RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra
7.5.2007 - (COM(2006)0804 – C6‑0506/2006 – 2006/0262(CNS)) - *
Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Joop Post
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra
(COM(2006)0804 – C6‑0506/2006 – 2006/0262(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0804)[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 flimkien ma’ l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0506/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġit (A6‑0161/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob il-ftuħ tal-proċedura ta' konċiljazzjoni prevista fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta' l-4 ta' Marzu 1975 jekk il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
5. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Premessa 2 a (ġdida) | |
|
(2a) Jekk l-opportunitajiet ta' sajd huma mwaqqfa mill-Kumitat Konġunt f’livell aktar baxx minn dak stipulat fil-Kapitolu 1 ta’ l-Anness, Greenland għandha tikkumpensa lill-Komunità fis-snin ta’ wara b’opportunitajiet ta’ sajd korrispondenti jew fl-istess sena b’opportunitajiet ta' sajd oħra, jew billi tnaqqas proporzjon korrispondenti tal-ħlas miftiehem. |
Ġustifikazzjoni | |
Fl-eventwalità improbabbli li l-kumpens li jinvolvi opportunitajiet ta' sajd ma jkunx possibbli, il-ħlas għandu jkun aġġustat kif xieraq. | |
Emenda 2 Premessa 2 b (ġdida) | |
|
(2b) Il-Komunità għandha tirriżerva d-dritt li taġġusta l-kwoti meta, wara l-2010, dawn jinstabu li m'humiex f'konformità mal-politika ta' l-UE dwar is-sostenibilità. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-politika tas-sajd ta’ l-UE għandha tkun konsistenti kemm fi ħdan kif ukoll barra mill-UE. | |
Emenda 3 Premessa 2 c (ġdida) | |
|
(2c) Fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 2(1) tal-Protokol, il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) tal-Protokol għandhom ikunu mħarsa. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-politika tas-sajd ta’ l-UE għandha tkun konsistenti kemm fi ħdan kif ukoll barra mill-UE. | |
Emenda 4 Artikolu 3 a (ġdid) | |
|
Artikolu 3a Kull sena l-Kummissjoni għandha tagħti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-politika settorjali għall-industrija tas-sajd deskritta fl-Artikolu 4 tal-Protokoll. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jiġi evalwat jekk il-kumpens imħallas mill-UE hux ġustifikat kif suppost u jekk fil-fatt jippromwovix l-użu sostenibbli tar-riżorsi ta’ l-industrija tas-sajd fi Greenland, il-Kummissjoni għandha tagħti rapport lill-Parlament kull sena. | |
Emenda 5 Artikolu 4, paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Il-Kummissjoni għandha tevalwa kull sena jekk l-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom joperaw skond il-Protokoll ikunux ikkonformaw mar-rekwiżiti ta' rappurtaġġ. Meta dawn ma jkunux għamlu hekk, il-Kummissjoni għandha tiċħad it-talbiet tagħhom għal liċenzji tas-sajd għas-sena ta' wara. |
Ġustifikazzjoni | |
Bastimenti li ma jikkonformawx mar-rekwiżit l-iżjed bażiku, li hu li jirraportaw dak li jaqbdu, m'għandhomx jibbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja ta' l-UE. | |
Emenda 6 Artikolu 4 a (ġdid) | |
|
Artikolu 4a Qabel l-iskadenza tal-Protokoll u qabel il-bidu ta' negozjati li jistgħu jwasslu għal tiġdid, il-Kummissjoni għandha tissotometti evalwazzjoni ex post tal-Protokoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li għandha tinkludi analiżi ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji. |
Ġustifikazzjoni | |
Evalwazzjoni tal-protokoll preżenti hija neċessarja qabel ma jibdew in-negozjati l-ġodda, sabiex ikun magħruf liema bidliet, jekk ikun hemm, għandhom jiddaħħlu f'kwalunkwe tiġdid possibbli. |
- [1] Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.
NOTA SPJEGATTIVA
Din il-ftehima għas-sħubija fis-sajd bejn l-UE, id-Danimarka u Greenland hija ftehima speċjali. Fil-fatt, pagamenti relatati huma ogħla minn dak li wieħed jista’ jistenna fuq il-bażi ta’ ftehima dwar l-industrija tas-sajd biss.
Dak li wieħed jista’ jinduna bih malajr hu li l-kontribuzzjoni tas-settur stess huwa relattivament baxx, u dan kollu jindika li din il-ftehima dwar l-industrija tas-sajd hija parti mill-pakkett ta’ koperazzjoni wiesgħa bejn Greenland u l-UE. Huwa impressjonanti li l-ftehima tgħid ftit li xejn dwar l-isforzi konġunti li jikkonċernaw is-sostenibilità jew il-ġestjoni konġunta ta' l-istokkijiet. It-tisħin kurrenti ta’ l-oċean jagħmilha probabbli li xi speċijiet ta’ ħut qed jemigra aktar lejn it-tramuntana u li, pereżempju, stokkijiet baxxi tal-merluzz fil-Baħar tat-Tramuntana huma bbilanċjati b’livelli fl-Ibħra fit-Tramuntana. Il-Kummissjoni tagħmel sew li taħdem fuq approċċ integrat aktar b’saħħtu għaz-zona ta’ l-Atlantiku tat-Tramuntana.
11.4.2007
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġit
għall-Kumitat għas-Sajd
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra
(COM(2006)0804 – C6‑0506/2006 – 2006/0262(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Helga Trüpel
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-ftehim ta' Greenland ma' l-UE dwar is-sajd ilu jeżisti minn mindu ma baqgħetx membru fl-1985. Il-protokoll ta' qabel, mill-2001 sa l-2006, ġie kkritikat mill-Parlament Ewropew[1] u mill-Qorti ta' l-Awdituri, kif irrikonoxxut mill-Kummissjoni fil-Memorandum Spjegattiv tagħha, minħabba li pprovat tagħmel żewġ affarijiet f'daqqa - li tħallas kumpens għall-aċċess għall-ħut fl-ibħra ta' Greenland, u li tipprovdi appoġġ baġitarju lill-Gvern Awtonomu ta' Greenland. Waqt ir-reviżjoni tal-ftehim ta' nofs it-term fl-2004, il-Kummissjoni ħadet azzjoni fuq dawn il-kwistjonijiet sa fejn possibbli, billi ġabet il-kwoti allokati għall-UE aktar qrib ir-realtà, azzjoni li ntlaqgħet tajjeb. Dak iż-żmien, il-Kunsill stqarr l-intenzjoni tiegħu li jibbaża l-koperazzjoni ma' Greenland fuq żewġ pilastri - ftehim dwar sħubija tas-sajd u arranġament aktar wiesa' biex jipprovdi koperazzjoni ma' Greenland. Il-ftehim preżenti huwa dak ta' qabel, u t-tieni se jkun suġġett għal Deċiżjoni tal-Kunsill separata.
Il-Kumitat għall-Baġits għandu jilqa' s-serparazzjoni ta' dawn iż-żewġ aspetti mir-relazzjonijiet ma' Greenland, għaliex ikun ferm aktar ċar kemm u fuqhiex qed jintefqu l-flus, għalhekk tiżdied it-trasparenza u jkun hemm rendikont għall-baġit tal-Komunità.
Din, wara, għandha tkun ftehima ta' sħubija għas-sajd aktar tipika, simili minn ħafna aspetti għal dawk mal-pajjiżi ta' l-ACP. Il-kontribuzzjoni finanzjarja hija ffissata għal 15,847,244 EUR fis-sena, bl-inklużjoni ta' somma ta' 3,261,449 biex tingħata għajnuna lill-Greenland għall-implimentazzjoni tal-programm settorjali plurijennali tas-sajd tagħha. Għal dan, il-flotot ta' l-UE jirċievu kwoti għal diversi ħażniet ta' ħut importanti, inklużi l-merluzz, redfish, Greenland halibut, Atlantic halibut, il-gambli, capelin u snowcrab. Il-kumpens jinkludi wkoll riżerva ta' 1,540,000 EUR li jintużaw jekk l-UE tieħu aċċess akbar għall-merluzz u għall-ħażniet ta' capelin b'żieda ma' dawk provduti għall-kwoti annwali; dan ikun bbażat fuq assessjar xjentifiku tal-ħażniet.
Differenza ewlenija bejn il-ftehim ma' Greenland u l-ftehim ma' l-ACP kienet in-nuqqas ta' miżati għal liċenzji biex jitħallsu mis-sidien tal-vapuri ta' l-UE, li wasslet għal ilmeti fuq diskriminazzjoni. Għalhekk il-Kummissjoni introduċiet miżati għal liċenzji waqt ir-reviżjoni ta' nofs it-term fl-2004. Skond il-ftehim preżenti, il-Kummissjoni tistima li dawn il-miżati ser jammontaw bejn wieħed u ieħor għal €2 miljuni fis-sena.
Kif enfasizza r-rapporteur tagħkom qabel, l-idea ta' programm settorjali plurijennali tas-sajd, li dwaru jiddeċiedu flimkien Greenland u l-UE permezz ta' Kumitat Konġunt, għandha l-potenzjal biex ittejjeb l-immaniġġjar tal-ftehim u, jekk l-informazzjoni tiġi pubblikata, ittejjeb it-trasperanza tagħha wkoll. Il-Kumitat għall-baġits għandu jinsisti li jinżamm infurmat dwar dawn l-evalwazzjonijiet. Għaliex dan huwa żvilupp ġdid fil-protokolls, huwa wisq kmieni biex wieħed jgħid jekk hux se jkun utli, żvilupp li jressaq lejn sajd aktar responsabbli u sostenibbli fi Greenland, għaldaqstant irridu nsegwu dan l-iżvilupp mill-qrib.
Ġew proposti tliet emendi. Tnejn marbutin ma' l-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament, inkluża evalwazzjoni ex-post dettaljata tal-ftehim qabel ma jiġġedded u r-rapporti dwar ir-riżultati tal-programm settorjali plurijennali. It-tielet wieħed jipproponi li jekk l-Istati Membri ma jirrappurtawx x'jaqbdu lill-Kummissjoni kif suppost jagħmlu skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd, f'dak il-każ ma jingħatawx liċenzji tas-sajd għas-sena ta' wara. Il-Kummissarju Borg ta, u b'dan għamel sew, prijorità kbira lill-ġlieda kontra s-sajd Illegali, Mhux Iddikjarat u Mhux Irregolat, u jekk l-Istati Membri ma jwettqux ir-responsabiltajiet bażiċi li jirrappurtaw dak li jaqbdu, ikun raġonevoli li ma jitħallewx jibbenefikaw mis-sussidji sinifikanti li dawn il-ftehimiet għall-aċċess għas-sajd jipprovdu.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġit jistieden lill- Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Test propost mill-Kummissjoni[2] | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Artikolu 3 a (ġdid) | |
|
Artikolu 3a Kull sena l-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-politika settorjali plurijennali għas-sajd deskritta fl-Artikolu 4 tal-Protokoll. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jiġi evalwat jekk il-kumpens imħallas mill-UE hux ġustifikat kif suppost u jekk fil-fatt jippromwovix l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fi Greenland, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament kull sena. | |
Emenda 2 Artikolu 4, paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
1a. Il-Kummissjoni għandha tevalwa kull sena jekk l-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom joperaw taħt dan il-Protokoll ikunux ikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ rappurtar. Meta dan ma jkunux għamluh, il-Kummissjoni għandha tiċħad ir-rikjesti tagħhom għal liċenzji tas-sajd għas-sena ta' wara. |
Ġustifikazzjoni | |
Bastimenti li ma jikkonformawx ma' l-iżjed rekwiżit bażiku, li jirrappurtaw dak li jaqbdu, m'għandhomx jibbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja ta' l-UE | |
Emenda 3 Artikolu 4 a (ġdid) | |
|
Artikolu 4a Qabel l-iskandenza tal-Protokoll u qabel il-bidu ta' negozjati ġodda għal xi tiġdid possibbli, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill evalwazzjoni ex post tal-Protokoll, li tinkludi analiżi ta' l-ispejjeż meta mqabbla mal-benefiċċji. |
Ġustifikazzjoni | |
Evalwazzjoni tal-protokoll preżenti hija neċessarja qabel ma jibdew negozjati ġodda sabiex ikun magħruf liema bidliet, jekk ikun hemm, għandhom jiddaħħlu fi kwalunkwe tiġdid possibbli. |
PROĊEDURA
Referenzi |
COM(2006)0804 - C6-0506/2006 - 2006/0262(CNS) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
PECH |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 17.1.2007 |
|
|
|
||||
Rapporteur ta’ opinjoni: Data tal-ħatra |
Helga Trüpel 20.9.2004 |
|
|
|||||
Diskussjoni fil-kumitat |
10.4.2007 |
|
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
10.4.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-vot finali |
+: –: 0: |
22 2 0 |
||||||
Membri preżenti għall-vot finali |
Richard James Ashworth, Reimer Böge, Herbert Bösch, Simon Busuttil, Joan Calabuig Rull, Hynek Fajmon, Szabolcs Fazakas, Salvador Garriga Polledo, Ingeborg Gräßle, Louis Grech, Nathalie Griesbeck, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Monica Maria Iacob-Ridzi, Anne E. Jensen, Wiesław Stefan Kuc, Janusz Lewandowski, Nils Lundgren, Vladimír Maňka, Francesco Musotto, Gérard Onesta, Nina Škottová, Helga Trüpel, Kyösti Virrankoski |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Ftehim ta’ Sħubija fis-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u d-Danimarka u Greenland, min-naħa l-oħra |
|||||||
Referenzi |
COM(2006)0804 - C6-0506/2006 - 2006/0262(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
22.12.2006 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
PECH 17.1.2007 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
DEVE 17.1.2007 |
BUDG 17.1.2007 |
|
|
||||
Opinjoni mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
DEVE 30.1.2007 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Joop Post 21.12.2006 |
|
|
|||||
Rapporteur(s) preċedenti |
Albert Jan Maat |
|
|
|||||
Diskussjoni fil-kumitat |
22.3.2007 |
10.4.2007 |
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
3.5.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-vot finali |
+: –: 0: |
15 2 1 |
||||||
Membri preżenti għall-vot finali |
Stavros Arnaoutakis, Marie-Hélène Aubert, Iles Braghetto, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, David Casa, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Carmen Fraga Estévez, Ioannis Gklavakis, Alfred Gomolka, Hélène Goudin, Heinz Kindermann, Philippe Morillon, Seán Ó Neachtain, Struan Stevenson, Daniel Varela Suanzes-Carpegna |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-vot finali |
Thomas Wise |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali |
Iratxe García Pérez |
|||||||