RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja ta’ l-Organizzazzjoni tas-Sajd ta’ l-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO)
7.5.2007 - (COM(2006)0609 – C6-0403/2006 – 2006/0200(CNS)) - *
Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Luis Manuel Capoulas Santos
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja ta’ l-Organizzazzjoni tas-Sajd ta’ l-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO)
(COM(2006)0609 – C6-0403/2006 – 2006/0200(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0609),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0403/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0162/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 50(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
| Test propost mill-Kummissjoni | Emendi mill-Parlament |
Emenda 1 Artikolu 4 | |
|
Ir-rekwiżiti tal-qabdiet sekondarji |
Qabdiet sekondarji miżmumin abbord |
|
1. Il-bastimenti tas-sajd ma jistgħux jagħmlu sajd dirett għal speċijiet li għalihom japplikaw il-limiti għall-qabdiet sekondarji. Sajd dirett għal speċi jsir meta dik l-ispeċi tinkludi l-ikbar persentaġġ ta' qabda skond il-piż f'refgħa waħda. |
1. Il-bastimenti tas-sajd għandhom jillimitaw il-qabdiet sekondarji tagħhom għal massimu ta' 2 500 kg jew għal 10%, skond liema minn dawn ikun l-ikbar, għal kull speċi elenkata fl-Anness I li għaliha ma ġiet iffissata ebda kwota għall-Komunità fid-Diviżjoni konċernata. |
|
2. Qabdiet sekondarji ta' l-ispeċi li għalihom ma ġiet iffissata l-ebda kwota mill-Komunità għal parti miż-Żona Regolatorja tan-NAFO u li ttieħdu f'dik il-parti waqt sajd dirett għal kwalunkwe speċi, ma jistgħux jaqbżu, għal kull speċi, l-2 500 kg jew 10 % skond il-piż tal-qabda totali miżmuma abbord, liema minnhom ikun l-akbar. Madankollu, f'parti miż-Żona Regolatorja tan-NAFO fejn is-sajd dirett għal ċerti speċijiet huwa pprojbit b’mod uffiċjali jew kwota "ta' oħrajn" tkun ġiet utilizzata bis-sħiħ, il-qabdiet sekondarji ta' kull waħda minn speċijiet bħal dawn m'għandhomx jaqbżu l-1 250 kg jew 5 % rispettivament. |
2. Fil-każijiet fejn ikun hemm fis-seħħ xi projbizzjoni totali jew fejn tkun ġiet utilizzata b'mod sħiħ xi kwota ta’ "Kwoti Oħrajn", il-qabda sekondarja ta' l-ispeċi konċernata ma tistax taqbeż il-1 250 kg jew il-5%, skond liema minnhom ikun l-ikbar. |
|
3. Kulmeta l-kwantitajiet totali ta' l-ispeċijiet li huma soġġetti għal-limiti tal-qabdiet sekondarji fi kwalunkwe refgħa jaqbżu l-limiti stabbiliti fil-paragrafu 2, liema minnhom japplika, il-bastimenti għandhom jitbiegħdu minimu ta' ħames mili nawtiċi lil hinn mill-pożizzjoni tar-refgħa preċedenti. Kulmeta l-ammonti totali ta' speċijiet li huma soġġetti għal-limiti tal-qabdiet sekondarji fi kwalunkwe refgħa futura jaqbżu dawk il-limiti, il-bastimenti għandhom għal darb'oħra jitbiegħdu minnufih minimu ta' ħames mili nawtiċi mill-pożizzjoni tar-refgħa preċedenti u m'għandhomx jirritornaw lejn iż-żona għal mill-inqas 48 siegħa. |
3. Il-persentaġġi fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu kkalkulati bħala l-persentaġġ, skond il-piż, għal kull speċi tal-qabda totali miżmuma abbord. Il-qabdiet ta' gambli m'għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-livelli tal-qabdiet sekondarji ta' l-ispeċijiet ta' ħut ta' mal-qiegħ. |
|
4. Fil-każ li l-qabdiet sekondarji totali ta' l-ispeċijiet kollha fi kwalunkwe refgħa jaqbżu 5 % skond il-piż fid-Diviżjoni 3M u 2.5 % fid-Diviżjoni 3L, il-bastimenti li jkunu qed jistadu għall-gambli (Pandalus borealis), għandhom minnufih jitbiegħdu minimu ta' ħames mili nawtiċi mill-pożizzjoni tar-refgħa preċedenti. |
|
|
5. Il-qabdiet tal-gambli m'għandhomx jintużaw fil-kalkolu tal-livell ta' qabdiet sekondarji ta' l-ispeċijiet ta' ħut ta' mal-qiegħ. |
|
(Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006) | |
Emenda 2 Artikolu 47 a (ġdid) | |
|
|
Artikolu 4 a |
|
|
Qabda sekondarja fi kwalunkwe refgħa |
|
|
1. Jekk il-persentaġġ fi kwalunkwe refgħa jaqbeż il-persentaġġi ffissati fl-Artikolu 4 (1) u (2), il-bastimenti għandhom jitbiegħdu minimu ta' ħames mili nawtiċi mill-pożizzjoni ta' l-irmonk preċedenti. Tul ir-refgħa ta' wara jridu jżommu bogħod ta' talanqas 19-il mil nawtiku mill-pożizzjonijiet kollha ta' rfiegħ preċedenti. Jekk wara li l-bastiment jitbiegħed, ir-refgħa li jmiss xorta taqbeż dawn il-limiti fil-qabdiet sekondarji, il-bastiment għandu jħalli d-Diviżjoni u ma jirritornax qabel mill-inqas 60 siegħa. |
|
|
2. Jekk fis-sajd għall-gambli t-total tal-qabdiet sekondarji ta' l-ispeċijiet kollha ta' ħut ta' mal-qiegħ li jkunu soġġetti għal kwota jaqbeż, fi kwalunkwe refgħa, il-5% skond il-piż fid-Diviżjoni 3M jew it-2,5% fil-piż f'Diviżjoni 3L, il-bastiment għandu jitbiegħed distanza ta' mill-inqas 10 mili nawtiċi minn kwalunkwe pożizzjoni ta' refgħa preċedenti u matul l-irmonk li jkun imiss għandu jżomm distanza ta' mill-inqas 10 mili nawtiċi bogħod minn kwalunkwe pożizzjoni ta' rmonk preċedenti. Jekk wara li jitbiegħed ir-refgħa li jmiss xorta taqbeż dawn il-limiti fuq il-qabdiet sekondarji, il-bastiment għandu jħalli d-Diviżjoni u ma jirritornax qabel mill-inqas 60 siegħa. |
|
|
3. Il-persentaġġ tal-qabdiet sekondarji awtorizzat fi kwalunkwe refgħa għandu jiġi kalkulat bħala l-persentaġġ, skond il-piż u għal kull speċi tal-qabda totali f'dik ir-refgħa. |
(Artikolu 32 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006) | |
Emenda 3 Artikolu 4 b (ġdid) | |
|
|
Artikolu 4b |
|
|
Sajd dirett u qabdiet sekondarji |
|
|
1. Il-kaptani tal-bastimenti tal-komunità m'għandhomx jagħmlu sajdiet diretti għall-speċijiet li japplikaw għalihom il-limiti tal-qabdiet sekondarji. Qabda diretta ta' speċi għandha titqies li tkun saret meta l-persentaġġ tal-piż ta' din l-ispeċi jirriżulta bħala l-ogħla persentaġġ tal-piż tal-qabda totali fi kwalunkwe refgħa. |
|
|
2. Madankollu, meta bastiment ikun qed jagħmel sajda diretta għar-rajja (Rajidae) b'xibka ta' daqs legali għal dik is-sajda. l-ewwel darba li f'refgħa l-ogħla persentaġġ skond il-piż tal-qabdiet totali jkunu ta' speċijiet li japplikaw għalihom il-limiti għal qabdiet sekondarji. dawn għandhom jitqiesu bħala aċċidentali. F'dan il-każ il-bastiment għandu jibdel il-pożizzjoni tiegħu minnufih skond l-Artikolu 4a(1) u (2). |
|
|
3. Wara assenza minn Diviżjoni ta' mill-inqas 60 siegħa, b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 4a(1) u (2), il-kaptani tal-bastimenti tal-Komunità għandhom jagħmlu rmonk bi prova li m'għandux idum iżjed minn 3 sigħat. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jekk f'refgħa f'dan l-irmonk bi prova, il-qabdiet ta' speċi li għalihom japplikaw il-limiti għall-qabdiet sekondarji jammontaw għall-ikbar persentaġġ skond il-piż tal-qabda totali, din m'għandhiex titqies bħala sajda diretta. F'dan il-każ, il-bastiment għandu jibdel il-pożizzjoni tiegħu minnufih skond l-Artikolu 4a(1) u (2). |
(Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006) | |
Emenda 4 Artikolu 5 | |
|
L-użu tax-xibka tat-tkarkir li jkollha fi kwalunkwe sezzjoni tagħha malji ta' dimensjonijiet inqas minn 130 mm għandu jiġi pprojbit għal sajd dirett għall-ispeċijiet tal-ħut ta' mal-qiegħ li jissemmew fl-Anness I. Dan id-daqs ta' malji jista' jiċċekken għal minimu ta' 60 mm għal sajd dirett għall-klamar tal-pinen qosra (Illex illecebrosus).‑{}‑ Għas-sajd dirett tar-rebekkin u tar-rajja (Rajidae), dan id-daqs ta' malji jista' jitkabbar għal minimu ta' 280 millimetru fil-manka u 220 millimetru fil-partijiet l-oħra kollha tax-xibka tat-tkarkir. |
1. L-użu tax-xibka tat-tkarkir li jkollha fi kwalunkwe sezzjoni tagħha malji ta' dimensjonijiet inqas minn 130 mm għandu jiġi pprojbit għal sajd dirett għall-ispeċijiet tal-ħut ta' mal-qiegħ li jissemmew fl-Anness I, barra mis-sajd għas-Sebastes mentella kif stipulat fil-paragrafu 3. Dak id-daqs ta' malji jista' jiċċekken għal minimu ta' 60 mm għal sajd dirett għall-klamar tal-pinen qosra (Illex illecebrosus). Għas-sajd dirett tar-rebekkin u tar-rajja (Rajidae), dak id-daqs ta' malji jista' jitkabbar għal minimu ta' 280 mm fil-manka u 220 mm fil-partijiet l-oħra kollha tax-xibka tat-tkarkir. |
|
Il-bastimenti li jistadu għall-gambli (Pandalus borealis) għandhom jużaw xbieki b'daqs minimu ta' malji ta' 40 millmetru. |
2. Il-bastimenti li jistadu għall-gambli (Pandalus borealis) għandhom jużaw xbieki b'daqs minimu ta' malji ta' 40 mm. |
|
|
3. Il-bastimenti li jistadu għal Sebastes mentella pelaġiċi (x) fis-Sub-Żona 2 u fid-Diviżjonijiet 1F u 3K għandhom jużaw xbieki b'malji ta' daqs minimu ta' 100 mm. |
(Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006) | |
Emenda 5 Artikolu 6 | |
|
1. Waqt sajd dirett għal waħda jew aktar mill-ispeċijiet li ġew elenkati fl-Anness I, il-bastimenti ma jistgħux iġorru xbieki b'malji ta' daqs iżgħar minn dak li ġie stabbilit fl-Artikolu 5. |
1. 1. Waqt sajd dirett għal waħda jew aktar mill-ispeċijiet li ġew elenkati fl-Anness I, il-bastimenti tal-Komunità ma jistgħux iġorru xbieki b'malji ta' daqs iżgħar minn dak li ġie stabbilit fl-Artikolu 5. |
|
2. Madankollu, il-bastimenti li matul l-istess vjaġġ f'Żoni għajr dawk taż-Żona Regolatorja tan-NAFO jistgħu jżommu abbord xbieki b’daqs ta’ malji iżgħar minn dak li ġie stabbilit fl-Artikolu 5, sakemm dawn ikunu marbuta u stivati sew u ma jkunux disponibbli għal użu immedjat. Dawk ix-xbieki jridu |
2. Madankollu, il-bastimenti tal-Komunità li matul l-istess vjaġġ, f'Żoni għajr dawk taż-Żona Regolatorja tan-NAFO, jistgħu jżommu abbord xbieki b’daqs ta’ malji iżgħar minn dak li ġie stabbilit fl-Artikolu 5, sakemm dawn ikunu marbuta u stivati sew u ma jkunux disponibbli għal użu immedjat. Dawk ix-xbieki jridu |
|
(a) ikunu maħlula minn mal-bords tagħhom u l-kejbils u l-ħbula ta' l-irfigħ jew tat-tkarkir tagħhom; u |
(a) ikunu maħlula minn mal-bords tagħhom u l-kejbils u l-ħbula ta' l-irfigħ jew tat-tkarkir tagħhom; u |
|
(b) jekk qed jinġarru fuq jew 'il fuq mill-gverta, ikunu marbuta sew ma' parti tas-sovrastruttura. |
(b) jekk qed jinġarru fuq jew 'il fuq mill-gverta, ikunu marbuta sew ma' parti tas-sovrastruttura. |
(Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006) | |
Emenda 6 Artikolu 10, titolu; paragrafu 1, introduzzjoni | |
|
Ir-rekwiżiti speċjali għall-ġbir tad-dejta |
Żoni ta' restrizzjoni għas-sajd |
|
1. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw, fejn huwa possibbli, rekwiżiti speċjali għall-ġbir tad-data għall-bastimenti li jistadu fiż-Żoni li ġejjin: |
Attivitajiet tas-sajd li jinvolvu irkaptu għas-sajd f'qiegħ il-baħar għandhom ikunu pprojbiti fiż-Żoni li ġejjin: |
(Artikolu 35 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006) | |
Emenda 7 Artikolu 10, paragrafi 2 u 3 | |
|
2. Id-data li trid tinġabar skond il-paragrafu 1 għandha tinġabar fuq bażi ta' sett b'sett u għandha, safejn huwa possibbli, tinkludi: |
Imħassar |
|
a) Il-kompożizzjoni ta’ l-ispeċi f’għadd u piż; |
|
|
b) Il-frekwenzi tat-tulijiet; |
|
|
c) L-Otoliti; |
|
|
d) Il-pożizzjoni tat-tfigħ, il-latitudnijiet u l-lonġitudnijiet; |
|
|
e) It-tagħmir tas-sajd; |
|
|
f) Il-fond mistad; |
|
|
g) Il-ħin tal-jum; |
|
|
h) Id-dewmien fil-post tat-tfigħ; |
|
|
i) Il-bidu tal-ġbid (għal tagħmir mobbli); |
|
|
j) Teħid ieħor ta’ kampjuni bijoloġiċi, bħall-maturità, fejn huwa possibbli. |
|
|
3. Id-data miġbura skond il-paragrafu 1 għandha tiġi rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri biex jiġu trażmessi lis-Segretarjat tan-NAFO malajr kemm jista' jkun wara t-tmiem ta’ kull vjaġġ ta' sajd. |
|
Emenda 8 Artikolu 12, paragrafu 2 | |
|
2. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni f'format li jinqara mill-kompjuter, minn ta' l-inqas 15-il jum qabel ma l-bastiment jidħol fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO, bi kwalunkwe emenda għal-lista tiegħu ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u li huma rreġistrati fil-Komunità li huma awtorizzat li jistadu fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawk l-emendi fil-pront lis-Segretarjat tan-NAFO. |
2. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni f'format li jinqara mill-kompjuter, minn ta' l-inqas 15-il jum qabel ma l-bastiment jidħol fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO, bi kwalunkwe emenda għal-lista tiegħu ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u li huma rreġistrati fil-Komunità li huma awtorizzat li jistadu fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi fil-pront din l-informazzjoni lis-Segretarjat tan-NAFO. |
(Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006) | |
Emenda 9 Artikolu 13, paragrafu 1 | |
|
1. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tagħhom u li huwa awtorizzat li jistad fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO jkun soġġett għal arranġament ta' kiri għall-użu b’mod parzjali jew sħiħa ta’ kwosta u/jew jiem ta' sajd li ġew allokati lil Parti Kontraenti oħra tan-NAFO. |
1. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tagħhom u li huwa awtorizzat li jistad fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO jkun soġġett għal arranġament ta' kiri għall-użu b’mod parzjali jew sħiħa ta’ kwosta u/jew jiem ta' sajd li ġew allokati lil Parti Kontraenti oħra tan-NAFO. Madankollu, arranġamenti għal kiri li jinvolvu bastimenti identifikati min-NAFO jew minn kwalunkwe organizzazzjoni reġjonali tas-sajd oħra bħala li kienu involuti f'attivitajiet ta' sajd mhux legali, attivitajiet mhux rappurtati u mhux regolati (IUU) m'għandhomx ikunu permessi. |
(Artikolu 40 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006) | |
Emenda 10 Artikolu 14, paragrafu 5 | |
|
5. Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet tas-sajd tagħhom. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu n-numru ta' bastimenti effettivament involuti f'attivitajiet ta' sajd fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO, il-qabdiet ta' kull bastiment u n-numru totali ta' jiem li kull bastiment stad f'dik iż-Żona. L-attivitajiet tal-bastimenti li jistadu għall-gambli fid-Diviżjonijiet 3M u 3L għandhom jiġu rapportati separatament għal kull Diviżjoni. |
5. Mhux aktar tard mill-15 ta' Jannar ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet tas-sajd tagħhom. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu n-numru ta' bastimenti effettivament involuti f'attivitajiet ta' sajd fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO, il-qabdiet ta' kull bastiment u n-numru totali ta' jiem li kull bastiment stad f'dik iż-Żona. L-attivitajiet tal-bastimenti li jistadu għall-gambli fid-Diviżjonijiet 3M u 3L għandhom jiġu rapportati separatament għal kull Diviżjoni. |
(Artikolu 14 tad-Dokument ta' Ħidma tal-Kunsill numru 5449/07, 2 ta' Frar 2007) | |
Emenda 11 Artikolu 16 | |
|
Il-bastimenti Komunitarji m’għandhomx jinvolvu rwieħhom f’operazzjonijiet ta’ trasbord fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO ħlief jekk irċevew awtorizzazzjoni minn qabel biex jagħmlu hekk mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. |
1. Il-bastimenti Komunitarji m’għandhomx jinvolvu rwieħhom f’operazzjonijiet ta’ trasbord fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO ħlief jekk irċevew awtorizzazzjoni minn qabel biex jagħmlu hekk mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. |
|
|
2. Bastimenti tal-Komunità m'għandhomx iwettqu operazzjonijiet ta' trasbord ta' ħut minn jew għal bastiment ta' parti mhux kontraenti li jkun hemm min raha jew identifikaha b'xi mod ieħor twettaq attivitajiet ta' sajd fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO. |
|
|
3. Bastimenti tal-Komunità għandhom jirrappurtaw kull trasbord fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Bastimenti donaturi għandhom jagħmlu dan ir-rapport mill-inqas 24 siegħa qabel it-trasbord u bastiment li jkun se jirċievi t-trasbord mhux aktar tard minn siegħa wara li dan ikun sar. |
|
|
4. Ir-rapport li jirriferi għalih il-paragrafu 3 għandu jinkludi l-ħin, il-pożizzjoni ġeografika, il-piż totali f'kilogrammi skond l-ispeċji li se tinħatt jew titgħabba u l-call sign tal-bastimenti involuti fit-trasbord. |
|
|
5. Il-bastiment li jkun qed jirċievi t-trasbord għandu jirrapporta, barra mill-qbid totali u l-piż totali li se jitgħabba, l-isem tal-port u l-ħin mistenni meta se jsir l-inżul l-art, mill-inqas 24 siegħa qabel l-inżul. |
|
|
6. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu bla dewmien ir-rapporti msemmijin fil-paragrafi 3 u 5 lill-Kummissjoni li fil-pront għandha tgħaddihom lis-Segretarjat tan-NAFO. |
(Artikolu 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006) | |
Emenda 12 Artikolu 17, paragrafi 1 sa 4 | |
|
1. Minbarra li jikkonformaw ma' l-Artikoli 6, 8, 11 u 12 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-kaptani tal-bastimenti għandhom iniżżlu fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd l-informazzjoni elenkata fl-Anness IV. |
1. Minbarra li jikkonformaw ma' l-Artikoli 6, 8, 11 u 12 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-kaptani tal-bastimenti għandhom iniżżlu fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd l-informazzjoni elenkata fl-Anness IV. |
|
|
1 a. Qabel il-15 ta' kull xahar, kull Stat Membru għandu jinnotifika f'forma li tinqara minn kompjuter lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet ta' stokkijiet speċifikati fl-Anness II li tniżżlu l-art matul ix-xahar ta' qabel u jikkomunikaw kwalunkwe informazzjoni li rċevew skond l-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93. |
|
2. Il-kaptani ta' bastiment Komunitarju għandhom, fir-rigward tal-qabdiet ta' l-ispeċijiet li jissemmew fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, iżommu: |
2. Il-kaptani ta' bastiment Komunitarju għandhom, fir-rigward tal-qabdiet ta' l-ispeċijiet li jissemmew fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, iżommu: |
|
(a) ġurnal ta' abbord tal-produzzjoni fejn ikun hemm iddikjarat il-produzzjoni kumulattiva tagħhom abbord, skond l-ispeċi, bil-piż iddikjarat f'kilogrammi; |
(a) ġurnal ta' abbord tal-produzzjoni fejn ikun hemm iddikjarata l-produzzjoni kumulattiva tagħhom abbord, skond l-ispeċi, bil-piż iddikjarat f'kilogrammi; |
|
(b) pjan ta' l-istivar li juri fejn jinsabu l-ispeċijiet differenti fl-istivi. |
(b) pjan ta' l-istivar li juri fejn jinsabu l-ispeċijiet differenti fl-istivi. Fil-każ tal-gambli, il-bastimenti għandhom ikollhom pjan ta' l-istivar li jispeċifika fejn jitqiegħdu l-gambli maqbuda fid-Diviżjoni 3L u fid-Diviżjoni 3M, kif ukoll il-kwantitajiet ta' gambli li hemm abbord, bil-piż iddikjarat f'kilogrammi u skond id-Diviżjoni. |
|
3. Il-ġurnal ta’ abbord tal-produzzjoni u l-pjan ta' l-istivar li jissemmew fil-paragrafu 2 għandhom jiġu aġġornati ta' kuljum għall-jum ta' qabel li titqies mis-siegħa 00.00 (UTC) sas-siegħa 24.00 (UTC) u għandhom jinżammu abbord sakemm il-bastiment jinħatt kompletament. |
3. Il-ġurnal ta’ abbord tal-produzzjoni u l-pjan ta' l-istivar li jissemmew fil-paragrafu 2 għandhom jiġu aġġornati ta' kuljum għall-jum ta' qabel li titqies mis-siegħa 00.00 (UTC) sas-siegħa 24.00 (UTC) u għandhom jinżammu abbord sakemm il-bastiment jinħatt kompletament. |
|
4. Il-kaptan għandu jipprovdi l-għajnuna meħtieġa biex il-kwantitajiet iddikjarati fil-ġurnal ta’ abbord tal-produzzjoni u l-prodotti proċessati abbord maħżuna abbord ikunu jistgħu jiġu verifikati. |
4. 4. Il-kaptan ta' bastiment tal-Komunità għandu jipprovdi l-għajnuna meħtieġa biex il-kwantitajiet iddikjarati fil-ġurnal ta’ abbord tal-produzzjoni u l-prodotti proċessati abbord maħżuna abbord ikunu jistgħu jiġu verifikati. |
(Artikolu 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006) | |
Emenda 13 Artikolu 18 | |
|
1. Il-ħut ipproċessat kollu maqbud fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO għandu jiġi ttikkettjat b'tali mod li kull speċi u kategorija ta' prodott kif tissemma' fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tkun identifikabbli. Għandu jiġi mmarkat ukoll bħala li nqabad fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO. |
1. 1. Il-ħut ipproċessat kollu maqbud fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO għandu jiġi ttikkettjat b'tali mod li kull speċi u kategorija ta' prodott kif tissemma' fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq ta' prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura tkun identifikabbli, u tkun identifikabbli wkoll, fil-każ tal-gambli, id-data meta nqabdu. Għandu jiġi mmarkat ukoll bħala li nqabad fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO. |
|
2. Il-gambli kollha maqbuda fid-Diviżjoni 3L u l-ħalibatt ta' Greenland kollu maqbud fis-Sub-Żona 2 u fid-Diviżjonijiet 3KLMNO għandhom jiġu mmarkati bħala li nqabdu f’dawn iż-żoni rispettivi. |
2. Il-gambli kollha maqbuda fid-Diviżjoni 3L u l-ħalibatt ta' Greenland kollu maqbud fis-Sub-Żona 2 u fid-Diviżjonijiet 3KLMNO għandhom jiġu mmarkati bħala li nqabdu f’dawn iż-żoni rispettivi. |
|
3. Il-qabdiet ta' l-istess speċi jistgħu jiġu stivati f’aktar minn parti waħda ta’ l-istiva, imma f’kull parti ta’ l-istiva fejn jiġu stivati għandhom jinżammu separati b'mod ċar (pereżempju permezz ta’ plastik, plajwudd, xbieki, eċċ.) minn qabdiet ta' speċijiet oħra. |
3. Filwaqt li tiġi rrispettata r-responsabilità leġittima li għandu l-kaptan għall-bastiment rigward is-sikurezza u n-navigazzjoni, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin: |
|
|
a) il-qabdiet kollha li jittellgħu miż-Żona Regolatorja tan-NAFO għandhom ikunu stivati separatament mill-qabdiet li jiġu minn barra ż-Żona. Dawn għandhom jinżammu separati b'mod ċar, pereżempju permezz ta' plastik, plajwud jew xbieki; |
|
|
b) qabdiet ta' l-istess speċji jistgħu jiġu stivati f'iktar minn post wieħed fl-istiva iżda l-post fejn jiġu stivati għandu jkun immarkat b'mod ċar fil-pjan ta' l-istivar li hemm referenza għalih fl-Artikolu 17. |
|
Bl-istess mod, il-qabdiet kollha li jittieħdu ġewwa ż-Żona tal-Konvenzjoni NAFO għandhom jiġu stivati separatament mill-qabdiet kollha li jittieħdu barra minn din iż-żona. |
|
|
|
___________________________ 1 ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22. L-aħħar emenda tar-regolament: ir-Regolament KE Nru 1759/2006 (ĠU L 335 , 1.12.2006, p. 3). |
(Artikolu 36 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006) | |
Emenda 14 Artikolu 42 | |
|
1. Fejn Stat Membru jiġi nnotifikat b’infrazzjoni li saret minn bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, għandu jieħu azzjoni fil-pront skond il-liġi nazzjonali tiegħu biex jirċievi u jeżamina l-evidenza u jwettaq kwalunkwe investigazzjonijiet oħra li tkun meħtieġa sabiex tittieħed azzjoni bħala riżultat ta’ l-infrazzjoni u, fejn huwa possibbli, jispezzjona l-bastiment. |
1. L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru li jiġu notifikati dwar vjolazzjoni li ssir minn wieħed mill-bastimenti tiegħu għandhom jinvestigaw bir-reqqa kollha u immedjatament din il-vjolazzjoni sabiex tinkiseb l-evidenza meħtieġa li għandha tinkludi, fejn xieraq, spezzjoni fiżika tal-bastiment konċernat. |
|
2. L-Istati Membri gћandhom jikkooperaw ma’ l-awtoritajiet tal-Parti Kontraenti li tkun qed twettaq ispezzjoni biex ikun żgurat li l-evidenza ta’ l-infrazzjoni tkun ippreparata u miżmuma f’forma li tiffaċilita azzjoni ġudizzjarja. |
2. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru għandhom jieħdu azzjoni ġudizzjarja jew amministrattiva b'mod immedjat skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom kontra ċ-ċittadini tagħhom li jkunu responsabbli għall-bastiment li jtajjar il-bandiera ta' pajjiżhom meta l-miżuri adottati min-NAFO ma jkunux ġew irrispettati. |
|
3. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet xierqa sabiex jirċievu l-evidenza ta’ l-infrazzjoni u jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-indirizz tagħhom. |
3. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-bandiera għandhom jiżguraw li l-proċeduri mibdija skond il-paragrafu 2 ikunu kapaċi, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali, jipprovdu miżuri effettivi xierqa rigward severità u jkunu kapaċi jiżguraw konformità mal-liġi, hekk li ma jħallux lil min ikun responsabbli jibbenefika ekonomikament mill-vjolazzjoni u jiskoraġġixxu effettivament vjolazzjonijiet fil-futur. |
(Artikolu 44 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006) | |
Emenda 15 Artikolu 47 a (ġdid) | |
|
|
Artikolu 47a |
|
|
Titjib fil-moniteraġġ ta' ċerti vjolazzjonijiet serji |
|
|
1. 1. Barra mid-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima, b'mod partikulari ta' l-Artikoli 46 u 47, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jieħu passi skond din it-Taqsima meta bastiment li qed itajjar il-bandiera tiegħu jkun wettaq waħda mill-vjolazzjonijiet serji li ġejjin:
|
|
|
(a) sajd dirett għal stokk li huwa suġġett għal moratorju jew li s-sajd tiegħu huwa pprojbit; |
|
|
(b) reġistrar żbaljat tal-qabdiet. Tista' tiġi kkunsidrata azzjoni ta' segwitu skond dan l-Artikolu f'każijiet fejn tinstab differenza ta' 10 tunnellati jew ta' 20%, skond liema huwa l-ikbar, u kif ikkalkulat bħala persentaġġ taċ-ċifri reġistrati fil-ġurnal ta' abbord, bejn il-qbid ipproċessat abbord skond l-istimi ta' l-ispettur u l-kwantitajiet li jitniżżlu fir-reġistru ta' produzzjoni.. Sabiex tiġi kkalkulata l-istima tal-qabda abbord għandu jintuża fattur ta' l-istivar miftiehem bejn l-ispetturi tal-Parti Kontraenti li qed tispezzjona u l-Parti Kontraenti tal-bastiment li qed jiġi spezzjonat; |
|
|
(c) ripetizzjoni ta' l-istess vjolazzjoni serja msemmi fl-Artikolu 43, li ġie kkonfermat skond l-Artikolu 44(4), matul perjodu ta' 100 ġurnata jew matul l-istess vjaġġ ta' sajd, skond liema hija l-iqsar. |
|
|
2. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li wara l-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-bastiment konċernat jieqaf minn kull attività ta' sajd u tinbeda investigazzjoni dwar il-vjolazzjoni serja. |
|
|
3. Jekk fiż-żona regolatorja ma jkun hemm preżenti ebda spettur jew persuna oħra maħturin mill-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment biex iwettqu l-investigazzjoni, kif inhu mfisser fil-paragrafu 1, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jitlob lill-bastiment biex jipproċedi immedjatament lejn port fejn tkun tista' tinbeda l-investigazzjoni. |
|
|
4. Wara li jtemm l-investigazzjoni dwar kwalunkwe vjolazzjoni serja ta' reġistrar żbaljat tal-qabda msemmija fil-paragrafu 1(b), l-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li l-ispezzjoni fiżika u l-kejl tal-qabda totali abbord iseħħu fil-port taħt l-awtorità tiegħu . Tali spezzjoni tista' issir fil-preżenza ta' spettur minn kwalunkwe Parti Kontraenti oħra li tixtieq tipparteċipa, sakemm ikun hemm il-kunsens ta' l-Istat Membru tal-bandiera. |
|
|
5. Meta bastiment ikun mitlub jipproċedi lejn port skond il-paragrafi 2, 3 u 4, spettur minn Parti Kontraenti oħra jista' jitla' abbord u/jew jibqa' abbord il-bastiment waqt li jipproċedi lejn il-port, sakemm l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru tal-bastiment li se jiġi spezzjonat ma titlobx li l-ispettur jinżel mill-bastiment. |
(Artikolu 46 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006) | |
Emenda 16 Artikolu 47 b (ġdid) | |
|
|
Artikolu 47b |
|
|
Miżuri ta' infurzar |
|
|
1. Kull Stat Membru tal-bandiera għandu jieħu miżuri ta' infurzar fir-rigward ta' bastiment meta jiġi stabbilit, skond il-liġijiet tiegħu, li dan il-bastiment tas-sajd li qed itajjar il-bandiera tiegħu kkommetta vjolazzjoni serja kif stipulat fl-Artikolu 47a. |
|
|
2. Skond is-serjetà tal-vjolazzjoni u skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali, il-miżuri li jirreferi għalihom il-paragrafu 1 jistgħu jinkludu b'mod partikulari, |
|
|
a) multi; |
|
|
b) l-ikkonfiskar ta' tagħmir tas-sajd u ta' qabdiet illegali; |
|
|
c) is-sekwestru tal-bastiment; |
|
|
d) is-suspensjoni jew it-tneħħija ta' l-awtorizzazzjoni għas-sajd; |
|
|
e) it-tnaqqis jew it-tneħħija tal-kwota tas-sajd. |
|
|
3. L-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment konċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar il-miżuri xierqa li ttieħdu skond dan l-Artikolu. Fuq il-bażi ta' din in-notifika, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lis-Segretarja tan-NAFO dwar dawk il-miżuri.‑{}‑
|
(Artikolu 47 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006) | |
Emenda 17 Artikolu 47 c (ġdid) | |
|
|
Artikolu 47c |
|
|
Rapporti fuq vjolazzjonijiet |
|
|
1. F'każ ta' vjolazzjoni serja li taqa' taħt l-Artikolu 47a, l-Istat Membru konċernat għandu jipprovdi kemm jista' jkun malajr jew fi żmien tliet xhur wara n-notifika ta' vjolazzjoni, rapport dwar il-progress ta' l-investigazzjoni li jindika dettalji ta' kull azzjoni meħuda jew li qed jipproponi li jieħu. Fi tmiem l-investigazzjoni jintbagħat rapport lill-Kummissjoni dwar il-konklużżjonijiet tagħha. |
|
|
2. Il-Kummissjoni gћandha tiġbor rapport Komunitarju fuq il-bażi tar-rapporti ta’ l-Istati Membri. Fi żmien erba' xhur wara n-notifika tal-vjolazzjoni hija għandha tagħti lis-Segretarjat tan-NAFO r-rapport komunitarju dwar il-progress ta' l-inkjesta. Fi tmiem l-investigazzjoni hija għandha tibgħatlu wkoll kemm jista' jkun malajr rapport dwar ir-riżultat ta' l-investigazzjoni. |
(Artikolu 48 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006) | |
Emenda 18 Artikolu 48 | |
|
1. L-Istati Membri għandhom jittrattaw ir-rapporti kkompilati mill-ispetturi ta' Partijiet Kontraenti oħra u ta' Stati Membri oħra fuq l-istess bażi bħar-rapporti mill-ispetturi tagħhom stess. |
1. It-rapporti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza mħejjija mill-ispetturi tan-NAFO għandhom jikkostitwixxu evidenza ammissibbli għal proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi fi kwalunkwe Stat Membru. Sabiex jiġu stabbiliti l-fatti, dawk ir-rapporti għandhom jiġu trattati fuq l-istess bażi bħar-rapporti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza ta' l-ispetturi tagħhom stess. |
|
2. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Partijiet Kontraenti rilevanti sabiex jiffaċilitaw il-proċeduri ġudizzjarji jew proċeduri oħrajn skond il-liġi nazzjonali tagħhom, li jirriżultaw minn rapport imressaq minn spettur taħt l-Iskema tan-NAFO. |
2. L-Istati Membri għandhom jikkollaboraw sabiex jiffaċilitaw il-proċeduri ġudizzjarji jew proċeduri oħrajn li joriġinaw minn rapport ippreżentat minn spettur taħt din l-iskema, suġġett għar-regoli dwar l-ammissibilità ta' l-evidenza f'sistemi ġudizzjarji domestiċi u sistemi oħrajn. |
(Artikolu 48 tad-Dokument ta' Ħidma tal-Kunsill numru 5449/07, 2 ta' Frar 2007) | |
Emenda 19 Artikolu 51, paragrafu 2 | |
|
2. Biex jiffaċiltaw l-ispezzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-kaptani tal-bastimenti tas-sajd jew ir-rappreżentanti tagħhom, mill-inqas 48 siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port, jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, li dawn jixtiequ jużaw il-portijiet jew il-faċilijiet ta’ żbark tagħhom, b’dawn li ġejjin: |
2. Biex jiffaċiltaw l-ispezzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-kaptani tal-bastimenti tas-sajd jew ir-rappreżentanti tagħhom, mill-inqas 48 siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port, jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri li tagħhom ikunu jixtiequ jużaw il-portijiet jew il-faċilijiet ta’ żbark: |
|
(a) il-ħin tal-wasla tagħhom fil-port ta’ l-iżbark, mainstreaming |
(a) il-ħin tal-wasla tagħhom fil-port ta’ l-iżbark, |
|
(b) kopja ta’ l-awtorizzazzjoni għas-sajd, |
(b) kopja ta’ l-awtorizzazzjoni għas-sajd, |
|
(c) il-kwantitajiet ta’ piż ħaj f’kilogrammi miżmuma abbord, |
(c) il-kwantitajiet ta’ piż ħaj f’kilogrammi miżmuma abbord, |
|
(d) iż-żona jew iż-żoni fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO fejn tkun saret il-qabda. |
(d) id-diviżjoni jew id-diviżjonijiet jew iż-żoni fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO fejn tkun saret il-qabda. |
(Artikolu 51 tad-Dokument ta' Ħidma tal-Kunsill numru 5449/07, 2 ta' Frar 2007) | |
Emenda 20 Artikolu 58 | |
|
Miżuri fir-rigward ta’ bastimenti ta’ Parti Mhux Kontraenti |
Miżuri rigward bastimenti fl-IUU |
|
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa skond il-liġi nazzjonali u Komunitarja, biex |
1. 1 Il-miżuri li ġejjin għandhom japplikaw għal bastimenti li ġew inklużi min-NAFO fil-lista ta' bastimenti fl-IUU fl-Anness XIII: |
|
(a) ma tinħareġ l-ebda liċenzja jew permess speċjali tas-sajd lill-bastimenti li jidhru fl-lista IUU sabiex jistadu fl-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tagħhom; |
a) bastimenti tas-sajd, bastimenti ta' appoġġ, bastimenti li jfornu l-fjuwil, bastimenti omm (Mother Ships) u bastimenti tal-merkanzija li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru m'għandhom bl-ebda mod jassistu bastimenti fl-IUU, jagħmlu operazzjonijiet ta' l-ipproċessar tal-ħut jew jipparteċipaw f'i kwalunkwe trasbord jew operazzjoni konġunta ta' sajd mal-bastimenti fuq il-lista ta' l-IUU; |
|
(b) il-bandiera tagħhom ma tingħatax lil bastimenti li jidhru fl-lista IUU; |
(b) bastimenti fl-IUU m'għandhomx jiġu forniti bi provvisti, fjuwil jew servizzi oħrajn fil-portijiet; |
|
(c) il-bastimenti li jidhru fl-lista IUU ma jiġux awtorizzati li jiżbrakaw, jittrasbordaw, jieħdu l-fjuwil jew jitfornew mill-ġdid, ħlief għal raġunijiet ta’ forza maġġuri, jew biex jinvolvu rwieħhom f’operazzjonijiet tas-sajd jew fi kwalunkwe attività oħra bi preparazzjoni għal jew relatata mas-sajd fil-portijiet jew fl-ilmijiet tagħhom taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tagħhom; |
(c) bastimenti fl-IUU m'għandhomx ikunu awtorizzati jidħlu f'port ta' Stat Membru, barra minn f'ċirkostanzi ta' force majeure; |
|
(d) l-importaturi, it-trasportaturi u s-setturi l-oħra konċernati jiġu mħeġġa biex joqogħdu lura milli jinnegozjaw ma’ u minn ħut ittrasbordat li nqabad minn bastimenti li jidhru fl-lista IUU; |
(d) bastimenti fl-IUU m'għandhomx ikunu awtorizzati jbiddlu l-ekwipaġġ, barra minn f'ċirkostanzi ta' force majeure; |
|
(e) l-informazzjoni kollha dwar il-bastimenti li jidhru fl-lista IUU tinġabar u tiġi skambjata ma’ Partijiet Kontraenti oħra, ma’ Partijiet Mhux Kontraenti u ma’ Organizzazzjonijiet Reġjonali tas-sajd biex jiġi skopert u jiġi pprevenut l-użu ta’ ċertifikati ta’ l-importazzjoni/ta’ l-esportazzjoni foloz li jikkonċernaw il-ħut minn tali bastimenti. |
(e) bastimenti fl-IUU m'għandhomx ikunu awtorizzati jistadu fl-ibħra Komunitarji u ma jistgħux jinkrew; |
|
|
(f) Stati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-bandiera tagħhom lill-bastimenti fl-IUU u għandhom jinkoraġġixxu lill-importaturi, lit-trasportaturi u lis-setturi oħrajn konċernati biex ma jinnegozjawx u ma jwettqux trażbord ta' ħut maqbud minn dawn il-bastimenti; |
|
|
(g) għandha tiġi pprojbita l-importazzjoniji ta' ħut li joriġina minn bastimenti fl-IUU. |
|
2. Il-bastimenti tas-sajd, inklużi l-bastimenti ta’ appoġġ, il-bastimenti li jfornu l-fjuwil, bastimenti omm u bastimenti tal-merkanzija li jtajru l-bandiera ta’ l-Istati Membri huma pprojbiti milli jgħinu bi kwalunkwe mod, jew li jipparteċipaw fit-trasbord jew fi kwalunkwe attività oħra bi preparazzjoni għal jew li tkun relatata għas-sajd jew għal attivitajiet konġunti tas-sajd ma’ bastimenti li jidhru fl-lista IUU. |
2. 2. Il-Kummissjoni għandha temenda l-lista ta' bastimenti ta' l-IUU skond il-lista tan-NAFO malli n-NAFO tadotta lista ġdida. |
|
3. Il-kiri ta’ bastiment li jidher fl-lista IUU huwa pprojbit. |
|
(Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 u l-Artikolu 58 tad-Dokument ta' Ħidma tal-Kunsill 5449/07 tat-21 ta' Frar 2007) | |
NOTA SPJEGATTIVA
L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni
L-għan ta' din il-proposta huwa li jiġu inkorporati fl-acquis Komunitarju, permezz ta' l-aġġornament u tal-ġabra f'dokument leġiżlattiv wieħed, il-miżuri ta' konservazzjoni teknika u ta' infurzar adottati mill-Organizzazzjoni tas-Sajd ta' l-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO)*. Dawk il-miżuri jorbtu lill-UE b'mod awtomatiku fil-kapaċità tagħha bħala parti kontraenti mill-Konvenzjoni tan-NAFO.
Ħafna mid-dispożizzjonijiet fir-regoli tan-NAFO diġà ġew inkorporati fil-liġi Komunitarja permezz ta' regolamenti li jirrelataw mal-miżuri tekniċi u ta' kontroll imfassla biex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-miżuri ta' konservazzjoni tan-NAFO. Wieħed għandu jenfasizza li r-regolament l-iktar reċenti huwa tas-sena 2000, għalkemm ċerti miżuri li ġew adottati wara min-NAFO ġew inkorporati fil-liġi Komunitarja permezz tar-regolament annwali rigward it-TACs u l-kwoti.
Waqt il-25 laqgħa (li saret f'Settembru 2003 bil-għan li jiġu simplifikati u konsolidati d-dispożizzjonijiet attwali) il-korpi governattivi tan-NAFO rrevedew u adottaw miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar applikabbli għal bastimenti tas-sajd li joperaw barra miż-żoni taħt il-ġurisidizzjoni nazzjonali tal-partijiet kontraenti.
L-għan ta' din il-proposta huwa li jiġi żgurat li l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li daħlu fis-seħħ f'Jannar 2004 u li jorbtu lill-Komunità jiġu implimentati b'mod effettiv u sabiex jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet li daħlu fis-seħħ meta ġew adottati regolamenti preċedenti. Għal dan il-għan jeħtieġ li jiġu revokati ir-regolamenti preċedenti u jinbidlu ma' regolament wieħed fil-forma tal-proposta attwali, li tiġbor flimkien u tissupplimenta d-dispożizzjonijiet kollha applikabbli għal attivitajiet tas-sajd li joriġinaw mill-obbligi tal-Komunità bħala parti kontraenti tan-NAFO.
Il-miżuri tekniċi jinkludi dispożizzjonijiet relatati mad-daqs minimu ta' ħut u ta' malji, rekwiżiti relatati mal-ġbir ta' dejta u dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għas-sajd tal-gambli.
Il-miżuri ta' kontroll jinkludu t-twaqqif ta' sistema bis-satellita għal-lokalizzazzjoni ta' bastimenti u li dawn jitħallew ikollhom abbord osservaturi imparzjali.
Il-miżuri ta' superviżjoni u ta' spezzjoni jinkludu l-obbligu li l-partijiet kontraenti jaċċettaw skema konġunta għall-ispezzjoni fil-baħar li tinkludi l-proċedutri li huma mistennija jimplimentaw għal kontra l-vjolazzjoniijiet.
Il-proposta tinkludi wkoll miżuri sabiex jippromwovu konformità mar-regoli tan-NAFO minn bastimenti li joperaw fl-ibħra tan-NAFO li huma ta' partijiet li m'humiex kontraenti u li l-attivitajiet tas-sajd tagħhom jitqiesu bħala attivitajiet INN.
Proposti tar-Rapporteur
Kif mistenni, ir-rapporteur jinkorpora taħt forma ta' emendi l-iżviluppi kollha li jkun hemm wara t-tfassil tat-test tal-Kummissjoni li minħabba skedar ma jidhrux fil-proposta - jiġifieri d-dispożizzjonijiet fir-regolament l-iktar reċenti dwar it-TACs u l-kwoti, i.e Ir-Regolament (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistipula l-opportunitajiet għas-sajd għall-2007 u kundizzjonijiet assoċjati ma' ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħut applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u għal bastimenti tal-Komunità, fl-ilmijiet fejn huma stipulati limitazzjonijiet fuq il-qbid. Dan ir-Regolament jinkorpora l-miżuri preskrittivi adottati fl-aħħar laqgħa annwali tan-NAFO ta' Settembru 2006. Fost dawn il-miżuri, li huma maħsuba biex jipprovdu aktar protezzjoni għall-ambjenti ta' abitazzjoni fil-baħar fond, miżuri dwar żoni fejn hemm il-qroll u għoljiet f'qiegħ il-baħar (seamounts) u miżuri biex isaħħu l-proċeduri kontra vjolazzjonijiet li jinkludu b'mod partikulari:
- miżuri għall-monitoraġġ ta' vjolazzjonijiet u sabiex ikun żgurat li jiġu applikati s-sanzjonijiet;
- dispożizzjonijiet speċjali relatati mar-'redfish';
- il-projbizzjoni f'ċerti żoni ta' sajd b'irkaptu għall-baħar fond.
Osservazzjonijiet tar-Rapporteur
Il-proċess attwali tat-traspożizzjoni għal liġi Komunitarja tad-deċiżjonijiet adottati fi ħdan organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd (RFOs) jimxi bil-mod u huwa kumpless u jeħtieġ sforz kbir mill-amminstrazzjoni Komunitarja li mhux dejjem ikollha disponibbli ammont xieraq ta' riżorsi umani.
Il-fatt hu li waqt il-proċedura, isiru ta' spiss laqgħat ta' l-RFOs fejn jiġi adottati dispożizzjonijiet ġodda li jirrikjedu li jinbdew negozjati ġodda.
Għalhekk, ir-rapporteur jaħseb li jeħtieġ b'urġenza li tinbeda diskussjoni dwar l-aħjar mod kif wieħed jista' jsolvi din il-problema.
* Stabilita fl-1978, in-NAFO hija organizzazzjoni intergovernattiva li tipprovdi qafas għal koperazzjoni reġjonali sabiex tippromwovi tmexxija razzjonali u l-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd fl-ibħra ta' l-Atlantiku tal-Majjistral.
Din għandha 12-il membru, li huma: l-UE, Franza (li tirrappreżenta St Pierre et Miquelon), il-Federazzjoni Russa, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Kanada, Kuba, id-Danimarka (għall-gżejjer tal-Faroe u l-Grinlandja), in-Norveġja, l-Iżlanda, l-Ukrajna u l-Istati Uniti. Il-Komunità ilha parti kontraenti tan-NAFO mill-1 ta' Jannar 1979.
In-NAFO torganizza Assemblea Ġenerali annwali fejn jattendu l-partijiet kontraenti. L-UE hija rappreżentata mill-Kummissjoni, li tinnegozja f'isem l-Istati Membri ta' l-UE.
L-Istati Membri ta' l-UE li joperaw bastimenti tas-sajd fis-settur konċernat huma:
|
Stati Membri |
Spanja |
Franza |
Ġermanja |
Danimarka |
Portugall |
Estonja |
Latvija |
Litwanja |
Polonja |
Renju Unit |
|
|
Nru ta' bastimenti |
36 |
- |
1-5 |
1-2 |
12 |
9 |
3 |
3 |
1 |
- |
|
PROĊEDURA
|
Titolu |
Miżuri ta’ konservazzjoni u nfurzar applikabbli fil-Qasam Regolatorju ta’ l-Organizzazzjoni tas-Sajd ta’ l-Atlantiku tal-Majjistral |
|||||||
|
Referenzi |
COM(2006)0609 - C6-0403/2006 - 2006/0200(CNS) |
|||||||
|
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
9.11.2006 |
|||||||
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
PECH 29.11.2006 |
|||||||
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 29.11.2006 |
|
|
|
||||
|
Opinjoni mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ENVI 28.11.2006 |
|
|
|
||||
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Luis Manuel Capoulas Santos 21.11.2006 |
|
|
|||||
|
Diskussjoni fil-kumitat |
22.3.2007 |
|
|
|
||||
|
Data ta’ l-adozzjoni |
3.5.2007 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-vot finali |
+: –: 0: |
16 0 2 |
||||||
|
Membri preżenti għall-vot finali |
Stavros Arnaoutakis, Marie-Hélène Aubert, Iles Braghetto, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, David Casa, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Carmen Fraga Estévez, Ioannis Gklavakis, Alfred Gomolka, Hélène Goudin, Heinz Kindermann, Philippe Morillon, Seán Ó Neachtain, Struan Stevenson, Daniel Varela Suanzes-Carpegna |
|||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-vot finali |
Thomas Wise |
|||||||
|
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali |
Iratxe García Pérez |
|||||||
|
Data tat-tressiq |
7.5.2007 |
|||||||