RAPPORT dwar proposta għal direttiva tal-Kunsill li timmodifika d-Direttiva 92/84/KEE dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku

18.4.2007 - (COM(2006)0486 – C6‑0319/2006 – 2006/0165(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomici u Monetarji
Rapporteur: Astrid Lulling

Proċedura : 2006/0165(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li timmodifika d-direttiva 92/84/KEE dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku

(COM(2006)0486 – C6‑0319/2006 – 2006/0165(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0486)[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0319/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal- Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6‑0148/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jimmodifika l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

PREMESSA 4

(4) Dawn il-konsultazzjonijiet wasslu għat-tieni rapport tal-Kummissjoni, li ġie ppreżentat fis-26 ta’ Mejju 2004. Ir-rapport ikkonkluda li hija meħtieġa aktar konverġenza fir-rati tat-taxxi tas-sisa fl-Istati Membri differenti, biex tassigura li s-suq intern jiffunzjona kif xieraq, b’mod partikolari fir-rigward tal-potenzjal għat- tgħawwiġ fil-kompetizzjoni u l-frodi.

Imħassar

 

 

Emenda 2

PREMESSA 4 a (ġdida)

 

(4a) L-aktar mod effettiv biex tinkiseb approssimazzjoni fir-rati tat-taxxi tas-sisa fuq xorb alkoħoliku hija l-kompetizzjoni fiskali u l-aħjar mod biex din tkun inkuraġġuta huwa l-moviment liberu u mingħajr ostakoli, anzi ffaċilitat, ta' dawn il-prodotti 'lhinn mill-fruntieri interni ta' l-Unjoni Ewropea hekk li t-taxxi jiġu miġbura biss fil-post tal-bejgħ.

Ġustifikazzjoni

Il-kompetizzjoni fiskali hija tajba għall-konsumatur u għall-ekonomija Ewropea. Din tkun tista' ssir realtà biss jekk is-suq waħdieni jkun kapaċi jaġixxi bil-forza tiegħu kollha u bla xkiel kif maħsub fit-trattati tat-twaqqif tiegħu. Dan huwa wieħed mid-drittijiet fundamentali li ċ-ċittadini tagħna qegħdin jistennew.

Emenda 3

PREMESSA 5

(5) F’dan ir-rigward, huwa meħtieġ li jkun hemm kumpens għal waqgħa fil-valur reali tar-rati minimi tal-Komunità għat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xarbiet alkoħoliċi. Għalhekk ir-rati minimi għandhom jiġu miżjuda skond l-inflazzjoni.

Imħassar

Emenda 4

PREMESSA 6

(6) Biex jittaffew id-diffikultajiet li jistgħu jiltaqgħu magħhom dawk l-Istati Membri li jkunu meħtieġa li jżidu sostanzjalment ir-rati nazzjonali tagħhom biex jintlaħqu r-rati minimi l-ġodda, huwa xieraq li jkunu previsti perjodi ta' tranżizzjoni.

 

 

 

Imħassar

Emenda 5

PREMESSA 7

(7) Huwa wkoll meħtieġ li l-proċedura ta’ evalwazzjoni regolari ssir aktar flessibbli u anqas ikkumplikata, u li tinbidel il-frekwenza ta’ kull kemm issir din l-evalwazzjoni. Il-perjodu preżenti ta’ sentejn huwa qasir wisq biex it-tibdil fil-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri tiġi evalwata kif jixraq. L-evalwazzjonijiet għandhom isiru kull erba’ snin.

 

Imħassar

Emenda 6

Premessa 7 a (ġdida)

 

(7a) L-iffissar tar-rati minimi tat-taxxi tas-sisa fuq xorb alkoħoliku bid-Direttiva 92/84/KEE ma wassalx għall-approssimazzjoni ta' dawn ir-rati bejn l-Istati Membri.

Emenda 7

Premessa7 b (ġdida)

 

7 b) Approssimazzjoni bħal din ma tkunx tista' tinkiseb jekk mhux billi jiġu ffissatti kemm ir-rati minimi u kemm ir-rati massimi permezz ta' kodiċi ta' kondotta li jgħin lill-Istati Membri biex iqarrbu r-rati tat-taxxi tas-sisa tagħhom b'rispett għall-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Ġustifikazzjoni

Kulħadd jaqbel li fi ħmistax-il sena ma rnexxilniex nilħqu konverġenza tat-taxxi tas-sisa kif riflessi fil-prezzijiet għall-konsumatur. Ir-raġuni m'hijiex ir-rivalutazzjoni tar-rati minimi imma l-livell estremament għoli u li qiegħed ikompli jiżdied tat-tassazzjoni f'diversi Stati Membri. Biex jintlaħaq l-iskop ta' l-approssimazzjoni tat-tassazzjoni u biex tinkiseb distorsjoni parallela moderata fis-suq intern teħtieġ ftehima ġenerali indispensabbli li titlob lill-Istati Membri li għandhom tassazzjoni għolja biex inaqqsu r-rati tat-taxxi tas-sisa.

Emenda 8

PREMESSA 7 c (ġdid)

 

(7c) L-Istati Membri li jixtiequ jgħollu t-taxxi minimi, pereżempju biex titqies l-inflazzjoni, jistgħu jagħmlu dan liberament.

Emenda 9

PREMESSA 7 d (ġdid)

(7d) Uħud mill-Istati Membri ffissaw rati tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku għal livelli li jitilgħu sa aktar minn għaxar darbiet aktar mir-rati minimi, minkejja li dawn setgħu kienu aġġustati biex titqies l-inflazzjoni.

Emenda 10

PREMESSA 7 e (ġdida)

 

(7e) Il-livelli minimi attwali tat-taxxi tas-sisa huma inċentiv kbir għall-ekonomija sewda, speċjalment fiż-żewġ Stati Membri li għadhom kif issieħbu, il-Bulgarija u r-Rumanija.

Ġustifikazzjoni

Il-PGD ivarja ħafna fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk il-livelli minimi ta' taxxi tas-sisa jkollhom effetti differenti fi Stati Membri differenti u jkunu ta' piż akbar ħafna għall-konsumaturi ta' pajjiżi bħall-Bulgarija u r-Rumanija. Il-konsegwenza loġika ta' dan hija żieda fl-attività ekonomika sewda.

Emenda 11

ARTIKOLU 7 f (ġdid)

(7f) L-Istati Membri li jibżgħu minn distorsjoni tal-kompetittività fis-suq komuni minħabba ż-żieda fil-kummerċ transkonfinali bejn pajjiżhom u Stat Membru ġarr tagħhom li japplika rati ferm aktar baxxi, huma ħielsa li jbaxxu r-rati tagħhom.

Emenda 12

PREMESSA 7 g (ġdida))

(7g) Hija kompetenza ta' l-Istati Membri li jiffissaw il-livelli tat-taxxi tas-sisa u m'hemmx ħtieġa li jiġu preskritti rati minimu ġaladarba m'hemmx rati massimi.

Emenda 13

PREMESSA 8

(8) Għalhekk, id-Direttiva 92/84/KEE għandha tiġi emendata biex taħseb għal dan.

(8) Għalhekk, id-Direttiva 92/84/KEE għandha tiġi revokata kollha kemm hi.

Emenda 14

ARTIKOLU 1
Artikolu 1, Artikolu 3, paragrafu 1, inċiż 1, u l-Artikoli  4, 6 u 8 (Direttiva 92/84/KEE)

Id-Direttiva 92/84/KEE hi emendata kif ġej:

L-Artikolu 1, Artikolu 3, paragrafu 1, inċiż 1, u l-ARtikoli  4, 6 u 8 tad-Direttiva 92/84/KEE) huma revokati.

1) L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

 

«Artikolu 1

 

Mhux iżjed tard mill-1 ta’ Jannar 2008, l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-rati minimi tat-taxxa tas-sisa skond ir-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva.

 

2) Fl-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel f'dan li ġej::

 

"Mill-1 ta’ Jannar 2008, ir-rata minima tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u l-alkoħol misjub f’ xarbiet oħrajn li m’humiex inklużi fl-Artikoli 4, 5 u 6, għandha tkun fissa ta’ EUR 720 kull ettolitru ta’ alkoħol pur"

 

3) L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej:

 

«Artikolu 4

 

Mill-1 ta’ Jannar 2008, ir-rata minima tat-taxxa tas-sisa fuq prodotti intermedji għandha tkun fissa ta’ EUR 59 kull ettolitru tal-prodott.”

 

4) L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej:

 

«Artikolu 6

 

Mill-1 ta’ Jannar 2008 r-rata minima tat-taxxa tas-sisa fuq il-birra għandha tkun iffissata fuq waħda minn dawn ir-rarti, skond il-prodott aħħari:

 

(a) EUR 0.98 kull ettolitru/grad Plato;

 

(a) 2.45 EUR kull ettolitru/grad ta’ alkoħol.”

 

(5) Jiddaħħal l-Artikolu 7a li ġej:

 

Artikolu 7 a

 

B’deroga mill-Artikolu 1, l-Istati Membri li sal-31 ta' Diċembru 2007 kienu jiġbru t-taxxa tas-sisa b’rata li tkun teħtieġ żieda ta’ 10% jew aktar biex tilħaq ir-rata minima stabbilita fl-Artikoli 3, 4 u 6, jistgħu jipposponu d-dħul fis-seħħ tar-rata minima fuq it-taxxa tas-sisa sa l-1 ta’ Jannar 2009. Fejn tkun meħtieġa żieda ta’ 20% jew aktar, id-dħul fis-seħħ tar-rati minimi tat-taxxa tas-sisa jkun jista’ jiġi pospost sa l-1 ta’ Jannar 2010."

 

6) L-Artikolu 8 jinbidel b'dan li ġej:

 

«Artikolu 8

 

Kull erba’ snin, u għall-ewwel darba mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tivverifika r-rati tat-taxxa tas-sisa stabbiliti minn din id-Direttiva. Fejn jixraq, għandha tadotta rapport jew proposta. Il-Kunsill, skond l-Artikolu 93 tat-Trattat, għandhu jadotta l-miżuri meħtieġa.”

 

Ġustifikazzjoni

Madankollu Stati Membri b'livell aktar baxx ta' taxxi tas-sisa denominati fl-EUR jeżistu flimkien ma' Stati li għandhom livell ta' PGD per capita aktar baxx mill-medja u li l-livell tal-pagi tagħhom huma baxx. Barra minn hekk, ta' min jinnota li dawn il-pajjiżi li qed jippruvaw jirkupraw huma obbligati jidħlu fiz-zona ewro malli jikkwalifikaw. Billi d-dħul fiz-zona ewro jimponi rata ta' inflazzjoni baxxa li trid tinżamm b'mod sostenibbli, kull żieda fir-rata tat-taxxi tas-sisa għandha tiġi implimentata mingħajr ma tfixkel il-politika antiinflazzjonista maħsuba biex iżżomm it-tendenza li ma jogħliex il-CPI.

Emenda 15

ARTIKOLU 1 a (ġdid)

 

ARTIKOLU 1 a

 

Kodiċi ta' Kondotta

 

Fuq proposta tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009 kodiċi ta' kondotta li jiddisponi biex l-Istati Membri li r-rati tat-taxxa tas-sisa tagħhom huma ogħla mill-medja ta' l-Unjoni Ewropea jkunu jridu jieħdu miżuri sabiex jiffriżaw ir-rati tas-sisa tagħhom u li jnaqqsuhom gradwalment, skond l-iżviluppi taċ-ċikli ekonomiċi tagħhom.

 

Dawk l-Istati Membri li r-rati tat-taxxi tas-sisa tagħhom huma anqas mill-medja ta' l-Unjoni Ewropea m'għandhomx inaqqsu r-rati tas-sisa tagħhom korrispondenti mal-miżuri ta' l-1 ta' Jannar 2007, imma għandhom jikkunsidraw li jgħollu r-rati tagħhom meta jkun xieraq u skond l-iżviluppi taċ-ċikli ekonomiċi tagħhom.

 

L-implimentazzjoni tal-kodiċi ta' kondotta għandu jerġa' jiġi rivedut l-ewwel darba wara r-raba' sena konsekuttiva ta' l-adozzjoni tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-emenda 14.

Emenda 16

ARTIKOLU 2

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa' mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

Imħassar

2. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

 

  • [1]  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali

NOTA SPJEGATTIVA

1. Il-kuntest leġiżlattiv

Fit-8 ta' Settembru 2006 l-Kummissjoni Ewropea adottat proposta għal direttiva biex temenda d-direttiva 92/84/KEE dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku[1].

Din il-proposta għandha l-iskop li jkun hemm żieda fir-rati minimi ta' taxxa, bl-iskop mistqarr li tingħata kunsiderazzjoni lill-inflazzjoni, u biex jiġi evitat tnaqqis fil-valur reali tar-rati, filwaqt li jinżamm il-livell deċiż mill-Kunsill fl-1992. Ibbażata fuq l-istatistika ta' l-Eurostat dwar r-rata annwali tal-bidliet fl-HICP (indiċi armonizzat tal-prezzijiet) il-Kummissjoni kkalkulat li r-rata totali ta' inflazzjoni bejn l-1993 u l-2006 kienet madwar 31%.

Prodott

Rata għal kull

Rata minima attwali

Rata minima proposta

Inbid

El

0 €

0 €

Birra

El grad Plato

jew

El grad alkoħol

0,748 €

jew

1,87 €

0,98 €

jew

2,45 €

Prodotti intermedji

El

45 €

59 €

Alkoħol

 

El ta' alkoħol pur

550 €

720 €

Din iż-żieda fir-rata minima tal-birra, ta' l-akoħol pur u tal-prodotti intermedji tolqot 9 mis-27 Stat Membru li jkollhom iżidu r-rati tat-taxxi tas-sisa tagħhom. L-Istati Membri milqutin huma l-Latvja, Malta, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, il-Litwanja, Spanja, ir-Rumanija u l-Bulgarija. L-Istati Membri l-oħrajn diġà japplikaw rati li huma anqas mir-rati minimi.

Ċerti Stati Membri, bħar-Renju Unit, l-Irlanda, il-Fillandja u l-Iżvezja japplikaw rati wisq akbar mir-rati minimi. Fil-każ tal-birra pereżempju, ir-rati applikati huma aktar minn 15€ għal kull ettolitru/grad tal-prodott maħdum, imqabblin mar-rata minima ta' 1,87€ li tkun trid tiżdied għal 2,45€ skond il-proposta tal-Kummissjoni.

2. L-argumenti tal-Kummissjoni Ewropea

Wieħed mill-argumenti mressqin mill-Kunsill u mill-Kummissjoni biex jiżdiedu r-rati minimi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku huwa biex titnaqqas id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u biex tippromwovi s-suq komuni. Il-fatt hu li l-impatt ta' żieda bħal din tar-rati minimi tkun minima għaliex id-differenza bejn l-Istati Membri tibqa' sinifikattiva.

Argument ieħor imressaq hija l-ġlieda kontra d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, li hija marbuta direttament mar-rati differenti bejn Stati Membri ġara ta' xulxin. L-impatt ta' żieda tar-rati minimi ma jbiddel xejn minn dan. Pereżempju, il-livell ta' kummerċ transkonfinali bejn ir-Renju Unit u Franza u bejn il-Fillandja u l-Estonja ma jiġix effetwat b'żieda tar-rati minimi, billi dawn il-pajjiżi m'humiex milqutin minn dan.

Żieda tar-rati minimi jista' jkollha effett fuq il-kummerċ transkonfinali bejn il-Ġermanja u l-Iżveżja fuq naħa, u d-Danimarka fuq l-oħra, imma dan l-impatt ikun ukoll minimu billi wkoll b'żieda tar-rati fil-Ġermanja, ir-rati Żvediżi jibgħqu xorta waħda seba' darbiet aktar għoljin u r-rati Daniżi tliet darbiet aktar għoljin minn dawk Ġermaniżi.

3. Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Wieħed irid jistqarr li d-Direttiva 92/84/KEE li ffissat ir-rati minimi ma rnexxilhiex fi 15-il sena twassal għal tqarrib bejn ir-rati tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, imma ġara bil-kontra.

B'hekk, is-sisa fuq litru birra ta' 5% atv hija 0,09€ fir-Repuublika Ċeka u f'Malta, waqt li fil-Fillandja hija 1,43€. Għal 70cl ta' nbid mingħajr gass ta' 15% atv fi Franża trid tħallas 0,02€ u fl-Irlanda trid tħallas 1,91€. Għal 70cl ta' nbid mingħajr gass ta' 15% vol. mass. fi Franża trid tħallas 0,06€ u fl-Irlanda trid tħallas 3,83€. Għal 70cl ta' nbid mingħajr gass ta' 22% atv fil-Greċja trid tħallas 0,31€ u fil-Fillandja trid tħallas 4,94€. Fl-aħħarnett, għal 70cl ta' spirtu ta' 40% atv Ċipru jintaxxa 1,68€ u l-Iżvezja 15,41€.

Jekk l-Istati Membri li għadhom sa issa japplikaw ir-rati minimi ta' l-1992 riedu jżiduhom, jew biex jevitaw tnaqqis tal-valur reali ta' dawn ir-rati, jew biex ikabbru d-dħul fiskali, dawn setgħu u għadhom liberi biex jagħmlu dan.

Jekk dan ma sarx fil-każ ta' ċerti Stati Membri, wieħed jista' jikkonkludi li l-Istati Membri konċernati, tlieta minnhom qodma u sitta ġodda, kellhom raġunjiet validi biex jimxu kif imxew u dan irid jiġi rrispettat.

L-Istati Membri li ffissaw ir-rati tat-taxxi tas-sisa konċernati għal livelli tabilħaqq ogħla mir-rati minimi u qed jilmentaw minn kummerċ transkonfinali li qed jikber, ma jridux jinjoraw li ż-żieda fil-kummerċ transkonfinali permeżż tal-moviment ħieles ta' prodotti huwa wieħed mill-iskopijiet tas-suq komuni. Il-kompetizzjoni fiskali hija perfettament leġittima fis-suq komuni.

M'hemmx lok li tinġibed il-konklużjoni li hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni minħabba r-rati differenti ġaladarba l-Istati Membri huma liberi li jiffisaw il-livelli ta' dawn ir-rati.

Ir-rati minimi ffissati fl-1992 u ppratikati minn minoranza fost l-Istati Membri attwali ma' żammx lill-istati l-oħra milli jwessgħu permezz ta' żidiet ripetuti fir-rati tagħhom il-qasma bejn ir-rati attwalment applikati fost is-27 Stat Membru.

M'hemm ebda raġuni għalhekk għaliex għandhom jiġu ffissati r-rati minimi. Il-liġi komunitarja rigward dan jeħtieġ tigi revokata.

Jista' jiġi nnutat f'dan il-kuntest li d-dħul minn sisa u minn taxxi fuq il-konsum jirrapreżentaw medja ta' 2,7% tal-PGD fl-UE b'25 Membru. It-taxxi tas-sisa fuq il-prodotti taż-żejt u tat-tabakk, u f'ċerti Stati Membri, fuq l-enerġija jikkostitwixxu l-parti l-aktar kbira ta' dan il-persentaġġ. Fost l-Istati Membri li japplikaw rati tat-taxxi tas-sisa fuq ix-xorb alkoħoliku qrib ir-rati minimi, id-dħul fiskali miksub ma jikkostitwixxix għajr parti ċkejkna ħafna minn dan il-persentaġġ.

Fil-każ tal-Ġermanja, id-dħul fiskali mit-taxxi tas-sisa fuq il-birra fl-2002 kien jammonta għal €808,99 miljun, id-dħul fiskali mit-taxxi tas-sisa fuq is-sigaretti kien ta' €13346,42, jiġfieri aktar minn 13-il biljun Euro. Id-dħul fiskali miksub mit-taxxi tas-sisa fuq il-petrol mingħajr ċomb kien jammonta għal 22,7 biljun Euro. Għalhekk, it-taxxi tas-sisa fuq prodotti ta' l-alkoħol irendu relattivament ftit għad-dħul fiskali meta mqabblin mad-dħul fiskali miksub minn taxxi tas-sisa fuq it-tabakk u l-prodotti taż-żejt.

Fl-aħħarnett, meta jitqiesu l-ispejjeż burokratiċi u amministrattivi assoċjati mal-ġbir tat-taxxi tas-sisa, id-dħul miksub mit-taxxi tas-sisa fuq l-l-alkoħol f'bosta każi bilkemm jippermetti li jiġu koperti dawn l-ispejjeż u d-dħul nett huwa minimu, jekk mhux ineżistenti, f'dawk l-Istati Membri li japplikaw ir-rati minimi. Għaliex għandhom jiġu imposti fuqhom rati minimi filwaqt li huma liberi li jiffissaw rati aktar għoljin skond il-ħtiġijiet baġitarji tagħhom?

4. Konklużjonijiet

L-eżistenza ta' rati minimi ma kellha ebda effett fi 15-il sena fuq it-tqarrib tar-rati tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku u ma tikkontribwixxi xejn għas-soluzzjoni ta' l-hekk imsejħa distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Iż-żieda fil-kummerċ traskonfinali mhix ir-riżultat tar-rati minimi, imma tar-rati eċċessivi ta' l-Istati Membri nordiċi.

Il-Kummissjoni tenfasizza l-effet minimu li l-proposta tagħha se jkollha fuq il-prezzijiet finali biż-żieda fir-rati minimi tat-taxxi tas-sisa fuq xorb alkoħoliku Hija qiegħda tinsa li kwalunkwe żieda fir-rati minimi se jkollha impatt fuq il-prezz finali minħabba l-effett multiplikatorju (VAT u marġni ta' profitt) u jkun hemm għalhekk effett inflazzjonarju, speċjalment fl-Istati Membri ġodda, li bir-raġun qed jopponuha.

La l-konsumatur u lanqas il-produttur ma se jibbenefikaw minn din il-miżura. Kif inhuma l-affarijiet, ir-rati minimi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku tilfu kull raġuni għaliex għandhom jibqgħu. Dawn jistgħu għalhekk jiġu aboliti, li ma jżommx lill-Istati Membri milli jkomplu japplikaw ir-rati attwali, jew ukoll milli jżiduhom, taħt ir-responsabbiltà tagħhom stess.

PROĊEDURA

Titolu

Approssimazzjoni tar-rati tad-dazju fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku

Referenzi

COM(2006)0486 - C6-0319/2006 - 2006/0165(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

26.9.2006

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

28.9.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

28.9.2006

AGRI

28.9.2006

 

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

3.10.2006

AGRI

3.10.2006

 

 

Rapporteur(s)

       Data tad-deċiżjoni

Astrid Lulling

25.9.2006

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

24.1.2007

28.2.2007

27.3.2007

 

Data ta’ l-adozzjoni

11.4.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

19

15

2

Membri preżenti għall-vot finali

Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Udo Bullmann, David Casa, Manuel António dos Santos, Jonathan Evans, Elisa Ferreira, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Robert Goebbels, Donata Gottardi, Gunnar Hökmark, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in ‘t Veld, Othmar Karas, Christoph Konrad, Astrid Lulling, Gay Mitchell, Cristobal Montoro Romero, Lapo Pistelli, Joop Post, John Purvis, Alexander Radwan, Dariusz Rosati, Heide Rühle, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Lydia Shouleva, Peter Skinner, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Ieke van den Burg

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Jorgo Chatzimarkakis, Pilar del Castillo Vera, Harald Ettl, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Thomas Mann, Maria Petre, Gianni Pittella

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali

Gianluca Susta, Martin Dimitrov

Data tat-tressiq

18.4.2007