RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-kooperazzjoni fis-sajd u l-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-Baħar Baltiku

7.5.2007 - (COM(2006)0868 – C6‑0052/2007 – 2006/0309(CNS)) - *

Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Philippe Morillon

Proċedura : 2006/0309(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0160/2007
Testi mressqa :
A6-0160/2007
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-kooperazzjoni fis-sajd u l-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-Baħar Baltiku

(COM(2006)0868 – C6‑0052/2007 – 2006/0309(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2006)0868)[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 u l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0052/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6‑0160/2007),

1.  Japprova proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tal-Federazzjoni Russa.

Test propost mill-KummissjoniEmendi mill-Parlament

Emenda 1

Artikolu 2 a (ġdid)

 

Artikolu 2 a

 

Matul it-tielet sena ta' applikazzjoni tal-Ftehima, u matul l-aħħar sena ta' l-applikazzjoni tagħha, qabel il-ftuħ tan-negozjati għat-tiġdid eventwali tagħha, il-Kummissjoni tippreżenta rapport ġenerali ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jippermetti li jiġi studjat l-impatt tal-Ftehima fuq il-konservazzjoni tar-riżorsi u ta' l-ambjent kif ukoll il-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali dovuti għall-applikazzjoni tagħha.

Ġustifikazzjoni

Qabel il-konklużjoni ta' kwalunkwe ftehima ġdida, il-Kummissjoni għandha titlob lill-awtoritajiet ta' l-Istat li miegħu tkun se tibda n-negozjati sabiex jagħtuha informazzjoni li tippermettilha li tippreżenta rapport ġenerali ta' evalwazzjoni lill-Parlament u lill-Kunsill.

  • [1]  Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

NOTA SPJEGATTIVA

Bejn l-10 u t-12 ta' Lulju 2006, il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa innegozjaw u kkonkludew Ftehima dwar il-koperazzjoni fis-settur tas-sajd u l-konservazzjoni ta' riżorsi ħajjin tal-Baħar Baltiku, li ġiet iffirmata mill-Komunità fit-28 ta' Lulju 2006 u mill-Federazzjoni Russa fis-7 ta' Awwissu 2006. Din il-Ftehima ġiet konkluża għal perjodu inizjali ta' sitt snin.

Il-Ftehima qafas ġdida hija llimitata għall-Baħar Baltiku biss. Billi l-ġurisdizzjoni tal-Federazzjoni Russa tkopri biss madwar 5% tar-riżorsi ta' ħut tal-Baħar Baltiku, f'zoni żgħar ħafna madwar Kaliningrad u madwar Saint Petersburg, l-iskop tal-Ftehima huwa relattivament limitat.

L-għan tal-Ftehima l-ġdida huwa li tiġi żgurata koperazzjoni mill-qrib bejn il-partijiet fuq il-bażi tal-prinċipju ta' benefiċċji ġusti u reċiproċi, bil-għan tal-konservazzjoni kif ukoll ta' l-isfruttament u ta' ġestjoni sostenibbli ta' l-istokkijiet kollha ta' ħut transzonali, assoċjati u dipendenti fil-Baħar Baltiku.

Il-Ftehima tipprovdi dispożizzjonijiet relatati mal-miżuri ta' ġestjoni konġunta, ma' l-għoti ta' liċenzji, ma' l-osservanza ta' regoli dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' l-istokkijiet kif ukoll ma' regoli oħra li jirregolaw il-peskeriji, mal-koperazzjoni f'dak li jikkonċerna l-kontrolli u l-applikazzjoni, ma' l-ispezzjonijiet, mal-kontroll u ż-żamma ta' bastimenti, mal-koperazzjoni xjentifika u fl-aħħarnett ma' l-ispeċijiet anadromiċi u katadromiċi.

PROĊEDURA

Titolu

Ftehim bejn il-KE u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar is-sajd u l-konservazzjoni tar-riżorsi tal-Baħar Baltiku

Referenzi

COM(2006)0868 - C6-0052/2007 - 2006/0309(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

19.1.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

1.2.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

1.2.2007

 

 

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

27.2.2007

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Philippe Morillon

27.2.2007

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

22.3.2007

10.4.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

3.5.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

17

1

1

Membri preżenti għall-vot finali

Stavros Arnaoutakis, Marie-Hélène Aubert, Iles Braghetto, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, David Casa, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Carmen Fraga Estévez, Ioannis Gklavakis, Alfred Gomolka, Hélène Goudin, Heinz Kindermann, Philippe Morillon, Seán Ó Neachtain, Struan Stevenson, Daniel Varela Suanzes-Carpegna

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Carl Schlyter, Thomas Wise

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali

Iratxe García Pérez