipproponi lill-Parlament iċ-ċaħda tal-proposta.

     

    Fiż-żewġ każi, il-Parlament għandu jiddeċiedi permezz ta' vot wieħed, mingħajr emendi jew dibattitu.

     

    __________________________

    1Ftehima interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994, Metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġislattivi, punt 4, ĠU, C 102, 4.4.1996, p.2.

    Emenda 2

    Artikolu 80 a (ġdid)

     

    Artikolu 80 a

    Tfassil mill-ġdid

    1. Meta proposta tal-Kummissjoni għall-kodifikazzjoni ta' leġiżlazzjoni Komunitarja tiġi preżentata lill-Parlament, għandha titressaq quddiem il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali u l-kumitat responsabbli.

     

     

    2. Il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali għandu jeżaminaha skond l-arranġamenti milħuqa fuq livell interistituzzjonali1 bil-għan li jkun żgurat li l-proposta ma tinvolvix tibdiliet sostanzjali minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta.

     

    Għall-iskop ta' dan l-eżami, l-emendi għat-test tal-proposta mhumiex ammissibbli. Madankollu, l-Artikolu 80(3), it-tieni subparagrafu japplika f'dak li għandu x'jaqsam mad-dispożizzjonjiet li ma nbidlux fil-proposta għal tfassil mill-ġdid.

     

    3. Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali għal-leġiżlazzjoni minbarra dawk identifikati bħala tali, għandu jinforma lill-kumitat responsabbli dwar dan.

     

    F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 150 u 151, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.

     

    Madankollu, emendi tal-partijiet li ma nbidlux jistgħu jiġu ammessi fuq bażu eċċezzjonali u skond il-każ miċ-chairman ta' dan il-kumitat jekk iqis li raġunijiet relatati mal-koerenza interna tat-test jew mar-rabta ma' emendi oħra ammissibbli jkunu jeżiġu li dan isir. Dawn ir-raġunijiet għandhom jitniżżlu f'ġustifikazzjoni miktuba ta' l-emendi.

     

    4. Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta tinkludi bidliet sostanzjali għal-leġiżlazzjoni minbarra dawk identifikati bħala tali, jista' jipproponi li ċ-ċaħda tal-proposta lill-Parlament u jinforma lill-kumitat responsabbli dwar dan.

     

    F'dan il-każ, il-President jistieden lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta tagħħa. Jekk il-Kummissjoni tirtira l-proposta tagħha, il-President għandu jinnota li l-proċedura tilfet l-iskop tagħha u għandu jinforma lill-Kunsill. Jekk il-Kummissjoni ma tirtirax il-proposta tagħha, il-Parlament għandu jerġà jibgħatha lill-kumitat responsabbli, sabiex jeżaminaha skond il-proċedura normali.

     

    ______________________

    1 Ftehima interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid ta' l-atti legali, ĠU C 77 tat-28.3.2002, p.1.

     

     

     

     

    NOTA SPJEGATTIVA

    Wara proposta għall-emendar ta' l-Artikolu 80 tar-Regoli ta' Proċedura, Kodifikazzjoni magħmula mis-Sur Corbett[1], il-kumitat tagħna kien awtorizzat li jagħmel rapport dwar il-bidliet għar-Regoli ta' Proċedura sabiex il-proċeduri interni jiġu adattati għal każijiet ta' simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità[2].

    Din l-inizjattiva hija parti mir-risposta tal-Parlament għall-aħħar inizjattiva tal-Kummissjoni fil-qasam tas-simplifikazzjoni[3].

    Il-Parlament ħa l-inizjattiva li jirrifletti dwar it-titjib tal-proċeduri tiegħu u t-tekniċi leġiżlattivi interni, sabiex jitħaffef il-proċess ta' simplifikazzjoni filwaqt li jkunu rispettati l-proċeduri msemmija fil-liġi primarja, fil-kuntest tat-Trattat KE"[4]

    Jeħtieġ li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta' Kodifikazzjoni, l-Artikolu 80, billi titwaqqaf proċedura speċifika li hija differenti mill-proċeduri ssimplifikati u mħaffa eżistenti, kemm sabiex jirrispondu għal ħtiġijiet ta'l-kodifikazzjoni u kemm sabiex jinkorporaw fir-regoli diversi obbligi li l-Parlament aċċetta bħala parti mill-ftehimiet interistituzzjonali.

    Barra minn hekk, ikun xieraq li fir-regolament tkun introdotta t-teknika ta' tiswir mill-ġdid permezz tat-twaqqif ta' proċedura oħra speċifika bbażata fuq il-proċedura ta' "kodifikazzjoni".

    Hija ħaġa kurjuża li minn mindu saret il-formalizzazzjoni fil-forma ta' ftehima bejn il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill fl-2001, fl-ebda mument ma kienet introdotta t-teknika ta' tiswir mill-ġdid fir-Regolament. Probabbilment dan ma kienx ikkunsidrat meħtieġ jew utli. Għalhekk, il-mod kif it-teknika ta' tiswir mill-ġdid għandha tkun applikata, kif stabbilit fil-ftehima, ma jidhirx fir-Regoli ta' Proċedura, anke jekk hu jirrapreżenta minn perspettiva prattika, waħda mill-proċeduri l-oħra skond is-sens ta' kapitolu 11 tiegħu.

    L-introduzzjoni ta' dispożizzjoni speċifika ddedikata għal tiswir mill-ġdid, għalhekk se tagħmel tajjeb għal din l-ommissjoni li għandha l-iskop, bħal ma kellha r-reviżjoni ta' l-Artikolu 80 dwar kodifikazzjoni, li tiċċara l-proċeduri tal-Parlament u mhux anqas sabiex tinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tagħmel aktar proposti sabiex dawn jerġgħu jissawru mill-ġdid u għalhekk tikkontribwixxi għall-isforzi għas-simplifikar tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità.

    Aħna għandna nagħtu fuq il-livell tar-Regoli ta' Proċedura risposta għal mistoqsija li xi drabi toħroġ meta tkun qed tiġi kkunsidrata l-kitba mill-ġdid ta' proposti dwar safejn il-parti ta' kodifikazzjoni ta' proposta bħal din tista' tkun mibdula minn emendi.

    Ir-'rapporteur' tagħkom fil-bidu proponiet, fil-forma ta' dokument ta' ħidma, ħames soluzzjonijiet possibbli għal din il-problema L-għażla inkluża f'paragrafu 3 tar-regola l-ġdida tidher għar-'rapporteur' tagħkom l-aħjar għażla li tissodisfa kemm il-bżonn għal ċertu flessibilità f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali u kemm ix-xewqa li l-proċeduri ma jikkumplikawx ruħhom b'mod eċċessiv.

    • [1]  B6-0582/2005 tas-26.10.2005
    • [2]  Minuti tas-sessjoni plenarja tal-15.12.2005
    • [3]  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat għar-Reġjuni tal-25.10.2005, "L-Implimentazzjoni tal-Programm ta' Liżbona tal-Komunità: strateġija għas-simplifikazzjoni tal-kuntest regolatorju" (COM (2005) 0535 finali,
    • [4]  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar strateġija għas-simplifikazzjoni ta' l-kuntest regolatorju tas-16.5.2006, A6-80/2006, punt 21.

    PROPOSITION DE MODIFICATION DU RÈGLEMENT DU PARLEMENT EUROPÉEN (B6‑0582/2005) (26.10.2005)

    déposée conformément à l'article 202 du règlement

    par Richard Corbett

    Modification de l'article 80

    Codification

    Texte en vigueurAmendements

    Amendement 1

    Article 80

    1. Lorsque le Parlement est saisi d'une proposition de la Commission portant codification officielle de la législation communautaire, cette proposition est renvoyée à la commission compétente pour les questions juridiques. S'il s'avère que la proposition n'implique aucune modification de fond de la législation communautaire en vigueur, la procédure prévue à l'article 43 est d'application.

    1. Lorsque le Parlement est saisi d'une proposition de la Commission portant codification ou simplification officielle de la législation communautaire, cette proposition est renvoyée à la commission compétente pour les questions juridiques. S'il s'avère que la proposition n'implique aucune modification de fond de la législation communautaire en vigueur, la procédure prévue à l'article 43 est d'application.

    2. Le président de la commission compétente au fond ou le rapporteur désigné par celle-ci peuvent participer à l'examen et à l'élaboration de la proposition de codification. La commission compétente au fond peut, le cas échéant, donner au préalable son avis.

    2. Le président de la commission compétente au fond ou le rapporteur désigné par celle-ci peuvent participer à l'examen et à l'élaboration de la proposition de codification ou de simplification. La commission compétente au fond peut, le cas échéant, donner au préalable son avis.

    3. Par dérogation aux dispositions visées à l'article 43, paragraphe 3, la procédure simplifiée ne peut être appliquée à une proposition de codification officielle en cas d'opposition de la majorité des membres de la commission compétente pour les questions juridiques ou de la commission compétente au fond.

    3. Par dérogation aux dispositions visées à l'article 43, paragraphe 3, la procédure simplifiée ne peut être appliquée à une proposition de codification ou de simplification officielle en cas d'opposition de la majorité des membres de la commission compétente pour les questions juridiques ou de la commission compétente au fond.

    Or. en

    OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (21.12.2006)

    f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

    dwar ir-Regoli ta' Proċedura tal-PE: jadatta l-proċeduri interni għal każijiet ta' simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja
    (2005/2238(REG))

    Rapporteur għall-opinjoni: Bert Doorn

    ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

    Ir-rapporteur għall-opinjoni tagħkom bejn wieħed u ieħor jaqbel ma' l-approċċ tar-rapporteur tal-kumitat responsabbli. Wieħed mill-obbligi ewlenin tal-Parlament Ewropew huwa li jtejjeb il-proċeduri u t-tekniki leġiżlattivi interni tiegħu sabiex iħaffef l-ipproċessar ta' l-inkartamenti ta' simplifikazzjoni.

    Madankollu, dan it-tentattiv m'għandux inaqqas mill-proċeduri stipulati fil-liġi primarja, speċjalment il-proċedura ta' kodeċiżjoni fejn l-irwol tal-Parlament huwa ta' l-ikbar importanza minħabba l-kontribut demokratiku tiegħu għall-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet fl-UE. Fil-qosor, dan ifisser li kwalunkwe emendi għall-proċeduri interni tal-Parlament għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati.

    Ir-rapporteur għall-opinjoni tagħkom għalhekk jissuġġerixxi ċerti bidliet fir-Regoli ta' Proċedura li għandhom jiġu kkunsiderati bil-għan li jiżguraw li l-miri ta' simplifikazzjoni jkunu biżżejjed kredibbli u faċli li jitwettqu.

    Tidher li hija meħtieġa reviżjoni ta' l-Artikolu 80 sabiex jittejjeb il-mekkaniżmu għall-adozzjoni tal-kodifikazzjonijiet fil-kuntest ta' l-impenji li saru mill-partijiet interessati kollha fir-rigward tal-proċess ta' simplifikazzjoni. L-Artikolu 80 emendat se jippermetti lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali biex jeżamina l-kamp ta' applikazzjoni ta' proposta ta' kodifikazzjoni u jirriferih direttament għall-Plenarja jekk ma jkunx fih bidliet sostantivi. Jekk ikun fih, il-Kumitat se jipproponi ċ-ċaħda tal-proposta tal-Kummissjoni.

    Artikolu 80a ġdid għandu mbagħad jiġi introdott sabiex jagħmel dispożizzjoni għal proċedura speċifika għat-tfassil mill-ġdid tat-testi leġiżlattivi. Kif diġà ġie ddikjarat fir-Riżoluzzjoni dwar Strateġija tal-PE għas-simplifikazzjoni ta' l-ambjent regolatorju, it-tfassil mill-ġdid huwa, flimkien mal-kodifikazzjoni, wieħed mill-mezzi ewlenin għas-simplifikazzjoni ta' l-acquis communautaire u għandu jintuża f'kull sitwazzjoni possibbli.

    L-Artikolu 80a ġdid għandu għalhekk jawtorizza lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali biex jeżamina kwalunkwe proposti għal tfassil mill-ġdid. Kull proposta se tiġi riferuta għall-kumitat responsabbli għal kunsiderazzjoni, u kull waħda għandha tgawdi minn setgħat ta' emenda differenti skond il-konklużjoni ta' l-analiżi tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali.

    EMENDI

    Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jitlob lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

    Test preżentiEmendi tal-Parlament

    Emenda 1

    Artikolu 80, paragrafu 1

    1. Meta proposta tal-Kummissjoni għall-kodifikazzjoni ta' leġislazzjoni tal-Komunita` tiġi ppreżentata lill-Parlament, din għandha titressaq quddiem il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali. Kemm-il darba jiġi aċċertat li l-proposta ma tinvolvix bdil fil-mertu ta' leġislazzjoni eżistenti tal-Komunita`, il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 43 għandha tiġi segwita.

    1. Meta proposta tal-Kummissjoni għall-kodifikazzjoni ta' leġislazzjoni tal-Komunita` tiġi ppreżentata lill-Parlament, din għandha titressaq quddiem il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali. Dan ta' l-aħħar għandu jeżaminaha sabiex jaċerta li mhix aktar minn sempliċi kodifikazzjoni li ma jkunx fiha l-ebda bidliet sostantivi.

    Ġustifikazzjoni

    Din l-emenda għandha l-għan li tissimplifika l-ipproċessar tal-proposti ta' kodifikazzjoni fi ħdan il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali, permezz ta' test aktar ċar u proċedura aktar stretta, peress li t-tħassir ta' kwalunkwe referenza għall-Artikolu 43 għandu jevita kumplessità żejda fil-livell tal-kumitat u, fl-istess ħin, għandu jżomm kif inhuma il-prerogattivi preżenti tal-plenarja. Bħala riżultat ta' dan, l-ewwel fażi tal-proċedura, li għandha ssir fil-Kumitat għall-Affarijiet Legali, għandha tkun aktar sempliċi u effettiva.

    Emenda 2

    Artikolu 80, paragrafu 2

    2. Iċ-chairman tal-kumitat responsabbli jew ir-rapporteur maħtur minn dak il-Kumitat jista' jipparteċipa fl-eżami jew ir-reviżjoni tal-proposta għall-kodifikazzjoni. Jekk ikun meħtieġ, il-kumitat responsabbli jista' jagħti l-opinjoni tiegħu minn qabel.

    2. Il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jaf jitlob lill-kumitat responsabbli għal kunsiderazzjoni għal opinjoni.

    Ġustifikazzjoni

    Il-bidla proposta tikkonċerna l-possibilità li l-Kumitat għall-Affarijiet Legali jitlob lill-kumitat responsabbli għal opinjoni bħala element ta' evalwazzjoni waqt li qed tiġi eżaminata l-proposta għal kodifikazzjoni. Din l-emenda tirrifletti l-prattika li hija segwita attwalment, u f'kwalunkwe każ, għandha tippermetti lill-kumitat responsabbli li jintervjeni permezz ta' opinjoni, jekk jintalab. Bħala riżultat ta' dan, l-ewwel fażi tal-proċedura, li għandha tiġi segwita fil-Kumitat għall-Affarijiet Legali, għandha tkun aktar sempliċi u stretta.

    Emenda 3

    Artikolu 80, paragrafu 3

    3. Minkejja d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 43(3), il-proċedura simplifikata ma tistax tiġi applikata għal proposta għal kodifikazzjoni uffiċjali meta din il-proċedura tkun opposta minn maġġoranza tal-membri tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jew tal-kumitat responsabbli.

    3. Jekk il-kumitat responsabbli mill-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma ġġibx bdil sostanzjali fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, huwa jirreferiha lill-Parlament għall-approvazzjoni tiegħu permezz ta' vot wieħed, u ma jkunux ammissibbli emendi tat-test tal-proposta.

    Ġustifikazzjoni

    L-Artikoli 43 u 131 li jkopru l-'proċedura simplifikata' u l-'proċedura fil-plenarja mingħajr emenda u dibattitu' rispettivament, jinkludu dispożizzjonijiet li jippermettu li l-proposta tkun emendata. Madankollu din il-possibilità hija f'kunflitt mal-kunċett ta' kodifikazzjoni u inkompatibbli mal-ftehima interistituzzjonali dwar is-suġġett, u partikularment il-paragrafu 6 tagħha, minn fejn jista' jiġi mifhum li l-intenzjoni tal-Parlament u l-Kunsill hija li jikkommettu ruħhom sabiex ma jagħmlux tibdil sostanzjali fil-proposti ta' kodifikazzjoni.

    Emenda 4

    Artikolu 80, paragrafu 3 a (ġdid)

    3a. Jekk il-kumitat responsabbli mill-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma tinkludix tibdil sostanzjali fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, għandha tipproponi li l-proposta tkun miċħuda.

    Ġustifikazzjoni

    Iċ-ċaħda tal-proposta tidher li tkun soluzzjoni aktar tajba milli l-użu tal-proċedura normali. Jekk il-proposta tal-Kummissjoni tonqos milli tikkonforma mar-regoli ta' kodifikazzjoni, fil-kuntest ta' simplifikazzjoni jkun aktar loġiku li l-proposta tkun mibgħuta lura lill-Kummissjoni u tiġi mitluba li 'terġa taħseb' il-proposta tagħha (eżempju, billi tibdilha ma proposta ta' riforma) milli tgħabbi l-Parlament b'aktar xogħol.

    Emenda 5

    Artikolu 80 a (ġdida)

     

    Artikolu 80a

    Riforma

     

    1. Meta proposta tal-Kummissjoni għal riforma tal-leġislazzjoni Komunitarja tiġi ppreżentata lill-Parlament, din għandha titressaq quddiem il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali, għall-eżami tagħha. Proposta għal riforma uffiċjali tal-leġiżlazzjoni Komunitarja għandha tfisser proposta għal-adozzjoni ta' att legali konsistenti f'att wieħed li jiġbor it-tibdil sostanzjali f'atti legali eżistenti u, fl-istess ħin, jikkodifika dawk id-dispożizzjonijiet tagħhom li mhux se jinbidlu. L-att legali ġdid jieħu post u jirrevoka l-atti preċedenti.

     

    2. Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma jkollhiex bidliet sostantivi għal-leġiżlazzjoni Komunitarja barra minn dawk identifikati b'mod ċar bħala tali fil-proposta nnifisha, għandu jgħarraf lill-President li, skond l-Artikolu 40, għandu jirriferi l-proposta inkwistjoni lill-kumitat responsabbli għal kunsiderazzjoni sabiex tiġi eżaminata skond il-proċedura normali għal proposti leġiżlattivi. F'dan il-każ, u skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 150 u 151, emendi għall-proposta għandhom ikunu ammissibbli biss jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jkun fihom bidliet sostantivi. Emendi għad-dispożizzjonijiet intenzjonati li jibqgħu mingħajr bidliet għalhekk ikunu inammissibbli.

     

    3. Minkejja dan, iċ-chairman tal-kumitat responsabbli jista' jdaħħal emendi bħal dawn, meta mressqa minn Membri individwali, jekk hekk ikunu jeħtieġu r-raġunijiet oġġettivi għall-konsistenza tat-test mal-bidliet sostantivi li jsiru mill-proposta. L-istess artikolu għandu japplika mutatis mutandis f'seduti plenarji.

     

    4. Jekk il-kumitat responsabbli mill-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma tinkludix tibdil sostanzjali aktar milli dawk identifikati b'mod ċar bħala tali fil-proposta innifisha, huwa għandu jipproponi li l-proposta tiġi miċħuda.

    Ġustifikazzjoni

    Iċ-ċaħda tal-proposta tidher li tkun soluzzjoni aktar tajba milli l-użu tal-proċedura normali. Jekk il-proposta tal-Kummissjoni tonqos milli tikkonforma mar-regoli ta' kodifikazzjoni, fil-kuntest ta' simplifikazzjoni jkun aktar loġiku li l-proposta tkun mibgħuta lura lill-Kummissjoni u tiġi mitluba li 'terġa taħseb' il-proposta tagħha (eżempju, billi tibdilha ma proposta xierqa ta' riforma) milli tgħabbi l-Parlament b'aktar xogħol.

    PROĊEDURA

    Titolu

    Ir-Regoli ta' Proċedura tal-PE: jadatta l-proċeduri interni għal każijiet ta' simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja

    Referenzi

    2005/2238(REG)

    Kumitat responsabbli

    AFCO

    Kumitat mitlub jagħti opinjoni
      Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    JURI
    16.3.2006

    Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

     

    Rapporteur għal opinjoni
      Data tal-ħatra

    Bert Doorn
    30.1.2006

    Rapporteur preċedenti

     

    Eżami fil-kumitat

    3.10.2006

    20.12.2006

     

     

     

    Data ta’ l-adozzjoni

    20.12.2006

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    20

    0

    0

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Maria Berger, Rosa Díez González, Bert Doorn, Monica Frassoni, Giuseppe Gargani, Klaus-Heiner Lehne, Katalin Lévai, Hans-Peter Mayer, Achille Occhetto, Aloyzas Sakalas, Diana Wallis, Rainer Wieland, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Nicole Fontaine, Jean-Paul Gauzès, Malcolm Harbour, Wolf Klinz, Kurt Lechner, Toine Manders, Manuel Medina Ortega, Alexander Radwan

    Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

     

    Kummenti (informazzjoni disponibbli b’lingwa waħda biss)

    ...

    PROĊEDURA

    Titolu

    Emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew sabiex il-proċeduri interni jiġu adattati għall-eżiġenzi tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja

    Referenza

    2005/238(REG)

    Proposta/i għal emenda kkunsidrata/i

    B6‑0582/2005

     

     

    Kumitat responsabbli
      Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    AFCO
    15.12.2005

     

     

     

     

    Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
      Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    JURI
    16.3.2006

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Rapporteur(s)
      Data tal-ħatra

    Marie-Line Reynaud

    24.1.2006

     

    Eżami fil-kumitat

    4.10.2006

    22.1.2007

    28.2.2007

     

     

    Data ta' l-adozzjoni

    10.4.2007

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +: 20

    –: 0

    0: 0

     

     

     

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Enrique Barón Crespo, Richard Corbett, Jean-Luc Dehaene, Andrew Duff, Maria da Assunção Esteves, Ingo Friedrich, Bronisław Geremek, Anneli Jäätteenmäki, Timothy Kirkhope, Jo Leinen, Íñigo Méndez de Vigo, Rihards Pīks, Marie-Line Reynaud, Adrian Severin, Riccardo Ventre

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Elmar Brok, Carlos Carnero González, Klaus Hänsch, Jacek Protasiewicz, Mauro Zani

    Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

     

    Data tat-tressiq

    16.4.2007

    Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

    ...