RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' regoli fuq il-kwantitajiet nominali ta’ prodotti ppakkjati, li tirrevoka d-Direttivi 75/106/KEE u 80/232/KEE, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE
16.4.2007 - (13484/1/2006 – C6‑0039/2007 – 2004/0248(COD)) - ***II
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Jacques Toubon
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' regoli fuq il-kwantitajiet nominali ta’ prodotti ppakkjati, li tirrevoka d-Direttivi 75/106/KEE u 80/232/KEE, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE
(13484/1/2006 – C6‑0039/2007 – 2004/0248(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (13484/1/2006 – C6‑0039/2007),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2004)0708),
– wara li kkunsidra l-emendi għall-proposta tal-Kummissjoni (COM(2006)0171),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6‑0144/2007),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill | Emendi tal-Parlament | |||||||||
Emenda 1 Premessa 4 | ||||||||||
(4) Il-protezzjoni tal-konsumatur hija ffaċilitata minn direttivi li ġew adottati wara d-Direttivi 75/106/KEE u 80/232/KEE, b' mod partikolari d-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta' prodotti offruti lill-konsumaturi. |
4) Il-protezzjoni tal-konsumatur hija ffaċilitata minn direttivi li ġew adottati wara d-Direttivi 75/106/KEE u 80/232/KEE, b' mod partikolari d-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta' prodotti offruti lill-konsumaturi. L-Istati Membri li għadhom ma għamlux hekk, għandhom jikkunsidraw jekk għandhomx jitrasferixxu d-Direttiva 98/6/KE b'mod voluntarju għal negozji żgħar ukoll. | |||||||||
Emenda 2 Premessa 9 | ||||||||||
(9) Minħabba li ż-żamma tal-kwantitajiet nominali mandatorji għandha titqies bħala deroga, din għanda tkun evalwata mill-ġdid perjodikament fid-dawl ta’ l-esperjenza u sabiex tilħaq il-ħtiġijiet tal-konsumaturi u tal-produtturi Għal dawn is-setturi, il-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti għandha tiġi addattata, b' mod partikolari sabiex tillimita l-kwantitajiet nominali Komunitarji iffissati biss għal dawk l-aktar mibjugħa lill-konsumaturi.
|
( (9) Minħabba li ż-żamma tal-kwantitajiet nominali mandatorji għandha titqies bħala deroga, ħlief fil-qasam ta’ l-inbejjed u ta’ l-ispirti, li għandu karatteristiċi speċifiċi, din għanda tkun evalwata mill-ġdid perjodikament fid-dawl ta’ l-esperjenza u sabiex tilħaq il-ħtiġijiet tal-konsumaturi u tal-produtturi. Għal dawn is-setturi, meta l-Kummissjoni taċċerta tfixkil fil-kundizzjonijiet tas-suq u/jew tinnota destabbilizzazzjoni tal-komportament tal-konsumaturi b'mod partikolari l-konsumaturi l-aktar vulnerabbli, hija tkun tista' tawtorizza lill-Istati Membri sabiex iżommu l-perjodi ta’ tranżizzjoni stabbilit fl-Artikolu 2(2) u sabiex iżommu b'mod partikolari l-firxa ta' formati obbligatorji l-aktar mibjugħa. | |||||||||
Emenda 3 Premessa 9(a) ġdida | ||||||||||
|
(9a) Il-ħobż huwa ikel bażiku, li f'ħafna Stati Membri huwa suġġett għal regolamenti nazzjonali dwar piż u ingredjenti. Fl-Istati Membri fejn il-ħobż imballat huwa proporzjon kbir tal-konsum regolari, hemm ko-relazzjoni qawwija bejn id-daqs tal-pakkett u l-piż tal-ħobż. | |||||||||
Emenda 4 ARTIKOLU 1, PARAGRAFU 1 | ||||||||||
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar il-kwantitajiet nominali għal prodotti mqiegħda f'imballaġġi minn qabel. Għandha tapplika għal prodotti mballati minn qabel u mballaġġi minn qabel, kif definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 76/211/KEE. |
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar il-kwantitajiet nominali għal prodotti mqiegħda f'imballaġġi minn qabel. Għandha tapplika għal prodotti mballati minn qabel u mballaġġi minn qabel, kif definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 76/211/KEE. Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2, hija mhix se tapplika għall-ħobż imballat, li għalih se jkomplu japplikaw ir-regoli nazzjonali dwar kwantitajiet nominali. | |||||||||
Emenda 5 ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 2 SUBPARAGRAFU 2 | ||||||||||
Stati Membri li fil-preżent jippreskrivu kwantitajiet nominali mandatorji għaz-zokkor abjad jistgħu jkomplu jagħmlu dan sal- ... [2]**. _____________ ** ĠU: Daħħal data 72 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. |
imħassar | |||||||||
Emenda 6 ARTIKOLU 3 | ||||||||||
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti mniżżla fil-punt 2 ta’ l-Anness u mħejjija f’imballaġġi minn qabel fil-meded elenkati fil-punt 1 ta’ l-Anness huma mqiegħda fis-suq biss jekk huma mballati minn qabel fil-kwantitajiet nominali elenkati fil-punti 1 ta' l-Anness. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti mniżżla fil-punt 2 ta’ l-Anness u mħejjija f’imballaġġi minn qabel fil-meded elenkati fil-punti 1 u 1a ta’ l-Anness huma mqiegħda fis-suq biss jekk huma mballati minn qabel fil-kwantitajiet nominali elenkati fil-punti 1u 1a ta' l-Anness. | |||||||||
Emenda 7 ARTIKOLU 9, PARAGRAFU 3 | ||||||||||
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 2(2) abbażi tas-sejbiet tagħha stess u tar-rapporti mill-Istati Membri kkonċernati. |
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 2(2) abbażi tas-sejbiet tagħha stess u tar-rapporti mill-Istati Membri kkonċernati. B'mod partikulari, il-Kummissjoni għandha tosserva l-iżviluppi tas-suq wara traspożizzjoni, u għandha tikkunsidra, fid-dawl tar-riżultati ta' monitoraġġ bħal dan, li tapplika miżuri ta' segwitu għad-Direttiva billi d-daqsijiet tal-pakketti għall-oġġetti imsemmija fl-Artikolu 2(2) tħallihom obbligatorji. | |||||||||
Emenda 8 ANNESS, PUNT 1 A (ġdid) | ||||||||||
1 A Prodotti mibjugħa bil-piż (kwantitajiet fi grammi) | ||||||||||
| ||||||||||
Emenda 9 ANNES, PUNT 2, ŻIEDA 6 A (ġdid) | ||||||||||
Zokkor abjad |
Zokkor kif definit fit-Taqsima A, punti 1,2 u 3 ta' l-anness tad-Direttiva 2001/111/KE tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2001 dwar ċerti tipi ta' zokkor maħsuba għal konsum tal-bniedem1. ________________________ 1 ĠU L 10, 12.1.2002, p. 53. | |||||||||
Emenda 10 ANNESS, PUNT 2, (DEFINIZZJONIJIET) ŻIEDA 6B (ġdid) | ||||||||||
Ħobż imballat |
'Standard British Loaf' |
- [1] Testi adottati, 2.2.2006, P6_TA(2006)0036.
- [2] ** ĠU : Daħħlu id-data 72 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
NOTA SPJEGATTIVA
Dan it-test li jidher tekniku, għandu x’jaqsam filfatt mal-prodotti li għandhom konsum għoli fil-ħajja ta' kuljum tal-konsumaturi ta' l-Unjoni. Jeħtieġ li nsibu l-bilanċ ġust bejn iċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-merkanzija, il-ħarsien tal-konsumatur u li l-ispejjeż tal-produzzjoni jinżammu f’ livelli li jippermettu lill-SMEs ikkonċernati jibqgħu kompetittivi.
Fil-każ li l-emendi li qed nipproponi għall-Pożizzjoni komuni tal-Kunsill jippermettu lill-Istati Membri jissalvagwardjaw l-interessi tal-konsumaturi fuq żmien twil, b'mod speċjali tal-konsumaturi vulnerabbli, ir-'rapporteur' tagħkom huwa lest li jaċċetta l-prinċipju ewlieni li jsaħħaħ il-Pożizzjoni komuni: l-Istati Membri li qed japplikaw il-formati obbligatorji għall-ħalib, l-għaġin, il-butir u l-kafé jistgħu jkomplu jagħmlu dan matul il-fażi ta’ tranżizzjoni qabel ma japplikaw id-deregolamentazzjoni totali tal-forom ta' l-ippakkjar ta' dawn il-prodotti. Il-Kunsill b'mod ċar fittex pożizzjoni ta' kompromess li tagħmel tajjeb għar-rifjut intransinġenti tal-Kummissjoni sabiex tinżamm kwalunkwe forma obbligatorja, bl-eċċezzjoni ta' l-inbejjed u l-ispirti.
Madanakollu, r-rapporteur tagħkom kien jippreferi kieku l-Kunsill ħa passi ulterjuri u resaq aktar lejn il-pożizzjoni tagħna li hija bbażata fuq ir-realtajiet tad-distribuzzjoni u tal-konsum.
Għal din ir-raġuni, ir-rapporteur tagħkom jipproponi l-emendi li ġejjin:
Il-Parlament għandu jesiġi li jkun hemm klawżola ta' reviżjoni b'saħħitha. L-Artikolu 9(1) tal-pożizzjoni komuni jagħmel riferenza għal rapport tal-Kummisjoni, kif ukoll għas-superviżjoni tas-sitwazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(2) li hija għandha timplimenta bi qbil ma' l-Artikolu 9(3). Fit-tieni qari, ir-rapporteur tagħkom għandu jinsisti b'mod partikolari li r-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun il-bażi ta’ klawżola ta’ reviżjoni jew saħansitra klawsola ta' salvagwardja għal dawn il-prodotti ta’ konsum għoli sabiex tippermetti li l-Kummissjoni, jekk din tara li hemm riskju li s-suq jiġi disturbat jew li jkun hemm destabbilizzazzjoni tal-prattiki tal-konsumaturi, tawtorizza lill-Istati Membri jtawlu għal darba oħra l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 2(2) u li jżommu b'mod partikulari l-firxa ta' formati obbligatorji l-iktar użati minn kull wieħed minn dawn il-prodotti, filwaqt li jistennew proposta ta' reviżjoni xierqa mill-Kummissjoni.
Aħna ma nistgħux naċċettaw li dawn il-formati jkunu deregolamentati fl-aħħar tal-fażi ta’ tranżizzjoni jekk jinħass li l-impatt tagħhom qed jiddisturba s-suq b'mod ċar.
Barra minn hekk, ir-rapporteur tagħkom għandu jistabbilixxi rabta aktar qawwija bejn id-Direttiva preżenti u d-Direttiva "indikazzjoni tal-prezz (1998/6/KE)". Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika l-bżonn li jkun hemm deregolamentazzjoni tal-formati ta' l-ippakkjar ibbażata fuq id-Direttiva 1998. Madankollu, preżentement, il-konsumaturi, u b'mod partikolari l-konsumaturi vulnerabbli, ma jibbenefikawx minn ħarsien xieraq fil-qasam peress li huma ma humiex infurmati biżżejjed bl-eżistenza ta' prezz għal kull miżura ta' kejl u li dan l-impenn ma japplikax għal bejjiegħa żgħar bl-stess mod li japplika għal bejjiegħa kbar. Żewġ Stati biss, Franza u l-Finlandja japplikaw il-prezz għal kull miżura ta' kejl għall-bejjiegħa ż-żgħar. Għalhekk, ikun xieraq li aħna ninkoraġġixxu lill-Istati Membri li jwessgħu l-impenn tal-prezz għal kull miżura ta' kejl għall-forom kollha tal-kummerċ.
Barra minn hekk, bi qbil ma' l-impenji li ħadet il-Kummissjoni waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni dwar id-Direttiva taz-zokkor (2001/111/KE) u konxja mit-taqlib li d-deregolamentazzjoni se toħloq f'dan is-settur, ir-rapporteur tagħkom jixtieq iżomm il-firxa ta' formati obbligatorji għaz-zokkor abjad u ma jillimitax ruħu għal fażi tranżitorja ta' 6 snin kif previst fil-pożizzjoni komuni.
Fl-aħħar, fuq talba tal-produtturi Ingliżi tal-ħobż ippakkjat (fil-forma ta’ ‘loaf') u tal-kollegi fir-Renju Unit, iż-żamma ta' firxa ta' formati għal dan it-tip ta' ħobż daqstant partikolari, tradizzjonali u popolari fir-Renju Unit, hija meqjusa bħala essenzjali.
PROĊEDURA
Titolu |
Regoli fuq il-kwantitajiet nominali ta’ prodotti ppakkjati |
|||||||
Referenzi |
13484/1/2006 - C6-0039/2007 - 2004/0248(COD) |
|||||||
Data ta’ l-ewwel qari tal-PE - Numru P |
2.2.2006 T6-0036/2006 |
|||||||
Proposta tal-Kummissjoni |
COM(2004)0708 - C6-0160/2004 |
|||||||
Proposta ġdida tal-Kummissjoni |
||||||||
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni |
18.1.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 18.1.2007 |
|||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Jacques Toubon 23.1.2007 |
|
|
|||||
Diskussjoni fil-kumitat |
1.3.2007 |
20.3.2007 |
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
12.4.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-vot finali |
+: –: 0: |
34 3 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Georgi Bliznashki, Charlotte Cederschiöld, Gabriela Creţu, Rosa Díez González, Martin Dimitrov, Janelly Fourtou, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Edit Herczog, Pierre Jonckheer, Alexander Lambsdorff, Kurt Lechner, Toine Manders, Arlene McCarthy, Bill Newton Dunn, Guido Podestà, Karin Riis-Jørgensen, Giovanni Rivera, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Ovidiu Ioan Silaghi, Alexander Stubb, Eva-Britt Svensson, Marianne Thyssen, Jacques Toubon, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Wolfgang Bulfon, Jean-Claude Fruteau, Manuel Medina Ortega, Søren Bo Søndergaard, Gary Titley, Anja Weisgerber |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Struan Stevenson, Reinhard Rack |
|||||||