RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-roaming fuq netwerks pubbliċi mobbli fi ħdan il-Komunità u li temenda d-Direttiva 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi

    20.4.2007 - (COM(2006)0382 – C6‑0244/2006 – 2006/0133(COD)) - ***I

    Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
    Rapporteur: Paul Rübig
    Rapporteur għal opinjoni (*):
    Joseph Muscat, Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
    (*) Koperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-kumitati – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

    Proċedura : 2006/0133(COD)
    Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
    Ċiklu relatat mad-dokument :  
    A6-0155/2007

    ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-roaming fuq netwerks pubbliċi mobbli fi ħdan il-Komunità u li temenda d-Direttiva 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi

    (COM(2006)0382 – C6‑0244/2006 – 2006/0133(COD))

    (Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    –   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0382)[1],

    –   Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0244/2006),

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    –   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6‑0155/2007),

    1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

    2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

    Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

    Amendment 1

    PREMESSA 1

    Il-livell għoli tal-prezzijiet li jħallsu l-utenti tan-netwerks telefoniċi mobbli pubbliċi meta jkunu qed jużaw il-mowbajl tagħhom meta jkun msiefra fi ħdan il-Komunità huwa għajn ta’ tħassib għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Il-Grupp tar-Regolaturi Ewropej innota, fil-laqgħa plenarja tiegħu f’Mejju 2005 (inter alia), li t-tariffi bl-imnut kienu għolja ħafna mingħajr ġustifikazzjoni ċara; li dan jidher li jirriżulta kemm minn tariffi bl-ingrossa għoljin miżmuma mill-operatur tan-netwerk barrani ospitanti kif ukoll, f’bosta każijiet, minn awmenti (mark-ups) għoljin fuq il-bejgħ bl-imnut li jinżammu mill-operatur tan-netwerk proprju tal-konsumatur; li t-tnaqqis fit-tariffi bl-ingrossa spiss ma jgħaddix għall-konsumatur li jixtri bl-imnut; u li kien hemm rabtiet b’saħħithom bejn is-swieq fl-Istati Membri differenti.

    (1) Il-livell għoli tal-prezzijiet li jħallsu l-utenti tan-netwerks telefoniċi mobbli pubbliċi, pereżempju l-istudenti, il-vjaġġaturi tan-negozju u t-turisti, meta jkunu qed jużaw il-mowbajl tagħhom meta jkunu msiefra fi ħdan il-Komunità huwa kwistjoni ta’ tħassib għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Il-Grupp tar-Regolaturi Ewropej innota, fil-laqgħa plenarja tiegħu f’Mejju 2005 (inter alia), li t-tariffi bl-imnut kienu għolja ħafna mingħajr ġustifikazzjoni ċara; li dan deher li kien jirriżulta kemm minn tariffi bl-ingrossa għoljin miżmuma mill-operatur tan-netwerk barrani ospitanti kif ukoll, f’bosta każijiet, minn awmenti (mark-ups) għoljin fuq il-bejgħ bl-imnut li jinżammu mill-operatur tan-netwerk tal-konsumatur stess; li t-tnaqqis fit-tariffi bl-ingrossa spiss ma għaddewx għall-konsumatur li jixtri bl-imnut; u li kien hemm rabtiet b’saħħithom bejn is-swieq fl-Istati Membri differenti. Għalkemm xi operaturi dan l-aħħar daħħlu tariffi tar-roaming li joffru lill-konsumatur aktar kundizzjonijiet favorevoli, tibqa’ l-evidenza li l-prezzijiet xorta ma jirriflettux l-ispejjeż kif suppost.

    Emenda 2

    PREMESSA 1 A (ġdida)

     

    (1a) Is-suq intern jagħti aktar lok għall-mobilità, l-aktar għall-impjegati, għal min iħaddem, l-istudenti, l-għalliema u l-apprentisti li jaħdmu li jkunu jieħdu sehem fi programmi Ewropej bħat-Tagħlim tul il-Ħajja (Lifelong Learning), il-Programm għaż-Żgħażagħ (Youth Programme) u L-Ewropa għaċ-Ċittadini (Europe for Citizens). Għalhekk, il-"prezz tal-mobilità" m'għandux ikun eċċessiv u projbittiv għall-vjaġġaturi.

    Ġustifikazzjoni

    Il-prezzijiet tar-roaming m'għandhomx ikunu abbużivi u projbittivi biex il-vjaġġaturi jużaw il-mowbajl tagħhom barra minn pajjiżhom.

    Emenda 3

    PREMESSA 1 B (ġdida)

     

    (1b) Il-ħolqien ta' zona soċjali, edukattiva u kulturali Ewropea bbażata fuq il-mobilità ta' l-individwi għandha tħaffef il-komunikazzjoni bejn in-nies sabiex tinbena "Ewropa għaċ-Ċittadini" tassew.

    Ġustifikazzjoni

    Il-komunikazzjoni hija fost l-iktar aspetti importanti tal-mudell Ewropew. Hu essenzjali li tkun kapaċi tuża t-teknoloġiji l-ġodda sabiex titħaffef il-komunikazzjoni fost iċ-ċittadini.

    Emenda 4

    PREMESSA 4

    (4) Ir-Rakkomandazzjoni tidentifika bħala suq rilevanti suxxettibli għar-regolazzjoni ex ante is-suq nazzjonali bl-ingrossa għar-roaming internazzjonali fuq netwerks mobbli pubbliċi. Madankollu, il-ħidma mwettqa mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (kemm individwalment kif ukoll fil-Grupp tar-Regolaturi Ewropej) fl-analiżi tas-swieq nazzjonali bl-ingrossa għar-roaming internazzjonali wriet li għadu ma kienx possibbli għal awtorità regolatorja nazzjonali li tindirizza effettivament il-livell għoli ta’ tariffi bl-ingrossa għar-roaming internazzjonali minħabba d-diffikultà li wieħed jidentifika impriżi b’setgħa tas-suq sinifikanti fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi tar-roaming internazzjonali, inkluż in-natura transfruntaliera tagħhom.

    (4) Ir-Rakkomandazzjoni tidentifika bħala suq rilevanti suxxettibbli għar-regolazzjoni ex ante is-swieq nazzjonali bl-ingrossa għar-roaming internazzjonali fuq netwerks mobbli pubbliċi. Madankollu, il-ħidma li mpenjaw ruħhom għaliha l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (kemm individwalment kif ukoll fil-Grupp tar-Regolaturi Ewropej) fl-analiżi tas-swieq nazzjonali bl-ingrossa għar-roaming madwar il-Komunità kollha uriet li għadu ma kienx possibbli għal awtorità regolatorja nazzjonali li tindirizza b’mod effettiv il-livell għoli tat-tariffi bl-ingrossa għar-roaming madwar il-Komunità kollha minħabba d-diffikultà li wieħed jidentifika impriżi b’setgħa tas-suq sinjifikanti minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tar-roaming madwar il-Komunità kollha, inkluż in-natura transkonfinali tiegħu. Bħala konsegwenza, għandħa tiġi eżaminata l-ħtieġa ta’ regolatur Komunitarju.

    Emenda 5

    PREMESSA 9

    (9) Minkejja li l-qafas regolatorju ta’ l-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet apparenti dak iż-żmien, ipprevedew it-tneħħija tax-xkiel għall-kummerċ fil-qasam li jarmonizza dan il-qafas, dan ma jistax iżomm milli jiġu adattati r-regoli armonizzati pari passu ma’ kunsiderazzjonijiet oħra sabiex jinstabu l-mezzi l-aktar effettivi sabiex jinkiseb livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur filwaqt li jitjiebu l-kundizzjonijiet għat-tħaddim tas-suq intern.

    (9) Il-qafas regolatorju ta’ l-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet apparenti dak iż-żmien, immira lejn it-tneħħija ta' l-ostakoli kollha għall-kummerċ bejn l-Istati Membri fil-qasam li dan il-qafas jarmonizza, inter alia fir-rigward ta' miżuri li jaffettwaw il-prezzijiet għall-utenti fi Stati Membri oħra. Madankollu, dan m'għandux iżomm milli jiġu adattati r-regoli armonizzati fejn, fid-dawl ta' l-esperjenza, adattament bħal dan jirriżulta li hu meħtieġ sabiex jittejjeb l-iffunzjonar tas-suq intern u fl-istess ħin biex ikunu ipprovduti mezzi aktar effettivi sabiex jinkiseb livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur.

    Ġustifikazzjoni

    Biex ikun enfasizzat l-impatt tal-proposta fuq l-iffunzjonar tas-suq intern u fuq il-ħarsien tal-konsumatur.

    Emenda 6

    PREMESSA 10

    (10) Jeħtieġ għalhekk li jiġi emendat il-qafas regolatorju ta’ l-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi sabiex ikun jista’ jkun hemm tluq mir-regoli li kieku jkunu applikabbli, partikolarment li l-prezzijiet għall-għoti ta’ servizz għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ ftehim kummerċjali fin-nuqqas ta’ setgħa tas-suq sinfikanti, u b’hekk tiġi akkomodata l-introduzzjoni ta’ obbligi regolatorji kumplimentari li jirriflettu l-karatteristiċi speċifiċi tas-servizzi tar-roaming internazzjonali.

    (10) Il-qafas regolatorju ta’ l-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi għandu, għalhekk, jiġi ssupplimentat b'regoli speċifiċi dwar is-servizzi tar-roaming li jinsabu madwar il-Komunità kollha.. Dawk ir-regoli speċifiċi għandhom jinkludu obbligi regolatorji kumplimentari li jirriflettu l-karatteristiċi speċifiċi tas-servizzi tar-roaming ta’ madwar il-Komunità kollha.

    Ġustifikazzjoni

    Ara l-ġustifikazzjoni għall Premessa 9.

    Emenda 7

    PREMESSA 12

    (12)     L-obbligi regolatorji għandhom jiġu imposti fuq il-livelli sew ta’ l-ingrossa sew ta’ l-imnut sabiex jitħarsu l-interessi tal-konsumaturi li jużaw ir-roaming, minħabba li l-esperjenza wriet li t-tnaqqis tal-prezzijiet bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming internazzjonali jistgħu ma jkunux riflessi fi prezzijiet bl-imnut inqas għar-roaming, minħabba li mhemmx inċentivi biex dan isir; min-naħa l-oħra, l-azzjoni biex jitnaqqas il-livell tal-prezzijiet bl-imnut mingħajr ma jiġi indirizzat il-livell ta’ l-ispejjeż bl-ingrossa marbuta ma’ l-għoti ta’ dawn is-servizzi jissogra li jħarbat it-tħaddim ordnat tas-suq internazzjonali tar-roaming.

    (12)     L-obbligi regolatorji għandhom jiġu imposti fuq il-livelli sew ta’ l-ingrossa sew ta’ l-imnut sabiex jitħarsu l-interessi tal-konsumaturi li jużaw ir-roaming, peress li l-esperjenza wriet li t-tnaqqis tal-prezzijiet bl-ingrossa għas-servizzi tar-għar-roaming madwar il-Komunità kollha jistgħu ma jkunux riflessi fi prezzijiet bl-imnut inqas għar-roaming, minħabba li ma jkunx hemm inċentivi biex dan isir. Min-naħa l-oħra, l-azzjoni biex jitnaqqas il-livell tal-prezzijiet bl-imnut mingħajr ma jiġi indirizzat il-livell ta’ l-ispejjeż bl-ingrossa marbuta ma’ l-għoti ta’ dawn is-servizzi jissogra li jħarbat it-tħaddim ordnat tas-suq tar-roaming ta’ madwar il-Komunità kollha. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-riskju li operaturi iżgħar, independenti jew li għadhom jibdew, jiġu offruti kundizzjonijiet għall-provvista tas-servizzi tar-roaming li jkunu tali li jimpedixxu l-abilità tagħhom li jikkompetu, sabiex tkun tista' tittieħed azzjoni immedjata u xierqa f'każ li jiġi aċċertat xi abbuż. The

    Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-effetti ta’ dan ir-Regolament fuq is-sitwazzjoni kompetittiva ta' operaturi iżgħar, indipendenti and li għadhom jibdew.

    Emenda 8

    PREMESSA 13

    (13) L-obbligi riżultanti għandhom jidħlu fis-seħħ mill-aktar fis possibbli, filwaqt li jipprovdu lill-operaturi kkonċernati b'perjodu raġonevoli biex jadattaw il-prezzijiet u l-offerti ta' servizz tagħhom sabiex jiżguraw il-konformità u japplikaw direttament fl-Istati Membri kollha.

     

    (13) L-obbligi riżultanti għandhom jidħlu fis-seħħ immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jipprovdu lill-operaturi kkonċernati perjodu ta’xahar biex jadattaw il-prezzijiet u l-offerti ta' servizz tagħhom sabiex jiżguraw il-konformità, u jkunu japplikaw direttament fl-Istati Membri kollha.

    Emenda 9

    PREMESSA 14

    (14) Mekkaniżmu komuni, li se jkun jismu l-Metodu tas-Suq Intern Ewropew, għandu jintuża sabiex l-utenti tan-netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli li jkunu qed jivvjaġġaw fil-Komunità ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi tal-leħen bir-roaming internazzjonali meta jagħmlu s-sejħiet jew jirċievu sejħiet bil-leħen, u b’hekk jintlaħaq livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-kompetizzjoni bejn l-operaturi mobbli. Fid-dawl tan-natura transfruntali tas-servizzi kkonċernati, mekkaniżmu komuni huwa meħtieġ sabiex l-operaturi mobbli jkollhom qafas regolatorju koerneti wieħed imsejjes fuq kriterji stabbiliti oġġettivament.

    (14) Mekkaniżmu komuni, li se jkun jismu l-Approċċ tas-Suq Intern Ewropew, għandu jintuża sabiex l-utenti tan-netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli li jkunu qed jivvjaġġaw fil-Komunità ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi tal-leħen u tal-komunikazzjoni tad-dejta bir-roaming madwar il-Komunità kollha meta jagħmlu sejħiet jew jirċievu sejħiet bil-leħen jew meta jkunu jużaw servizzi tal-komunikazzjoni tad-dejta, u b’hekk jintlaħaq livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-kompetizzjoni bejn l-operaturi mobbli. Meta titqies in-natura transkonfinali tas-servizzi kkonċernati, huwa meħtieġ mekkaniżmu komuni sabiex l-operaturi mobbli jkunu ffaċċjati b’qafas regolatorju koerneti wieħed imsejjes fuq kriterji stabbiliti oġġettivament. Sabiex tiġi assigurata kompetizzjoni effettiva fil-bejgħ bl-imnut u biex jiġi żgurat li l-operaturi mobbli kollha fil-Komunità jkunu jistgħu jikkompetu b'mod efftettiv, l-operaturi mobbli għandhom jitqiegħdu taħt obbligu li jipprovdu servizzi tar-roaming madwar il-Komunità kollha bl-ingrossa lill-operaturi l-oħra kollha bbażati fil-Komunità meta jintalbu.

    Ġustifikazzjoni

    Sabiex jikkompetu b'mod effettiv l-operaturi mobbli għandhom ikunu obbligati li jipprovdu servizzi tar-roaming madwar il-Komunita kollha bl-ingrossa lill-operaturi l-oħra kollha. B'dan il-mod jiġi żgurat li ebda operatur mobbli ma jiġi eskluż mill-aċċess għas-servizzi tar-roaming bl-ingrossa.

    Emenda 10

    PREMESSA 15

    (15) L-aktar mekkaniżmu effettiv u proporzjonat biex jirregola l-livell tal-prezzijiet biex isiru sejħiet roaming internazzjonali skond il-kunsiderazzjonijiet imsemmija fuq huwa t-twaqqif fuq livell Komunitarju ta’ tariffi massimi kull minuta fuq il-livelli sew ta' l-imnut u sew ta' l-ingrossa.

    (15) L-aktar mekkaniżmu effettiv u proporzjonat biex jirregola l-livell tal-prezzijiet biex isiru u jintlaqgħu sejħiet bil-leħen bir-roaming madwar il-Komunità kollha skond il-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq huwa t-twaqqif fuq livell Komunitarju ta’ tariffi massimi kull minuta fuq il-livelli tal-bejgħ bl-ingrossa. Fil-livell tal-bejgħ bl-imnut huwa xieraq li tiddaħħal Ewrotariffa li l-operaturi jkunu obbligati li joffru lill-konsumaturi tar-roaming. Din għandha ssir il-punt ta' referenza li miegħu jitqabblu offerti oħra ta' bejgħ bl-imnut u b'hekk jiġi żgurat iffissar ġust tal-prezzijiet għall-konsumatur. It-Tariffa għall-Ħarsien tal-Konsumatur għandha tiġi ffissata f'livell li jiggarantixxi marġini suffiċjenti għall-operaturi u li jinkoraġġixxi offerti tar-roaming kompetittivi b'rati irħas. Għal servizzi ta’ komunikazzjoni tad-dejta, meta titqies il-ħeffa fil-bidla teknoloġika u l-irwol li dejjem qed jikber tas-Servizz ta' Messaġġ Qasir (SMS) u tas-Servizz ta' Messaġġ Multimedjali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni għandhom jissorveljaw il-prezzijiet bl-ingrossa u bl-imnut, inklużi t-tariffi ta' l-SMS u ta' l-MMS, u jinkluduhom fir-reviżjoni futura tal-qafas legali fjekk jiġri li l-prezzijiet ma jonqsux.

    Emenda 11

    PREMESSA 16

    (16) Dan il-mekkaniżmu komuni għandu jiżgura li t-tariffi bl-imnut għar-roaming internazzjonali jipprovdu riflessjoni aktar raġonevoli ta’ l-ispejjeż sottostanti involuti fl-għoti tas-servizz milli kien il-każ, filwaqt li jippermetti lill-operaturi li jkunu ħielsa li jikkompetu billi jiddifferenzjaw l-offerti tagħhom u jadattaw l-istrutturi ta’ l-ipprezzar tagħhom għall-kundizzjonijiet tas-suq u l-preferenza tal-konsumatur.

    (16) Dan il-mekkaniżmu komuni għandu jiżgura li t-tariffi bl-imnut għar-roaming fil-Komunità kollha jipprovdu riflessjoni aktar raġonevoli ta l-ispejjeż sottostanti involuti fl-għoti tas-servizz milli kien il-każ, billi t-Ewrotariffa li għandh tkun offruta lill-konsumaturi kollha tar-roaming tkun tirrifletti marġini raġjonevoli fuq il-prezz bl-ingrossa tal-provvediment tas-servizz tar-roaming, filwaqt li jippermetti lill-operaturi li jkunu ħielsa li jikkompetu billi jiddivrenzjaw l-offerti tagħhom u jadattaw l-istrutturi ta’ l-iffissar tal-prezzijiet tagħhom għall-kundizzjonijiet tas-suq u l-preferenza tal-konsumatur.

    Emenda 12

    PREMESSA 18

    (18) Il-limiti massimi tal-prezzijiet għandhom iqisu l-elementi differenti involuti fit-twettiq ta’ sejħa bir-roaming internazzjonali (inklużi l-ispejjeż, is-sinjalar, il-bidu, it-tranżitu u t-terminazzjoni tas-sejħa), u d-differenzi fl-ispejjeż sottostanti għall-għoti tas-servizzi tar-roaming internazzjonali fir-rigward tas-sejħiet magħmula lil destinazzjoni fi ħdan il-pajjiż miżjur, minn naħa, u sejħiet lura għall-pajjiż ta’ residenza tal-klijient li qed juża r-roaming jew pajjiż terz fi ħdan il-Komunità, min-naħa l-oħra.

    (18) It-tariffi massimi għandhom iqisu l-elementi relevanti involuti fit-twettiq u l-ilqugħ ta’ sejħa bir-roaming madwar il-Komunità kollha (inklużi l-ispejjeż, is-sinjalar, il-bidu, it-tranżitu u t-terminazzjoni tas-sejħa) Peress li d-differenzi bejn il-prezz tal-forniment tas-servizzi tar-roaming ta’ madwar il-Komunità kollha għal sejħiet magħmula jew milqugħu ġo pajjiż li jkun qed iżur il-konsumatur lejn jew mill-pajjiż ta' oriġini tal-konsumatur jew lejn u minn pajjiż terz jidhru li huma negliġibbli, għandu jintuża multiplikatur wieħed biss ’iex tkun ikkalkulata t-tariffa massima tal-bejgħ bl-ingrossa.

    Emenda 13

    PREMESSA 20

    (20) Il-limitu massimu tal-prezz applikabbli fuq il-livell tal-bejgħ bl-imnut għandu jagħti lill-klijenti roaming l-assigurazzjoni li mhux se jinżammilhom prezz eċċessiv meta jkunu qed jagħmlu sejħa roaming irregolata, filwaqt li jħallu lill-operaturi nazzjonali marġni biżżejjed sabiex jiddifferenzjaw il-prodotti li joffru lill-klijenti.

    (20) L-Ewrotariffa applikabbli fuq il-livell tal-bejgħ bl-imnut għandha tipprovdi lill-klijenti tar-roaming l-assigurazzjoni li mhux se jinżammilhom prezz eċċessiv meta jkunu qed jagħmlu sejħa bir-roaming irregolata, filwaqt li tħalli operaturi nazzjonali marġni biżżejjed sabiex jiddivrenzjaw il-prodotti li joffru lill-klijenti.

    Emenda 14

    PREMESSA 21

    (21) Il-fornituri tas-servizzi tar-roaming internazzjonali għal sejħiet li jsiru waqt ir-roaming barra mill-pajjiż proprju kif koperti minn dan ir-Regolament għandhom ikollhom perjodu li fih jaġġustaw il-prezzijiet bl-imnut tagħhom b’mod volontarju sabiex jikkonformaw mal-limiti massimi previsti fir-Regolament. Jixraq li jitħalla perjodu ta' sitt xhur għal dan il-għan, sabiex il-protagonisti tas-suq ikunu jistgħu jagħmlu l-addattamenti meħtieġa.

    imħassra

    Emenda 15

    PREMESSA 23

    (23) Dan ir-Regolament m’għandux jippreġudika offerti innovattivi lill-konsumaturi li jkunu aktar favorevoli mit-tariffi massimi kull minuta li hemm f’dan ir-Regolament.

    (23) Dan ir-Regolament m’għandux jippreġudika offerti innovattivi lill-konsumaturi li jkunu aktar favorevoli mit-Tariffi Ewropea pprovduta f’dan ir-Regolament imma għandu fil-fatt jinkoraġġixxi li jsiru offerti innovattivi lill-konsumaturi tar-roaming b'rati anqas mill-Ewrotariffa massima. Dan ir-Regolament ma jirrikjedix li jiġu imdaħħla mill-ġdid tariffi tar-roaming fil-każijiet fejn dawn tneħħew kompletament (pereżempju s-suq eżistenti fuq il-bażi ta' “gżira sħiħa” bejn ir-Repubblika ta' l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq),u l-anqas ma jirrikkjedi li jinżammu kif inhuma t-tariffi eżistenti tar-roaming.

    Emenda 16

    PREMESSA 23 A (ġdida)

     

    (23a) Filwaqt li tekniki ta' kif jitmexxa t-traffiku jistgħu jikkontribwixxu sabiex ikun assigurat li l-utenti dejjem iħallsu l-iktar prezz baxx tar-roaming disponibbli, jistgħu ukoll jillimitaw l-għażla tal-konsumatur. L-utent għandu dejjem ikun f'pużizzjoni li jagħżel manwalment in-netwerk ospitanti li jippreferi juża.

    Emenda 17

    PREMESSA 24

    (24) Ir-rekwiżiti ta’ l-ipprezzar f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw mingħajr ma jitqies jekk il-klijenti li qed jużaw ir-roaming ikollhomx kuntratt imħallas minn qabel jew wara mal-fornitur ta’ fejn jirrisjedu, sabiex jiġi żgurat li l-utenti kollha tat-telefonija mobbli bil-leħen ikunu jistgħu jgawdu mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

    (24) Ir-rekwiżiti ta’ l-iffissar tal-prezzijiet f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw mingħajr ma jitqies jekk il-klijenti li qed jużaw ir-roaming ikollhomx kuntratt imħallas minn qabel jew wara mal-fornitur tal-pajjiż ta' l-oriġini, u rrispettivament minn jekk il-fornitur tal-pajjiż ta' l-oriġini huwiex qed jerġa' jbiegħ jew le is-servizzi ta' telefonija mobbli bil-vuċi, sabiex jiġi żgurat li l-utenti kollha tat-telefonija mobbli bil-vuċi jkunu jistgħu jgawdu mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

    Ġustifikazzjoni

    Amendment 18

    PREMESSA 26

    (26) Sabiex titjieb it-trasparenza tal-prezzijiet bl-imnut biex wieħed jagħmel jew jirċievi sejħiet roaming fil-Komunità u sabiex il-klijenti roaming ikunu megħjuna jagħmlu deċiżjonijiet dwar l-użu tal-mowbajls tagħhom meta jkunu msiefra, il-fornituri tas-servizzi tat-telefonija mobbli għandhom jgħinu lill-klijenti roaming tagħhom jiksbu faċilment informazzjoni dwar it-tariffi roaming applikabbli għalihom fl-Istati Membri kkonċernati li jkunu qed iżuru, kull meta jitolbuhom u bla ħlas. It-trasparenza titlob ukoll li l-fornituri jagħtu tinformazzjoni dwar it-tariffi tar-roaming meta jsiru l-abbonamenti u li jagħtu wkoll lill-klijenti tagħhom aġġornamenti perjodiċi dwar it-tariffi tar-roaming kif ukoll meta jseħħu bidliet sostanzjali.

    (26) Sabiex tittejjeb it-trasparenza tal-prezzijiet bl-imnut biex wieħed jagħmel jew jirċievi sejħiet bir-roaming fil-Komunità u sabiex il-klijenti tar-roaming ikunu megħjuna jagħmlu deċiżjonijiet dwar l-użu tal-mowbajls tagħhom meta jkunu msiefra, il-fornituri tas-servizzi tat-telefonija mobbli għandhom b’mod utli jfornu lill-klijenti tagħhom tar-roaming b’informazzjoni bla ħlas dwar it-tariffi roaming applikabbli għalihom fl-Istati Membri li jkunu qed iżuru. L-informazzjoni għandha tinkludi t-tariffi għal kull minuta jew unità ta' dejta (inkluża l-VAT) għat-twettiq u l-ilqugħ ta' sejħiet bil-leħen u wkoll biex jintbagħtu u jintlaqgħu SMSijiet, MMSijiet u servizzi oħra disponibbli ta’ komunikazzjoni ta’ dejta fuq kull netwerk fl-Istat Membru ospitanti. It-trasparenza titlob ukoll li l-fornituri tal-pajjiż ta’ oriġini jipprovdu lill-utenti kollha informazzjoni sħiħa dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli, b’mod partikulari dwar l-Ewrotariffa u dwar rata fissa li tkun tinkludi kollox, meta jsiru l-abbonamenti u li jagħtu wkoll lill-klijenti tagħhom tar-roaming aġġornamenti perjodiċi dwar it-tariffi tar-roaming u, mingħajr dewmien żejjed, kull darba li ssir bidla f’dawn it-tariffi. Ukoll, fl-interess tat-trasparenza, kull fornitur tal-pajjiż ta' l-oriġini għandu jintalab joffri lill-konsumatur tar-roaming, meta mitlub, servizz b'xejn ta' kalkolu ppersonalizzat ta' l-aħjar rati disponibbli fuq il-bażi tal-profil tas-sejħiet ta’ dak il-konsumatur.

    Emenda 19

    PREMESSA 26 A (ġdida)

     

    (26) Sabiex tkun issalvagwardjata l-mobilità transkonfinali ta’ persuni li jkunu qed jivvjaġġaw bħala turisti aktar milli għal raġunijiet ta’ kummerċ, il-fornituri tal-pajjiż ta’ oriġini għandhom ikunu obbligati, fejn konsumatur jitlob dan, li jinfurmaw lil dak il-konsumatur dwar l-aħjar rati possibbli għall-Istat Membru li se jżur jew għall-anqas li jistabbilixxi tariffa speċifika tar-roaming għal għanijiet ta’ turiżmu.

    Emenda 20

    PREMESSA 27

    (27) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li huma responsabbli għat-twettiq tal-kompiti skond il-qafas regolatorju ta’ l-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom ikollhom is-setgħat meħtieġa biex jissorveljaw u jinfurzaw l-obbligi f’dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom. Għandhom ukoll jimmonitorjaw żviluppi fl-iprezzar tas-servizzi tal-leħen u d-data għall-klijenti mobbli li jkunu qed jużaw ir-roaming fil-Komunità, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-ispejjeż speċifiċi marbuta mas-sejħiet roaming li jsiru fir-reġjuni periferiċi tal-Komunità u l-ħtieġa li jiġi żgurat li dawn l-ispejjeż jistgħu jiġu rkuprati b’mod xieraq fuq is-suq bl-ingrossa. Għandhom jiżguraw ukoll li informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament tkun disponibbli għall-utenti tas-servizzi tat-telefonija mobbli.

    (27) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li huma responsabbli għat-twettiq tal-kompiti skond il-qafas regolatorju ta’ l-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom ikollhom is-setgħat meħtieġa biex jissorveljaw u jinfurzaw l-obbligi f’dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom. Għandhom ukoll jimmonitorjaw żviluppi fl-iffissar tal-prezzijiet tas-servizzi tal-komunikazzjoni bil-leħen u tad-dejta għall-klijenti mobbli li jkunu qed jużaw ir-roaming fil-Komunità, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-ispejjeż speċifiċi marbuta mas-sejħiet bir-roaming li jsiru u li jiġu milqugħa fir-reġjuni periferiċi tal-Komunità u l-ħtieġa li jiġi żgurat li dawn l-ispejjeż jistgħu jiġu rkuprati b’mod xieraq fis-suq bl-ingrossa. Għandhom jiżguraw ukoll li informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tkun disponibbli għall-utenti tas-servizzi tat-telefonija mobbli u jippubblikaw ir-riżultati ta’ monitoraġġ bħal dan kull sitt xhur wara li jkun daħal fis-seħħ dan ir-Regolament. Għandha tkun ipprovduta informazzjoni separata dwar il-klijenti korporattivi, dawk li jħallsu wara (post-paid) u dawk li jħallsu bil-quddiem (pre-paid).

    Emenda 21

    PREMESSA 27 A (ġdida)

     

    (27a) Meta wieħed iqis il-fatt li, minbarra t-telefonija bil-vuċi, is-servizzi l-ġodda tal-komunikazzjoni mobbli tad-dejta kulma jmur aktar u aktar qed jinfirxu, dan ir-Regolament għandu jagħmilha possibbli li jkunu mmoniterjati l-iżviluppi tas-suq f’dawn is-servizzi wkoll. Il-Kummissjoni, għalhekk, hi u tħares l-interessi tal-konsumatur filwaqt li fl-istess ħin tieħu ħsieb li tevita interventi bla bżonn fil-mekkaniżmi tas-suq, għandha twettaq monitoraġġ aktar intensiv tas-suq Komunitarju tas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli tad-dejta fuq il-bażi tar-regoli relatati mat-tariffi tar-roaming għal sejħiet li jsiru bil-leħen, u, fejn ikun meħtieġ fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, għandha tikkunsidra li tieħu passi biex tariffi li jkunu għoljin b’mod inġustifikabbli iġġegħilhom jinżlu.

    Justification

    Thanks to the rapid development of technology, the role of the international data services market is becoming increasingly important. Internet-based sound transmission (VoiP) is revolutionising fixed telephony, opening the way to cheaper sound transmission. The spread and presence of 3G networks and other related technologies are having a serious impact on the mobile services market. In the interest of consumers and of guaranteeing competition, more intensive monitoring of market processes should be carried out, and if they are not operating satisfactorily, the prospect of a proportionate intervention should be offered.

    Emenda 22

    PREMESSA 27 B (ġdida)

     

    (27b) Sabiex tkun issalvagwardjata l-kompetizzjoni ġusta fi ħdan l-UE, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jaraw li jimponu obbligu ta' “trasmissjoni bil-fors” fuq in-netwerks ospitanti.

    Ġustifikazzjoni

    L-operaturi iżgħar għandhom ikollhom l-assigurazzjoni li għandhom aċċess għan-netwerks ospitanti f’kull ħin.

    Amendment 23

    RECITAL 29 A (new)

     

    .

    (29a) B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta emendi għall-annessi ta' dan ir-Regolament sabiex tadattahom għall-iżviluppi tekniċi u tas-suq. Peress li dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Amendment 24

    PREMESSA 30

    (30)     Minħabba l-għanijiet ta’ l-azzjoni proposta, jiġifieri li jiġi stabbilit mekkaniżmu komuni li jiżgura li l-utenti tan-netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli msiefra fil-Komunità ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għar-roaming internazzjonali waqt li jkunu qed jagħmlu sejħiet bil-leħen jew jirċievu sejħiet bil-leħen, biex b’hekk jintlaħaq livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-kompetizzjoni bejn l-operaturi mobbli, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’l-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lilhinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

    (30) Peress li l-għanijiet ta’ l-azzjoni proposta, sabiex jiġi stabbilit mekkaniżmu komuni biex ikun żgurat li l-utenti tan-netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli msiefra fil-Komunità ma jħallsux tariffi eċċessivi għar-roaming madwar il-Komunità kollha waqt li jkunu qed jagħmlu jew jirċievu sejħiet bil-leħen, biex b’hekk jintlaħaq livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-kompetizzjoni bejn l-operaturi mobbli, ma jistgħux jintlaħqu mill-Istati Membri b’mod sikur, armonizzat u f’waqtu u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat.

    Ġustifikazzjoni

    Din hija ovvja u għandha tiġi mħassra fl-interess ta’ leġiżlazzjoni aħjar.

    Emenda 25

    Artikolu 1, paragrafI 1 U 1 a (ġodda)

     

     

    1. Dan ir-Regolament jintroduċi mekkaniżmu komuni, imsejjaħ il-metodu tas-Suq Intern Ewropew, sabiex jiġi żgurat li l-utenti tan-netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli li jkunu msiefra fil-Komunità, ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi tar-roaming internazzjonali meta jċemplu u jirċievu telefonati, biex b’hekk jintlaħaq livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-kompetizzjoni bejn l-operaturi mobbli. Ir-Regolament jistipola regoli dwar it-tariffi li jistgħu jinżammu mill-operaturi tal-mowbajl għall-għoti ta’ servizzi tar-roaming internazzjonali għal sejħiet bil-leħen li joriġinaw u jitterminaw fi ħdan il-Komunità u japplikaw kemm għat-tariffi miżmuma bejn l-operaturi tan-netwerk fuq il-livell tal-bejgħ bl-ingrossa kif ukoll għat-tariffi miżmuma mill-fornitur fil-pajjiż ta’ residenza tal-klijent għall-bejgħ bl-imnut.

    1. Dan ir-Regolament jintroduċi mekkaniżmu komuni, imsejjaħ il-metodu tas-Suq Intern Ewropew, sabiex jiġi żgurat li l-utenti tan-netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli li jkunu msiefra fil-Komunità, ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi tar-roaming internazzjonali meta jċemplu u jirċievu telefonati, biex b’hekk jintlaħaq livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-kompetizzjoni bejn l-operaturi mobbli. Ir-Regolament jistipola regoli dwar it-tariffi li jistgħu jinżammu mill-operaturi tal-mowbajl għall-għoti ta’ servizzi tar-roaming internazzjonali għal sejħiet bil-leħen li joriġinaw u jitterminaw fi ħdan il-Komunità u japplikaw kemm għat-tariffi miżmuma bejn l-operaturi tan-netwerk fuq il-livell tal-bejgħ bl-ingrossa kif ukoll għat-tariffi miżmuma mill-fornitur fil-pajjiż ta’ residenza tal-klijent għall-bejgħ bl-imnut.

     

    1a. Dan ir-Regolament jistipula wkoll regoli mmirati sabiex tiżdied it-trasparenza tal-prezzijiet u titjieb il-provvediment tat-tagħrif lill-utenti dwar it-tariffi ta’ servizzi ta’ roaming madwar il-Komunità, inklużi servizzi roaming għall-komunikazzjoni tad-dejta madwar il-Komunità kollha.

     

     

    Emenda 26

    ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 2

     

     

     

     

    2. Flimkien mad-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    2. Flimkien mad-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

     

    (-a) “Eurotariff” tfisser kwalunkwe tariffa sat-tariffa massima għall kull minuta, li l-fornituri nazzjonali jistgħu jagħmlu għall-provvista ta’ sejħiet roaming regolati;

    “fornitur nazzjonali” tfisser l-impriża li tipprovdi lill-klijent roaming b’servizzi terrestri pubbliċi tat-telefonija mobbli fuq il-livell tal-bejgħ bl-imnut;

    (a) “fornitur nazzjonali” tfisser l-impriża li tipprovdi lill-klijent roaming b’servizzi terrestri pubbliċi tat-telefonija mobbli fuq il-livell tal-bejgħ bl-imnut;

    “netwerk nazzjonali” tfisser in-netwerk mobbli terrestri pubbliku li jinsab fi Stat Membru u li jintuża minn fornitur nazzjonali għall-għoti ta’ servizzi terrestri pubbliċi tat-telefonija mobbli lill-klijent roaming;

    (b) “netwerk nazzjonali” tfisser in-netwerk mobbli terrestri pubbliku li jinsab fi Stat Membru u li jintuża minn fornitur nazzjonali, kemm jekk qiegħed ibigħ mill-ġdid (reseller) u kemm jekk le, għall-għoti ta’ servizzi terrestri pubbliċi tat-telefonija mobbli lill-klijent roaming;

    “roaming internazzjonali” tfisser l-użu ta’ mowbajl jew mezz ieħor minn klijent roaming biex iċempel jew jirċievi t-telefonati, filwaqt li jkun barra mill-Istat Membru li fih hemm in-netwerk nazzjonali tal-klijent, permezz ta’ arranġamenti konklużi bejn l-operatur tan-netwerk nazzjonali u l-operatur tan-netwerk imsejjaħ;

    “roaming internazzjonali” tfisser l-użu ta’ mowbajl jew mezz ieħor minn klijent roaming biex iċempel jew jirċievi t-telefonati, filwaqt li jkun barra mill-Istat Membru li fih hemm in-netwerk nazzjonali tal-klijent, permezz ta’ arranġamenti konklużi bejn l-operatur tan-netwerk nazzjonali u l-operatur tan-netwerk imsejjaħ;

    “sejħa roaming regolata” tfisser sejħa tat-telefonija mobbli bil-leħen magħmula minn klijent roaming, li toriġina fuq netwerk imsejjaħ u li tittermina fuq netwerk pubbliku tat-telefown fi ħdan il-Komunità;

    (d) “sejħa roaming regolata” tfisser sejħa tat-telefonija mobbli bil-leħen magħmula jew riċevuta minn klijent roaming, li toriġina jew tkun irċevuta fuq netwerk imsejjaħ u li tittermina fuq netwerk pubbliku tat-telefown fi ħdan il-Komunità;

    “klijent roaming” tfisser klijent ta’ fornitur ta’ servizzi pubbliċi terrestri tat-telefonija mobbli, permezz ta’ netwerk mobbli pubbliku terrestri li jinsab fil-Komunità, li juża l-mowbajl jew mezz ieħor biex iċempel jew jirċievi telefonati fuq netwerk imsejjaħ permezz ta’ arranġamenti li jkunu saru bejn l-operatur tan-netwerk nazzjonali u l-operatur tan-netwerk imsejjaħ;

    “klijent roaming” tfisser klijent ta’ fornitur ta’ servizzi pubbliċi terrestri tat-telefonija mobbli, permezz ta’ netwerk mobbli pubbliku terrestri li jinsab fil-Komunità, li juża l-mowbajl jew mezz ieħor biex iċempel jew jirċievi telefonati fuq netwerk imsejjaħ permezz ta’ arranġamenti li jkunu saru bejn l-operatur tan-netwerk nazzjonali u l-operatur tan-netwerk imsejjaħ;

    “netwerk imsejjaħ” tfisser netwerk terrestri pubbliku tat-telefonija mobbli li jinsab fi Stat Membru li mhuwiex dak tan-netwerk nazzjonali u li jippermetti klijent roaming li jċempel jew jirċievi telefonata permezz ta’ arranġamenti ma’ l-operatur tan-netwerk nazzjonali;

    “netwerk imsejjaħ” tfisser netwerk terrestri pubbliku tat-telefonija mobbli li jinsab fi Stat Membru li mhuwiex dak tan-netwerk nazzjonali u li jippermetti klijent roaming li jċempel jew jirċievi telefonata permezz ta’ arranġamenti ma’ l-operatur tan-netwerk nazzjonali;

     

    (fa) “Servizz roaming għall-komunikazzjoni tad-dejta madwar il-Komunità kollha” tfisser servizz pubbliku tat-telefonija mobbli, differenti minn telefonija mobbli bil-leħen, li tkun provduta permezz ta’ netwerk terrestri tat-telefonija mobbli pubblika li tinsab fi Stat Membri u li l-klijenti roaming jistgħu jużawha permezz ta’ arranġamenti bejn l-operatur tan-netwerk nazzjonali u l-operatur tan-netwerk imsejjaħ.

    Emenda 27

    ARTIKOLU 3

    Tariffi bl-ingrossa għal sejħiet roaming regolati

    Tariffi bl-ingrossa għal sejħiet roaming regolati

    It-tariffa totali bl-ingrossa li l-operatur ta’ netwerk imsejjaħ jista’ jżomm lill-operatur tan-netwerk tal-klijient roaming sabiex tingħata sejħa roaming regolata, inkluż inter alia l-oriġini, it-tranżitu, u t-terminazzjoni, m’għandhiex taqbeż l-ammonti applikabbli kull minuta stabbiliti skond l-Anness.

    It-tariffa totali bl-ingrossa li l-operatur ta’ netwerk imsejjaħ jista’ jżomm lill-operatur tan-netwerk tal-klijient roaming sabiex tingħata sejħa roaming regolata, inkluż inter alia l-oriġini, it-tranżitu, u t-terminazzjoni, m’għandhiex taqbeż l-ammonti applikabbli kull minuta stabbiliti skond l-Anness.

     

    1a. Sabiex jipprovdi servizzi roaming fil-Komunità kollha, kull fornitur nazzjonali għandu jkollu aċċess u użu tan-netwerks terrestri pubbliċi tat-telefonija mobbli li jinsabu fl-Istati Membri l-oħra għajr l-Istat tan-netwerk nazzjonali.

    Emenda 28

    ARTIKOLU 4

    Tariffi bl-imnut għal sejħiet roaming regolati

    Tariffi bl-imnut għal sejħiet roaming regolati

     

    -1. Il-fornituri nazzjonali għandhom joffru lill-klijenti kollha, b’mod ċar u trasparenti, Eurotariff kif stipulata f’paragrafu 1. Il-Eurotariff m’għandha tinvolvi ebda abbonament assoċjat jew elementi oħra ta’ tariffar fiss, u tista’ tkun abbinata ma’ kwalunkwe tariffa bl-imnut.

    Soġġett għall-Artikolu 5, it-tariffa totali bl-imnut, eskluża l-VAT, li l-operatur ta’ netwerk imsejjaħ jista’ jżomm lill-operatur tan-netwerk tal-kijient roaming sabiex tingħata sejħa roaming irregolata m’għandhiex taqbeż130% tat-tariffa bl-ingrossa massima applikabbli kull minuta stabbiliti skond l-Anness I. Il-limiti tat-tariffa f’dan l-Artiklu għandhom jinkludu kull element fiss marbut ma’ l-għoti ta’ sejħiet roaming irregeolati, inkluż tariffi biex tinbeda s-sejħa u ħlasijiet opt-in.

    Soġġett għall-Artikolu 5, it-tariffa massima Eurotariff bl-imnut, eskluża l-VAT, li l-operatur ta’ netwerk imsejjaħ jista’ jżomm lill-operatur tan-netwerk tal-kijient roaming, m’għandhiex taqbeż, fuq bażi ta’ kull minuta, 175% [EUR 40 ċenteżmu] tat-tariffa bl-ingrossa massima applikabbli kull minuta stabbiliti skond l-Anness I sabiex issir sejħa roaming irregolata jew 66% [EUR 15 ċenteżmu] tat-tariffa bl-ingrossa massima applikabbli għal dik is-sejħa, liema tariffa tiġi determinata skond l-Anness I sabiex wieħed jirċievi sejħa regolata. Il-limiti tat-tariffa f’dan l-Artiklu għandhom jinkludu kull element fiss marbut ma’ l-għoti ta’ sejħiet roaming irregeolati, inklużi imma mhux limitati għal tariffi biex tinbeda s-sejħa u ħlasijiet opt-in.

     

    1a. B’żieda ma’ l-Eurotariff li jipprovdi għaliha paragrafu 1, kull fornitur nazzjonali għandu joffri rata fissa kull xahar li tkun ekwa u tinkludi kollox, li għaliha ma jkunu japplikaw ebda limiti tat-tariffi. Ir-rata fissa għandha tkopri servizzi roaming għall-komunikazzjoni bil-leħen jew tad-dejta madwar il-Komunità kollha (inklużi l-SMS u l-MMS) fi ħdan il-Komunità.

    Emenda 29

    Artikolu 4 a (ġdid)

     

    Artikolu 4a

    L-għażla tat-tariffi

     

    1. Sakemm ma jgħażlux tariffa oħra b’mod deliberat, il-klijenti kollha tar-roaming, eżistenti u ġodda, għandhom awtomatikament jingħataw il-Eurotariff, kif stipulat f’Artikolu 4.

     

    2. Il-klijienti roaming għandhom ikunu jistgħu jibdlu għal u mill-Eurotariff fi żmien 30 jum minn meta jkun talbu dan. Kwalunkwe bidla ta’ dan it-tip għandha ssir bla tariffa jew penali, u m’għandhiex tinvolvi kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet relatati ma’ elementi eżistenti ta’ l-abbonament.

    Emenda 30

    ARTIKOLU 5

    Meta tidħol fis-seħħ l-applikazzjoni tal-limiti massimi tat-tariffi bl-imnut għal sejħiet roaming regolati

    Meta tidħol fis-seħħ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 3, 4 u 7

    L-obbligi fl-Artikolu 4 għandhom jidħlu fis-seħħ sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    Suġġett għall-Artikolu 10(5), l-obbligi stipulati fl-Artikoli 3 u 7 għandhom jidħlu fis-seħħ immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

     

    1a. Suġġett għall-Artikolu 10(5), l-obbligi stipulati fl-Artikoli 4 għandhom jidħlu fis-seħħ immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    Emenda 31

    Artikolu 6 a (ġdid)

     

    Artikolu 6a

    Tmexxija tat-traffiku

    Tekniki ta' kif jitmexxa t-traffiku m'għandhomx jintużaw biex iżommu lill-klijenti roaming milli jagħżlu manwalment netwerk imsejjaħ. Tali għażla għandha tibqa' miftuħa sakemm il-klijent roaming ikun tefa' l-apparat mobbli tiegħu jew telaq minn netwerk imsejjaħ.

    Emenda 32

    Artikolu 7, paragrafI 1 sa 5 U 5 a (ġodda)

    It-trasparenza tat-tariffi fuq il-bejgħ bl-imnut

    It-trasparenza tat-tariffi fuq il-bejgħ bl-imnut

    1. Kull fornitur nazzjonali għandu jipprovdi lill-klijent roaming tiegħu informazzjoni personalizzata ta' l-iprezzar dwar it-tariffi għall-bejgħ bl-imnut li japplikaw biex dak il-klijent iċempel jew jirċievi telefonati fl-Istat Membru miżjur.

    1. Ħlief meta klijent ikun innotifika lill-fornitur nazzjonali tagħhom li hu m'għandux bżonn dan, kull fornitur nazzjonali għandu jipprovdi lill-klijenti roaming tagħhom awtomatikament, mingħajr dewmien u mingħajr talba ta’ ħlas, permezz ta’SMS, meta huwa jidħol fi Stat Membru ieħor, informazzjoni personalizzata bażika ta’ l-iprezzar dwar it-tariffi tal-bejgħ bl-imnut għal kull minuta (inkluża l-VAT) li japplikaw biex dak il-klijent iċempel jew jirċievi telefonati fl-Istat Membru miżjur. Klijent li kjun avża li m’għandux bżonn il-messaġġ SMS awtomatiku, għandu jkollu d-dritt, f'kull waqt u mingħajr ħlas, li jirrikjedi lill-fornitur nazzonali tiegħu li jipprovdilu dan is-servizz.

    2. Il-klijent jista’ jagħżel li jagħmel din it-talba permzz ta’ telefonata bil-mowbajl jew billi jibgħat SMS (Short Message Service), f’kull każ lil numru li jipprovdi l-fornitur nazzjonali għal dan il-għan, u jista’ jagħżel li jirċievi l-informazzjoni jew waqt dik is-sejħa jew bl-SMS (fil-każ ta’ l-aħħar mingħajr dewmien bla bżonn).

    2. B’żieda ma’ paragrafu 1, il-klijent għandu jkollu d-dritt li jitlob minformazzjoni personalizzata aktar dettaljata dwar l-iprezzar billi jagħmel sejħa mobbli lil numru bla ħlas (freephone) li jipprovdi l-fornitur nazzjonali għal dan il-għan.

    3. Is-servizzi ta’ l-informazzjoni msemmija fuq għandhom jingħataw bla ħlas, kemm fir-rigward ta’ meta ssir it-talba kif ukoll fir-rigward ta’ l-informazzjoni mitluba.

    Imħassar

    4. L-informazzjoni personalizzata dwar l-iprezzar imsemmija f’dan l-Artikolu għandha tkun it-tariffi applikabbli skond l-iskema tariffarja tal-klijent roaming ikkonċernat biex iċempel u jirċievi t-telefonati fuq kull netwerk imsejjaħ fl-Istat Membru li fih il-klijent qed juża r-roaming.

    4. L-informazzjoni personalizzata dwar l-iprezzar aktar dettaljata imsemmija f'paragrafu 2 għandha tkun it-tariffi (għal kull minuta jew għal kull “bit” tar-roaming, (inkluża l-VAT) applikabbli skond l-iskema tariffarja tal-klijent roaming ikkonċernat biex iċempel u jirċievi t-telefonati u biex jibgħat jew jirċievi SMS, MMS u servizzi roaming oħra disponibbli għall-komunikazzjoni tad-dejta fuq kull netwerk fl-Istat Membru li fih il-klijent qed juża r-roaming.

     

    4a. Il-fornituri kollha għandhom jipprovdu lill-klijenti roaming b’simbolu jew messaġġ ta’ twissija fuq l-iskrin tal-mowbajl tagħhom, sabiex jiġi indikat li huma jkunu se jagħmlu jew jirċievu sejħa roaming.

    5. Meta jsiru l-abbonamenti, il-fornituri nazzjonali għandhom jagħtu informazzjoni sħiħa lill-klijenti ġodda dwar it-tariffi roaming applikabbli. Il-fornituri nazzjonali għandhom ukoll jagħtu aġġornamenti perjodiċi dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli lill-klijenti tagħhom fuq bażi perjodika u, flimkien ma’ dan, kull darba li jkun hemm bidla sostanzjali f’dawn it-tariffi.

    5. Meta jsiru l-abbonamenti, il-fornituri nazzjonali għandhom jagħtu informazzjoni sħiħa lill-utenti kollha dwar it-tariffi roaming applikabbli, b’mod partikulari l-Eurotariff. Huma għandhom ukoll jagħtu aġġornamenti perjodiċi dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli lill-klijenti tagħhom mingħajr dewmien żejjed kull darba li jkun hemm bidla sostanzjali f’dawn it-tariffi.

     

    5a. Il-fornituri nazzjonali għandhom jieħdu l-passi neċessarji sabiex jiżguraw li l-klijienti tagħhom kollha jkunu konxji dwar id-disponibilità ta’ l-Eurotariff u dwar ir-rata fissa kull xahar li tinkludi kollox, li hemm provdut għaliha f’Artikolu 4. Huma għandhom, b’mod partikolari, jikkomunikaw immedjatament lill-klijenti eżistenti kollha, il-kundizzjonijiet relatati mal-Eurotariff u mar-rata fissa kull xahar li tinkludi kollox, b’mod ċar u imparzjali. Huma għandhom jibagħtu nota li tfakkar (reminder) f’intervalli raġonevoli wara, lill-klijenti kollha li jkunu għażlu tariffa oħra.

    Emenda 33

    Artikolu 7, paragrafu 5 b (ġdid)

     

    5b. Fejn operatur iżid il-prezzijiet domestiċi fid-dawl ta’ dan ir-Regolament, għandu jippreżenta l-kontijiet interni tiegħu.

    Ġustifikazzjoni

    Hemm bżonn ta’ trasparenza sħiħa fil-kontabilità jekk operatur jiġġustifika żieda fit-tariffi għal telefonati lokali b’referenza għal dan ir-regolament.

    Emenda 34

    ARTIKOLU 7, PARAGRAFU 5 C (ġdid)

     

    5c. Ir-regolaturi nazzjonali għandhom jipprovdu għall-istabbiliment ta’ simulatur tal-prezzijiet li jista’ jagħmel stima tat-tariffi mistennija tar-roaming li jagħmlu d-diversi operaturi. Tali simulaturi għandhom ikunu marbuta fuq livell Ewropew.

    Ġustifikazzjoni

    Fl-interess ta' l-ogħla livell ta' trasparenza, hemm il-ħtieġa li l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu stima ta' l-ispejjeż tar-roaming tagħhom minn qabel u jsibu liema fornitur ikun jista' jagħtihom l-aqwa prezz permezz ta' simulatur. Dan is-simulatur jrid jitfassal minn regolatur nazzjonali biex tiġi salvagwardjata l-imparzjalità ta' l-informazzjoni. Maż-żmien tali simulaturi jridu jkunu konnessi b'mod reċiproku biex tiġi żgurata iżjed trasparenza fis-suq fl-Unjoni kollha. Tali simulatur huwa teknikament fattibbli, fuq il-mudell ta' dak li hemm fil-websajt tal-GSM Association.

    Emenda 35

    Artikolu 8, paragrafI 1, 5 U 6 U 8 a (ġodda)

     

     

    1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkontrollaw u jissorveljaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom.

    1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkontrollaw, jissorveljaw u jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom.

     

     

     

     

     

     

    5. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli informazzjoni aġġornata li għandha x’taqsam ma’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; dan għandu jsir b’mod li jippermetti lill-partijiet interessati jkollhom aċċess faċli għal dik l-informazzjoni.

    5. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli informazzjoni aġġornata li għandha x’taqsam ma’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikulari l-Artikoli 3 u 4, dan għandu jsir b’mod li jippermetti lill-partijiet interessati jkollhom aċċess faċli għal dik l-informazzjoni.

    6. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw l-iżviluppi fil-prezzijiet bl-ingrossa u bl-imnut għall-għoti lill-klijenti roaming ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni tal-leħen u tad-data, inkluż SMS (Short Message Service) u MMS (Multimedia Messaging Service), b’mod partikolari fir-reġjuni periferiċi tal-Komunità, u għandhom jikkomunikaw ir-riżultati ta’ dan il-monitoraġġ lill-Kummissjoni meta din titlob għalihom.

    6. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw l-iżviluppi fil-prezzijiet bl-ingrossa u bl-imnut għall-provvediment lill-klijenti roaming ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni tal-leħen u tad-data, inkluż SMS (Short Message Service) u MMS (Multimedia Messaging Service), b’mod partikolari fir-reġjuni periferiċi tal-Komunità, u għandhom ukoll jagħmlu monitoraġġ tas-sitwazzjoni involuntarja partikulari tar-roaming għaċ-ċittadini li jgħixu u jaħdmu u tan-negozji li joperaw f’reġjuni transkonfinali ta’ Stati Membri ġirien u għandhom jikkomunikaw ir-riżultati ta’ dan il-monitoraġġ lill-Kummissjoni ekull sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Għandha tingħata informazzjoni dwar il-klijenti korporattivi, dawk li jħallsu wara (post-paid) u dawk li jħallsu bil-quddiem (pre-paid) separatament.

     

     

     

     

     

    8a. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jappoġġjaw kampanja ta’ pubbliċità permezz tal-midja tal-massa, bħat-televiżjoni, ir-radju, rivisti, gazzetti u ċ-ċinema, fil-Komunità kollha kemm hi, sabiex jitjieb il-livell ta’ kuxjenza dwar il-kundizzjonijiet tal-Eurotariff stipulati fl-Artikolu 4. Il-kampanja għandha tibda mill-ewwel wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    Emenda 36

    Artikolu 8, paragrafu 6 a (ġdid)

     

    6a. Fuq il-bażi tar-rapporti ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 12-il xahar minn mindu jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, tipprovdi lill-Parlament u lill-Kunsill b’analiżi tat-tariffi bl-ingrossa u bl-imnut madwar il-komunità kollha għal servizzi roaming tal-komunikazzjoni tad-dejta fil-Komunità. Jekk it-tariffi bl-imnut tar-roaming madwar il-Komunità kollha għal servizzi ta’ komunikazzjoni tad-dejta ikun jidher għoli b’mod mhux ġustifikat wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta għar-regolamentazzjoni ta’ dawn it-tariffi, fuq il-bażi tar-regolamentazzjoni tat-tariffi tar-roaming għat-telefonija bil-leħen.

    Ġustifikazzjoni

    B’riżultat ta’ l-iżvilupp mgħaġġel tat-teknoloġija, l-irwol tas-suq internazzjonali tas-servizzi tad-dejta qed isir dejjem iktar importanti. It-trażmissjoni tal-ħoss ibbażata fuq l-Internet (il-VoiP) qed iġġib bidliet drastiċi fit-telefonija fissa, u qed tiftaħ it-triq għal trażmissjoni orħos tal-ħoss. It-tixrid u l-preżenza ta’ netwerks tat-3G u teknoloġiji relatati oħra qed iħallu impatt serju fuq is-suq tas-servizzi tal-mowbajl. Fl-interess tal-konsumaturi u tal-garanzija tal-kompetizzjoni, ikun xieraq li jsir moniteraġġ aktar intensiv tal-proċessi tas-suq, u jekk dawn ma jkunux qed jaħdmu b’mod sodisfaċenti, ikun xieraq li jiġi offrut il-prospett ta’ intervent proporzjonat.

    Emenda 37

    Artikolu 8, paragrafu 6 b (ġdid)

     

    6b. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li r-roħs fit-tariffi tar-roaming li jirriżulta mill-obbligi stipulati f’dan ir-Regolament, ma jiġix newtralizzat minħabba l-prezzijiet tas-sejħiet li jsiru bil-mowbajl fl-istess Stat Membru.

     

     

    Ġustifikazzjoni

    L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali huma l-iktar awtoritajiet kompetenti biex jaraw li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament isseħħ.

    Emenda 38

    ARTIKOLU 10, PARAGRAFU 3

    3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, fuq bażi regolari, ir-rata medja ta’ terminazzjoni mobbli ddeterminata skond il-paragrafi 1, 2 u 4.

    3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fil-portal ta' l-internet 'Your Europe' tal-Kummissjoni fuq bażi regolari, ir-rata medja ta’ terminazzjoni mobbli ddeterminata skond il-Paragrafi 1, 2 u 4.

    Emenda 39

    ARTIKOLU 10, PARAGRAFU 6

    6. L-emendi meħtieġa biex l-Anness II jiġi adattat għall-iżviluppi tekniċi jew tas-suq għandhom jiġu adotatti mill-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(3).

    6. L-emendi meħtieġa biex l-Anness II jiġi adattat għall-iżviluppi tekniċi jew tas-suq għandhom jiġu adotatti mill-Kummissjoni, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2a).

    Emenda 40

    ARTIKOLU 12

    Proċedura ta’ reviżjoni

    Proċedura ta’ reviżjoni

    Il-Kummissjoni għanda tirrevedi t-tħaddim ta’ dan ir-Regolament u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lil-Kunsill mhux aktar minn sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tinkludi r-raġunament tagħha dwar il-ħtieġa kontinwata tar-regolazzjoni jew il-possibbiltà tar-revoka tagħha fid-dawl ta' l-iżviluppi fis-suq u fir-rigward tal-kompetizzjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni lill-Istati Membri, li għandha tingħata mingħajr dewmien żejjed.

    Il-Kummissjoni għanda tirrevedi t-tħaddim ta’ dan ir-Regolament u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lil-Kunsill mhux aktar minn sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk l-objettivi ta' dan ir-Regolament ikunux intlaħqu, u jekk ikun meħtieġ, għandha tagħmel proposti xierqa.

    Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tinkludi r-raġunament tagħha dwar il-ħtieġa kontinwata tar-regolazzjoni u l-kwistjoni dwar jekk, fid-dawl ta' l-iżviluppi fis-suq u fir-rigward kemm tal-kompetizzjoni kif ukoll il-ħarsien tal-konsumatur, jeħtieġ tiġi estiża it-tul ta’ dan ir-Regolament lil hinn mill-perjodu stipulat f’paragrafu 1b, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi stabbilit suq intern tat-telekomunikazzjonijiet li jkun ġenwin, effiċjenti, u mmirat lejn il-kompetizzjoni, li jservi sabiex jelimina l-ispejjeż u l-iżviluppi transkonfinali fl-iprezzar ta’ servizzi mobbli tal-kommunikazzjonijiet fil-livell nazzjonali, b’mod partikulari jekk it-tariffi bl-imnut għal sejħiet roaming fi ħdan l-UE huma ogħla mit-tariffi għal sejħiet domestiċi. Bħala parti minn dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, b’attenzjoni partikulari għall-effetti ta’ l-iżbilanċi reġjonali jew l-iżbilanċi bejn l-operaturi, tirrevedi l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-bejgħ bl-ingrossa jew bl-imnut, għall-provvediment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni bil-leħen jew dejta, inklużi SMS, MMS u servizzi roaming oħra ta’ komunikazzjoni tad-data madwar il-Komunita kollha, lill-klijienti roaming. Ir-rapport għandu jinkludu, jek huwa xieraq, rakkomandazzjonijiet dwar il-ħtieġa li dawn is-servizzi jiġu regolati.

    1a. Għall-iskopijiet tar-rapport tagħha, il-Kummissjoni tista' tuża l-informazzjoni provduta permezz ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 8(2).

    1b. Dan ir-Regolament għandu jiskadi fi żmien tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu sakemm, qabel ma jiskadi, il-kummissjoni ma tkunx ippreżentat proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex dan ir-Regolament jiġi mtawwal.

    Emenda 41

    ARTIKOLU 12, PARAGRAFU 1 C (ġdid)

     

    1c. Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-effetti ta’ dan ir-Regolament fuq is-sitwazzjoni kompetittiva ta’ operaturi iżgħar u indipendenti li jkun għadhom qed jibdew. B’mod partikulari, il-Kummissjoni għandha tanalizza jekk operaturi żgħar, indipendenti jew li għadhom jibdew, humiex suġġetti għal tariffar diskriminatorju u jekk l-aċċess għal termini non-diskriminatorji għal operaturi iżgħar, indipendenti jew li għadhom jibdew, għaandux ikun irregolat. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport tagħha għandu jinkludi proposta għal intervent, jekk dan ikun meqjus neċessarju. Kwalunkwe proposta bħal din tista' tiġi mressqa wkoll b'mod separat, kull meta tkun ġustifikata mill-iżviluppi fis-suq jew min-nuqqas tagħhom.

     

    Ġustifikazzjoni

    Din tipprovdi iżjed ċarezza lill-analiżi tal-Kummissjoni, billi tesplora l-impatt ta' dan ir-regolament fuq l-operaturi żgħar, indipendenti u ġodda.

    Emenda 42

    ARTIKOLU 12, PARAGRAFU 1 D (ġdid)

     

    1d. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali dwar l-iżviluppi fil-Komunità fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament.

    Ġustifikazzjoni

    Din tipprovdi għal reviżjoni annwali usa'.

    Emenda 43

    Artikolu 13, paragrafu 2 a (ġdid)

     

    2a. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li ssir konsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

    Emenda 44

    ANNESS I

    Tariffi bl-ingrossa għal sejħiet roaming regolati msemmija fl-Artikolu 3

    Tariffi bl-ingrossa għal sejħiet roaming regolati msemmija fl-Artikoli 3 u 4

    It-tariffi totali bl-ingrossa li l-operatur tan-netwerk imsejjaħ jista' jżomm lill-operatur tan-netwerk nazzjonali tal-klijent roaming biex jagħmel sejħa roaming regolata li toriġina fuq dak in-netwerk imsejjaħ m’għandhiex taqbeż, fuq bażi ta’ kull minuta, ammont ugwali għar-rata medja tat-terminazzjoni mobbli ppubblikata skond l-Artikolu 10(3) mmoltiplikata:

    It-tariffa totali bl-ingrossa li l-operatur tan-netwerk imsejjaħ jista' jżomm lil kwalunkwe operatur tan-netwerk nazzjonali tal-klijent roaming biex jagħmel sejħa roaming regolata li toriġina fuq dak in-netwerk imsejjaħ m’għandhiex taqbeż, fuq bażi ta’ kull minuta, ammont ugwali għar-rata medja tat-terminazzjoni mobbli ppubblikata skond l-Artikolu 10(3) mmoltiplikata b’fattur ta’ tnejn għas-sejħiet kollha lil netwerk telefoniku pubbliku, kemm jekk dan ikun fl-Istat Membru fejn jinsab in-netwerk imsejjaħ u kemm fi Stat Membru għajr dak fejn jinsab in-netwerk imsejjaħ.

    a) b’fattur ta’ tnejn, fil-każ ta’ sejħa roaming regolata lil numru assenjat lil netwerk telefoniku pubbliku fl-Istat Membru fejn jinsab in-netwerk imsejjaħ; jew

     

    b) b’fattur ta’ tlieta, fil-każ ta’ sejħa roaming regolata lil numru assenjat lil netwerk telefoniku pubbliku fi Stat Membru għajr dak fejn jinsab in-netwerk imsejjaħ;

     

    Il-limiti tat-tariffi f’dan l-Anness għandhom jinkludu kull element fiss, bħal mhuma t-tariffi biex tinbeda s-sejħa.

     

    Emenda 45

    Anness I, paragrafu 1 a (ġdid)

     

    1a. L-ispejjeż addizzjonali assoċjati mad-distanzi ta' l-ibgħad reġjuni u t-tranżitu ta’ sejħiet bejn l-Ewropa kontinentali u dawk ir-reġjuni għandhom jiżdiedu ma' dawn il-limiti tat-tariffi għal sejħiet magħmula lil u minn operaturi tat-telefonija mobbli li jkollhom liċenzji biex ikopru biss l-ibgħad reġjuni tal-Komunità.

    Ġustifikazzjoni

    Fl-ibgħad reġjuni r-routing tas-sejħiet jinvolvi spejjeż ferm ogħla minn dawk li jinġarru minn operaturi Ewropej oħrajn minħabba n-nuqqas ta' kontinwità ġeografika. Il-limiti tal-prezzijiet previsti jġiegħlu lil operaturi Ewropej oħrajn biex jaċċettaw lill-konsumaturi ta' operaturi li joperaw fl-ibgħad reġjuni mingħajr ma jkunu jistgħu jkopru l-ispejjeż tagħhom, u għalhekk jistgħu jipperswaduhom biex jagħlqu d-destinazzjonijiet tagħhom lill-konsumaturi ta' operaturi mill-ibgħad reġjuni.

    • [1]  Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.

    NOTA SPJEGATTIVA

    Introduzzjoni

    L-abilità taċ-ċittadini Ewropej li jkunu jistgħu jużaw apparat mobbli waqt li jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom huwa punt kruċjali meta wieħed jitkellem dwar suq intern tal-komunikazzjoni mobbli fl-Ewropa. Is-suq attwali tar-roaming juri b'mod ċar nuqqas fis-suq li ma jħallix liċ-ċittadini Ewropej jużaw l-apparat mobbli tagħhom meta jmorru minn Stat Membru għal ieħor.

    Naturalment, aħna nappoġġjaw l-intenzjoni ġenerali tal-Proposta tal-Kummissjoni rigward Regolament dwar roaming permezz ta' netwerks pubbliċi ġewwa l-Komunità. Madankollu, aħna nsibu li hemm lok għal titjib rigward aktar trasparenza fil-prezzijiet sabiex il-konsumatur ikollu l-kapaċità li jagħmel għażla infurmata u titjib rigward il-ħolqien ta' ambjent ġust u ekwu għall-operaturi ta' networks mobbli sabiex ikun hemm aktar kompetizzjoni fis-suq intern tar-roaming.

    Il-Parlament Ewropew jirrispetta t-tħassib tal-Kummissjoni li huwa bbażat fuq l-informazzjoni attwali li hemm dwar dan is-settur tas-suq rigward regolamentazzjoni tal-prezzijiet għal servizzi ta' trasferiment ta' dejta mobbli internazzjonali, partikularment mingħajr evalwazzjoni xierqa ta' l-impatt. Madankollu, il-Parlament Ewropew jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa kbira li jkun hemm evalwazzjoni u monitoraġġ ta' dan is-settur tas-suq għaliex hemm indikazzjonijiet sodi ta' falliment tas-suq.

    I. Nuqqas fis-suq

    1. Prezzijiet Għolja Ħafna

    Il-livell tal-prezzijiet għas-servizzi ta' komunikazzjoni mobbli li qed jiġu offerti lill-konsumaturi għar-roaming qed ivarjaw minn għoljin għal (ħafna drabi) għoljin eċċessivament. Għalkemm b'mod speċjali fil-livell tat-tariffi bl-imnut, dawn qed ikunu għoljin tali li ma jistax jiġi ġġustifikat, hemm x'jindika li wkoll fil-livell ta' tariffi bl-ingrossa ċċarġjati minn operaturi ta' networks ospitanti, speċjalment fost operaturi żgħar, dawn huwa wisq ogħla mill-ispejjeż imġarrba mill-operaturi tan-netwerk ospitanti u dan qed itellef il-kompetizzjoni ġusta.

    2. Nuqqas ta’ trasparenza

    Iċ-ċittadini Ewropej jeħtieġu komunikazzjoni ta' kwalità b'kontinwità fluwida. Minħabba li tmienja minn kull għaxar ċittadini ta’ l-UE għandhom mowbajl, u li f’xi stati membri ir-rata ta’ penetrazzjoni taqbeż il-100% (l-Italja 123,2%, il-Portugall 117,1%, ir-Renju Unit 116,3%)[1] il-ħtieġa hija evidenti. Għal dan il-għan, mekkaniżmi trasparenti għall-prezzijiet huma essenzjali. Fil-livell ta' negozju vis à vis negozju ieħor, it-trasparenza jeħtieġ li tiżgura l-operat tas-suq intern. Fil-livell ta' negozju vis à vis konsumatur, l-iskop prinċipali huwa li l-konsumatur jingħata informazzjoni sħiħa u li tkun tista' titqabbel dwar il-prezzijiet attwali sabiex il-konsumatur ikun kapaċi jagħmel l-għażla infurmata tajjeb tiegħu.

    II. L-Iżvantaġġi ta' suq intern tat-telekomunikazzjoni li ma jaqdix il-funzjoni tiegħu

    1. In-nuqqas ta’ l-ilħuq ta’ l-għanijiet ta’ l-istrateġija ta’ Liżbona

    L-għan prinċipali ta' l-aġenda ta' Liżbona huwa li sa l-2010 jagħmel l-Ewropa l-aktar ekonomija kompetittiva fid-dinja bbażata fuq l-għarfien. Il-Kunsill ta' l-Ewropa ta' Marżu 2005 saħaq mal-Kummissjoni, mal-Kunsill u ma' l-Istati Membri biex jerġgħu jniedu l-Istrateġija ta' Liżbona billi jerġgħu jiffukaw fuq it-tkabbir u fuq l-impjiegi fl-Ewropa. Suq tax-xogħol li jiffunzjona b'mod ekwu jkun jista' jseddaq it-tkabbir u jagħti impetus ġdid għal ekonomija Ewropea kompetittiva. Sabiex tiġi żgurata kompetittività globali tas-suq Ewropew, jeħtieġ suq intern dinamiku mingħajr ostakli. Prezzijiet għoljin li m'humiex ġustifikati u li ma jħallux lill-konsumaturi jużaw l-apparat mobbli tagħhom, jikkostitwixxu ostaklu għas-suq intern tas-servizz.

    2. Ebda ħolqien ta’ suq intern ibbażat fuq l-għarfien

    Is-suq għall-komunikazzjoni mobbli, billi huwa parti minn servizzi għal soċjetà ta' l-informazzjoni, jinkludi mhux biss it-telefonija bil-vuċi imma wkoll il-forniment ta' servizzi oħrajn aktar ġodda ta' telekomunikazzjoni mobbli. B'mod partikulari, il-VOIP, in-netwerks ta' 3G, GPS, Wi-Fi, l-internet u t-TV mobbli, kif ukoll apparat ta' l-idejn li kapaċi jipprovdi t-trasferiment mobbli ta' dejta fuq skala akbar qed iwiegħdu żviluppi li m'għandhomx jiġu mfixkla minn nuqqas ta' talba minħabba d-deterrent tal-prezzijiet.

    3. L-awto-regolamentazzjoni mhix qed tiffunzjona

    Awtoregolamentazzjoni tkun tfisser li operaturi u assoċjazzjonijiet jinnegozjaw u jiftiehmu bejniethom dwar linji gwida fil-livell Ewropew. L-operaturi jkunu jridu jiggarantixxu tnaqqis fil-prezzijiet sostanzjali fil-livell ta' prezzijiet bl-imnut u ta' prezzijiet bl-ingrossa. Jidher li proposti bħal dawn għadhom ma twettqux s'issa.

    4. Figuri li ma jiffunzjonawx

    Stħarriġ wera li

    · kważi tmienja minn kull għaxar Ewropej għandhom mobajl.

    · min juża l-mobajl jiddependi ħafna minn servizzi ta' roaming internazzjonali, għaliex meta jsiefru l-maġġoranza ta' l-utenti (9 minn kull għaxra) jagħżlu dan il-metodu minflok ma jixtru Sim-card

    · maġġoranza ċara ta' utenti jillimitaw il-komunikazzjoni tagħhom bil-mobajl meta jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom

    · tariffi ta' komunikazzjoni għoljin huma l-akbar raġuni (81% tat-tweġibiet) għaliex l-Ewropej ma juzawx it-telefown tagħhom aktar ta' spiss meta jsiefru barra

    · hemm nuqqas kbir ta' trasparenza rigward prezzijiet, għaliex 4 minn kull 10 Ewropej m'għandhomx idea ċara dwar kemm jiswew dawn is-sejħiet li jagħmlu

    · maġġoranza ċara ta' Ewropej (70% tat-tweġibiet) iridu li l-Unjoni Ewropea tieħu passi biex tirregola l-prezzijiet ta' sejħiet u messaġġi bil-kitba sabiex it-tariffi tar-roaming ma jkunux hekk għoljin aktar minn prezzijiet lokali bla raġuni.

    B Titjib Propost

    L-għan aħħari ta' dan ir-Regolament huwa li jinħoloq suq intern għat-telekomunikkazzjoni li jiffunzjona tajjeb. Ostakli ġeografiċi li ma jħallux li jkun hemm kompetizzjoni dinamika jridu jingħelbu. It-trasparenza għall-konsumatur kif ukoll għall-industrija għandha tiżdied u tista' sa ċertu punt tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan ġenerali.

    5. Regolamentazzjoni tal-bejgħ bl-ingrossa

    Ir-regolamentazzjoni tal-prezzijiet fil-livell tan-negozju bl-ingrossa huwa l-impetu kruċjali sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-għanijiet imsemmija hawn qabel. Ir-regolamentazzjoni tal-prezzijiet għandha toħloq ambjent kummerċjali ekwu għal operaturi kollha - kbar jew żgħar, stabbiliti jew ġodda (aċċess għas-suq) tat-tramuntana u tan-nofsinhar (turiżmu) tal-lvant u tal-punent (livelli ta’ dħul), sabiex tiġi żgurata l-kompetizzjoni. U sabiex tiġi żgurata din il-kompetizzjoni, l-operaturi kollha jkollhom obbligazzjoni li joffru bilfors servizzi roaming fil-livell tan-negozju bl-ingrossa.

    Il-bażi tar-regolamentazzjoni tan-negozju bl-ingrossa għandha tkun trasparenti, mhux lakemm tiġi manipulata, applikabbli fl-Istati Membri kollha u m'għandhiex tkun ta' piż amministrattiv żejjed għall-awtoritajiet regolatorji.

    Ir-regolamentazzjoni fil-livell tan-negozju bl-ingrossa għandha tkun ibbażata fuq rata għat-terminazzjoni mobbli (MTRs - mobile termination rates) fuq kalkolu tal-medja fis-27 Stat Membru. L-ogħla livell assolut tal-prezz bl-ingrossa jiġi kkalkulat bil-moltiplikazzjoni ta' l-MTR medja b'fattur ewlieni. Ebda operatur ta' network mobbli ma jista' jiċċarġja tariffi ogħla minn dan il-limitu lil kwalunkwe operatur ieħor,

    Ir-regolamentazzjoni tal-prezzijiet bl-ingrossa għandha tidħol fis-seħħ bla dewmien.

    6. Klawsola ta’ Estinzjoni

    Kieku l-industrija kellha tistabbilixxi suq ta' l-ishma li jkopri negozju fis-suq kollu tar-roaming fl-Ewropa (seħjiet magħmula u sejħiet riċevuti), operaturi li jinnegozjaw il-volum totali ta' minuti ta' roaming f'dan is-suq ta' l-ishma ma jkunux aktar soġġetti għar-regolamentazzjoni fil-livell tan-negozju bl-ingrossa.

    7. Regolamentazzjoni tal-bejgħ bl-imnut

    Ir-regolamentazzjoni fil-livell tan-negozju bl-ingrossa għandha qabel kollox tiżgura li tnaqqis fil-prezzijiet offruti minn operaturi fil-livell tan-negozju bl-ingrossa jiġu mgħoddija wkoll lill-konsumatur, filwaqt li jitħalla lok biżżejjed għall-innovazzjoni f'servizzi ġodda u għal gruppi ta' tariffi.

    Il-limiti massimu fil-livell tal-prezzijiet bl-imnut ikun japplika biss għal tariffi bl-imnut regolati ("EuroTariff") li kull operatur ikollu l-obbligu li joffri bilfors. Din it-tariffa għandha tikkonsisti fi prezz wieħed inklussiv għal kull sejħa jew għal kull unità ta' ħin, u tista' jekk ikun meħtieġ tiġi adattata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill Ewropew. L-operaturi huma obbligati li jipprovdu informazzjoni sħiħa dwar il-kundizzjonijiet ta' din it-tariffa u li jħallu lill-konsumaturi jagħmlu faċilment l-għażla ta' din l-"Euro Tariff".

    Sabiex ikun hemm aktar kompetizzjoni fis-suq tat-trasferiment ta' dejta mobbli u sabiex tinħoloq komparabilità bejn il-prezzijiet tas-servizzi roaming, l-operaturi għandhom ikunu obbligati wkoll li joffru rata fissa internazzjonali ta’ kull xahar li tinkludi kollox. Din ir-rata fissa għandha tinkludi l-miżata bażika, tariffi nazzjonali u internazzjoali għar-roaming, tariffi għat-trasferiment ta' dejta mobbli (SMS, MMS, TV Mobbli, eċċ.) u tariffi għal kull servizz li jista' jiġi offrut lill-konsumatur aktar 'il quddiem). Ebda regolamentazzjoni m'għandha tapplika għal din ir-rata fissa.

    Jekk dawn iż-żewġ rekwiżiti (il-"Eurotariff" u r-rata fissa li tinkludi kollox) jiġu sodisfati, kull mudell eżistenti jew kull mudell ġdid internazzjonali għal tariffi roaming ma jkunx soġġett għal regolamentazzjoni, u dan iħalli lill-operaturi ħielsa biex ifasslu apposta l-gruppi ta' servizzi tagħhom.

    Ir-regolament fil-livell tal-prezzijiet bl-imnut għandu jiddaħħal fis-seħħ bla dewmien u dan għandu jiskadi meta l-ostakli ġeografiċi għall-prezzijiet jingħelbu u jiġi stabbilit suq intern li jkun qed jiffunzjona tajjeb.

    8. It-trasparenza

    Sistema "push" attiva hija preferibbli għal sistema ta' għoti ta' informazzjoni dwar prezzijiet meta tintalab (sistema "pull"). Sabiex ma jkunx hemm spamming, l-informazzjoni għandha tkun ristretta għall-informazzjoni tal-prezzijiet u jekk ikunu jixtiequ l-konsumaturi, dawn irid tinagħtalhom l-opportunità biex jaqilbu għal sistema "pull".

    Il-konsumaturi għandhom ikunu informati fi żmien reali dwar il-prezzijiet li qed jintlaqtu minnhom waqt ir-roaming.

    Il-proporzjonalità ta' l-ispiża biex jiġu infurmati l-konsumaturi trid tkun żgurata.

    It-trasparenza bejn l-operaturi dwar it-tariffi ċċarġjati għandha tiżdied sabiex ikun possibbli għalihom li tnaqqis fil-prezzijiet bl-ingrossa offrut ikun jista' jkompli jgħaddej għall-konsumatur. Sakemm m'hemmx awtorità Ewropea regolatorja, ir-regolaturi nazzjonali huma mitluba biex jiżguraw li jkun hemm trasparenza.

    9. Passi Ulterjuri

    Il-Parlament Ewropew jitlob lill-Kummissjoni biex timmoniterja mill-qrib l-iżviluppi fil-prezzijiet ta' trasferiment ta' dejta mobbli internazzjonali u biex tevalwa l-ħtieġa ta' aktar regolamentazzjoni f'dan il-qasam. Ir-rapporteur jiġbed l-attenzjoni għar-periklu kbir li hemm għall-innovazzjoni u għat-tekoloġiji u servizzi ġodda minħabba l-prezzijiet għoljin eċċessivament.

    C. Għanijiet li jridu jintlaħqu

    Rigward dan, ir-regolament propost għandu jikseb approċċ ibbilanċjat li jqis kemm l-interessi tal-konsumatur, kif ukoll l-interessi ta' l-industrija tat-telekomunikazzjoni mobbli. Dan għandu jwassal biex jinkiseb tnaqqis sinifikattiv fil-prezzijiet tar-roaming, kif ukoll biex jinżamm ambjent ġust u ekwu għall-kompetettività ta' l-operaturi mobbli.

    • [1] Fl-aħħar tar-raba’ kwart ta’ l-2005
      Sors: Credit Suisse, Analiżi ta’ Prof. Gerpott.

    OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET EKONOMIĊI U MONETARJI (22.3.2007)

    għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

    dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-roaming fuq netwerks pubbliċi mobbli fi ħdan il-Komunità u li temenda d-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi
    (COM(2006)0382 – C6‑0244/2006 – 2006/0133(COD))

    Draftsman: Andrea Losco

    ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

    1. Sfond

    Bħalissa hemm mill-anqas 147 miljun ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea (37 miljun turist u 110 miljuni klijenti fin-negozju)[1] interessat fit-tariffi estremament għoljin tar-roaming internazzjonali fit-telefonija tal-mowbajl, jiġifieri l-possibilità li ċċempel jew li sempliċiment tirċievi telefonata fuq mowbajl meta tkun barra mill-pajjiż.

    Dawn it-telefonati huma possibbli permezz ta' ftehim ta' roaming internazzjonali bejn l-operatur, f'relazzjoni mal-klijent, u l-operatur barra mill-pajjiż tan-netwerk il-klijent juża meta barra minn pajjiżu.

    Hemm qbil unanimu bejn l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-parti l-kbira tal-mexxejja politiċi li l-prezzijiet tas-servizzi tar-roaming ma naqsux minħabba l-effett dinamiku tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi tas-servizzi tat-telefonija, għalkemm il-fenomenu mmanifesta ruħu applikabbli għall-komunikazzjonijiet nazzjonali tal-mowbajl. Kuntrarjament, it-tariffi tar-roaming baqgħu għoljin b'mod mhux ġustifikabbli, ftit li xejn trasparenti u b'mod sorprendenti baqgħu simili bejn l-operaturi differenti fl-istess Stat Membru.

    Fid-dawl tal-fatt evidenti li l-fornituri tas-servizzi tat-telefon mhumiex disposti jnaqqsu r-rati tat-tariffi roaming tagħhom, minkejja t-twissijiet li ilhom jingħataw għal bosta snin fuq livell nazzjonali u fuq livell Ewropew, u l-aħħar twissija mill-Parlament innifsu fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta' Diċembru 2005, il-Kummissjoni resqet il-proposta preżenti għal regolament f'Lulju tas-sena l-oħra.

    2. Il-punti prinċipali tal-proposta tal-Kummissjoni

    A. Regolament għat-tariffi tal-bejgħ bl-ingrossa

    Il-proposta toħloq limiti fuq il-prezz għal tariffi bl-ingrossa. Għal telefonati lokali, jiġifieri dawk magħmula lejn numri tal-pajjiż taż-żjara, il-limitu tal-prezz bl-ingrossa huwa ugwali għad-doppju tar-rata Komunitarja tal-mowbajl medja tat-tmiem Għal telefonati internazzjonali, li l-klijenti jagħmlu lejn pajjiżhom jew lejn Stat Membru tal-Komunità ieħor, il-limitu tal-prezz bl-ingrossa huwa ugwali għal tliet darbiet ir-rata Komunitarja tal-mowbajl medja tat-tmiem.

    B. Regolament għat-tariffi bl-imnut

    Il-limitu tal-prezz għall-forniment ta' roaming bl-imnut huwa 130% tal-limitu applikat għal tariffi bl-ingrossa. Għal telefonati riċevuti dan il-massimu japplika sad-dħul fis-seħħ tar-regolament il-ġdid. Imma għal telefonati magħmula, il-limiti tat-tariffi bl-imnut se jidħlu fis-seħħ awtomatikament wara sitt xhur.

    C. It-trasparenza tal-prezzijiet bl-imnut

    Il-proposta tinkoraġġixxi wkoll it-trasparenza tal-prezzijiet permezz ta' l-introduzzjoni ta' l-obbligu għall-fornituri tas-servizz tat-telefonija li jipprovdu lill-abbonati tagħhom informazzjoni personalizzata bla ħlas fuq it-tariffi jekk dawn jitolbuha, permezz tas-Servizz tal-Messaġġ Qasir (SMS) jew bil-fomm.

    3. Il-proposti

    Ir-rapporteur jirrikonoxxi ċerti perplessità quddiem l-anomalità ta' din il-proposta għal regolament. Huwa konvint li l-objettiv, li jikkondividi bis-sħiħ, li jitnaqqsu l-prezzijiet ta' prodott għandu jissegwa permezz ta' kompetizzjoni ġusta bejn il-forzi tas-suq minflok b'intervent ta' direzzjoni għar-regolamentazzjoni tal-prezzijiet dirett.

    B'kunsiderazzjoni ta' dawn ir-riżervi ta' prinċipju, jgħaraf li fil-każ ta' dan is-servizz partikolari tat-telefonija tal-mowbajl, ir-regoli normali tal-kompetizzjoni ma' kienux suċċess.

    Fid-dawl tan-natura speċifika tas-swieq tar-roaming internazzjonali u tan-natura transkonfinali ta' servizzi bħal dawn, il-qafas leġiżlattiv attwali mhux adegwat, l-impossibilità li r-regolaturi nazzjonali jintervjenu b'mod effikaċi, u l-fatt li f'dan il-każ il-fornituri bl-ingrossa jinsabu fi Stati Membri differenti minn dak li fih il-konsumaturi jużaw is-serviżż tagħhom, huwa jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa urġenti li jsir intervent b'miżuri eċċezzjonali.

    Għaldaqstant jidher xieraq li fi ħdan il-qafas stabbilit mill-Kimmissjoni, jiġu proposti ftit ememdi speċifiċi, dwar:

    A. It-tariffi bl-imnut

    Ir-rapporteur jaħseb li l-marġini ta' 130% propost mill-Kummissjoni huwa baxx wisq. Dan il-valur massimu, li għandu jkopri l-ispejjeż bl-imnut u l-profitti, jista' jirriżulta fi tnaqqis eċċessiv ta' l-inċentivi tal-kompetizzjoni u tad-diversità ta' l-offerti. Il-prezzijiet jistgħu jisfaw f'pożizzjoni uniformi fuq il-valur massimu tal-limitu propost u dan jista' jkollu effett negattiv fuq l-operaturi ż-żgħar li mhumiex konformi mal-gruppi jew l-alleanzi Ewropej ewlenin, għaliex jitilfu l-inċentiva tal-kompetizzjoni, u b'mod aktar ġenerali tal-flessibilità tat-tariffi. Għalhekk qed jiġi propost il-ħolqien ta' limitu massimu tal-prezzijiet bl-imnut ta' 150% tal-valur propost għall-bejgħ bl-ingrossa.

    B. It-trasparenza

    Jitqies importanti li tiġi mħeġġa t-trasparenza fil-prezzijiet bl-imnut billi jiġi introdott l-obbligu awtomatiku tal-fornituri tas-servizzi tat-telefonija tal-mowbajl li jipprovdu lill-abbonati b'informazzjoni dwar it-tariffi roaming fil-mument li huma jaqsmu l-fruntiera.

    C. Twaqqif ta' qafas leġiżlattiv futur għall-SMS u għas-servizz tal-messaġġ multimedjali (MMS)

    Fl-aħħar, qed jiġi propost li l-SMS u l-MMS ikunu inklużi fir-reviżjoni futura tal-qasaf leġiżlattiv għall-komunikazzjoni elettronika; servizzi li bħal issa huma esklużi mill-proposta imma huma suġġetti għal abbużi veri ta' tariffi.

    EMENDI

    Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

    Test propost mill-Kummissjoni[2]Emendi mill-Parlament

    Emenda 1

    PREMESSA 14

    (14) Mekkaniżmu komuni, li se jkun jismu l-Metodu tas-Suq Intern Ewropew, għandu jintuża sabiex l-utenti tan-netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli li jkunu qed jivvjaġġaw fil-Komunità ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi tal-leħen bir-roaming internazzjonali meta jagħmlu s-sejħiet jew jirċievu sejħiet bil-leħen, u b’hekk jintlaħaq livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-kompetizzjoni bejn l-operaturi mobbli. Fid-dawl tan-natura transfruntali tas-servizzi kkonċernati, mekkaniżmu komuni huwa meħtieġ sabiex l-operaturi mobbli jkollhom qafas regolatorju koerneti wieħed imsejjes fuq kriterji stabbiliti oġġettivament.

    (14) Mekkaniżmu komuni, li se jkun jismu l-Metodu tas-Suq Intern Ewropew, għandu jintuża sabiex l-utenti tan-netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli li jkunu qed jivvjaġġaw fil-Komunità ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi tal-leħen u tad-data bir-roaming internazzjonali meta jagħmlu s-sejħiet jew jirċievu sejħiet bil-leħen jew bl-użu tad-data, u b’hekk jintlaħaq livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-kompetizzjoni bejn l-operaturi mobbli. Fid-dawl tan-natura transfruntali tas-servizzi kkonċernati, mekkaniżmu komuni huwa meħtieġ sabiex l-operaturi mobbli jkollhom qafas regolatorju koerneti wieħed imsejjes fuq kriterji stabbiliti oġġettivament. Sabiex tiġi assigurata kompetizzjoni effettiva fix-xiri bl-imnut u biex jiġi żgurat li l-operaturi mobbli kollha fil-Komunità jkunu jistgħu jikkompetu b'mod efftettiv, l-operaturi mobbli għandhom jiġu sottoposti għall-obbligu li jipprovdu servizzi roaming bl-ingrossa lill-operaturi l-oħra kollha bbażati fil-Komunità meta jintalbu.

    Ġustifikazzjoni

    Sabiex jikkompetu b'mod effettiv l-operaturi mobbli għandhom ikunu obbligati li jipprovdu servizzi roaming internazzjonali bl-ingrossa lill-operaturi l-oħra kollha. B'dan il-mod jiġi żgurat li ebda operatur mobbli ma jiġi eskluż mill-aċċess għal servizzi roaming bl-ingrossa.

    Emenda 2

    PREMESSA 15

    (15) L-aktar mekkaniżmu effettiv u proporzjonat biex jirregola l-livell tal-prezzijiet biex isiru sejħiet roaming internazzjonali skond il-kunsiderazzjonijiet imsemmija fuq huwa t-twaqqif fuq livell Komunitarju ta’ tariffi massimi kull minuta fuq il-livelli sew ta' l-imnut u sew ta' l-ingrossa.

    (15) L-aktar mekkaniżmu effettiv u proporzjonat biex jirregola l-livell tal-prezzijiet biex isiru sejħiet roaming internazzjonali bil-leħen skond il-kunsiderazzjonijiet imsemmija fuq huwa t-twaqqif fuq livell Komunitarju ta’ tariffi massimi kull minuta fuq il-livelli sew ta' l-imnut u sew ta' l-ingrossa. Għal servizzi bid-data, meta titqies il-ħeffa fl-evoluzzjoni teknoloġika u l-irwol li dejjem qed jikber tas-servizz ta' messaġġ qasir (SMS) u tas-servizz ta' messaġġ multimedjali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni għandhom jikkontrollaw il-prezzijiet bl-imnut u bl-ingrossa, inklużi t-tariffi ta' l-SMS u ta' l-MMS, u jinkluduhom fir-reviżjoni futura tal-qafas leġiżlattiv fl-eventwalità li l-prezzijiet ma jonqsux.

    Emenda 3

    PREMESSA 26

    (26) Sabiex titjieb it-trasparenza tal-prezzijiet bl-imnut biex wieħed jagħmel jew jirċievi sejħiet roaming fil-Komunità u sabiex il-klijenti roaming ikunu megħjuna jagħmlu deċiżjonijiet dwar l-użu tal-mowbajls tagħhom meta jkunu msiefra, il-fornituri tas-servizzi tat-telefonija mobbli għandhom jgħinu lill-klijenti roaming tagħhom jiksbu faċilment informazzjoni dwar it-tariffi roaming applikabbli għalihom fl-Istati Membri kkonċernati li jkunu qed iżuru, kull meta jitolbuha u bla ħlas. It-trasparenza titlob ukoll li l-fornituri jagħtu tinformazzjoni dwar it-tariffi tar-roaming meta jsiru l-abbonamenti u li jagħtu wkoll lill-klijenti tagħhom aġġornamenti perjodiċi dwar it-tariffi tar-roaming kif ukoll meta jseħħu bidliet sostanzjali.

    (26) Sabiex titjieb it-trasparenza tal-prezzijiet bl-imnut biex wieħed jagħmel jew jirċievi sejħiet roaming fil-Komunità u sabiex il-klijenti roaming ikunu megħjuna jagħmlu deċiżjonijiet dwar l-użu tal-mowbajls tagħhom meta jkunu msiefra, il-fornituri tas-servizzi tat-telefonija mobbli għandhom jgħinu lill-klijenti roaming tagħhom jiksbu faċilment informazzjoni dwar l-eżistenza ta' ftehimiet ta' tmexxija bejn il-fornitur nazzjonali u l-fornitur tan-netwerk li jkunu qed iżuru u dwar it-tariffi roaming applikabbli għalihom fl-Istati Membri kkonċernati li jkunu qed iżuru bla ħlas. Din l-informazzjoni għandha tinkludi t-tariffi biex wieħed iċempel u jirċievi telefonati fl-Istat Membru kkonċernat. It-trasparenza titlob ukoll li l-fornituri jagħtu informazzjoni dwar it-tariffi tar-roaming meta jsiru l-abbonamenti u li jagħtu wkoll lill-klijenti tagħhom aġġornamenti perjodiċi dwar it-tariffi tar-roaming kif ukoll meta jseħħu bidliet sostanzjali.

    Emenda 4

    PREMESSA 27

    (27) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li huma responsabbli għat-twettiq tal-kompiti skond il-qafas regolatorju ta’ l-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom ikollhom is-setgħat meħtieġa biex jissorveljaw u jinfurzaw l-obbligi f’dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom. Għandhom ukoll jimmonitorjaw żviluppi fl-iprezzar tas-servizzi tal-leħen u d-data għall-klijenti mobbli li jkunu qed jużaw ir-roaming fil-Komunità, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-ispejjeż speċifiċi marbuta mas-sejħiet roaming li jsiru fir-reġjuni periferiċi tal-Komunità u l-ħtieġa li jiġi żgurat li dawn l-ispejjeż jistgħu jiġu rkuprati b’mod xieraq fuq is-suq bl-ingrossa. Għandhom jiżguraw ukoll li informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament tkun disponibbli għall-utenti tas-servizzi tat-telefonija mobbli.

    (27) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li huma responsabbli għat-twettiq tal-kompiti skond il-qafas regolatorju ta’ l-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom ikollhom is-setgħat meħtieġa biex jissorveljaw u jinfurzaw l-obbligi f’dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom. Għandhom ukoll jimmonitorjaw żviluppi fl-iprezzar tas-servizzi tal-leħen u d-data għall-klijenti mobbli li jkunu qed jużaw ir-roaming fil-Komunità, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-ispejjeż speċifiċi marbuta mas-sejħiet roaming li jsiru fir-reġjuni periferiċi tal-Komunità u l-ħtieġa li jiġi żgurat li dawn l-ispejjeż jistgħu jiġu rkuprati b’mod xieraq fuq is-suq bl-ingrossa. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni r-riżultati ta' dan il-monitoraġġ kull sitt xhur ibda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Għandhom jiżguraw ukoll li informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tkun disponibbli għall-utenti tas-servizzi tat-telefonija mobbli.

    Emenda 5

    PREMESSA 31

    (31) Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, sabiex ikun żgurat li jibqa’ meħtieġ u xieraq għall-kundizzjonijiet li jkun hemm f’dak iż-żmien fis-suq tal-komunikazzjoni elettronika.

    (31) Dan ir-Regolament huwa mmirat sabiex jikkoreġi sitwazzjoni ta' nuqqas ta' funzjonament tas-suq permezz ta' l-introduzzjoni ta' miżuri li immedjatament jerġgħu jiksbu kompetizzjoni effettiva li tagħti benefiċċji lill-konsumaturi. M'għandhux vokazzjoni permanenti u għaldaqstant għandu jiġi rivedut mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, sabiex ikun żgurat li intervent legali li jirregola t-tariffi bl-ingrossa u bl-imnut jibqa’ meħtieġ u xieraq għall-kundizzjonijiet li jkun hemm f’dak iż-żmien fis-suq tal-komunikazzjoni elettronika u biex jeżamina jekk ir-Regolament għandux jiġi rrevokat jew sostitwit temporanjament b'miżura anqas ristrettiva.

    Emenda 6

    PREMESSA 31 A (ġdida)

     

    (31a) L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jiġi pospost fir-rigward tal-Bulgarija u tar-Rumanija, minħabba riżultat pendenti ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt relatat ma' dawn l-Istat Membri li ser jitwettaq mill-Kummissjoni. F'kull każ, l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe limitu fuq tariffi ta' roaming bl-ingrossa jew bl-imnut għandha tiġi introdotta b'mod gradwali (permezz ta' glide path) għall-Bulgarija u r-Rumanija.

    Ġustifikazzjoni

    Is-swieq fil-Bulgarija u r-Rumanija għadhom mhumiex maturi biżżejjed u għandhom bżonn investimenti vitali fit-titjib tan-netwerk. Għaldaqstant huwa essenzjali li jkun hemm analiżi ta' l-impatt speċifiku fuq dawn iż-żewġ Stati Membri ġodda qabel ma ssir l-implimentazzjoni tar-Regolamenti Roaming.

    Emenda 7

    ARTIKOLU 1, PARAGRAFU -1 (ġdid)

     

    -1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli biex tiżdied it-trasparenza fil-prezzijiet u biex titjieb l-għotja ta' informazzjoni lill-konsumaturi dwar it-tariffi tas-servizzi roaming internazzjonali.

    Ġustifikazzjoni

    Fost l-iskopijiet tar-regolament għandu jkun hemm dak li jistabbilixxi regoli biex tiżdied it-trasparenza tal-prezzijiet u biex titjieb l-għotja ta' informazzjoni lill-konsumaturi dwar it-tariffi tas-servizzi roaming internazzjonali.

    Emenda 8

    ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 2, PUNTI (E A) U (E B) (ġodda)

     

    (ea) "il-klijenti roaming ġodda" jiġifieri dawk il-klijenti msemmija f'punt (e) li, wara li l-obbligi skond l-Artikolu 4 ġew fis-seħħ, (i) iffirmaw għall-ewwel darba, (ii) iffirmaw kuntratt ma' fornitur nazzjonali ġdid, jew (iii) xtraw mudell ta' identità ta' abbonat bi ħlas minn qabel (SIM)-card;

     

    (eb) "il-klijenti roaming eżistenti" jiġifieri l-klijenti roaming imsemmija f'punt (e) li ma jaqgħux taħt l-iskop tad-definizzjoni mniżżla f'punt (ea) jew klijenti roaming ġodda li għażlu li jibqgħu barra mit-tariffa ta' ħarsien tal-konsumatur li jipprovdi għaliha l-Artikolu 4.

    Ġustifikazzjoni

    L-emenda tintroduċi definizzjonijiet għall-'klijenti ġodda roaming' u għall-'klijenti roaming eżistenti.'

    Emenda 9

    ARTIKOLU 3, TITOLU

    Tariffi bl-ingrossa biex isiru sejħiet roaming regolati

    Tariffi bl-ingrossa għal sejħiet roaming regolati

    Ġustifikazzjoni

    Il-limitu separat għal sejħiet lokali u sejħiet oħra se joħloq konfużjoni kbira. Għaldaqstant ikun aħjar limitu uniku ogħla, ugwali għar-rata medja ppubblikata tat-terminazzjoni mobbli skond l-Artikolu 10(3) immoltiplikat b'fattur ta' 3.0.

    Emenda 10

    ARTIKOLU 4

    Tariffi bl-imnut biex isiru sejħiet roaming regolati

    Tariffi bl-imnut għal sejħiet roaming regolati

    Soġġett għall-Artikolu 5, it-tariffa totali bl-imnut, eskluża l-VAT, li l-fornitur nazzjonali jista’ jżomm lill-kijient roaming tiegħu sabiex jingħata sejħa roaming irregolata m’għandhiex taqbeż 130% tat-tariffa bl-ingrossa massima applikabbli għal dik is-sejħa kif stabbiliti skond l-Anness I. Il-limiti tat-tariffa f’dan l-Artiklu għandhom jinkludu kull element fiss marbut ma’ l-għoti ta’ sejħiet roaming irregeolati, inkluż tariffi biex tinbeda s-sejħa u ħlasijiet opt-in.

    Soġġett għall-Artikolu 5, it-tariffa medja bl-imnut, eskluża l-VAT, li l-fornitur nazzjonali jista’ jżomm lill-kijient roaming tiegħu sabiex jagħmel jew jirċievi sejħa roaming irregolata m’għandhiex taqbeż 150% tat-tariffa bl-ingrossa massima applikabbli għal dik is-sejħa kif stabbiliti skond l-Anness I. Il-limiti tat-tariffa f’dan l-Artiklu għandhom jinkludu kull element fiss marbut ma’ l-għoti ta’ sejħiet roaming irregolati, inkluż tariffi biex tinbeda s-sejħa u ħlasijiet opt-in.

    Ġustifikazzjoni

    L-ogħla limiti proposti fuq il-prezzijiet bl-imnut tat-tariffi tas-sejħiet huma baxxi wisq u ma jħallu l-edba wisa' għal kompetizzjoni kreattiva fost tipi differenti ta' operaturi u servizzi. Għaldaqstant huwa neċessarju li jinħoloq limitu ta' prezz bl-imnut medju uniku u ogħla, b'limitu ta' prezz massimu għal sejħiet individwali, sabiex ikun hemm aktar flessibilità għall-opertaturi u b'hekk servizzi aħjar għall-konsumaturi.

    Emenda 11

    Artikolu 4 a (ġdid)

     

    Artikolu 4a

    Tariffa ta' ħarsien tal-konsumatur

     

    1. Il-fornituri nazzjonali għandu jkollhom l-obbligu li jipprovdu lill-konsumaturi roaming kollha, b'mod ċar u trasparenti, tariffa ta' ħarsien tal-konsumatur li tikkonforma mal-paragrafu 2.

     

    2. It-tariffa bl-imnut għal kull minuta (eskluża l-VAT), li l-fornitur nazzjonali jista' jżomm lill-konsumaturi roaming għal sejħiet roaming m'għandiex taqbeż 0.50 EUR għal sejħiet magħmula u 0.25 EUR għal sejħiet li jirċievu.

     

    3. Il-klijenti roaming eżistenti għandhom ikunu jistgħu jaqilbu għat-tariffa ta' ħarsien tal-konsumatur. Il-bidla għandha tkun b'xejn u m'għandiex tkun soġġetta għal kundizzjonijiet u restrizzjonijiet li jagħmlu parti minn elementi ta' abbonament eżistenti

     

    4. It-tariffa ta' ħarsien tal-konsumatur għandha tiġi offruta awtomatikament lill-klijenti roaming ġodda li jieħdu abbonament, sakemm ma' jagħżlux deliberatament tariffa oħra. F'każ li konsumatur roaming ġdid jagħżel deliberatament tariffa oħra, il-klijent għandu jkun liberu li jerġa' lura għat-tariffa ta' ħarsien tal-konsumatur fi żmien massimu ta' 6 xhur, filwaqt li jżomm l-elementi l-oħra ta' l-abbonament.

     

    5. Il-limiti ta' tariffi f'dan l-Artikolu għandhom jinkludu kwalunkwe elementi fissi assoċjati ma' l-għotja ta' sejħiet roaming regolati, bħal tariffi biex tinbeda s-sejħa u ħlasijiet opt-in.

    Emenda 12

    ARTIKOLU 6

    Artikolu 6

    imħassra

    Tariffi bl-imnut biex wieħed jirċievi sejħiet waqt li juża r-roaming fil-Komunità

     

    It-tariffa totali bl-imnut, eskluża l-VAT, li fornitur nazzjonali jista’ jżomm lill-klijent roaming tiegħu fir-rigward ta’ meta l-klijent jirċievi sejħiet bit-telfonija bil-leħen waqt li jsejjaħ netwerk permezz tar-roaming m’għandhiex taqbeż, fuq bażi ta' kull minuta, 130% tar-rata medja ta' terminazzjoni mobbli ppubblikata skond l-Artikolu 10(3). Il-limiti tat-tariffi f'dan l-Artikolu għandhom jinkludu kull element fiss marbut ma’ l-għotja ta’ sejħiet roaming irregolati, bħal tariffi ta’ darba jew ħlasijiet opt-in.

     

    Emenda 13

    ARTIKOLU 7, PARAGRAFU 1

    1. Kull fornitur nazzjonali għandu jipprovdi lill-klijent roaming tiegħu fuq talba informazzjoni personalizzata ta' l-iprezzar dwar it-tariffi għall-bejgħ bl-imnut li japplikaw biex dak il-klijent iċempel jew jirċievi telefonati fl-Istat Membru miżjur.

    1. Kull fornitur nazzjonali għandu jipprovdi awtomatikament lill-klijent roaming tiegħu informazzjoni personalizzata ta' l-ipprezzar dwar it-tariffi għall-bejgħ bl-imnut u dwar l-eżistenza ta' ftehimiet ta' tmexxija ma' fornituri tas-servizz tat-telefonija mobbli oħra li japplikaw biex dak il-klijent iċempel u jirċievi telefonati fl-Istat Membru miżjur.

    Ġustifikazzjoni

    Biex jitjiebu t-trasparenza u l-kompetizzjoni, il-klijent għandu jkun infurmat dwar it-tariffi bl-imnut u dwar l-eżistenza ta' ftehimiet ta' tmexxija bejn il-fornitur nazzjonali u l-fornituri tan-netwerks imsejħa sabiex jagħmel għażla bbażata fuq informazzjoni kompleta.

    Emenda 14

    ARTIKOLU 7, PARAGRAFU 2

    2. Il-klijent jista’ jagħżel li jagħmel din it-talba permzz ta’ telefonata bil-mowbajl jew billi jibgħat SMS (Short Message Service), f’kull każ lil numru li jipprovdi l-fornitur nazzjonali għal dan il-għan, u jista’ jagħżel li jirċievi l-informazzjoni jew waqt dik is-sejħa jew bl-SMS (fil-każ ta’ l-aħħar mingħajr dewmien bla bżonn).

    2. Il-klijent roaming għandu jirċievi l-informazzjoni mniżżla fil-paragrafu 1 permezz ta' telefonata bil-mowbajl jew b'SMS. Il-fornituri kollha tas-servizz tat-tefefonija mobbli li qed joperaw fil-pajjiż miżjur li għandhom ftehimiet ta' tmexxija mal-fornitur nazzjonali għandhom jipprovdu l-informazzjoni fi żmien siegħa wara d-daħla tal-klijent fl-Istat Membru miżjur.

    Emenda 15

    Artikolu 7, paragrafu 3 a (ġdid)

     

    3a. Il-klijent jista' jitlob li jinterrompi s-servizz ta' informazzjoni bla ħlas meta jrid.

    Ġustifikazzjoni

    Biex jiġu evitati messaġġi mhux mitluba, b'mod partikolari għall-klijenti li jaqsmu l-fruntieri, għandu jkun hemm possibiltà li wieħed jagħżel sistema volontarja 'pull system' meta jrid.

    Emenda 16

    Artikolu 8, paragrafu 1 a

     

    1a. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli informazzjoni aġġornata li għandha x’taqsam ma’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; dan għandu jsir b’mod li jippermetti lill-partijiet interessati jkollhom aċċess faċli għal dik l-informazzjoni.

    Ġustifikazzjoni

    Ir-riżultati tal-proċedura tal-monitoraġġ u tal-viġilanza, kif imniżżel f'paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu trasparenti u pubbliċi, sabiex il-partijiet interessati u l-konsumaturi jkunu jistgħu jinżammu infurmati.

    Emenda 17

    ARTIKOLU 8, PARAGRAFU 6

    6. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw l-iżviluppi fil-prezzijiet bl-ingrossa u bl-imnut għall-għoti lill-klijenti roaming ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni tal-leħen u tad-data, inkluż SMS (Short Message Service) u MMS (Multimedia Messaging Service), b’mod partikolari fir-reġjuni periferiċi tal-Komunità, u għandhom jikkomunikaw ir-riżultati ta’ dan il-monitoraġġ lill-Kummissjoni meta din titlob għalihom.

    6. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw l-iżviluppi fil-prezzijiet bl-ingrossa u bl-imnut għall-għoti lill-klijenti roaming ta’ servizzi ta’ roaming tal-leħen, b’mod partikolari fir-reġjuni periferiċi tal-Komunità, u għandhom jikkomunikaw ir-riżultati ta’ dan il-monitoraġġ lill-Kummissjoni kull sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    Ġustifikazzjoni

    Sabiex jiġi żgurat passaġġ mgħaġġel għal dan ir-regolament ir-roaming tad-data m'għandux jiġi inkluż direttament f'dan ir-regolament. Madankollu, jibqa' importanti li r-regolaturi nazzjonali u l-Kummissjoni jimmonitorjaw l-ispejjeż tar-roaming f'dan il-qasam, jevalwaw ir-riżultati u jressqu 'l quddiem regolamenti korrispondenti jekk iqisuhom neċessarji. Il-post xieraq għal din hija fir-'Review' Artikolu 12 - ara l-emendi l-oħra.

    Emenda 18

    ARTIKOLU 10, PARAGRAFU 5

    5. L-impriżi soġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżguraw li kull bidla għat-tariffi tagħhom li hija meħtieġa biex tiżgura l-konformità ma’ l-Artikoli 3, 4 u 6 tidħol fis-seħħ fi żmien xahrejn minn kull pubblikazzjoni skond il-paragrafi preċedenti ta’ dan l-Artikolu.

    5. L-impriżi soġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżguraw li kull bidla għat-tariffi tagħhom li hija meħtieġa biex tiżgura l-konformità ma’ l-Artikoli 3 u 4 tidħol fis-seħħ fi żmien xahrejn minn kull pubblikazzjoni skond il-paragrafi preċedenti ta’ dan l-Artikolu.

    Ġustifikazzjoni

    L-ogħla limiti proposti fuq il-prezzijiet bl-imnut tat-tariffi tas-sejħiet huma baxxi wisq u ma jħallu l-edba wisa' għal kompetizzjoni kreattiva fost tipi differenti ta' operaturi u servizzi. Għaldaqstant huwa neċessarju li jinħoloq limitu ta' prezz bl-imnut medju uniku u ogħla, b'limitu ta' prezz massimu għal sejħiet individwali, sabiex ikun hemm aktar flessibilità għall-opertaturi u b'hekk servizzi aħjar għall-konsumaturi.

    Emenda 19

    Artikolu 11 a (ġdid)

     

    Artikolu 11a

    Servizzi tad-data

     

    1. L-Awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw l-iżviluppi tal-prezzijiet bl-ingrossa u bl-imnut għall-għotja lill-konsumaturi roaming ta' trasferimenti data, SMS u MMS, inklużi l-ġbir ta' informazzjoni dwar il-prezzijiet medji tal-bejgħ bl-ingrossa tar-roaming internazzjonali li jżommu operaturi mobbli oħra fil-Komunità u għandhom jikkomunikaw ir-riżultati ta' dan il-monitoraġġ lill-Kummissjoni fi żmien 12 -il xhar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u wara, fuq talba.

     

    2. Fuq il-bażi tad-data speċifikata f'paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha fi żmien 18- il xhar mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'analiżi tal-prezzijiet bl-ingrossa għal roaming internazzjonali bid-data fil-Komunità. Jekk il-prezzijiet bl-ingrossa għal roaming internazzjonali bid-data ma jonqsux sal-livelli proporzjonati mar-roaming bil-leħen wara d-dhul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-bżonn ta' regolament biex jitnaqqsu l-prezzijiet bl-ingrossa għal-għotja ta' sevizzi tal-komunikazzjoni bid-data lill-klijenti roaming, u għandha tipproponi regolament xieraq jekk dan ikun neċessarju.

    Ġustifikazzjoni

    Sabiex jiġi żgurat passaġġ mgħaġġel għal dan ir-regolament ir-roaming tad-data m'għandux jiġi inkluż direttament f'dan ir-regolament. Madankollu, jibqa' importanti li r-regolaturi nazzjonali u l-Kummissjoni jimmonitorjaw l-ispejjeż tar-roaming f'dan il-qasam, jevalwaw ir-riżultati u jressqu 'l quddiem regolamenti korrispondenti jekk iqisuhom neċessarji.

    Emenda 20

    ARTIKOLU 12

    Il-Kummissjoni għanda tirrevedi t-tħaddim ta’ dan ir-Regolament u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lil-Kunsill mhux aktar minn sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tinkludi r-raġunament tagħha dwar il-ħtieġa kontinwata tar-regolazzjoni jew il-possibiltà tar-revoka tagħha fid-dawl ta' l-iżviluppi fis-suq u fir-rigward tal-kompetizzjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni lill-Istati Membri, li għandha tingħata mingħajr dewmien żejjed.

    Il-Kummissjoni għanda tirrevedi t-tħaddim ta’ dan ir-Regolament u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lil-Kunsill mhux aktar minn sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tinkludi r-raġunament tagħha dwar il-ħtieġa kontinwata tar-regolazzjoni jew is-sostituzzjoni temporanja tagħha b'intervent anqas ristrettiv fid-dawl ta' l-iżviluppi fis-suq u fir-rigward tal-kompetizzjoni, b'mod partikolari l-impatt ekonomiku fuq l-operaturi żgħar u indipendenti u l-kompetittività tagħhom, kif ukoll fid-dawl tar-rapport tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 11a dwar it-tariffi tas-servizzi roaming bit-data.

    Emenda 21

    Artikolu 16a (ġdid)

     

    Artikolu 16a

     

    Deroga

     

    Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament m'għandhomx japplikaw għall-Bulgarija u għar-Rumanija.

     

    Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l- iżviluppi kollha marbutin mal-prezzijiet bl-ingrossa u bl-imnut għall-għotja ta' sevizzi roaming tal-komunikazzjoni bil-leħen minn operaturi nazzjonali fil-Bulgarija u fir-Rumanija u tipprepara evalwazzjoni ta' l-impatt mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    Ġustifikazzjoni

    Is-swieq fil-Bulgarija u r-Rumanija għadhom mhumiex maturi biżżejjed u għandhom bżonn investimenti vitali fit-titjib tan-netwerk. Għaldaqstant huwa essenzjali li jkun hemm analiżi ta' l-impatt speċifiku fuq dawn iż-żewġ Stati Membri ġodda qabel ma ssir l-implimentazzjoni tar-Regolamenti Roaming.

    Emenda 22

    ANNESS I

    It-tariffi totali bl-ingrossa li l-operatur tan-netwerk imsejjaħ jista' jżomm lill-operatur tan-netwerk nazzjonali tal-klijent roaming biex jagħmel sejħa roaming regolata li toriġina fuq dak in-netwerk imsejjaħ m’għandhiex taqbeż, fuq bażi ta’ kull minuta, ammont ugwali għar-rata medja tat-terminazzjoni mobbli ppubblikata skond l-Artikolu 10(3) mmoltiplikata:

    It-tariffi totali bl-ingrossa li l-operatur tan-netwerk imsejjaħ jista' jżomm lill-operatur tan-netwerk nazzjonali tal-klijent roaming biex jagħmel sejħa roaming regolata li toriġina fuq dak in-netwerk imsejjaħ m’għandhiex taqbeż, fuq bażi ta’ kull minuta, ammont ugwali għar-rata medja tat-terminazzjoni mobbli ppubblikata skond l-Artikolu 10(3) mmoltiplikata b'fattur ta' tnejn u nofs.

    a) b’fattur ta’ tnejn, fil-każ ta’ sejħa roaming regolata lil numru assenjat lil netwerk telefoniku pubbliku fl-Istat Membru fejn jinsab in-netwerk imsejjaħ; jew

     

    b) b’fattur ta’ tlieta, fil-każ ta’ sejħa roaming regolata lil numru assenjat lil netwerk telefoniku pubbliku fi Stat Membru għajr dak fejn jinsab in-netwerk imsejjaħ.

     

    Il-limiti tat-tariffi f’dan l-Anness għandhom jinkludu kull element fiss, bħal mhuma t-tariffi biex tinbeda s-sejħa.

     

    Ġustifikazzjoni

    L-ogħla limiti proposti fuq tariffi bl-ingrossa huma baxxi wisq u jista' jkollhom effetti negattivi serji fuq l-operaturi speċjalment f'pajjiżi turistiċi. Barra minn hekk, il-limitu separat għal sejħiet lokali u sejħiet oħra se toħloq konfużjoni kbira. Għaldaqstant ikun aħjar limitu uniku ogħla, ugwali għar-rata medja ppubblikata tat-terminazzjoni mobbli skond l-Artikolu 10(3) immoltiplikat b'fattur ta' 3.0.

    PROĊEDURA

    Titolu

    Ir-roaming fuq netwerks pubbliċi mobbli

    Riferenzi

    COM(2006)0382 - C6-0244/2006 - 2006/0133(COD)

    Kumitat responsabbli

    ITRE

    Opinjoni mogħtija minn

    Data tat-tħabbir tas-seduta plenarja

    ECON

    5.9.2006

     

     

     

    Koperazzjoni iktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    5.9.2006

     

     

     

    Rapporteur għal opinjoni

    Data tal-ħatra

    Andrea Losco

    25.9.2006

     

     

    Eżami fil-kumitat

    30.1.2007

    20.3.2007

     

     

    Data ta' l-adozzjoni

    21.3.2007

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    24

    15

    1

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Pervenche Berès, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Manuel António dos Santos, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Donata Gottardi, Benoît Hamon, Gunnar Hökmark, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in ‘t Veld, Othmar Karas, Piia-Noora Kauppi, Wolf Klinz, Guntars Krasts, Kurt Joachim Lauk, Andrea Losco, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Gay Mitchell, Cristobal Montoro Romero, Lapo Pistelli, John Purvis, Alexander Radwan, Bernhard Rapkay, Heide Rühle, Eoin Ryan, Antolín Sánchez Presedo, Cristian Stănescu, Margarita Starkevičiūtė, Ieke van den Burg, Sahra Wagenknecht

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Katerina Batzeli, Valdis Dombrovskis, Harald Ettl, Werner Langen, Janusz Onyszkiewicz, Gianni Pittella, Andreas Schwab, Lars Wohlin

    • [1]  Valutazzjoni ta' l-impatt mill-Kummissjoni f' SEC(2006)925, p. 19.
    • [2]  Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.

    OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR (*) (28.3.2007)

    għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

    dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-roaming fuq netwerks pubbliċi mobbli fi ħdan il-Komunità u li temenda d-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi
    (COM(2006)0382 – C6‑C6-0244/2006 – 2006/0133(COD))

    Draftsman (*): Joseph Muscat(*) Enhanced cooperation between committees - Rule 47 of the Rules of Procedure.

    ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

    Introduzzjoni

    Aħna nappoġġjaw id-direzzjoni ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni u naħsbu li hija bażi tajba biex fuqha tinbena leġiżlazzjoni pro-attiva.

    Hemm lok għal titjib fil-proposta, sabiex tiddefendi aħjar id-drittijiet tal-konsumatur u sabiex issir iktar sostenibbli mill-perspettiva ta' l-industrija.

    Din se tkun opportunità għall-Parlament Ewropew biex juri li kapaċi jinnegozja ftehim ġust għall-operaturi u, l-iktar importanti, għall-konsumaturi.

    Motivazzjoni

    Jidher ċar li hemm falliment tas-suq fis-settur tar-roaming u jeħtieġ li jiġi indirizzat.

    Il-konsumaturi, speċjalment dawk l-iktar vulnerabbli, għandhom dritt li jkunu protetti. Madankollu, il-konsumaturi huma intelliġenti u kapaċi jiddeċiedu għalihom infushom. L-irwol tagħna m'huwiex li nieħdu d-deċiżjoni għalihom iżda li nagħtuhom l-informazzjoni kollha, nipprevjenu l-abbużi u nħalluhom jieħdu deċiżjoni infurmata tajjeb.

    L-operaturi, li ħafna minnhom investew bi sħiħ u tejbu t-telekommunikazzjoni fl-Ewropa, għandhom dritt għal qligħ ġust u leġittimu.

    Għandu jkun hemm iktar kompetizzjoni, kemm bejn l-operaturi ż-żgħar u dawk kbar fis-suq, biex b'hekk joffru lill-konsumaturi servizzi ta' livell għoli bi prezz ġust.

    Il-viżjoni fuq perijodu twil hi ta' suq intern Ewropew effettiv fit-telekommunikazzjoni.

    Prinċipji

    It-trasparenza

    Soluzzjoni ċara, trasparenti u sostenibbli, mingħajr sorpriżi moħbija għall-konsumaturi.

    Is-sempliċità

    Regolament li jinftiehem u mingħajr tidwir.

    Il-flessibilità

    Il-konsumaturi għandhom jingħataw informazzjoni sħiħa sabiex ikunu jistgħu jiddeċiedu bejn l-offerti varji li jagħmlu l-operaturi.

    Kwistjonijiet Speċifiċi

    It-trasparenza

    Qed nipproponu sistema "push" ta' informazzjoni bl-SMS, li permezz tagħha l-konsumaturi jirċievu awtomatikament SMS b'informazzjoni mqassra meta jirreġistraw fuq netwerk.

    Informazzjoni sħiħa għandha tkun disponibbli mingħajr ħlas permezz ta' sistema SMS "pull" u permezz ta' telefonata bil-vuċi.

    Il-konsumaturi għandhom jingħataw il-possibilità li jagħżlu f'kull ħin li ma jirċevux l-informazzjoni "push".

    Hemm dispożizzjonijiet speċifiċi għal persuni b'diżabilità (b'nuqqas ta' vista).

    Negozju bl-ingrossa

    Nipproponu limitu massimu wieħed ta' negozju bl-ingrossa, li jissimplifika s-sistema u li fuqu hemm ftehim wiesa' fil-Parlament, mal-Kummissjoni u fil-Kunsill.

    Negozju bl-imnut

    Ir-regolamentazzjoni tan-negozju bl-imnut hi meħtieġa biex ikun assigurat li l-iffrankar jgħaddi lill-konsumaturi.

    Ir-regolamentazzjoni m'għandhiex twassal għal offerta unika fis-suq kollu. Għalhekk aħna favur li nirrevedu l-limiti massimi b'mod adegwat biex jiġu kkunsidrati l-ispejjeż għal kull ras relevanti u jippermettu l-kompetizzjoni filwaqt li ma jxekklux l-interessi tal-konsumatur.

    Il-flessibilità

    Irridu aktar kompetizzjoni bi prezzijiet iktar ġusti. Il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jagħżlu bejn pakketti differenti, filwaqt li jkunu protetti minn prezzijiet inġusti. Huwa għalhekk li qed nipproponu sistema li permezz tagħha l-konsumaturi ġodda kollha se jitpoġġew awtomatikament fuq it-Tariffa għall-Ħarsien tal-Konsumatur. Meta jiġu mogħtija informazzjoni sħiħa, il-konsumaturi se jkunu jistgħu jagħżlu jekk iżommux din it-tariffa jew jagħżlux xi ħaġa oħra.

    Is-sempliċità

    Ir-Regolament għandu jipprovdi prezz massimu li 'l fuq minnu l-konsumaturi ma jistgħux jintalbu jħallsu sakemm ma jagħmlux għażla infurmata dwar alternattiva. Dan il-prezz massimu għandu jkun wieħed għall-Unjoni Ewropea kollha. Din tkun kisba ċara u tanġibbli tal-Parlament Ewropew favur il-konsumaturi.

    Prezzijiet nazzjonali

    Qed nagħmluha ċara li peress li bħala leġiżlaturi qed nuru l-flessibilità meħtieġa, l-ibbilanċjar mill-ġdid ta' tariffi nazzjonali mill-operaturi biex ipattu għal dħul inqas fuq roaming mhux se jkun aċċettabli u se jkun miftuħ għall-iskrutinju.

    L-operaturi iżgħar, indipendenti

    Ma jidhirx li hemm argument ekonomiku biex isaħħaħ il-kwistjoni emozzjonali u sensittiva dwar uħud mill-operaturi iżgħar u indipendenti li qed jitolbu għal klawżola non-diskriminatorja li permezz tagħha operatur żgħir ikollu jħallas l-istess tariffa bl-ingrossa minn operatur ieħor bħal dik offruta lil operatur kbir (forsi ta' l-istess netwerk). Hemm raġuni biex wieħed jemmen li b'dispożizzjoni bħal din, il-prezzijiet bl-ingrossa jistabilizzaw fl-ogħla rata, u f'xi każijiet jistgħu jnaqqsu l-poter ta' negozjar ta' l-operaturi iżgħar

    Din hi problema li diġà teżisti u ma ġietx ikkawżata mir-Regolament propost. Bl-istess mod, ir-Regolament propost mhux il-mezz ideali biex jindirizzaha.

    Anke jekk jista' jkun hemm kwistjonijiet għall-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, dik il-proċedura jista' jkun li ma ssirx daqstant malajr biex tkun effettiva.

    Għalhekk, minħabba l-fatt li nemmnu li l-operaturi iżgħar u indipendenti huma essenzjali għall-kompetizzjoni, qed nitolbu lill-Kummissjoni tanalizza l-problema u tippreżenta proposta fi żmien 12-il xahar.

    SMS, MMS u dejta

    L-analiżi magħmula mill-Kummissjoni hija limitata għat-telefonija bil-vuċi. M'hemmx analiżi tas-sitwazzjoni fis-swieq ta' l-SMS, ta' l-MMS u tad-data, li huma ta' natura differenti anke bejniethom.

    Analiżi mhix regolamentata tikser il-prinċipji tar-Regolamentazzjoni Aħjar, jagħmel ir-Regolament vulnerabbli, u effettivament iddewwem il-leġiżlazzjoni b'ta' l-inqas sena.

    EMENDI

    Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill- Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

    Test propost mill-Kummissjoni[1]Emendi tal-Parlament

    Emenda 1

    PREMESSA 1

    (1) Il-livell għoli tal-prezzijiet li jħallsu l-utenti tan-netwerks telefoniċi mobbli pubbliċi meta jkunu qed jużaw il-mowbajl tagħhom meta jkun msiefra fi ħdan il-Komunità huwa għajn ta’ tħassib għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Il-Grupp tar-Regolaturi Ewrope jinnota, fil-laqgħa plenarja tiegħu f’Mejju 2005 (inter alia), li t-tariffi bl-imnut kienu għolja ħafna mingħajr ġustifikazzjoni ċara; li dan jidher li jirriżulta kemm minn tariffi bl-ingrossa għoljin miżmuma mill-operatur tan-netwerk barrani ospitanti kif ukoll, f’bosta każijiet, minn awmenti (mark-ups) għoljin fuq il-bejgħ bl-imnut li jinżammu mill-operatur tan-netwerk proprju tal-konsumatur; li t-tnaqqis fit-tariffi bl-ingrossa spiss ma jgħaddix għall-konsumatur li jixtri bl-imnut; u li kien hemm rabtiet b’saħħithom bejn is-swieq fl-Istati Membri differenti.

    (1) Ħafna operaturi reċentament introduċew skemi ta' tariffi li jnaqqsu t-tariffi roaming lill-konsumaturi. Madankollu l-livell għoli tal-prezzijiet li jħallsu l-utenti tan-netwerks telefoniċi mobbli pubbliċi meta jkunu qed jużaw il-mowbajl tagħhom meta jkun msiefra fi ħdan il-Komunità jibqa' kwistjoni ta’ tħassib għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, kif ukoll għall-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u għall-Parlament Ewropew.Il-Grupp tar-Regolaturi Ewrope jinnota, fil-laqgħa plenarja tiegħu f’Mejju 2005 (inter alia), li t-tariffi bl-imnut kienu għolja ħafna mingħajr ġustifikazzjoni ċara; li dan jidher li jirriżulta kemm minn tariffi bl-ingrossa għoljin miżmuma mill-operatur tan-netwerk barrani ospitanti kif ukoll, f’bosta każijiet, minn awmenti (mark-ups) għoljin fuq il-bejgħ bl-imnut li jinżammu mill-operatur tan-netwerk proprju tal-konsumatur; li t-tnaqqis fit-tariffi bl-ingrossa spiss ma ngħaddiex lill-konsumatur li jixtri bl-imnut; u li kien hemm rabtiet b’saħħithom bejn is-swieq fl-Istati Membri differenti.

    Ġustifikazzjoni

    Biex jirrifletti s-sitwazzjoni attwali

    Emenda 2

    PREMESSA 9

    (9) Minkejja li l-qafas regolatorju ta’ l-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet apparenti dak iż-żmien, ipprevedew it-tneħħija tax-xkiel għall-kummerċ fil-qasam li jarmonizza dan il-qafas, dan ma jistax iżomm milli jiġu adattati r-regoli armonizzati pari passu ma’ kunsiderazzjonijiet oħra sabiex jinstabu l-mezzi l-aktar effettivi sabiex jinkiseb livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur filwaqt li jitjiebu l-kundizzjonijiet għat-tħaddim tas-suq intern.

    (9) Il-qafas regolatorju ta’ l-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet apparenti dak iż-żmien, immira lejn it-tneħħija ta' l-ostakoli kollha għall-kummerċ bejn l-Istati Membri fil-qasam li jarmonizza dan il-qafas, inter alia fir-rigward ta' miżuri li jaffettwaw il-prezzijiet għall-utenti fi Stati Membri oħra. Madankollu dan m'għandux iżomm milli jiġu adattati r-regoli armonizzati fejn, fid-dawl ta' l-esperjenza, adattament bħal dan jirriżulta meħtieġ sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet għall-iffunzjonar tas-suq intern u fl-istess ħin jipprovdi aktar mezzi effettivi sabiex jinkiseb livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur.

    Ġustifikazzjoni

    Biex ikun enfasizzat l-impatt tal-proposta fuq l-iffunzjonar tas-suq intern u fuq il-ħarsien tal-konsumatur.

    Emenda 3

    PREMESSA 10

    (10) Jeħtieġ għalhekk li jiġi emendat il-qafas regolatorju ta’ l-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi sabiex ikun jista’ jkun hemm tluq mir-regoli li kieku jkunu applikabbli, partikolarment li l-prezzijiet għall-għoti ta’ servizz għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ ftehim kummerċjali fin-nuqqas ta’ setgħa tas-suq sinfikanti, u b’hekk tiġi akkomodata l-introduzzjoni ta’ obbligi regolatorji kumplimentari li jirriflettu l-karatteristiċi speċifiċi tas-servizzi tar-roaming internazzjonali.

    (10) Il-qafas regolatorju ta’ l-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi għandu jitlesta kif meħtieġ b'regoli speċifiċi dwar is-servizzi internazzjonali tar-roaming. Dawk ir-regoli speċifiċi għandhom jinkludu obbligi regolatorji kumplimentari li jirriflettu l-karatteristiċi speċifiċi tas-servizzi tar-roaming internazzjonali.

    Ġustifikazzjoni

    Emenda 4

    PREMESSA 11

    (11) Is-swieq tar-roaming bl-imnut u bl-ingrossa jura karatteristiċi speċifiċi li jiġġustifikaw miżuri eċċezzjonali li jmorru lil hinn mill-mekkaniżmi disponibbli skond il-kwadru regolatorju ta’ l-2002.

    mħassar

    Emenda 5

    PREMESSA 12

    (12)     L-obbligi regolatorji għandhom jiġu imposti fuq il-livelli sew ta’ l-ingrossa sew ta’ l-imnut sabiex jitħarsu l-interessi tal-konsumaturi li jużaw ir-roaming, minħabba li l-esperjenza wriet li t-tnaqqis tal-prezzijiet bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming internazzjonali jistgħu ma jkunux riflessi fi prezzijiet bl-imnut inqas għar-roaming, minħabba li mhemmx inċentivi biex dan isir; min-naħa l-oħra, l-azzjoni biex jitnaqqas il-livell tal-prezzijiet bl-imnut mingħajr ma jiġi indirizzat il-livell ta’ l-ispejjeż bl-ingrossa marbuta ma’ l-għoti ta’ dawn is-servizzi jissogra li jħarbat it-tħaddim ordnat tas-suq internazzjonali tar-roaming.

    (12)     L-obbligi regolatorji għandhom jiġu imposti fuq il-livelli sew ta’ l-ingrossa u sew ta’ l-imnut sabiex jitħarsu l-interessi tal-konsumaturi li jużaw ir-roaming, minħabba li l-esperjenza wriet li t-tnaqqis tal-prezzijiet bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming internazzjonali jistgħu ma jkunux riflessi fi prezzijiet bl-imnut inqas għar-roaming, minħabba li mhemmx inċentivi biex dan isir; min-naħa l-oħra, l-azzjoni biex jitnaqqas il-livell tal-prezzijiet bl-imnut mingħajr ma jiġi indirizzat il-livell ta’ l-ispejjeż bl-ingrossa marbuta ma’ l-għoti ta’ dawn is-servizzi jissogra li jħarbat l-iffunzjonar ordnat tas-suq internazzjonali tar-roaming.Għandha tingħata attenzjoni partikolari għar-riskju li operaturi iżgħar, independenti jew li għadhom jibdew, jiġu offruti kundizzjonijiet għall-provvista tas-servizzi roaming li jimpedixxu l-kapaċità tagħhom li jikkompetu, sabiex tkun tista' tittieħed azzjoni immedjata u xierqa f'każ li jiġi aċċertat xi abbuż.Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-effetti ta' dan ir-Regolament dwar is-sitwazzjoni kompetittiva ta' operaturi iżgħar, indipendenti jew li għadhom jibdew.

    Ġustifikazzjoni

    Emenda 6

    PREMESSA 13

    (13) L-obbligi riżultanti għandhom jidħlu fis-seħħ mill-aktar fis possibbli, filwaqt li jipprovdu lill-operaturi kkonċernati b'perjodu raġonevoli biex jadattaw il-prezzijiet u l-offerti ta' servizz tagħhom sabiex jiżguraw il-konformità, u japplikaw direttament fl-Istati Membri kollha.

    (13) L-obbligi riżultanti għandhom jidħlu fis-seħħ mill-iktar fis possibbli u japplikaw direttament fl-Istati Membri kollha.

    Ġustifikazzjoni

    Emenda 7

    PREMESSA 15

    (15) L-aktar mekkaniżmu effettiv u proporzjonat biex jirregola l-livell tal-prezzijiet biex isiru sejħiet roaming internazzjonali skond il-kunsiderazzjonijiet imsemmija fuq huwa t-twaqqif fuq livell Komunitarju ta’ tariffi massimi kull minuta fuq il-livelli sew ta' l-imnut u sew ta' l-ingrossa.

    (15) L-aktar mekkaniżmu effettiv u proporzjonat biex jirregola l-livell tal-prezzijiet biex isiru telefonati roaming internazzjonali skond il-kunsiderazzjonijiet imsemmija fuq huwa t-twaqqif fuq livell Komunitarju ta’ tariffi massimi kull minuta fuq il-livelli sew ta' l-imnut u sew ta' l-ingrossa. Fil-livell ta' bejgħ bl-imnut huwa xieraq li tiġi ffissata Tariffa għall-Ħarsien tal-Konsumatur li operaturi jkunu obbligati li joffru lill-konsumaturi tar-roaming. Din issir il-punt ta' referenza li miegħu jitqabblu offerti oħra ta' bejgħ bl-imnut u b'hekk jiġi żgurat prezz ġust għall-konsumatur. It-Tariffa għall-Ħarsien tal-Konsumatur għandha tiġi ffissata f'livell li jiggarantixxi marġini suffiċjenti għall-operaturi u li jinkoraġġixxi offerti tar-roaming kompetittivi b'rati irħas.

    Emenda 8

    PREMESSA 16

    (16) Dan il-mekkaniżmu komuni għandu jiżgura li t-tariffi bl-imnut għar-roaming internazzjonali jipprovdu riflessjoni aktar raġonevoli ta’ l-ispejjeż sottostanti involuti fl-għoti tas-servizz milli kien il-każ, filwaqt li jippermetti lill-operaturi li jkunu ħielsa li jikkompetu billi jiddifferenzjaw l-offerti tagħhom u jadattaw l-istrutturi ta’ l-ipprezzar tagħhom għall-kundizzjonijiet tas-suq u l-preferenza tal-konsumatur.

    (16) Dan il-mekkaniżmu komuni għandu jiżgura li t-tariffi bl-imnut għar-roaming internazzjonali jipprovdu riflessjoni aktar raġonevoli ta’ l-ispejjeż sottostanti involuti fl-għoti tas-servizz milli kien il-każ, permezz ta' Tariffa għall-Ħarsien tal-Konsumatur offruta lill-konsumaturi kollha tar-roaming li tirrifletti marġini raġjonevoli fuq il-prezz bl-ingrossa tal-provediment tas-servizz roaming filwaqt li jippermetti lill-operaturi li jkunu ħielsa li jikkompetu billi jiddifferenzjaw l-offerti tagħhom u jadattaw l-istrutturi ta’ l-ipprezzar tagħhom għall-kundizzjonijiet tas-suq u l-preferenza tal-konsumatur.

    Emenda 9

    PREMESSA 18

    (18) Il-limiti massimi tal-prezzijiet għandhom iqisu l-elementi differenti involuti fit-twettiq ta’ sejħa bir-roaming internazzjonali (inklużi l-ispejjeż, is-sinjalar, il-bidu, it-tranżitu u t-terminazzjoni tas-sejħa), u d-differenzi fl-ispejjeż sottostanti għall-għoti tas-servizzi tar-roaming internazzjonali fir-rigward tas-sejħiet magħmula lil destinazzjoni fi ħdan il-pajjiż miżjur, minn naħa, u sejħiet lura għall-pajjiż ta’ residenza tal-klijient li qed juża r-roaming jew pajjiż terz fi ħdan il-Komunità, min-naħa l-oħra.

    (18) Kull regolamentazzjoni tas-suq għandha tqis l-elementi kollha relevanti involuti fit-twettiq ta’ telefonata bir-roaming internazzjonali (inklużi l-ispejjeż, is-sinjalar, il-bidu, it-tranżitu u t-terminazzjoni tas-sejħa), u d-differenzi fl-ispejjeż sottostanti għall-għoti tas-servizzi tar-roaming internazzjonali fir-rigward tat-telefonati magħmula lejn destinazzjoni fi ħdan il-pajjiż taż-żjara, minn naħa, u telefonati lura għall-pajjiż ta’ residenza tal-klijent li qed juża r-roaming jew pajjiż terz fi ħdan il-Komunità, min-naħa l-oħra. Minħabba s-sempliċità, il-limitu tal-prezzijiet bl-ingrossa għandu jkun espress bħala massimu uniku mħallat (.

    Emenda 10

    PREMESSA 19

    (19) Il-limiti massimi tal-prezz għall-għoti ta' sejħa roaming internazzjonali fuq il-livell bl-ingrossa għandhom ikunu bbażati fuq ir-rata medja kull minuta għat-terminazzjoni mobbli għall-operaturi b’setgħa tas-suq sinifikanti, minħabba li rati ta’ terminazzjoni bħal dawn huma diġà soġġetti għas-superviżjoni regolatorja skond il-qafas regolatorju ta' l-2002 dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi u, għalhekk, għandhom jiġu ddeterminati b’referenza għall-prinċipju ta’ l-orjentazzjoni tal-prezz. Minħabba l-karatteristiċi tas-suq għat-terminazzjoni tas-sejħa fuq netwerks mobbli pubbliċi individwali u n-natura transfruntaliera tar-roaming internazzjonali, dawn jipprovdu bażi stabbli għar-regolamentazzjoni li hija rappreżentattiva ta’ l-istrutturi tal-prezzijiet u l-ispejjeż tan-netwerks mobbli madwar il-Komunità. Ir-rata medja ta’ terminazzjoni mobbli tipprovdi livell affidabbli għall-komponenti ewlenin ta’ l-ispiża fuq il-livell bl-ingrossa, u limitu massimu tal-prezz bl-ingrossa bbażata fuq multiplu xieraq ta’ rata medja bħal din għat-terminazzjoni mobbli għandu għalhekk jassigura li l-ispejjeż reali ta’ l-għoti ta’ sejħiet roaming regolati jistgħu jiġu rkuprati.

    (19) Il-prezz massimu għall-provediment ta' telefonata roaming internazzjonali fuq il-livell bl-ingrossa għandha tkunu bbażata fuq ir-rata medja għal kull minuta tat-terminazzjoni mobbli ikkalkulata bħala medja ta' rati 'peak' u 'off-peak' għall-operaturi b’saħħa sinifikanti fis-suq , minħabba li rati ta’ terminazzjoni bħal dawn huma diġà soġġetti għas-superviżjoni regolatorja skond il-qafas regolatorju ta' l-2002 dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi u, għalhekk, għandhom jiġu ddeterminati b’referenza għall-prinċipju ta’ l-orjentazzjoni tal-prezz. Minħabba l-karatteristiċi tas-suq għat-terminazzjoni tat-telefonata fuq netwerks mobbli pubbliċi individwali u n-natura transkonfinali tar-roaming internazzjonali, dawn jipprovdu bażi stabbli għar-regolamentazzjoni li hija rappreżentattiva ta’ l-istrutturi tal-prezzijiet u l-ispejjeż tan-netwerks mobbli madwar il-Komunità. Ir-rata medja ta’ terminazzjoni mobbli tipprovdi livell affidabbli għall-komponenti ewlenin ta’ l-ispiża fuq livell ta' ingrossa, u limitu massimu tal-prezz bl-ingrossa bbażat fuq multiplu xieraq ta’ rata medja għat-terminazzjoni mobbli bħal din għandu għalhekk jassigura li l-ispejjeż reali tal-provediment ta' telefonati roaming regolati jistgħu jiġu rkuprati.

    Emenda 11

    PREMESSA 20

    (20) Il-limitu massimu tal-prezz applikabbli fuq il-livell tal-bejgħ bl-imnut għandu jagħti lill-klijenti roaming l-assigurazzjoni li mhux se jinżammilhom prezz eċċessiv meta jkunu qed jagħmlu sejħa roaming irregolata, filwaqt li jħallu lill-operaturi nazzjonali marġni biżżejjed sabiex jiddifferenzjaw il-prodotti li joffru lill-klijenti.

    (20) It-Tariffa għall-Ħarsien tal-Konsumatur applikabbli fuq il-livell tal-bejgħ bl-imnut għandha tagħti lill-klijenti roaming l-assigurazzjoni li mhux se jinżammilhom prezz eċċessiv meta jkunu qed jagħmlu jew jirċievu telefonata bil-vuċi roaming, billi jipprovdu tariffa relatata mill-qrib ma' l-ispiża tal-provediment tas-servizz, filwaqt li jħallu lill-operaturi nazzjonali marġni biżżejjed sabiex jiddifferenzjaw il-prodotti li joffru lill-klijenti.

    Emenda 12

    PREMESSA 21

    (21) Il-fornituri tas-servizzi tar-roaming internazzjonali għal sejħiet li jsiru waqt ir-roaming barra mill-pajjiż proprju kif koperti minn dan ir-Regolament għandhom ikollhom perjodu li fih jaġġustaw il-prezzijiet bl-imnut tagħhom b’mod volontarju sabiex jikkonformaw mal-limiti massimi previsti fir-Regolament. Jixraq li jitħalla perjodu ta' sitt xhur għal dan il-għan, sabiex il-protagonisti tas-suq ikunu jistgħu jagħmlu l-addattamenti meħtieġa.

    mħassar

    Ġustifikazzjoni

    Emenda 13

    PREMESSA 21

    (21) Il-fornituri tas-servizzi tar-roaming internazzjonali għal sejħiet li jsiru waqt ir-roaming barra mill-pajjiż proprju kif koperti minn dan ir-Regolament għandhom ikollhom perjodu li fih jaġġustaw il-prezzijiet bl-imnut tagħhom b’mod volontarju sabiex jikkonformaw mal-limiti massimi previsti fir-Regolament. Jixraq li jitħalla perjodu ta' sitt xhur għal dan il-għan, sabiex il-protagonisti tas-suq ikunu jistgħu jagħmlu l-addattamenti meħtieġa.

    (21) Il-fornituri tas-servizzi tar-roaming internazzjonali għal telefonati li jsiru waqt ir-roaming barra mill-pajjiż proprju kif koperti minn dan ir-Regolament għandu jkollhom perjodu li fih jaġġustaw il-prezzijiet bl-imnut tagħhom b’mod volontarju sabiex jikkonformaw mat-Tariffa għall-Ħarsien tal-Konsumatur previsti fir-Regolament. Jixraq li jitħalla perjodu ta' tliet xhur għal dan il-għan, sabiex il-protagonisti tas-suq ikunu jistgħu jagħmlu l-adattamenti meħtieġa.

    Emenda 14

    PREMESSA 22

    (22) B’mod simili, limitu massimu għandu jiġi applikat għall-prezzijiet li l-klijenti roaming jista’ jkollhom iħallsu biex jirċievu sejħiet bit-telefonija bil-leħen filwaqt li jużaw ir-roaming imsiefra fil-Komunità sabiex ikun żgurat li l-prezzijiet jirriflettu aktar mill-qrib kemm jiswa l-għoti ta’ dan is-servizz, u sabiex il-klijenti jingħataw ċertezza akbar dwar it-tariffi li jkollhom iġarrbu meta jwieġbu l-mowbjal tagħhom meta jkunu msiefra.

    mħassar

    Emenda 15

    PREMESSA 23

    (23) Dan ir-Regolament m’għandux jippreġudika offerti innovattivi lill-konsumaturi li jkunu aktar favorevoli mit-tariffi massimi kull minuta li hemm f’dan ir-Regolament.

    (23) Dan ir-Regolament m’għandux jippreġudika offerti innovattivi lill-konsumaturi li jkunu aktar favorevoli mit-Tariffi għall-Ħarsien tal-Konsumatur li hemm f’dan ir-Regolament u fil-fatt jinkoraġġixxi offerti innovattivi lil konsumaturi tar-roaming b'rati anqas mit-Tarriffa għall-Ħarsien tal-Konsumatur. Huwa importanti li jkun ċar li dan ir-Regolament ma jirrikjedix li jiġu introdotti tariffi tar-roaming f'dawk il-każijiet fejn dawn tneħħew kompletament (pereżempju s-suq ezistenti fuq il-bażi ta' gżira sħiħa bejn ir-Repubblika ta' l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq),u lanqas ma jirrikkjedi li jinżammu t-tariffi eżistenti tar-roaming.

    Emenda 16

    PREMESSA 23 A (ġdida)

     

    (23a) Filwaqt li tekniki ta' kif jitmexxa t-traffiku jistgħu jikkontribwixxu sabiex l-utenti dejjem iħallsu l-iktar prezz baxx tar-roaming disponibbli, jistgħu ukoll jillimitaw l-għażla ta' l-utent. Il-konsumatur tar-roaming dejjem għandu jkun f'pużizzjoni li jagħżel manwalment in-netwerk ospitanti li jippreferi juża.

    Ġustifikazzjoni

    Tispjega l-Artikolu l-ġdid 6a

    Emenda 17

    PREMESSA 24

    (24) Ir-rekwiżiti ta’ l-ipprezzar f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw mingħajr ma jitqies jekk il-klijenti li qed jużaw ir-roaming ikollhomx kuntratt imħallas minn qabel jew wara mal-fornitur ta’ fejn jirrisjedu, sabiex jiġi żgurat li l-utenti kollha tat-telefonija mobbli bil-leħen ikunu jistgħu jgawdu mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

    (24) Ir-rekwiżiti ta’ l-ipprezzar f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw mingħajr ma jitqies jekk il-klijenti li qed jużaw ir-roaming ikollhomx kuntratt imħallas minn qabel jew wara mal-fornitur tal-pajjiż ta' l-oriġini, u rrispettivament minn jekk il-fornitur tal-pajjiż ta' l-oriġini huwiex qed jerġa' jbiegħ is-servizzi ta' telefonija mobbli bil-vuċi jew le, sabiex jiġi żgurat li l-utenti kollha tat-telefonija mobbli bil-vuċi jkunu jistgħu jgawdu mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

    Ġustifikazzjoni

    Emenda 18

    PREMESSA 26

    (26) Sabiex titjieb it-trasparenza tal-prezzijiet bl-imnut biex wieħed jagħmel jew jirċievi sejħiet roaming fil-Komunità u sabiex il-klijenti roaming ikunu megħjuna jagħmlu deċiżjonijiet dwar l-użu tal-mowbajls tagħhom meta jkunu msiefra, il-fornituri tas-servizzi tat-telefonija mobbli għandhom jgħinu lill-klijenti roaming tagħhom jiksbu faċilment informazzjoni dwar it-tariffi roaming applikabbli għalihom, fl-Istat taż-żjara kkonċernata, fuq talba u bla ħlas. It-trasparenza titlob ukoll li l-fornituri jagħtu tinformazzjoni dwar it-tariffi tar-roaming meta jsiru l-abbonamenti u li jagħtu wkoll lill-klijenti tagħhom aġġornamenti perjodiċi dwar it-tariffi tar-roaming kif ukoll meta jseħħu bidliet sostanzjali.

    (26) Sabiex titjieb it-trasparenza tal-prezzijiet bl-imnut biex wieħed jagħmel jew jirċievi telefonati roaming fil-Komunità u sabiex il-klijenti roaming ikunu megħjuna jagħmlu deċiżjonijiet dwar l-użu tal-mowbajls tagħhom meta jkunu msiefra, il-fornituri tas-servizzi tat-telefonija mobbli għandhom jgħinu lill-klijenti roaming tagħhom jiksbu faċilment informazzjoni dwar it-tariffi roaming applikabbli għalihom, fl-Istat taż-żjara kkonċernata, fuq talba u bla ħlas. It-trasparenza titlob ukoll li l-fornituri jagħtu tinformazzjoni dwar it-tariffi tar-roaming meta jsiru l-abbonamenti u li jagħtu wkoll lill-klijenti tagħhom aġġornamenti perjodiċi dwar it-tariffi tar-roaming kif ukoll meta jseħħu bidliet sostanzjali. Ukoll, fl-interess tat-trasparenza, kull fornitur tal-pajjiż ta' l-oriġini għandu jintalab joffri lill-konsumatur tar-roaming, meta mitlub, servizz b'xejn ta' kalkolu personalizzat ta' l-aħjar għażla disponibbli għall-konsumatur fuq il-bażi tal-profil tat-telefonati tiegħu.

    Ġustifikazzjoni

    Sabiex titjieb it-trasparenza u sabiex tissaħħaħ il-kompetizzjoni fis-suq, il-konsumatri għandhom ikunu jistgħu jiksbu informazzjoni faċilment dwar l-aktar tariffi vantaġġjużi għalihom, adattati għall-profil tat-telefonati tagħhom.

    Emenda 19

    PREMESSA 27

    (27) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li huma responsabbli għat-twettiq tal-kompiti skond il-qafas regolatorju ta’ l-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom ikollhom is-setgħat meħtieġa biex jissorveljaw u jinfurzaw l-obbligi f’dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom. Għandhom ukoll jimmonitorjaw żviluppi fl-iprezzar tas-servizzi tal-leħen u d-data għall-klijenti mobbli li jkunu qed jużaw ir-roaming fil-Komunità, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-ispejjeż speċifiċi marbuta mas-sejħiet roaming li jsiru fir-reġjuni periferiċi tal-Komunità u l-ħtieġa li jiġi żgurat li dawn l-ispejjeż jistgħu jiġu rkuprati b’mod xieraq fuq is-suq bl-ingrossa. Għandhom jiżguraw ukoll li informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament tkun disponibbli għall-utenti tas-servizzi tat-telefonija mobbli.

    (27) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li huma responsabbli għat-twettiq tal-kompiti skond il-qafas regolatorju ta’ l-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi għandu jkollhom is-setgħat meħtieġa biex jissorveljaw u jinfurzaw l-obbligi f’dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom. Għandhom ukoll jimmonitorjaw żviluppi fl-iprezzar tas-servizzi tal-leħen u d-data għall-klijenti mobbli li jkunu qed jużaw ir-roaming fil-Komunità, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-ispejjeż speċifiċi marbuta mas-sejħiet roaming li jsiru fir-reġjuni periferiċi tal-Komunità u l-ħtieġa li jiġi żgurat li dawn l-ispejjeż jistgħu jiġu rkuprati b’mod xieraq fuq is-suq bl-ingrossa. Huma għandhom jimmoniterjaw it-tendenzi tal-prezzijiet bl-imnut għas-servizzi ta' komunikazzjoni bil-leħen u d-data u jiżguraw li t-tnaqqis fit-tariffi roaming b'dan ir-Regolament ma jpattux għalih it-tariffi tas-sejħiet bil-mowbajl fl-istess pajjiż. Għandhom jiżguraw ukoll li informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament tkun disponibbli għall-utenti tas-servizzi tat-telefonija mobbli. Huma għandhom jippubblikaw ir-riżultati ta' dan il-monitoraġġ kull sitt xhur. Għandha tingħata informazzjoni separata dwar il-klijenti korporattivi, dawk li jħallsu wara (post-paid) u dawk li jħallsu bil-quddiem (pre-paid).

    Emenda 20

    PREMESSA 29

    (29) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati fi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni1.

    (29) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati fi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni1.

    ___________

    ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

    ___________

    ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE(ĠU L200, 22.7.2006, p.11).

    Ġustifikazzjoni

    Emenda 21

    PREMESSA 29 A (ġdida)

     

    (29a) B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta emendi għall-annessi ta' dan ir-Regolament sabiex tadattahom għall-iżviluppi tekniċi u tas-suq. Peress li dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Ġustifikazzjoni

    Emenda 22

    PREMESSA 30

    (30) Minħabba l-għanijiet ta’ l-azzjoni proposta, jiġifieri li jiġi stabbilit mekkaniżmu komuni li jiżgura li l-utenti tan-netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli msiefra fil-Komunità ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għar-roaming internazzjonali waqt li jkunu qed jagħmlu sejħiet bil-leħen jew jirċievu sejħiet bil-leħen, biex b’hekk jintlaħaq livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-kompetizzjoni bejn l-operaturi mobbli, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'l-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lilhinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

    (30) Minħabba l-għanijiet ta’ l-azzjoni proposta, jiġifieri li jiġi stabbilit mekkaniżmu komuni li jiżgura li l-utenti tan-netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli msiefra fil-Komunità ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għar-roaming internazzjonali waqt li jkunu qed jagħmlu telefonati bil-vuċi jew jirċievu telefonati bil-vuċi, billi jipprovdu prezz awtomatiku massimu aktar qrib ta' l-ispejjeż tal-provediment tas-servizz, biex b’hekk jintlaħaq livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-kompetizzjoni bejn l-operaturi mobbli, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'l-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lilhinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

    Ġustifikazzjoni

    Emenda 23

    Artikolu 1, paragrafu 1

    1. Dan ir-Regolament jintroduċi mekkaniżmu komuni, imsejjaħ il-metodu tas-Suq Intern Ewropew, sabiex jiġi żgurat li l-utenti tan-netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli li jkunu msiefra fil-Komunità, ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi tar-roaming internazzjonali meta jċemplu u jirċievu telefonati, biex b’hekk jintlaħaq livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-kompetizzjoni bejn l-operaturi mobbli. Ir-Regolament jistipola regoli dwar it-tariffi li jistgħu jinżammu mill-operaturi tal-mowbajl għall-għoti ta’ servizzi tar-roaming internazzjonali għal sejħiet bil-leħen li joriġinaw u jitterminaw fi ħdan il-Komunità u japplikaw kemm għat-tariffi miżmuma bejn l-operaturi tan-netwerk fuq il-livell tal-bejgħ bl-ingrossa kif ukoll għat-tariffi miżmuma mill-fornitur fil-pajjiż ta’ residenza tal-klijent għall-bejgħ bl-imnut.

    1. Dan ir-Regolament jintroduċi mekkaniżmu komuni, imsejjaħ il-metodu tas-Suq Intern Ewropew, sabiex jiġi żgurat li l-utenti tan-netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli li jkunu msiefra fil-Komunità, ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi tar-roaming internazzjonali meta jċemplu u jirċievu telefonati, billi jipprovdi Tariffa għall-Ħarsien tal-Konsumatur fil-livell ta' bejgħ bl-imnut. Dan jistipola wkoll regoli għat-titjib fil-provediment ta' l-informazzjoni dwar it-tariffi lill-utenti tas-servizzi roaming, inklużi servizzi ta' komunikazzjoni ta' data, biex b’hekk jintlaħaq livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-kompetizzjoni bejn l-operaturi tat-telefonija mobbli. Ir-Regolament jistipola regoli dwar it-tariffi li jistgħu jinżammu mill-operaturi tal-mowbajl għall-għoti ta’ servizzi tar-roaming internazzjonali għal telefonati bil-leħen li joriġinaw u jitterminaw fi ħdan il-Komunità u japplika kemm għat-tariffi miżmuma bejn l-operaturi tan-netwerk fuq il-livell tal-bejgħ bl-ingrossa kif ukoll għat-tariffi miżmuma mill-fornitur fil-pajjiż ta’ l-oriġini għall-bejgħ bl-imnut.

    Emenda 24

    ARTIKOLU 1 A (ġdid)

     

    Artikolu 1a

     

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli sabiex tissaħħaħ it-trasparenza tal-prezz u titjieb l-informazzjoni tal-konsumatur dwar il-prezzijiet tas-servizz ta' roaming.

    Emenda 25

    ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 2, PUNT (A)

    (a) “fornitur nazzjonali” tfisser l-impriża li tipprovdi lill-klijent roaming b’servizzi terrestri pubbliċi tat-telefonija mobbli fuq il-livell tan-negozju bl-imnut;

    (a) “fornitur nazzjonali” tfisser l-impriża li tipprovdi lill-klijent roaming b’servizzi terrestri pubbliċi tat-telefonija mobbli;

    Ġustifikazzjoni

    Emenda 26

    ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 2, PUNT B

    (b) “netwerk nazzjonali” tfisser in-netwerk mobbli terrestri pubbliku li jinsab fi Stat Membru u li jintuża minn fornitur nazzjonali għall-għoti ta’ servizzi terrestri pubbliċi tat-telefonija mobbli lill-klijent roaming;

    (b) “netwerk nazzjonali” tfisser in-netwerk tat-telefonija mobbli terrestri pubbliku li jinsab fi Stat Membru u li jintuża minn fornitur nazzjonali, kemm jekk ibigħ mill-ġdid (reseller) u kemm jekk le, għall-provediment ta’ servizzi terrestri pubbliċi tat-telefonija mobbli lill-klijent roaming;

    Ġustifikazzjoni

    Emenda 27

    ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 2, PUNT (C)

    (c) “roaming internazzjonali” tfisser l-użu ta’ mowbajl jew mezz ieħor minn klijent roaming biex iċempel jew jirċievi t-telefonati, filwaqt li jkun barra mill-Istat Membru li fih hemm in-netwerk nazzjonali tal-klijent, permezz ta’ arranġamenti konklużi bejn l-operatur tan-netwerk nazzjonali u l-operatur tan-netwerk imsejjaħ;

    (c) “roaming internazzjonali” tfisser l-użu ta’ mezz mowbajl minn klijent roaming biex iċempel jew jirċievi t-telefonati bil-vuċi, filwaqt li jkun barra mill-Istat Membru li fih hemm in-netwerk nazzjonali tal-klijent, permezz ta’ arranġamenti konklużi bejn l-operatur tan-netwerk nazzjonali u l-operatur tan-netwerk imsejjaħ;

    Ġustifikazzjoni

    Artikolu 2, paragrafu 2, punt (a)

    Emenda 28

    ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 2, PUNT (D)

    (d) “sejħa roaming regolata” tfisser sejħa tat-telefonija mobbli bil-leħen magħmula minn klijent roaming, li toriġina fuq netwerk imsejjaħ u li tittermina fuq netwerk pubbliku tat-telefown fi ħdan il-Komunità;

    mħassar

    Ġustifikazzjoni

    Artikolu 2, paragrafu 2, punt (a)

    Emenda 29

    ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 2, PUNT (E)

    (e) “klijent roaming” tfisser klijent ta’ fornitur ta’ servizzi pubbliċi terrestri tat-telefonija mobbli, permezz ta’ netwerk mobbli pubbliku terrestri li jinsab fil-Komunità, li juża l-mowbajl jew mezz ieħor biex iċempel jew jirċievi telefonati fuq netwerk imsejjaħ permezz ta’ arranġamenti li jkunu saru bejn l-operatur tan-netwerk nazzjonali u l-operatur tan-netwerk imsejjaħ;

    (e) “klijent roaming” tfisser klijent ta’ fornitur nazzjonali, irrispettivament jekk il-klijent għandux kuntratt imħallas minn qabel jew wara, li juża l-mezz mowbajl biex iċempel jew jirċievi telefonati bil-leħen fuq netwerk ospitanti permezz ta’ arranġamenti li jkunu saru bejn l-operatur tan-netwerk nazzjonali u l-operatur tan-netwerk ospitanti;

    Ġustifikazzjoni

    Artikolu 2, paragrafu 2, punt (a)

    Emenda 30

    ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 2, PUNT (E A) (ġdid)

     

    (eb) "konsumaturi roaming eżistenti" huma konsumaturi roaming li ma jkunux konsumaturi roaming eżistenti tal-fornitur nazzjonali relevanti fiż-żmien meta daħlu fis-seħħ l-obbligi ta' l-Artikolu 4.

    Ġustifikazzjoni

    Id-definizzjoni ta' konsumaturi tar-roaming "ġodda" u "eżistenti"huwa rilvenati għad-dibattitu ta' jekk ir-Tariffa għall-Ħarsien tal-Konsumatur proposta hix taħlita ta' "opt-in" jew "opt-out"tat-tnejn. It-Tariffa għall-Ħarsien tal-Konsumatur għandha tkun it-tariffa awtomatika għal konsumaturi ġodda li ma jagħżlux b'mod speċifiku tariffa oħra filwaqt li, b'kuntrast, din għandha tkun disponibbli għal dawk il konsumaturi li jagħżluha. Sabiex jiġu promossi ċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, jidher li hemm bżonn ta' definizzjonijiet mhux ambigwi ta' konsumaturi "ġodda" u "eżistenti".

    Emenda 31

    ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 2, PUNT (E B) (ġdid)

     

    (eb) "konsumaturi roaming eżistenti" huma konsumaturi roaming li diġà kienu konsumaturi roaming tal-fornitur nazzjonali tagħhom inkwistjoni fiż-żmien meta daħlu fis-seħħ l-obbligi ta' l-Artikolu 4.

    Ġustifikazzjoni

    Ara l-ġustifikazzjoni għall-Artikolu 2, il-paragrafu 2, punt (ea) (ġdid).

    Emenda 32

    ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 2, PUNT (F)

    (f) “netwerk imsejjaħ” tfisser netwerk terrestri pubbliku tat-telefonija mobbli li jinsab fi Stat Membru li mhuwiex dak tan-netwerk nazzjonali u li jippermetti klijent roaming li jċempel jew jirċievi telefonata permezz ta’ arranġamenti ma’ l-operatur tan-netwerk nazzjonali;

    (f) “netwerk imsejjaħ” tfisser netwerk terrestri pubbliku tat-telefonija mobbli li jinsab fi Stat Membru li mhuwiex dak tan-netwerk nazzjonali u li jippermetti klijent roaming li jċempel jew jirċievi telefonata bil-leħen permezz ta’ arranġamenti ma’ l-operatur tan-netwerk nazzjonali.

    Ġustifikazzjoni

    Ara l-ġustifikazzjoni għall-Artikolu 2, paragrafu 2, punt (a).

    Emenda 33

    ARTIKOLU 3, TITOLU

    Tariffi bl-ingrossa għal sejħiet roaming regolati

    Tariffi bl-ingrossa biex isiru sejħiet roaming

    Emenda 34

    ARTIKOLU 3

    It-tariffa totali bl-ingrossa li l-operatur ta’ netwerk imsejjaħ jista’ jżomm lill-operatur tan-netwerk tal-klijient roaming sabiex tingħata sejħa roaming regolata, inkluż inter alia l-oriġini, it-tranżitu, u t-terminazzjoni, m’għandhiex taqbeż l-ammonti applikabbli kull minuta stabbiliti skond l-Anness.

    It-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur ta’ netwerk imsejjaħ jista’ jżomm lil kwalunkwe operatur sabiex tingħata sejħa roaming bil-leħen m'għandhiex taqbeż l-EUR 0,25 kull minuta għal kull perjodu li jibda mill-1 ta' Settembru u jispiċċa fil-31 ta' Awwissu, ħlief għal operaturi liċenzjati fl-iżjed reġjuni mbegħda tal-Komunità li jkollhom jikkomformaw mal-limiti speċifiċi stabbiliti fl-Anness. It-tariffa medja bl-ingrossa għandha tiġi kkalkulata fuq perjodu ta' tnax-il xahar.

    It-tariffa medja bl-ingrossa għandha tiġi kkalkulata billi jiġi diviż id-dħul totali bl-ingrossa mir-roaming fir-rigward tas-sejħiet rilevanti magħmulin matul il-perjodu rilevanti bin-numru korrispondenti ta' minuti ta' roaming bl-ingrossa.

    Ġustifikazzjoni

    An average wholesale cap allows operators flexibility to set different rates to reflect differences in the cost of using their network, between peak and off-peak times or across different routes for example. Allowing this flexibility incentivises operators to use their network as efficiently as possible, sending the right price signals to the market and so facilitating the development of competition. Applying a maximum cap is likely to lead to uniform wholesale prices set at the maximum permitted level. Specifying an absolute number, rather than formulae, for the wholesale cap is simpler and aids transparency and legal certainty. The period over which the average is to be measured and the method of calculating the average needs to be specified. The dates stated assume that the Regulation is dated 1 July 2007 and hence wholesale regulation would come into effect 2 months after publication of the Regulation. The average must be respected for transactions between any pair of operators to ensure that each network operator benefits from the protection of regulated wholesale rates.

    Due to their specific costs, the case of outermost regions should be handled separately.

    Emenda 35

    ARTIKOLU 3 A (ġdid)

     

    Artikolu 3a

    Netwerk terrestri pubbliku tat-telefonija mobbli li jinsab fi Stat Membru għandu jagħmel disponibbli lin-netwerks terrestri pubbliċi tat-telefonija mobbli l-oħrajn kollha fi ħdan il-Komunità servizzi tar-roaming internazzjonali bl-ingrossa għal sejħiet bil-leħen, għas-Servizz ta’ Messaġġ Qasir (SMS) u għat-trasferiment tad-dejta.

    Ġustifikazzjoni

    The Commission’s regulation would ensure that wholesale roaming charges are set at reasonable levels. However, there is no requirement on operators to offer wholesale roaming services to other operators. Some operators may decide in future not to offer roaming services to their rivals in other countries, taking the view that the competitive harm done to rivals is worth more than the (regulated) profit foregone. In many cases, operators have no option but to buy wholesale roaming services from their direct competitors. Without an obligation to supply, some operators, especially smaller operators, may find they are unable to get wholesale roaming services at all. As the Commission recognizes at recitals 4 and 6, national regulatory authorities have been unable to address effectively the wholesale market failures in international roaming. This Regulation must contain powers to ensure that wholesale roaming services are available.

    Emenda 36

    ARTIKOLU 4, TITOLU

    Tariffi bl-imnut għal sejħiet roaming regolati

    Tariffa ta' Ħarsien tal-Konsumatur

    Emenda 37

    ARTIKOLU 4

    Soġġett għall-Artikolu 5, it-tariffa totali bl-imnut, eskluża l-VAT, li l-operatur ta’ netwerk imsejjaħ jista’ jżomm lill-operatur tan-netwerk tal-kijient roaming sabiex tingħata sejħa roaming irregolata m’għandhiex taqbeż130% tat-tariffa bl-ingrossa massima applikabbli kull minuta stabbiliti skond l-Anness I. Il-limiti tat-tariffa f’dan l-Artiklu għandhom jinkludu kull element fiss marbut ma’ l-għoti ta’ sejħiet roaming irregeolati, inkluż tariffi biex tinbeda s-sejħa u ħlasijiet opt-in.

    Soġġett għall-Artikoli 2, 4a u 5, il-konsumaturi roaming il-ġodda kollha għandhom jirċievu t-Tariffa ta' Ħarsien tal-Konsumatur b'mod awtomatiku, iżda għandu jkollhom l-opportunità li jirrifjutaw din it-tariffa biex ikollhom tariffa alternattiva mingħajr penali finanzjarja. Il-konsumaturi roaming eżistenti kollha għandhom ikollhom l-opportunità li jagħżlu t-Tariffa ta' Ħarsien tal-Konsumatur mingħajr penali finanzjarja. Ir-rati tat-Tariffa ta' Ħarsien tal-Konsumatur għandha tkun ta' EUR 0,50 kull minuta għal sejħa roaming bil-leħen fil-Komunità u EUR 0,25 kull minuta biex wieħed jirċievi sejħa bil-leħen waqt li juża r-roaming fil-Komunità.

    Ġustifikazzjoni

    Din l-emenda għandha l-ħsieb li żżid il-flessibilità u ċ-ċertezza legali waqt li żżomm il-livell għoli tal-protezzjoni tal-konsumatur.

    Emenda 38

    ARTIKOLU 4 A (ġdid)

     

    Artikolu 4a

     

    Arranġamenti għall-applikazzjoni tat-Tariffa ta' Ħarsien tal-Konsumatur

     

    1. It-Tariffa ta' Ħarsien tal-Konsumatur, kif definita fl-Artikolu 4, għandha tapplika b'mod awtomatiku għall-konsumaturi roaming il-ġodda ta' fornitur nazzjonali sakemm il-konsumaturi roaming il-ġodda jindikaw b'mod espliċitu li ma jixtiqux din it-tariffa u li jkunu jixtiequ jużaw tariffa oħra minn dawk offruti.

     

    2. It-Tariffa ta' Ħarsien tal-Konsumatur, kif definita fl-Artikolu 4, għandha tapplika għall-konsumaturi roaming il-ġodda biss jekk il-konsumaturi jagħżluha b'mod liberu u espliċitu.

     

    3. Il-konsumaturi kollha għandhom ikunu informati b'mod ċar dwar l-għażliet imsemmijin fuq.

     

    4. L-azzjoni ta' l-għażla ('opting in' u 'opting out') u l-informazzjoni dwarha għandhom ikunu sempliċi u bla ħlas.

    Ġustifikazzjoni

    Il-konsumaturi roaming il-ġodda jistgħu jużaw b'mod immedjat it-Tariffa ta' Ħarsien tal-Konsumatur sakemm huma jagħżlu li ma jagħmlux dan. L-inklużjoni awtomatika tal-konsumaturi kollha eżistenti roaming fi skema ta' Tariffa ta' Ħarsien tal-Konsumatur toħloq problemi prattiċi kemm għall-fornituri nazzjonali u kemm għall-konsumaturi. Iżda l-konsumaturi roaming eżistenti, dejjem jekk ikunu jridu, għandu jkollhom l-għażla li jittrasferixxu t-Tariffa ta' Ħarsien tal-Konsumatur. Il-fornitur nazzjonali għandu jinforma lill-konsumaturi kollha b'mod dettaljat, sempliċi u bla ħlas.

    Emenda 39

    ARTIKOLU 5, TITOLU

    Meta tidħol fis-seħħ l-applikazzjoni tal-limiti massimi tat-tariffi bl-imnut għal sejħiet roaming regolati

    Meta tidħol fis-seħħ l-applikazzjoni tat-Tariffa ta' Ħarsien tal-Konsumatur

    Ġustifikazzjoni

    Skema ta' Tariffa ta' Ħarsien tal-Konsumatur (CPT) hija preferibbli għal skema li taħdem b'limitu assolut ('cap'), għax din mhux biss toffri lill-konsumatur protezzjoni tajba iżda tħalli iżjed lok għall-kompetizzjoni, li aktarx ikun ukoll ta' fejda għall-konsumatur.

    Emenda 40

    ARTIKOLU 5

    L-obbligi fl-Artikolu 4 għandhom jidħlu fis-seħħ sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    L-obbligi fl-Artikolu 4 għandhom jidħlu fis-seħħ tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament.

    Emenda 41

    ARTIKOLU 6

    Artikolu 6

    Tariffi bl-imnut biex wieħed jirċievi sejħiet waqt li juża r-roaming fil-Komunità

    It-tariffa totali bl-imnut, eskluża l-VAT, li fornitur nazzjonali jista’ jżomm lill-klijent roaming tiegħu fir-rigward ta’ meta l-klijent jirċievi sejħiet bit-telfonija bil-leħen waqt li jsejjaħ netwerk permezz tar-roaming m’għandhiex taqbeż, fuq bażi ta' kull minuta, 130% tar-rata medja ta' terminazzjoni mobbli ppubblikata skond l-Artikolu 10(3). Il-limiti tat-tariffi f'dan l-Artikolu għandhom jinkludu kull element fiss marbut ma’ l-għoti ta’ sejħiet roaming irregolati, bħal tariffi ta’ darba jew ħlasijiet opt-in.

    mħassar

    Ġustifikazzjoni

    Emenda 42

    ARTIKOLU 6 A (ġdid)

     

    Artikolu 6a

    Tmexxija tat-traffiku

    Tekniki ta' kif jitmexxa t-traffiku m'għandhomx jintużaw biex itellfu lill-klijenti roaming milli jagħżlu manwalment netwerk imsejjaħ. Tali għażla għandha tibqa' operattiva sakemm il-klijent roaming ikun tefa' l-apparat jew telaq minn netwerk imsejjaħ.

    Ġustifikazzjoni

    Emenda 43

    ARTIKOLU 7, PARAGRAFU 1

    1. Kull fornitur nazzjonali għandu jipprovdi lill-klijent roaming tiegħu informazzjoni personalizzata ta' l-iprezzar dwar it-tariffi għall-bejgħ bl-imnut li japplikaw biex dak il-klijent iċempel jew jirċievi telefonati fl-Istat Membru miżjur.

    1. Kull fornitur nazzjonali għandu, mingħajr dewmien bla bżonn, jibgħat lill-klijent roaming tiegħu, meta jagħtih in-netwerk mitlub, messaġġ SMS bit-Tariffi ta' Ħarsien tal-Konsumatur applikabbli. Il-messaġġ għandu jinkludi numru tat-telefown li l-konsumaturi jistgħu jċemplu bil-mowbajl biex jikseb l-informazzjoni kollha dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli.

     

    Kull fornitur nazzjonali għandu joffri lill-klijenti roaming tiegħu l-opportunità li jagħżlu, b'mod sempliċi u bla ħlas, li jieqfu jirċievu din l-informazzjoni.

     

    Il-fornituri nazzjonali għandhom, meta jintalbu, joffru l-istess informazzjoni f'forma mitkellma lill-konsumaturi tagħhom li jkunu neqsin mid-dawl jew li jkollhom viżta batuta.

    Ġustifikazzjoni

    Il-konsumaturi jirċievu f'messaġġ wieħed u sempliċi (ta' 160 karattru) l-informazzjoni bażika dwar it-Tariffa ta' Ħarsien tal-Konsumatur u numru freephone għal iżjed informazzjoni dwar it-tariffi tar-roaming. Dan jevita li l-konsumaturi ikollhom wisq informazzjoni li jekk ikunu jriduha jkunu jistgħu jiksbu permezz ta' numru freephone. Il-konsumaturi jingħataw ukoll l-opportunità li jirrifjutaw tali informazzjoni b'mod sempliċi u bla ħlas. Fl-aħħar, jitqiesu wkoll il-bżonnijie tta' dawk neqsin mid-dawl jew li jkollhom viżta batuta..

    Emenda 44

    ARTIKOLU 7, PARAGRAFU 2

    2. Il-klijent jista’ jagħżel li jagħmel din it-talba permzz ta’ telefonata bil-mowbajl jew billi jibgħat SMS (Short Message Service), f’kull każ lil numru li jipprovdi l-fornitur nazzjonali għal dan il-għan, u jista’ jagħżel li jirċievi l-informazzjoni jew waqt dik is-sejħa jew bl-SMS (fil-każ ta’ l-aħħar mingħajr dewmien bla bżonn).

    2. Meta l-informazzjoni provduta skond il-paragrafu 1 ma tkunx tinkludi informazzjoni dwar it-tariffi mir-roaming tan-newtwerks kollha ta' l-Istat Membru fejn il-klijent ikun qed juża r-roaming, il-klijent jista' jitlob li tali informazzjoni tintbgħatlu b'mod addizzjonali mingħajr dewmien bla bżonn. Il-fornituri jistgħu jaqdu t-talba tal-klijent roaming jew billi jipprovdu l-informazzjoni matul dik is-sejħa jew b'SMS, billi jqisu l-bżonnijiet tal-konsumaturi li jkunu neqsin mid-dawl jew li jkollhom viżta batuta.

    Ġustifikazzjoni

    Il-klijent li jkun qed juża r-roaming għandu jkun intitolat li jitlob informazzjoni li jkollha x'taqsam mat-tariffi tas-sejħiet roaming bil-leħen fl-Istat Membru li jkun qed iżur, għan-newtwerks kollha f'dak l-Istat Membru, sabiex ikun jista' jqabbel it-tariffi u jagħżel in-netwerk li jkollu l-aħjar offerta.

    Emenda 45

    ARTIKOLU 7, PARAGRAFU 3

    3. Is-servizzi ta’ l-informazzjoni msemmija fuq għandhom jingħataw bla ħlas, kemm fir-rigward ta’ meta ssir it-talba kif ukoll fir-rigward ta’ l-informazzjoni mitluba.

    3. Is-servizz ta’ l-informazzjoni msemmi fuq għandu jingħata bla ħlas, kemm fir-rigward ta’ meta ssir it-talba, jekk issir, kif ukoll fir-rigward ta’ l-informazzjoni mitluba.

    Emenda 46

    ARTIKOLU 7, PARAGRAFU 4

    4. L-informazzjoni personalizzata dwar l-iprezzar imsemmija f’dan l-Artikolu għandha tkun it-tariffi applikabbli skond l-iskema tariffarja tal-klijent roaming ikkonċernat biex iċempel u jirċievi t-telefonati fuq kull netwerk imsejjaħ fl-Istat Membru li fih il-klijent qed juża r-roaming.

    4. L-informazzjoni dwar l-ipprezzar imsemmija f’paragrafu 1 għandha tqassar f'format standardizzat it-tariffi, inkluża l-VAT, applikabbli skond l-iskema tariffarja tal-klijent roaming ikkonċernat biex iċempel u jirċievi t-telefonati bil-leħen fuq in-netwerk imsejjaħ fl-Istat Membru li fih il-klijent qed juża r-roaming. Il-fornituri nazzjonali għandhom iressqu l-format standardizzat li jkun biħsiebhom jużaw lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tagħhom.

    L-informazzjoni kompluta dwar l-ipprezzar imsemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi t-tariffi applikabbli skond l-iskema tariffarja tal-klijent roaming ikkonċernat biex iċempel u jirċievi t-telefonati bil-leħen u biex jibgħat jew jirċievi dejta fuq in-netwerk imsejjaħ fl-Istat Membru li fih il-klijent ikun qed juża r-roaming lejn kwalunkwe destinazzjoni fil-Komunità. L-informazzjoni se tenfasizza d-differenzi bejn ir-rati peak u off-peak jew varjazzjonijiet oħra skond il-ħin.

    Emenda 47

    ARTIKOLU 7, PARAGRAFU 5

    5. Meta jsiru l-abbonamenti, il-fornituri nazzjonali għandhom jagħtu informazzjoni sħiħa lill-klijenti ġodda dwar it-tariffi roaming applikabbli. Il-fornituri nazzjonali għandhom ukoll jagħtu aġġornamenti perjodiċi dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli lill-klijenti tagħhom fuq bażi perjodika u, flimkien ma’ dan, kull darba li jkun hemm bidla sostanzjali f’dawn it-tariffi.

    5. Il-fornituri nazzjonali għandhom, mingħajr dewmien żejjed wara kull pubblikazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 10(3), jagħtu lil kull klijent informazzjoni sħiħa dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-prezz ta' kull minuta li bħalissa jrid jitħallas mill-klijent għall-sejħiet roaming bil-leħen u wkoll il-prezz għal kull SMS, MMS u unità ta' dejta bir-roaming, fejn japplika. Il-klijenti l-ġodda għandhom jingħataw din it-tip ta' informazzjoni bil-miktub meta jsiru l-abbonamenti. Il-fornituri nazzjonali għandhom jinkludu wkoll aġġornamenti dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli lill-klijenti tagħhom meta jipprovdu informazzjoni dwar it-tariffi jew bidliet fit-tariffi b'mod ġenerali, u meta it-tariffi tar-roaming jinbidlu. It-tariffi tar-roaming attwali għandhom jidhru b'mod prominenti fuq il-websajt tal-fornitur nazzjonali il-ħin kollu.

    Emenda 48

    ARTIKOLU 7, PARAGRAFU 5 A (ġdid)

     

    5a. Il-fornituri nazzjonali għandhom jieħdu passi ċari u definittivi sabiex jiżguraw li jkun hemm għarfien mill-klijenti roaming kollha tagħhom dwar id-disponibilità tat-Tariffa ta' Ħarsien tal-Konsumatur. Huma għandhom jibagħtu b’mod partikulari komunikazzjoni lil kull klijent roaming fi żmien xahrejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament fejn jiddeskrivu t-Tariffa ta' Ħarsien tal-Konsumatur b’mod ċar u imparzjali, u nota biex jiftakar f'intervalli stabbiliti minn hemm ’il quddiem. Huma għandhom jinkludu wkoll informazzjoni ċara dwar id-detalji i d-disponibilità tat-Tariffa ta' Ħarsien tal-Konsumatur, u l-informazzjoni kollha dwar il-fatturazzjoni għandha tkun disponibbli għall-ewwel 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

    Il-konsumaturi roaming għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu jagħżlux (opt in u opt out) mingħajr dewmien bla bżonn u bla ħlas għal kemm-il darba jridu.

    Emenda 49

    ARTIKOLU 7, PARAGRAFU 5 B (ġdid)

     

     

    5b. Kull fornitur nazzjonali għandu jintalab joffri, għall-benefiċċju tal-klijenti roaming u fuq talba tagħhom, servizz bla ħlas li bih jistgħu jitolbu stima personalizzata ta' l-iżjed għażla adegwata ta' tariffa disponibbli għalihom skond il-profil tas-sejħiet tagħhom.

    Ġustifikazzjoni

    Sabiex jiġu żgurati l-ogħla livelli ta' trasparenza u iżjed kompetizzjoni fis-settur, il-konsumaturi jridu jkunu jistgħu jiksbu informazzjoni dwar l-iżjed tariffa vantaġġjuża għalihom, skond il-profil tas-sejħiet tagħhom.

    Emenda 50

    ARTIKOLU 7, PARAGRAFU 5 C (ġdid)

     

    5c. Bil-ħsieb li jkun hemm l-ogħla livell ta' trasparenza u sors ċar ta' informazzjoni dwar il-livelli ta' tariffi li jistgħu jkunu konsultazzjoni minn qabel mill-utenti, ir-regolaturi nazzjonali għandhom jipprovdu għall-ħolqien ta' simulatur tal-prezzijiet li jkun jista' jagħti stima ta' l-ispejjeż tar-roaming mistennija għall-operaturi varji. Tali simulaturi jridu jkunu konnessi b'mod reċiproku fuq livell Ewropew.

    Ġustifikazzjoni

    Fl-interess ta' l-ogħla livell ta' trasparenza, hemm il-ħtieġa li l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu stima ta' l-ispejjeż tar-roaming tagħhom minn qabel u jsibu liema fornitur ikun jista' jagħtihom l-aqwa prezz permezz ta' simulatur. Dan is-simulatur jrid jitfassal minn regolatur nazzjonali biex tiġi salvagwardjata l-imparzjalità ta' l-informazzjoni. Maż-żmien tali simulaturi jridu jkunu konnessi b'mod reċiproku biex tiġi żgurata iżjed trasparenza fis-suq fl-Unjoni kollha. Tali simulatur huwa teknikament fattibbli, fuq il-mudell ta' dak li hemm fil-websajt tal-GSM Association.

    Emenda 51

    ARTIKOLU 8, PARAGRAFU 1

    1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkontrollaw u jissorveljaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom.

    1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkontrollaw u jissorveljaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom. B'mod partikulari huma għandhom jimmonitorjaw il-konformità mal-prezzijiet medji għas-sejħiet li jsiru u li jkunu rċevuti, fuq il-bażi tal-prezzijiet bl-imnut totali miżmuma għar-roaming u t-total tan-numru ta' minuti ta' roaming għas-sejħiet li jsiru u li jkunu rċevuti.

    Emenda 52

    ARTIKOLU 8, PARAGRAFU 5

    5. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli informazzjoni aġġornata li għandha x’taqsam ma’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; dan għandu jsir b’mod li jippermetti lill-partijiet interessati jkollhom aċċess faċli għal dik l-informazzjoni.

    5. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli informazzjoni aġġornata li għandha x’taqsam ma’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; dan għandu jsir b’mod li jippermetti lill-partijiet interessati jkollhom aċċess faċli għal dik l-informazzjoni. Huma għandhom jissorveljaw l-iżviluppi fil-prezzijiet bl-ingrossa u bl-imnut għall-provvediment ta' servizzi ta' komunikazzjoni bil-leħen u bid-dejta għall-klijenti roaming , inklużi l-SMS u l-MMS, b'mod partikulari iżda mhux limitat għall-iżviluppi fl-iżjed reġjuni mbegħda tal-Komunità fir-rigward tal-prezzijiet speċifiċi relatati mas-sejħiet roaming magħmula f'tali reġjuni u l-ħtieġa li jiġi żgurat li jkunu jistgħu jiġu rkuprati fis-suq bl-ingrossa, u għandhom jippubblikaw ir-riżultati ta' dan l-eżerċizzju kull 12-il xahar. Għandha tingħata informazzjoni dwar il-klijenti korporattivi, dawk li jħallsu wara (post-paid) u dawk li jħallsu bil-quddiem (pre-paid) separatament.

    (Ara l-emenda għall-Artikolu 8, paragrafu 6)

    Ġustifikazzjoni

    L-emenda timmira li tgħaqqad il-paragrafi 5 u 6 ta' l-Artikolu 8 tal-proposta tal-Kummissjoni, u ssaħħaħ l-obbligi ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jimmonitorjaw l-applikazzjoni tar-Regolament u biex iqiegħdu r-riżultati għad-dispożizzjoni ta' kullħadd.

    L-obbligu dwar il-monitoraġġ tar-Regolament huwa deskritt b'mod ġenerali ħafna ('...li għandha x’taqsam ma’ l-applikazzjoni..."). Dan jista' jwassal biex informazzjoni differenti għalkollox tkun disponibbli madwar il-Komunità. Għandu għalhekk ikun identifikat u inkluż fir-Regolament qabel dan ikun iffinalizzat, sett bażiku ta' dejta li għandu jinġabar u jkun ippubblikat f'kull Stat Membru.

    Emenda 53

    Artikolu 8, paragrafu 6

    6. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw l-iżviluppi fil-prezzijiet bl-ingrossa u bl-imnut għall-għoti lill-klijenti roaming ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni tal-leħen u tad-data, inkluż SMS (Short Message Service) u MMS (Multimedia Messaging Service), b’mod partikolari fir-reġjuni periferiċi tal-Komunità, u għandhom jikkomunikaw ir-riżultati ta’ dan il-monitoraġġ lill-Kummissjoni meta din titlob għalihom.

    mħassar

    ()

    Ġustifikazzjoni

    Inkorporat ma’ l-Artikolu 8, paragrafu 5.

    Emenda 54

    ARTIKOLU 8, PARAGRAFU 6 A (ġdid)

     

    6a. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li r-roħs fit-tariffi tar-roaming taħt dan ir-Regolament ma jpattux għalihom il-prezzijiet tas-sejħiet li jsiru bil-mowbajl fl-istess Stat Membru.

    Emenda 55

    ARTIKOLU 8, PARAGRAFU 8

    8. Il-proċeduri ta’ l-arranġament tat-tilwim barra l-qorti stabbiliti skond l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2002/22/KE għandhom ikunu wkoll disponibbli biex jitrattaw tilwim mhux solvut li jinvolvi l-konsumaturi u (jekk applikabbli skond il-liġi nazzjonali) utenti aħħarin oħrajn inklużi f’dan ir-Regolament.

    8. Il-proċeduri ta’ l-arranġament tat-tilwim barra l-qorti stabbiliti skond l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2002/22/KE għandhom ikunu wkoll disponibbli biex jitrattaw tilwim mhux solvut li jinvolvi klijenti roaming li huma konsumaturi u (jekk applikabbli skond il-liġi nazzjonali) klijenti roaming oħrajn inklużi f’dan ir-Regolament.

    Ġustifikazzjoni

    Emenda 56

    ARTIKOLU 10, PARAGRAFU 5

    5. L-impriżi soġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżguraw li kull bidla għat-tariffi tagħhom li hija meħtieġa biex tiżgura l-konformità ma’ l-Artikoli 3, 4 u 6 tidħol fis-seħħ fi żmien xahrejn minn kull pubblikazzjoni skond il-paragrafi preċedenti ta’ dan l-Artikolu.

    5. L-impriżi soġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżguraw li kull bidla għat-tariffi tagħhom li hija meħtieġa biex tiżgura l-konformità ma’ l-Artikoli 3 u 4 tidħol fis-seħħ fi żmien xahrejn minn kull pubblikazzjoni skond il-paragrafi preċedenti ta’ dan l-Artikolu.

    Ġustifikazzjoni

    Emenda 57

    ARTIKOLU 10, PARAGRAFU 6

    6. L-emendi meħtieġa biex l-Anness II jiġi adattat għall-iżviluppi tekniċi jew tas-suq għandhom jiġu adotatti mill-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(3).

    6. L-emendi mfassla biex l-elementi mhux-essenzjali ta' l-Anness II jiġu adattati għall-iżviluppi tekniċi jew tas-suq għandhom jiġu adotatti skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2a).

    Ġustifikazzjoni

    Emenda 58

    ARTIKOLU 12, TITOLU

    Proċedura ta’ reviżjoni

    Proċedura ta' reviżjoni u rapporti tal-Kummissjoni

    Ġustifikazzjoni

    Emenda 59

    ARTIKOLU 12

    Il-Kummissjoni għanda tirrevedi t-tħaddim ta’ dan ir-Regolament u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lil-Kunsill mhux aktar minn sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tinkludi r-raġunament tagħha dwar il-ħtieġa kontinwata tar-regolazzjoni jew il-possibbiltà tar-revoka tagħha fid-dawl ta' l-iżviluppi fis-suq u fir-rigward tal-kompetizzjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni lill-Istati Membri, li għandha tingħata mingħajr dewmien żejjed.

    1. Il-Kummissjoni għanda tirrevedi t-tħaddim ta’ dan ir-Regolament u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lil-Kunsill mhux aktar minn sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Dak ir-rapport għandu jinkludi analiżi dettaljata tal-ħtieġa kontinwata tar-regolazzjoni u għandha tkun akkumpanjata mill-proposti leġiżlattivi xierqa, jekk dan ikun neċessarju. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni lill-Istati Membri, li għandha tingħata mingħajr dewmien żejjed.

    Ġustifikazzjoni

    Emenda 60

    ARTIKOLU 12, PARAGRAFU 1 A (ġdid)

     

    1a. Il-Kummissjoni tibqa' ssegwi żviluppi tal-prezzijiet fis-suq ta' komunikazzjoni tad-dejta, inkluż servizzi ta' SMS u MMS. Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar l-iżviluppi f'dak is-suq fi żmien ...1. Dan ir-rapport għandu jinkludi proposta għal intervent, jekk tkun meqjusa meħtieġa, u għandha tati raġunijiet eżawrjenti għal kwalunkwe azzjoni proposta. Kull proposta għandha tista' wkoll tkun preżentata separatament, kull meta mitluba mill-iżviluppi tas-suq jew min-nuqqas ta' dan.__________

    12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

     

    Ġustifikazzjoni

    Emenda 61

    ARTIKOLU 12, PARAGRAFU 1 B (ġdid)

     

    1b. Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-effetti ta' dan ir-Regolament dwar is-sitwazzjoni kompetittiva ta' operaturi iżgħar, indipendenti jew li għadhom jibdew. Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport sa...1. Dak ir-rapport għandu jinkludi proposta għall-intervent, jekk meqjus meħtieġ. Kull proposta għandha tista' wkoll tkun preżentata separatament, kull meta mitluba mill-iżviluppi tas-suq jew min-nuqqas ta' dan.

    __________

    12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    Ġustifikazzjoni

    Emenda 62

    ARTIKOLU 12, PARAGRAFU 1 C (ġdid)

     

    1c. Il-Kummissjoni se tippublika rapport annwali dwar l-iżviluppi fi ħdan il-Komunità fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament.

    Ġustifikazzjoni

    Emenda 63

    ARTIKOLU 12 A (ġdid)

     

    Artikolu 12a

    Dan ir-Regolament jiskadi tliet snin wara d-data li jkun daħal fis-seħħ. Wara dan il-perjodu l-industrija u l-UE għandhom jirsistu biex iwaqqfu Suq Intern Reali għas-servizzi tat-telefonija mobbli, billi jipprovdu għażla libera lil konsumaturi li japprofittaw minn kuntratt telefoniku ta' kwalunkwe operatur fl-UE, mingħajr l-obbligu li jgħixu fl-istat membru ta' dak l-operatur.

    Ġustifikazzjoni

    Jekk is-suq ikun kompetittiv għal kollox fi żmien tliet snin, ma jibqax aktar ħtieġa tar-Regolament.

    Emenda 64

    ARTIKOLU 13, PARAGRAFU 2 A (ġdid)

     

    2a. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li ssir konsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

    Ġustifikazzjoni

    Emenda 65

    ANNESS I, TITOLU

    Tariffi bl-ingrossa għal sejħiet roaming regolati msemmija fl-Artikolu 3

    Tariffi bl-ingrossa għal ċerti sejħiet roaming imsemmija fl-Artikolu 3

    Emenda 66

    ANNESS I, PARAGRAFU 1, PARTI INTRODUTTORJA

    It-tariffi totali bl-ingrossa li l-operatur tan-netwerk imsejjaħ jista' jżomm lill-operatur tan-netwerk nazzjonali tal-klijent roaming biex jagħmel sejħa roaming regolata li toriġina fuq dak in-netwerk imsejjaħ m’għandhiex taqbeż, fuq bażi ta’ kull minuta, ammont ugwali għar-rata medja tat-terminazzjoni mobbli ppubblikata skond l-Artikolu 10(3) mmoltiplikata:

    Fejn ikun japplika, it-tariffi totali bl-ingrossa li l-operatur tan-netwerk imsejjaħ jista' jżomm lill-operatur tan-netwerk nazzjonali tal-klijent roaming biex jagħmel sejħa roaming li toriġina fuq dak in-netwerk imsejjaħ m’għandhiex taqbeż, fuq bażi ta’ kull minuta, ammont ugwali għar-rata medja tat-terminazzjoni mobbli ppubblikata skond l-Artikolu 10(3) mmoltiplikata:

    Emenda 67

    ANNESS II, PUNT (4 A) (ġdid)

     

    (4a) Għall-operaturi tat-telefonija mobbli liċenzjati fl-iżjed reġjuni mbegħda tal-Komunità, ir-rata medja tat-terminazzjoni mobbli rilevanti għandha tkun is-75 perċentili medja ta' l-MTRs ta' dawn l-operaturi għas-sena 2006, li hija nnifisha tinħadem fuq il-bażi tat-total tat-traffiku vokali riċevut miksub minn dawn l-operaturi matul dik is-sena fl-iżjed reġjuni mbegħda. It-tariffa medja rilevanti għas-servizzi tar-roaming bl-ingorssa għandha tiġi kkalkulata bl-istess mod.

    Ġustifikazzjoni

    Il-każ speċifiku ta' l-operaturi liċenzjati fl-iżjed reġjuni mbegħda tal-Komunità huwa indirizzat ukoll sabiex jiġi żgurat li dawn l-operaturi jkunu jistgħu jirkupraw l-ispejjeż tagħhom.

    PROĊEDURA

    Titolu

    Ir-roaming fuq netwerks pubbliċi mobbli

    Referenzi

    COM(2006)0382 - C6-0244/2006 - 2006/0133(COD)

    Kumitat responsabbli

    ITRE

    Opinjoni mogħtija minn

           Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    IMCO

    5.9.2006

     

     

     

    Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    5.9.2006

     

     

     

    Rapporteur ta’ opinjoni:

           Data tal-ħatra

    Joseph Muscat

    4.10.2006

     

     

    Diskussjoni fil-kumitat

    22.11.2006

    19.12.2006

    23.1.2007

    25.1.2007

     

    1.3.2007

    21.3.2007

     

     

    Data ta’ l-adozzjoni

    22.3.2007

     

     

     

    Riżultat tal-vot finali

    +:

    –:

    0:

    22

    19

    2

    Membri preżenti għall-vot finali

    Nedzhmi Ali, Adam Bielan, Georgi Bliznashki, Godfrey Bloom, Charlotte Cederschiöld, Gabriela Creţu, Mia De Vits, Rosa Díez González, Martin Dimitrov, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Anna Hedh, Edit Herczog, Pierre Jonckheer, Alexander Lambsdorff, Toine Manders, Arlene McCarthy, Bill Newton Dunn, Zita Pleštinská, Karin Riis-Jørgensen, Zuzana Roithová, Luisa Fernanda Rudi Ubeda, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Ovidiu Ioan Silaghi, Alexander Stubb, Marianne Thyssen, Jacques Toubon, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

    Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

    André Brie, Simon Coveney, Jean-Claude Fruteau, Othmar Karas, Manuel Medina Ortega, Joseph Muscat, Søren Bo Søndergaard, Ieke van den Burg

    Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali

    Bogusław Sonik, Zbigniew Zaleski, Sharon Bowles

    • [1]  ĠU Ċ... Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.

    OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI (29.3.2007)

    għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

    dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-roaming fuq netwerks pubbliċi mobbli fi ħdan il-Komunità u li temenda d-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi
    (COM(2006)0382 – C6‑0244/2006 – 2006/0133(COD))

    Draftsman: Manolis Mavrommatis

    EMENDI

    Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Eerġija, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

    Test propost mill-Kummissjoni[1]Emendi mill-Parlament

    Emenda 1

    PREMESSA 1

    Il-livell għoli tal-prezzijiet li jħallsu l-utenti tan-netwerks telefoniċi mobbli pubbliċi meta jkunu qed jużaw il-mowbajl tagħhom meta jkun msiefra fi ħdan il-Komunità huwa għajn ta’ tħassib għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Il-Grupp tar-Regolaturi Ewropej innota, fil-laqgħa plenarja tiegħu f’Mejju 2005 (inter alia), li t-tariffi bl-imnut kienu għolja ħafna mingħajr ġustifikazzjoni ċara; li dan jidher li jirriżulta kemm minn tariffi bl-ingrossa għoljin miżmuma mill-operatur tan-netwerk barrani ospitanti kif ukoll, f’bosta każijiet, minn awmenti (mark-ups) għoljin fuq il-bejgħ bl-imnut li jinżammu mill-operatur tan-netwerk proprju tal-konsumatur; li t-tnaqqis fit-tariffi bl-ingrossa spiss ma jgħaddix għall-konsumatur li jixtri bl-imnut; u li kien hemm rabtiet b’saħħithom bejn is-swieq fl-Istati Membri differenti.

    Il-livell għoli tal-prezzijiet li jħallsu l-utenti tan-netwerks telefoniċi mobbli pubbliċi, pereżempju l-istudenti, il-vjaġġaturi tan-negozju u t-turisti, meta jkunu qed jużaw il-mowbajl tagħhom meta jkunu msiefra fi ħdan il-Komunità huwa għajn ta’ tħassib għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Il-Grupp tar-Regolaturi Ewropej innota, fil-laqgħa plenarja tiegħu f’Mejju 2005 (inter alia), li t-tariffi bl-imnut kienu għolja ħafna mingħajr ġustifikazzjoni ċara; li dan jidher li jirriżulta kemm minn tariffi bl-ingrossa għoljin miżmuma mill-operatur tan-netwerk barrani ospitanti kif ukoll, f’bosta każijiet, minn awmenti (mark-ups) għoljin fuq il-bejgħ bl-imnut li jinżammu mill-operatur tan-netwerk proprju tal-konsumatur; li t-tnaqqis fit-tariffi bl-ingrossa spiss ma jgħaddix għall-konsumatur li jixtri bl-imnut; u li kien hemm rabtiet b’saħħithom bejn is-swieq fl-Istati Membri differenti.

    Emenda 2

    PREMESSA 1 A (ġdida)

     

    (1a) is-suq intern jagħti aktar lok għall-mobilità, l-aktar għall-impjegati, għal min iħaddem, l-istudenti, l-għalliema u l-apprentisti li jaħdmu u li jieħdu sehem fi programmi bħal Lifelong Learning, il-Youth Programme u Europe for Citizens. Għalhekk, il-"prezz tal-mobilità" m'għandux ikun eċċessiv u projbitiv għall-vjaġġaturi.

    Ġustifikazzjoni

    Il-prezzijiet roaming m'għandhomx ikunu abbużivi u projbitivi biex il-vjaġġaturi jużaw il-mowbajl tagħhom barra minn pajjiżhom.

    Emenda 3

    PREMESSA 1 B (ġdida)

     

    (1b) Il-ħolqien ta' zona soċjali, edukattiva u kulturali Ewropea bbażata fuq il-mobilità ta' l-individwi għandha tħaffef il-komunikazzjoni bejn in-nies sabiex tassew tinħoloq "Ewropa għaċ-Ċittadini".

    Ġustifikazzjoni

    Il-komunikazzjoni hija fost l-iktar aspetti importanti tal-mudell Ewropew. Hu essenzjali li tkun kapaċi tuża t-teknoloġiji l-ġodda sabiex tħaffef il-komunikazzjoni fost iċ-ċittadini.

    Emenda 4

    PREMESSA 12

    (12)     L-obbligi regolatorji għandhom jiġu imposti fuq il-livelli sew ta’ l-ingrossa sew ta’ l-imnut sabiex jitħarsu l-interessi tal-konsumaturi li jużaw ir-roaming, minħabba li l-esperjenza wriet li t-tnaqqis tal-prezzijiet bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming internazzjonali jistgħu ma jkunux riflessi fi prezzijiet bl-imnut inqas għar-roaming, minħabba li mhemmx inċentivi biex dan isir; min-naħa l-oħra, l-azzjoni biex jitnaqqas il-livell tal-prezzijiet bl-imnut mingħajr ma jiġi indirizzat il-livell ta’ l-ispejjeż bl-ingrossa marbuta ma’ l-għoti ta’ dawn is-servizzi jissogra li jħarbat it-tħaddim ordnat tas-suq internazzjonali tar-roaming.

    (12)     L-obbligi regolatorji għandhom jiġu imposti fuq il-livelli sew ta’ l-ingrossa sew ta’ l-imnut sabiex jitħarsu l-interessi tal-konsumaturi li jużaw ir-roaming, minħabba li l-esperjenza wriet li t-tnaqqis tal-prezzijiet bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming internazzjonali jistgħu ma jkunux riflessi fi prezzijiet bl-imnut inqas għar-roaming, minħabba li mhemmx inċentivi biex dan isir; min-naħa l-oħra, l-azzjoni biex jitnaqqas il-livell tal-prezzijiet bl-imnut mingħajr ma jiġi indirizzat il-livell ta’ l-ispejjeż bl-ingrossa marbuta ma’ l-għoti ta’ dawn is-servizzi jissogra li jħarbat it-tħaddim ordnat tas-suq internazzjonali tar-roaming.

    Għandha tingħata attenzjoni partikulari lill-fatt li xi operaturi bla dubju jaffrontaw spejjeż bl-ingrossa ogħla mill-medja minħabba ċirkostanzi li ma jkollhomx kontroll fuqhom. Pereżempju, l-operaturi f'zoni b'densità ta' popolazzjoni baxxa, topografija diffiċli, jew influssi kbar ta' turisti f'perjodi qosra ta' żmien li tipikament iċemplu fl-istess ħin għandhom it-tendenza li jkollhom spejjeż tan-netwerk ogħla minn operaturi f'pajjiżi li ma joperawx f'ċirkostanzi simili.

    Hekk, il-prezzijiet roaming li huma baxxi wisq jistgħu jnaqqsu l-investimenti ta' l-operaturi f'xi zoni bħal dawn u għalhekk ibaxxu l-kwalità tas-servizzi roaming.

    Ġustifikazzjoni

    Huwa fatt li xi operaturi tal-mowbajls jista' jkollhom spejjeż ogħla minn ta' oħrajn għall-istallazzjoni, il-manutenzjoni u t-titjib tan-netwerks tal-mowbajls.

    Emenda 5

    PREMESSA 18

    Il-limiti massimi tal-prezzijiet għandhom iqisu l-elementi differenti involuti fit-twettiq ta’ sejħa bir-roaming internazzjonali (inklużi l-ispejjeż, is-sinjalar, il-bidu, it-tranżitu u t-terminazzjoni tas-sejħa), u d-differenzi fl-ispejjeż sottostanti għall-għoti tas-servizzi tar-roaming internazzjonali fir-rigward tas-sejħiet magħmula lil destinazzjoni fi ħdan il-pajjiż miżjur, minn naħa, u sejħiet lura għall-pajjiż ta’ residenza tal-klijient li qed juża r-roaming jew pajjiż terz fi ħdan il-Komunità, min-naħa l-oħra.

    Il-limiti massimi tal-prezzijiet għandhom iqisu l-elementi differenti involuti fit-twettiq ta’ sejħa bir-roaming internazzjonali (inklużi l-ispejjeż, is-sinjalar, il-bidu, it-tranżitu u t-terminazzjoni tas-sejħa), u d-differenzi fl-ispejjeż sottostanti għall-għoti tas-servizzi tar-roaming internazzjonali fir-rigward tas-sejħiet magħmula lil destinazzjoni fi ħdan il-pajjiż miżjur, minn naħa, u sejħiet lura għall-pajjiż ta’ residenza tal-klijient li qed juża r-roaming jew pajjiż terz fi ħdan il-Komunità, min-naħa l-oħra. Aktar minn hekk, wieħed irid iqis il-fatt li parti kbira mill-popolazzjoni, bħall-anzjani, jibqgħu jużaw it-teknoloġiji l-qodma (it-telefonija fissa), u kwalunkwe tnaqqis mill-qligħ li jirriżulta minn dan ir-Regolament m'għandux għalhekk jiġi rkuprat billi jogħlew l-ispejjeż tat-telefonija fissa.

    Ġustifikazzjoni

    It-teknoloġiji l-qodma għadhom importanti ħafna għal ċerta sezzjoni tal-popolazzjoni. Għalhekk, m'għandniex "nippenalizzawhom" affavur il-mezzi l-ġodda tal-komunikazzjoni.

    Emenda 6

    PREMESSA 18 A (ġdida)

    (18a) Kull bidla fil-prezzijiet għandha tqis ir-riskju tad-distorsjoni tas-suq u l-ħsara li tista' ssir lill-korp ewlieni ta' l-utenti. L-impatt li jkollhom it-turisti ta' l-istaġun fuq l-ispejjeż li jagħmlu l-operaturi li jirċievu u dawk li jittrażmettu għalhekk għandu jitferrex. L-istess, jekk wieħed iżomm f'moħħu li 66% ta' l-utenti tal-mowbajls fl-Unjoni ma jużawx is-servizzi roaming internazzjonali, għandu jkun żgurat li ma ssirx ħsara lil dawn l-utenti b'miżura bħal din.

    Emenda 7

    PREMESSA 26

    (26) Sabiex titjieb it-trasparenza tal-prezzijiet bl-imnut biex wieħed jagħmel jew jirċievi sejħiet roaming fil-Komunità u sabiex il-klijenti roaming ikunu megħjuna jagħmlu deċiżjonijiet dwar l-użu tal-mowbajls tagħhom meta jkunu msiefra, il-fornituri tas-servizzi tat-telefonija mobbli għandhom jgħinu lill-klijenti roaming tagħhom jiksbu faċilment informazzjoni dwar it-tariffi roaming applikabbli għalihom fl-Istati Membri kkonċernati li jkunu qed iżuru, kull meta jitolbuhom u bla ħlas. It-trasparenza titlob ukoll li l-fornituri jagħtu tinformazzjoni dwar it-tariffi tar-roaming meta jsiru l-abbonamenti u li jagħtu wkoll lill-klijenti tagħhom aġġornamenti perjodiċi dwar it-tariffi tar-roaming kif ukoll meta jseħħu bidliet sostanzjali.

    (26) Sabiex titjieb it-trasparenza tal-prezzijiet bl-imnut biex wieħed jagħmel jew jirċievi sejħiet roaming fil-Komunità u sabiex il-klijenti roaming ikunu megħjuna jagħmlu deċiżjonijiet dwar l-użu tal-mowbajls tagħhom meta jkunu msiefra, il-fornituri tas-servizzi tat-telefonija mobbli għandhom jgħinu lill-klijenti roaming tagħhom jiksbu faċilment informazzjoni dwar it-tariffi roaming applikabbli għalihom fl-Istati Membri kkonċernati li jkunu qed iżuru, kull meta jitolbuha u bla ħlas. It-trasparenza titlob ukoll li l-fornituri jagħtu tinformazzjoni dwar it-tariffi tar-roaming meta jsiru l-abbonamenti u li jagħtu wkoll lill-klijenti tagħhom aġġornamenti perjodiċi dwar it-tariffi tar-roaming kif ukoll meta jseħħu bidliet sostanzjali.

    Ġustifikazzjoni

    Il-klijenti għandhom jirċievu l-informazzjoni neċessarja dwar it-tariffi tar-roaming fis-sura ta' messaġġ testwali, bħal dawk ta' merħba minn netwerk ġdid, bla ma jistaqsu għaliha.

    Emenda 8

    PREMESSA 27

    (27) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li huma responsabbli għat-twettiq tal-kompiti skond il-qafas regolatorju ta’ l-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom ikollhom is-setgħat meħtieġa biex jissorveljaw u jinfurzaw l-obbligi f’dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom. Għandhom ukoll jimmonitorjaw żviluppi fl-iprezzar tas-servizzi tal-leħen u d-data għall-klijenti mobbli li jkunu qed jużaw ir-roaming fil-Komunità, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-ispejjeż speċifiċi marbuta mas-sejħiet roaming li jsiru fir-reġjuni periferiċi tal-Komunità u l-ħtieġa li jiġi żgurat li dawn l-ispejjeż jistgħu jiġu rkuprati b’mod xieraq fuq is-suq bl-ingrossa. Għandhom jiżguraw ukoll li informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament tkun disponibbli għall-utenti tas-servizzi tat-telefonija mobbli.

    (27) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li huma responsabbli għat-twettiq tal-kompiti skond il-qafas regolatorju ta’ l-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom ikollhom is-setgħat meħtieġa biex jissorveljaw u jinfurzaw l-obbligi f’dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom. Għandhom ukoll jimmonitorjaw l-iżviluppi fil-prezzijiet tas-servizzi tal-leħen u d-dejta u t-trażmissjoni tad-dejta (bħall-SMS u l-MMS) għall-klijenti mobbli li jkunu qed jużaw ir-roaming fil-Komunità, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-ispejjeż speċifiċi marbuta mas-sejħiet roaming li jsiru fir-reġjuni periferiċi tal-Komunità, waqt li jqisu l-pożizzjoni ġeografika ta' l-Istati Membri ż-żgħar li jinsabu mal-fruntieri tal-Komunità u ta' dawk l-Istati Membri li tradizzjonalment huma destinazzjonijiet għal influssi kbar ta' turisti ta' l-istaġun f'ċerti żminijiet tas-sena. Għandhom ukoll jimmonitorjaw l-iżvilupp tal-prezzijiet bl-imnut għas-servizzi ta' komunikazzjoni bil-leħen u d-dejta u jiżguraw li t-tnaqqis fit-tariffi roaming b'dan ir-Regolament ma jpattux għalih it-tariffi tas-sejħiet bil-mowbajl fl-istess pajjiż. Għandhom jiżguraw ukoll li informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament tkun disponibbli għall-utenti tas-servizzi tat-telefonija mobbli.

    Ġustifikazzjoni

    Għandna nqisu li f'bosta Stati Membri żgħar ma tantx tieħu ħin biex taqsam il-fruntieri.

    Emenda 9

    PREMESSA 30 A (ġdida)

     

    (30a) Billi l-Unjoni Ewropea hija post fejn iċ-ċittadini jikkomunikaw, it-teknoloġiji l-ġodda jistgħu jkunu strument importanti f'dan il-kuntest. Għalhekk, il-mezzi kollha tal-komunikazzjoni għandhom ikunu aċċessibbli għal kulħadd, f'dawk li huma prezzijiet, biex tkun evitata kwalunkwe żieda fil-prezz tas-servizzi tradizzjonali tat-telefonija li għadhom jintużaw minn parti kbira mill-popolazzjoni u li tista' twassal għal qasma soċjali u li t-tibdil involut m'għandux iwaqqaf il-progress u l-investiment fil-modernizzazzjoni tan-netwerks.

    Ġustifikazzjoni

    Il-komunikazzjoni hija fost l-iktar aspetti importanti tal-mudell Ewropew. Hu essenzjali li tkun kapaċi tuża t-teknoloġiji l-ġodda sabiex tħaffef il-komunikazzjoni fost iċ-ċittadini.

    Emenda 10

    ARTIKOLU 1, PARAGRAFU 1

    1. Dan ir-Regolament jintroduċi mekkaniżmu komuni, imsejjaħ il-metodu tas-Suq Intern Ewropew, sabiex jiġi żgurat li l-utenti tan-netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli li jkunu msiefra fil-Komunità, ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi tar-roaming internazzjonali meta jċemplu u jirċievu telefonati, biex b’hekk jintlaħaq livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-kompetizzjoni bejn l-operaturi mobbli. Ir-Regolament jistipola regoli dwar it-tariffi li jistgħu jinżammu mill-operaturi tal-mowbajl għall-għoti ta’ servizzi tar-roaming internazzjonali għal sejħiet bil-leħen li joriġinaw u jitterminaw fi ħdan il-Komunità u japplikaw kemm għat-tariffi miżmuma bejn l-operaturi tan-netwerk fuq il-livell tal-bejgħ bl-ingrossa kif ukoll għat-tariffi miżmuma mill-fornitur fil-pajjiż ta’ residenza tal-klijent għall-bejgħ bl-imnut.

    1. Dan ir-Regolament jintroduċi mekkaniżmu komuni, imsejjaħ il-metodu tas-Suq Intern Ewropew, sabiex jiġi żgurat li l-utenti tan-netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli li jkunu msiefra fil-Komunità, ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi tar-roaming internazzjonali meta jċemplu u jirċievu telefonati jew meta jibagħtu u jirċievu dejta (bħal SMS bi prezz xieraq, MMS, eċċ), biex b’hekk jintlaħaq livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur filwaqt li tiġi ssalvagwardata l-kompetizzjoni bejn l-operaturi mobbli. Ir-Regolament jistipola regoli dwar it-tariffi li jistgħu jinżammu mill-operaturi tal-mowbajl għall-għoti ta’ servizzi tar-roaming internazzjonali għal sejħiet bil-leħen li joriġinaw u jitterminaw fi ħdan il-Komunità u japplikaw kemm għat-tariffi miżmuma bejn l-operaturi tan-netwerk fuq il-livell tal-bejgħ bl-ingrossa kif ukoll għat-tariffi miżmuma mill-fornitur fil-pajjiż ta’ residenza tal-klijent għall-bejgħ bl-imnut.

    Ġustifikazzjoni

    Il-maġġoranza tal-klijenti tat-telefonija mobbli, l-aktar l-iżgħar fosthom, jużaw l-SMS biex jikkomunikaw b'mod aktar ekonomiku. Għal din ir-raġuni, ir-regolament dwar ir-roaming internazzjonali għandu jkopri wkoll dan is-servizz.

    Emenda 11

    Artikolu 1, paragrafu 1 a (ġdid)

    1a. Dan ir-Regolament jistipula r-regoli li huma mfassla biex iżidu t-trasparenza fil-prezzijiet u biex itejbu l-informazzjoni fuq it-tariffi lill-konsumaturi dwar is-servizzi roaming internazzjonali, inklużi s-servizzi ta' komunikazzjoni bil-leħen u d-dejta.

    Emenda 12

    Artikolu 1, paragrafu 1 a (ġdid)

     

    1a. Dan ir-Regolament jistipula r-regoli li jżidu t-trasparenza fil-prezzijiet u li jtejbu l-informazzjoni fuq it-tariffi lill-konsumaturi dwar is-servizzi roaming internazzjonali, inklużi s-servizzi ta' komunikazzjoni bil-leħen u d-dejta kif ukoll l-SMS.

    Ġustifikazzjoni

    Hu importanti li r-regolament ikopri s-servizzi kollha li jipprovdu l-operaturi tat-telefonija mobbli.

    Emenda 13

    ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 2, PUNT (D)

    “sejħa roaming regolata” tfisser sejħa tat-telefonija mobbli bil-leħen magħmula minn klijent roaming, li toriġina fuq netwerk imsejjaħ u li tittermina fuq netwerk pubbliku tat-telefown fi ħdan il-Komunità;

    (d) “sejħa roaming regolata” tfisser sejħa tat-telefonija mobbli bil-leħen jew bi trasferiment tad-dejta magħmula bil-mowbajl minn klijent roaming, li toriġina fuq netwerk imsejjaħ u li tittermina fuq netwerk pubbliku tat-telefown fi ħdan il-Komunità;

    Emenda 14

    ARTIKOLU 7, PARAGRAFU 1

    1. Kull fornitur nazzjonali għandu jipprovdi lill-klijent roaming tiegħu informazzjoni personalizzata ta' l-iprezzar dwar it-tariffi għall-bejgħ bl-imnut li japplikaw biex dak il-klijent iċempel jew jirċievi telefonati fl-Istat Membru miżjur.

    1. Kull fornitur nazzjonali għandu jipprovdi lill-klijent roaming tiegħu awtomatikament malli dak il-klijent jidħol fi Stat Membru ieħor permezz tas-Servizz tal-Messaġġi Qosra (SMS) u bla dewmien żejjed informazzjoni personalizzata ta' l-iprezzar dwar it-tariffi roaming li japplikaw biex dak il-klijent iċempel jew jirċievi telefonati u biex jibgħat u jirċievi dejta fl-Istat Membru miżjur. Barra minn hekk, il-klijent jista' jagħżel li jagħmel talba billi jibgħat SMS jew billi jagħmel telefonata bil-leħen biex jirċievi l-informazzjoni fuq it-tariffi roaming li japplikaw. Il-kontenut ta' l-SMS għandu jkun definit sew, ikun fih informazzjoni ċara dwar it-tariffi roaming u ma jkunx fih informazzjoni li ma tkunx utli waqt l-ivvjaġġar.

    Ġustifikazzjoni

    Ikun aktar effiċjenti li kieku l-informazzjoni tintbagħat dejjem awtomatikament lill-klijenti, jitolbuhiex jew le.

    Emenda 15

    ARTIKOLU 7, PARAGRAFU 2

    2. Il-klijent jista’ jagħżel li jagħmel din it-talba permzz ta’ telefonata bil-mowbajl jew billi jibgħat SMS (Short Message Service), f’kull każ lil numru li jipprovdi l-fornitur nazzjonali għal dan il-għan, u jista’ jagħżel li jirċievi l-informazzjoni jew waqt dik is-sejħa jew bl-SMS (fil-każ ta’ l-aħħar mingħajr dewmien bla bżonn).

    imħassar

    Ġustifikazzjoni

    Ikun aktar effiċjenti li kieku dan il-kuntest jitpoġġa fl-ewwel paragrafu.

    Emenda 16

    Artikolu 7, paragrafu 2 a (ġdid)

     

    2a. Fi żmien siegħa minn meta jidħol fi Stat Membru ieħor, klijent roaming għandu jirċievi SMS awtomatiku mill-fornitur nazzjonali tiegħu, li jinkludi informazzjoni personalizzata bil-prezzijiet tat-tariffi bl-imnut li japplikaw għat-telefonati li jagħmel u li jirċievi, kif ukoll dwar id-dejta u l-SMSs li jibgħat u jirċievi, fuq kull netwerk disponibbli fl-Istat Membru miżjur.

    Ġustifikazzjoni

    L-SMS ta' merħba li nirċievu malli naslu fil-pajjiż miżjur jista' jkun aktar utli.

    Emenda 17

    ARTIKOLU 7, PARAGRAFU 3

    3. Is-servizzi ta’ l-informazzjoni msemmija fuq għandhom jingħataw bla ħlas, kemm fir-rigward ta’ meta ssir it-talba kif ukoll fir-rigward ta’ l-informazzjoni mitluba.

    3. Il-fornituri nazzjonali għandhom joffru, bħala minimu, servizz ta' l-informazzjoni li jkopri l-informazzjoni msemmija fuq, kemm fir-rigward ta' meta ssir it-talba kif ukoll fir-rigward ta' l-informazzjoni mitluba.

     

    Ġustifikazzjoni

    L-operaturi għandhom jipprovdu biss servizz ta' l-informazzjoni b'xejn filwaqt li jibqgħu liberi li jagħżlu metodi oħra simili skond ma jixtiequ.

    Emenda 18

    ARTIKOLU 7, PARAGRAFU 4

    4. L-informazzjoni personalizzata dwar l-iprezzar imsemmija f’dan l-Artikolu għandha tkun it-tariffi applikabbli skond l-iskema tariffarja tal-klijent roaming ikkonċernat biex iċempel u jirċievi t-telefonati fuq kull netwerk imsejjaħ fl-Istat Membru li fih il-klijent qed juża r-roaming.

    4. L-informazzjoni personalizzata dwar il-prezzijiet imsemmija f’dan l-Artikolu għandha tkun it-tariffi applikabbli skond l-iskema tariffarja tal-klijent roaming ikkonċernat biex iċempel u jirċievi t-telefonati u biex jibgħat u jirċievi servizzi ta' komunikazzjoni inklużi s-servizz ta' messaġġi qosra (SMS) u s-servizz ta' messaġġi multimedjali (MMS), fuq kull netwerk imsejjaħ fl-Istat Membru li fih il-klijent qed juża r-roaming. L-informazzjoni mogħtija għandha tinkludi wkoll id-dettalji ta' kwalunkwe differenza fir-rati skond il-ħin u l-ġurnata li fihom isiru t-telefonati.

    Emenda 19

    Artikolu 7, paragrafu 5 a (ġdid)

    5(a) L-informazzjoni dwar it-tariffi roaming għandha tkun disponibbli l-ħin kollu fuq il-websajt tal-fornitur tas-servizz.

    Emenda 20

    ARTIKOLU 9

    L-Istati Membri għandhom jistipolaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali jridu jkunu effettivi, propozjonati u disswasivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li teffetwahom.

    L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw, jissorveljaw u jiżguraw li jkun hemm konformità ma’ dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistipolaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali jridu jkunu effettivi, propozjonati u disważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li teffettwahom.

    Ġustifikazzjoni

    L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali huma l-iktar awtoritajiet kompetenti biex jaraw li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament isseħħ.

    Emenda 21

    ARTIKOLU 10, PARAGRAFU 3

    3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, fuq bażi regolari, ir-rata medja ta’ terminazzjoni mobbli ddeterminata skond il-paragrafi 1, 2 u 4.

    3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fil-portal ta' l-internet 'Your Europe' fuq bażi regolari, ir-rata medja ta’ terminazzjoni mobbli ddeterminata skond il-Paragrafi 1, 2 u 4.

    PROĊEDURA

    Titolu

    Proposta għal Regoalment tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-roaming fuq netwerks pubbliċi mobbli fi ħdan il-Komunità u li temenda d-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi

    Referenzi

    COM(2006)0382 – C6-0244/2006 – 2006/0133(COD)

    Kumitat responsabbli

    ITRE

    Opinjoni mogħtija minn
      Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    CULT
    5.9.2006

    Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

     

    Rapporteur għal opinjoni
      Data tal-ħatra

    Manolis Mavrommatis
    12.9.2006

    Rapporteur għal opinjoni preċedenti

     

    Eżami fil-kumitat

    18.12.2006

    29.1.2007

    0.0.0000

     

     

    Data ta' l-adozzjoni

    22.3.2007

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    26

    0

    0

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Maria Badia I Cutchet, Ivo Belet, Giovanni Berlinguer, Marie-Hélène Descamps, Jolanta Dičkutė, Věra Flasarová, Milan Gaľa, Vasco Graça Moura, Lissy Gröner, Luis Herrero-Tejedor, Ruth Hieronymi, Bernat Joan i Marí, Sándor Kónya-Hamar, Manolis Mavrommatis, Marianne Mikko, Ljudmila Novak, Zdzisław Zbigniew Podkański, Christa Prets, Pál Schmitt, Gheorghe Vergil Şerbu, Nikolaos Sifunakis, Thomas Wise, Tomáš Zatloukal

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Giusto Catania, Mario Mauro, Nina Škottová

    Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

     

    Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

     

    • [1]  Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.

    PROCEDURE

    Title

    Proposta għal Regoalment tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-roaming fuq netwerks pubbliċi mobbli fi ħdan il-Komunità u li temenda d-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi

    Referenzi

    COM(2006)0382 - C6-0244/2006 - 2006/0133(COD)

    Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

    12.7.2006

    Committee responsible

    Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    ITRE

    5.9.2006

    Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

    Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    ECON

    5.9.2006

    IMCO

    5.9.2006

    CULT

    5.9.2006

     

    Koperazzjoni aktar mill-qrib

    Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    IMCO

    5.9.2006

     

     

     

    Rapporteur(s)

    Data tal-ħatra

    Paul Rübig

    12.9.2006

     

     

    Diskussjoni fil-kumitat

    23.11.2006

    27.2.2007

    27.3.2007

    12.4.2007

    Data ta' l-adozzjoni

    12.4.2007

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    45

    3

    1

    Members present for the final vote

    Šarūnas Birutis, Jan Březina, Renato Brunetta, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Den Dover, Adam Gierek, Norbert Glante, David Hammerstein Mintz, Rebecca Harms, Mary Honeyball, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Anne Laperrouze, Romano Maria La Russa, Pia Elda Locatelli, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Aldo Patriciello, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Paul Rübig, Andres Tarand, Britta Thomsen, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Alejo Vidal-Quadras, Dominique Vlasto

    Substitute(s) present for the final vote

    Alexander Alvaro, Etelka Barsi-Pataky, Dorette Corbey, Avril Doyle, Robert Goebbels, Françoise Grossetête, Edit Herczog, Vittorio Prodi, Esko Seppänen, Peter Skinner, Hannes Swoboda, Silvia-Adriana Ţicău, Lambert van Nistelrooij

    Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

    Manolis Mavrommatis, Sharon Bowles, Michał Tomasz Kamiński