RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-enzimi ta’ l-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE

11.5.2007 - (COM(2006)0425 – C6‑0257/2006 – 2006/0144(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Avril Doyle

Proċedura : 2006/0144(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0177/2007

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-enzimi ta’ l-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE

(COM(2006)0425 – C6‑0257/2006 – 2006/0144(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0425)[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 37 u 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0257/2006),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi leġali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6‑0177/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha ma' test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emendi tal-Parlament

Emenda 1

ĊITAZZJONI 1

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l- Artikoli 37 u 95 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 95 u 153 tiegħu,

Ġustifikazzjoni

L-użu ta' l-enzimi fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni agrikola huwa biss aspett minuri ħafna tar-regolament propost. Għalhekk, l-Artikolu 37 m'għandux jintuża bħala bażi legali.

Il-proposta timmira lejn livell għoli ta’ ħarsien għall-konsumatur, li għandha jintlaħaq billi jiġu armonizzati r-regolamenti ta' l-Istati Membri fi ħdan is-suq intern. Għalhekk, l-Artikolu 153 għandu jintuża bħala bażi legali.

Emenda 2

PREMESSA 3

(3) L-enzimi, għajr għal dawk li jintużaw bħala addittivi ta’ l-ikel, bħalissa mhumiex irregolati jew huma rregolati bħala għajnuniet għall-ipproċessar taħt il-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri. Id-differenzi bejn il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali dwar il-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ l-enzimi ta’ l-ikel jistgħu jfixklu l-moviment liberu tagħhom, waqt li jinħolqu kondizzjonijiet għal kompetizzjoni inegwali u inġusta. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu adottati regoli Komunitarji li jarmonizzaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-użu ta’ l-enzimi ta’ l-ikel.

(3) L-enzimi, għajr għal dawk li jintużaw bħala addittivi ta’ l-ikel, bħalissa mhumiex irregolati jew huma rregolati bħala għajnuniet għall-ipproċessar taħt il-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri. Id-differenzi bejn il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali dwar il-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ l-enzimi ta’ l-ikel ifixklu l-moviment ħieles tagħhom, waqt li jinħolqu kundizzjonijiet għal kompetizzjoni inugwali u inġusta. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu adottati regoli Komunitarji li jarmonizzaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-użu ta’ l-enzimi ta’ l-ikel.

Ġustifikazzjoni

Ċarezza legali: Hemm bżonn ta' regoli armonizzati fis-suq intern. Dan isaħħaħ il-bażi legali ta' l-Artikolu 95 (suq intern) ta' din il-proposta.

Emenda 3

PREMESSA 4

(4) Dan ir-Regolament għandu jkopri biss l-enzimi li jiġu miżjuda ma’ l-ikel biex iwettqu funzjoni teknoloġika fil-manifattura, fl-ipproċessar, fil-preparazzjoni, fit-trattament, fl-ippakkjar, fit-trasport jew fil-ħażna ta’ ikel bħal dan, inklużi l-enzimi li jintużaw bħala għajnuniet għall-ipproċessar (‘enzimi ta’ l-ikel’). L-ambitu ta’ dan ir-Regolament, għalhekk, m’għandux jestendi għal enzimi li ma jiġux miżjuda ma’ l-ikel biex iwettqu funzjoni teknoloġika iżda li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem, bħall-enzimi bi skopijiet nutrizzjonali. Il-kulturi tal-mikrobi li tradizzjonalment jintużaw fil-produzzjoni ta’ ikel bħall-ġobon u l-inbid, u li jista’ jkun fihom l-enzimi iżda li ma jintużawx speċifikament biex jipproduċuhom, m’għandhomx jitqiesu bħala enzimi ta’ l-ikel.

(4) Dan ir-Regolament għandu jkopri biss l-enzimi li jiġu miżjuda ma’ l-ikel biex iwettqu funzjoni teknoloġika fil-manifattura, fl-ipproċessar, fil-preparazzjoni, fit-trattament, fl-ippakkjar, fit-trasport jew fil-ħażna ta’ ikel bħal dan, inklużi l-enzimi li jintużaw bħala għajnuniet għall-ipproċessar (‘enzimi ta’ l-ikel’). L-ambitu ta’ dan ir-Regolament, għalhekk, m’għandux jestendi għal enzimi li ma jiġux miżjuda ma’ l-ikel biex iwettqu funzjoni teknoloġika iżda li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem, bħall-enzimi bi skopijiet nutrittivi jew diġestivi. Il-kulturi tal-mikrobi li tradizzjonalment jintużaw fil-produzzjoni ta’ ikel bħall-ġobon u l-inbid, u li jista’ jkun fihom l-enzimi iżda li ma jintużawx speċifikament biex jipproduċuhom, m’għandhomx jitqiesu bħala enzimi ta’ l-ikel.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun iċċarat li l-ambitu ta’ dan ir-Regolament m’għandux ikopri l-enzimi maħsuba għall-konsum mill-bniedem bħal m’huma l-enzimi għal skopijiet nutrittivi jew enzimi użati bħala għajnuniet diġestivi.

Emenda 4

PREMESSA 6

(6) L-enzimi ta’ l-ikel għandhom ikunu approvati u użati biss jekk jissodisfaw il-kriterji li ġew stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-enzimi ta’ l-ikel għandhom ikunu bla periklu meta jintużaw, għandu jkun hemm ħtieġa teknoloġika għall-użu tagħhom, u l-użu tagħhom m’għandux jiżgwida lill-konsumatur.

(6) L-enzimi ta’ l-ikel għandhom ikunu approvati u użati biss jekk jissodisfaw il-kriterji li ġew stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-enzimi ta’ l-ikel iridu jkunu mingħajr periklu meta jintużaw, irid ikun hemm ħtieġa teknoloġika għall-użu tagħhom, l-użu tagħhom ma jridx jiżgwida lill-konsumatur, u l-użu tagħhom irid ikun ta’ benefiċċju għall-konsumatur. Il-każijiet fejn il-konsumatur huwa żgwidat jinkludu, iżda m’humiex limitati għal, kwistjonijiet relatati man-natura tal-prodott, ma' kemm hu frisk il-prodott, mal-kwalità ta' l-ingredjenti użati, ma' kemm hu naturali l-prodott jew tal-proċess tal-produzzjoni jew mal-kwalità nutrittiva tal-prodott.

Ġustifikazzjoni

Dan huwa meħtieġ sabiex ikun hemm fehim komuni mtejjeb tat-tifsira tal-frażi "il-konsumatur jiġi żgwidat".

Emenda 5

PREMESSA 8

(8) L-enzimi ta’ l-ikel li l-użu tagħhom huwa permess fil-Komunità għandhom jidhru f’lista Komunitarja li għandha tiddeskrivi l-enzimi b’mod ċar, tispeċifika kwalunkwe kondizzjoni li tirregola l-użu tagħhom u tkun supplimentata bl-ispeċifikazzjonijiet, b’mod partikolari dwar l-oriġini tagħhom u dwar il-kriterji ta’ purità. Fejn l-enzima ta’ l-ikel ikun fiha jew tikkonsisti minn organiżmu modifikat ġenetikament (“GMO”) fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u t-tikkettar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti ta’ l-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE, l-identifikatur uniku assenjat lill-GMO taħt dak ir-Regolament għandu wkoll jiġi inkluż fl-ispeċifikazzjonijiet.

(8) L-enzimi ta’ l-ikel li l-użu tagħhom huwa permess fil-Komunità għandhom jidhru f’lista Komunitarja li għandha tiddeskrivi l-enzimi b’mod ċar, tispeċifika kwalunkwe kondizzjoni li tirregola l-użu tagħhom u tkun supplimentata bl-ispeċifikazzjonijiet, b’mod partikolari dwar l-oriġini tagħhom u dwar il-kriterji ta’ purità. Fejn l-enzima ta’ l-ikel tkun idderivata minn organiżmu modifikat ġenetikament (“GMO”) fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u t-tikkettar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta’ prodotti ta’ l-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE, l-identifikatur uniku assenjat lill-GMO taħt dak ir-Regolament għandu wkoll jiġi inkluż fl-ispeċifikazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

It-test fil-proposta tal-Kummissjoni jagħti idea żbaljata. L-organiżmi mmodifikati ġenetikament ma jistgħux ikunu enzimi huma nfushom, iżda jistgħu jintużaw sabiex tiġi prodotta enzima.

Emenda 6

PREMESSA 9

(9) Biex ikun hemm armonizzazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju ta’ l-enzimi ta’ l-ikel u l-inklużjoni tagħhom fil-lista Komunitarja għandhom isiru skond il-proċedura stabbilita fir-Regolament (KE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, għall-enzimi ta’ l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel.

(9) Bil-għan li jkun hemm armonizzazzjoni, l-evalwazzjoni tar-riskju ta’ l-enzimi ta’ l-ikel u l-inklużjoni tagħhom fil-lista Komunitarja għandhom isiru skond il-prinċipju ta' prekawzjoni u skond il-proċedura stabbilita fir-Regolament (KE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, għall-enzimi ta’ l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel.

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju ta' prekawzjoni għandu jkun fiċ-ċentru ta' l-evalwazzjoni tar-riskju ta' l-enzimi ta' l-ikel.

Emenda 7

PREMESSA 11

(11) Enzima ta’ l-ikel li taqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament għandha tiġi awtorizzata skond dak ir-Regolament, qabel l-approvazzjoni tagħha taħt dan ir-Regolament.

(11) Enzima ta’ l-ikel ġejja minn organiżmu li taqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament għandha tiġi awtorizzata skond dak ir-Regolament, qabel jew fl-istess ħin ma' l-awtorizzazzjoni taħt dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

L-idea kienet li, skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tkun adottata proċedura ta' 'bieb wieħed, ċavetta waħda' għall-awtorizzazzjoni ta' ikel u ta' ingredjenti ta' l-ikel immodifikati ġenetikament. The requirement for a GM derived food enzyme to be authorised in accordance with 1829/2003 before it may be assessed for inclusion in the Community list of the proposed food enzymes Regulation appears to go against this approach and may result in the enzyme having to undergo two separate authorisation procedures. While in practice EFSA may look at a GMO-derived enzyme in light of both pieces of legislation, in accordance with good administrative practice, it is better to make this clear from the outset.

Emenda 8

PREMESSA 14

(14) Biex ikunu żgurati kondizzjonijiet ġusti u ugwali għall-applikanti kollha, il-lista Komunitarja għandha tkun ikkompilata f’darba. Dik il-lista għandha tiġi stabbilita wara li tkun ġiet sottomessa l-valutazzjoni tar-riskju ta’ l-enzimi ta’ l-ikel kollha li matul il-perjodu inizjali ta’ sentejn tkun ġiet sottomessa biżżejjed informazzjoni dwarhom.

(14) Biex ikunu żgurati kondizzjonijiet ġusti u ugwali għall-applikanti kollha, il-lista Komunitarja għandha tkun ikkompilata f’darba. Dik il-lista għandha tiġi stabbilita wara li tkun ġiet sottomessa l-evalwazzjoni tar-riskju ta’ l-enzimi ta’ l-ikel kollha li matul il-perjodu inizjali ta’ sentejn tkun ġiet sottomessa biżżejjed informazzjoni dwarhom. Madankollu, l-opinjonijiet ta' l-Awtorità għandhom ikunu ppublikati hekk kif titlesta l-evalwazzjoni xjentifika.

 

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun iċċarat li "approċċ ta’ pass wieħed" ma jittardjax il-pubblikazzjoni ta' l-evalwazzjoni tar-riskju għall-enzimi individwali.

Emenda 9

PREMESSA 19

(19) L-enzimi ta’ l-ikel għandhom jinżammu taħt osservazzjoni kontinwa u għandhom ikunu evalwati mill-ġdid kulmeta jkun meħtieġ fid-dawl ta’ kondizzjonijiet li jinbidlu li jirregolaw l-użu tagħhom u fid-dawl ta’ informazzjoni xjentifika ġdida.

(19) L-enzimi ta’ l-ikel għandhom jinżammu taħt osservazzjoni kontinwa u għandhom ikunu evalwati mill-ġdid kulmeta jkun meħtieġ fid-dawl ta’ kondizzjonijiet li jinbidlu li jirregolaw l-użu tagħhom u fid-dawl ta’ informazzjoni xjentifika ġdida. Madankollu għandha ssir evalwazzjoni xjentifika ġdida u klassifikazzjoni mill-anqas kull għaxar snin.

Emenda 10

PREMESSA 20

(20) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprevedi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni1.

(20) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprevedi l-proċeduri għall-eżerċitar tas-setgħat ta' implimentazzjoni tal-poteri konferiti fuq il-Kummissjoni1.

ĠU L 184, 16.6.2001, p. 23.

ĠU L 184, 16.6.2001, p. 23. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p.1)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex it-test jiġi konformi mad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni ta’ komitoloġija l-ġdida.

Emenda 11

ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 2 , PUNT (C A)ġdid

 

(ca) għajnuniet diġestivi;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika legali. Għandu jkun ċar li, kif tgħid il-Premessa 4, dan ir-Regolament għandu jkopri biss l-enzimi li jiġu miżjuda ma’ l-ikel sabiex jaqdu funzjoni teknoloġika u mhux enzimi maħsuba għall-konsum mill-bniedem, bħal m’huma l-enzimi għal għajnuniet diġestivi.

Emenda 12

ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 4

4. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal kolturi tal-mikrobi li jintużaw tradizzjonalment fil-produzzjoni ta’ l-ikel u li jista’ jkun fihom l-enzimi iżda li ma jintużawx speċifikament biex jipproduċuhom.

4. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal:

(a) il-kulturi ta' mikrobi tradizzjonalment użati fil-produzzjoni ta' l-ikel u li jistgħu, jipproduċu b'mod inċidentali, enzimi imma li mhumiex speċifikament użati sabiex jipproduċuhom;

(b) l-enzimi maħsuba għall-konsum dirett milll-bniedem, bħall-enzimi għal skopijiet nutrittivi jew l-enzimi wżati bħala għajnuniet diġestivi.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni kkonfermat li l-ambitu ta’ dan ir-Regolament m’għandux japplika għal enzimi maħsuba għall-konsum mill-bniedem bħall-enzimi għal skopijiet nutrittivi jew l-enzimi użati bħala għajnuniet diġestivi. Dan huwa kopert mill-Premessa 4 tal-proposta tal-Kummissjoni. Madankollu, sabiex dan ikun iċċarat, hemm bżonn ta' referenza fit-test prinċipali tar-regolament propost. L-Artikolu 2.4 huwa l-aktar wieħed xieraq biex fih issir tali referenza.

It-tħassir tal-kelma “tradizzjonalment” huwa kjarifika legali, peress li m’huwiex ċar xi tfisser.

Emenda 13

ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 5

5. Fejn ikun meħtieġ, skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 16(2), jista’ jiġi deċiż jekk sustanza taqax fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament jew le.

5. Fejn ikun meħtieġ, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 16(2a), jista’ jiġi deċiż jekk sustanza taqax fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament jew le.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex it-test jiġi konformi mad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni ta’ komitoloġija l-ġdida.

Emenda 14

ARTIKOLU 3, PARAGRAFU 2

Id-definizzjoni li ġejja għandha tapplika wkoll:

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

 

(1) ‘enzima’ tfisser kwalunkwe proteina li tkun ġejja mill-ħaxix, minn annimal jew minn mikrobi li jkunu kapaċi jikkatalizzaw reazzjoni bijokimika, mingħajr ma tbiddel l-istruttura tagħha fil-proċess; għall-għan ta' dan ir-Regolament, din id-definizzjoni għandha tinkludi wkoll "proenzimi", jiġifieri komposti li huma prekursuri inattivi jew kważi inattivi ta' l-enzimi u jistgħu jkunu konvertiti f'enzimi attivi jekk ikunu suġġetti għal bidla katalitika speċifika;

‘enzima ta’ l-ikel’ tfisser prodott miksub bl-estrazzjoni mill-pjanti jew mill-annimali jew bi proċess ta’ fermentazzjoni billi jintużaw il-mikroorganiżmi:

(2) ‘enzima ta’ l-ikel’ tfisser prodott miksub bl-estrazzjoni mill-pjanti, mill-annimali, mill-mikroorganiżmi jew minn prodotti tagħhom, jew bi proċess ta’ fermentazzjoni billi jintużaw il-mikroorganiżmi:

(a)       li jkun fihom enzima waħda jew aktar li kapaċi li tikkatalizza reazzjoni bijokimika speċifika; u

(a)       li jkun fihom enzima waħda jew aktar li kapaċi li tikkatalizza reazzjoni bijokimika speċifika; u

(b)       miżjuda ma’ l-ikel li jwettqu funzjoni teknoloġika fil-manifattura, fl-ipproċessar, fil-preparazzjoni, fit-trattament, fl-ippakkjar, fit-trasport jew fil-ħażna ta’ l-ikel.

(b)       miżjuda ma’ l-ikel li jwettqu funzjoni teknoloġika fil-manifattura, fl-ipproċessar, fil-preparazzjoni, fit-trattament, fl-ippakkjar, fit-trasport jew fil-ħażna ta’ l-ikel;

 

(3) 'preparazzjoni ta' enzima ta' l-ikel' tfisser formulazzjoni li tikkonsisti minn enzima ta' l-ikel jew aktar, fejn sustanzi bħall-addittivi ta' l-ikel u/jew ingredjenti oħra ta' l-ikel huma inkorporati sabiex jiffaċilitaw il-ħażna, il-bejgħ, l-istandardazzjoni, is-sustanza dilwita jew it-taħlil tagħhom.

 

(4) 'manifatturati mill-GMOs' tfisser ġejjin mill-użu ta' GMO bħala l-aħħar organiżmu ħaj fil-proċess ta' produzzjoni, imma li ma fihomx jew li ma jikkonsistux minn GMO u lanqas manifatturat mill-GMOs;

 

(5 )'quantum satis' tfisser1 li mhux speċifiat livell massimu. Madankollu, l-addittivi għandhom jintużaw skond prattika tajba tal-manifattura, f'dożi li ma jkunux ogħla milli jkun meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan maħsub u sakemm il-konsumatur ma jkunx żgwidat1.

 

___________________

Test mill-Artikolu 2(5) tad-Directtiva 94/35/KE (sustanzi li jagħtu ħlewwa)

Ġustifikazzjoni

Jista’ jkun hemm perċezzjonijiet differenti ta’ dak li wieħed irid ifisser bit-terminu ‘enzima’. F’ċerti każijiet it-terminu huwa użat sabiex jiddeskrivi l-proteina ta’ l-enzima pura, filwaqt li f’oħrajn huwa użat sabiex jiddeskrivi l-prodott miksub permezz ta’ l-estrazzjoni jew fermentazzjoni li ma jinkludix biss il-proteina ta’ l-enzima, iżda wkoll xi residwi mill-proċess. Finalment, it-terminu enzima jista’ jintuża wkoll sabiex jiddeskrivi l-prodott li jkun lest għall-bejgħ li miegħu jkunu ġew miżjuda ingredjenti oħra. Għall-iskop taċ-ċertezza legali u l-korrettezza xjentifika, hemm bżonn ta’ definizzjonijiet separati sabiex issir distinzjoni bejn dawn it-tliet sitwazzjonijiet.

Dan huwa meħtieġ minħabba l-kompletezza sabiex tkun koperta l-possibilità ta' l-użu tal-proenzimi, li mhumiex enzimi imma prekursuri ta' l-enzimi, fil-preparazzjoni ta' l-ikel.

Dan ir-regolament għandu jkun konsistenti mad-definizzjonijiet tal-GMO wżati f'leġiżlazzjoni relevanti oħra sabiex ma jkunx hemm konfużjoni tat-terminoloġija.

Quantum satis: Definizzjoni għal 'quantum satis', imsemmija fl-Artikolu 12(f), għandha tiġi inkluża f'dan l-Artikolu flimkien mad-definizzjonijiet l-oħra.

Emenda 15

ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 1 A (ĠDID)

L-ebda persuna m'għandha tpoġġi fis-suq enzima ta' l-ikel jew kwalunkwe ikel li fih tali enzima ta' l-ikel jekk l-użu ta' l-enzima ta' l-ikel ma jikkonformax ma' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Dan il-punt il-ġdid jiżgura li l-enzimi eliġibbli kollha ta' l-ikel ikunu koperti minn dan ir-Regolament.

Emenda 16

ARTIKOLU 5

Enzima ta’ l-ikel tista’ tiġi inkluża fil-lista Komunitarja biss jekk tilħaq il-kondizzjonijiet li ġejjin:

Enzima ta’ l-ikel tista’ tiġi inkluża fil-lista Komunitarja biss jekk tilħaq il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) fuq il-bażi ta’ l-evidenza xjentifika disponibbli, ma joħloqx inkwiet għas-sigurtà tas-saħħa tal-konsumatur fuq il-livell ta’ l-użu propost;

(a) fuq il-bażi ta’ l-evidenza xjentifika disponibbli u tal-prinċipju ta' prekawzjoni, ma joħloqx inkwiet għas-sigurtà tas-saħħa tal-konsumatur fuq il-livell ta’ l-użu propost;

(b) hemm ħtieġa teknoloġika raġonevoli;

(b) hemm ħtieġa teknoloġika raġonevoli;

(c) l-użu tagħha ma jiżgwidax lill-konsumatur.

(c) l-użu tagħha ma jiżgwidax lill-konsumatur; Il-każijiet fejn il-konsumatur huwa żgwidat jinkludu, fost oħrajn, kwistjonijiet marbuta man-natura ta’ l-ingredjenti użati, ma' kemm huma friski u l-kwalità tagħhom, ma' kemm hu naturali l-prodott jew kemm hu naturali l-proċess tal-produzzjoni, il-kwalità nutrittiva tal-prodott jew il-kontenut ta’ frott u ħaxix;

 

(ca) l-użu tagħha għandu benefiċċju ċar għall-konsumatur.

Ġustifikazzjoni

Bħal fil-leġiżlazzjoni attwali dwar l-addittivi fl-ikel, benefiċċju ċar għall-konsumatur għandu jkun ir-rekwiżit ċentrali fil-proċess ta' awtorizzazzjoni għal enzimi ta' l-ikel.

Għandu jkun hemm fehim komuni mtejjeb tat-tifsira tal-frażi 'il-konsumatur jiġi żgwidat'.

Emenda 17

ARTIKOLU 6, PARAGRAFU 2 , PUNT (A)

(a) l-isem ta’ l-enzima ta’ l-ikel;

(a) id-definizzjoni ta’ l-enzima ta’ l-ikel, inklużi l-isem komuni jew irrakkomandat tagħha, l-isem sistematiku tagħha jew sinonimi tiegħu, jekk hu possibbli skond in-nomenklatura ta’ l-Għaqda Internazzjonali tal-Bijokimika u l-Bijoloġija Molekulari u, fil-każ ta’ enzimi kumplessi, magħżulin fuq il-bażi ta’ l-attività ta’ l-enzima li tiddetermina l-funzjoni ta’ l-enzima;

Ġustifikazzjoni

Jekk inhu possibbli, gaħndu jintuża l-aktar isem ta’ enzima korrett, ibbażat fuq in-Nomenklatura ta’ l-Għaqda Internazzjonali tal-Bijokimika (IUB). Fil-każijiet fejn hemm enzimi kumplessi, l-isem għandu jkun ibbażat fuq l-attività ta’ l-enzima (il-prinċipju attiv) li qed teżerċita l-funzjonalità ta’ l-ipproċessar ta’ l-ikel.

Emenda 18

ARTIKOLU 6, PARAGRAFU 2, PUNT (B)

(b) l-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-enzima ta’ l-ikel, li jinkludu l-oriġini tagħha, il-kriterji ta’ purità u kwalunkwe informazzjoni meħtieġa oħra; fejn l-enzima ta’ l-ikel taqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, fl-ispeċifikazzjonijiet għandha tiġi inkluża referenza għall-identifikatur uniku li jkun attribwit għall-organiżmu modifikat ġenetikament skond dak ir-Regolament;

(b) l-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-enzima ta’ l-ikel, li jinkludu l-oriġini tagħha, il-kriterji ta’ purità u kwalunkwe informazzjoni meħtieġa oħra; fejn l-enzima ta’ l-ikel tinkiseb minn organiżmu li jaqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, fl-ispeċifikazzjonijiet għandha tiġi inkluża referenza għall-identifikatur uniku li jkun attribwit għall-organiżmu modifikat ġenetikament skond dak ir-Regolament;

Ġustifikazzjoni

L-idea kienet li, skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tkun adottata proċedura ta' 'bieb wieħed, ċavetta waħda' għall-awtorizzazzjoni ta' ikel u ta' ingredjenti ta' l-ikel immodifikati ġenetikament. Ir-rekwiżit li enzima ta’ l-ikel idderivata minn organiżmu mmodifikata ġenetikament (GMO) tiġi awtorizzata skond ir-Regolament 1829/2003 qabel ma tista’ tiġi evalwata sabiex tkun inkluża fil-lista Komunitarja tar-Regolament propost dwar l-enzimi ta’ l-ikel, jidher li jmur kontra dan l-approċċ u jista' jwassal biex l-enzima jkollha tgħaddi minn żewġ proċeduri separati ta' awtorizzazzjoni. Filwaqt li fil-prattika l-EFSA tista’ tħares lejn enzima li tkun ġejja minn organiżmu mmodifikat ġenetikament (GMO) fid-dawl taż-żewġ bċejjeċ ta’ leġiżlazzjoni, f’konformità ma' prattika amministrattiva tajba, ikun aħjar li dan ikun spjegat b'mod ċar mill-bidu nett.

Emenda 19

ARTIKOLU 6, PARAGRAFU 2, PUNTI (C) SA (F)

(c) jekk ikun meħtieġ, l-ikel li miegħu tista’ tiġi miżjuda l-enzima ta’ l-ikel;

(b) l-ikel li miegħu tista’ tiġi miżjuda l-enzima ta’ l-ikel;

(d) jekk ikun meħtieġ, il-kondizzjonijiet li fihom tista’ tintuża l-enzima ta’ l-ikel;

(d) il-kondizzjonijiet li fihom tista’ tintuża l-enzima ta’ l-ikel;

(e) jekk ikun xieraq, jekk hemmx kwalunkwe restrizzjoni fuq il-bejgħ ta’ l-enzima ta’ l-ikel direttament lill-konsumatur jew le;

(e) jekk ikun xieraq, jekk hemmx kwalunkwe restrizzjoni fuq il-bejgħ ta’ l-enzima ta’ l-ikel direttament lill-konsumatur jew le;

(f) fejn ikun meħtieġ, ir-rekwiżiti speċifiċi fejn għandu x’jaqsam l-ittikkettar ta’ l-ikel li fih intużaw l-enzimi ta’ l-ikel sabiex ikun żgurat li l-konsumatur finali jkun informat dwar il-kondizzjoni fiżika ta’ l-ikel jew dwar it-trattament speċifiku li jkun għadda minnu.

(f) rekwiżiti speċifiċi fejn għandu x’jaqsam l-ittikkettar ta’ l-ikel li fih intużaw l-enzimi ta’ l-ikel sabiex ikun żgurat li l-konsumatur finali jkun informat dwar il-kondizzjoni fiżika ta’ l-ikel jew dwar it-trattament speċifiku li jkun għadda minnu.

Ġustifikazzjoni

L-awtorizzazzjoni ta' enzima ta' l-ikel għandha tispeċifika l-kundizzjonijiet kollha ta' l-użu u r-rekwiżiti ta' l-ittikkettar. Għalhekk dan il-paragrafu għandu jiġi ċċarat.

Emenda 20

ARTIKOLU 7

L-inkluzjoni ta’ enzimi modifikati ġenetikament fil-lista Komunitarja

L-inklużjoni ta’ enzimi dderivati minn organiżmi modifikati ġenetikament (GMOs) fil-lista Komunitarja

Enzima ta’ l-ikel li taqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tista’ tkun inkluża fil-lista Komunitarja biss wara li tkun ġiet awtorizzata skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament.

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, enzima ta’ l-ikel ġejja minn organiżmu li taqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tista’ tkun inkluża fil-lista Komunitarja biss meta tkun ġiet awtorizzata skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

L-idea kienet li, skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tkun adottata proċedura ta' 'bieb wieħed, ċavetta waħda' għall-awtorizzazzjoni ta' ikel u ta' ingredjenti ta' l-ikel immodifikati ġenetikament. Ir-rekwiżit li enzima ta’ l-ikel idderivata minn organiżmu mmodifikata ġenetikament (GMO) tiġi awtorizzata skond ir-Regolament 1829/2003 qabel ma tista’ tiġi evalwata sabiex tkun inkluża fil-lista Komunitarja tar-Regolament propost dwar l-enzimi ta’ l-ikel, jidher li jmur kontra dan l-approċċ u jista' jwassal biex l-enzima jkollha tgħaddi minn żewġ proċeduri separati ta' awtorizzazzjoni. Filwaqt li fil-prattika l-EFSA tista’ tħares lejn enzima li tkun ġejja minn organiżmu mmodifikat ġenetikament (GMO) fid-dawl taż-żewġ bċejjeċ ta’ leġiżlazzjoni, f’konformità ma' prattika amministrattiva tajba, ikun aħjar li dan ikun spjegat b'mod ċar mill-bidu nett.

Emenda 21

ARTIKOLU 8

L-enzimi ta’ l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali, kemm jekk jinbiegħu waħda waħda jew imħalltin ma’ xulxin u/jew ma’ ingredjenti kif iddefinit fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2000/13/KE, jistgħu jitqiegħdu fuq is-suq biss fejn l-ippakkjar jew il-kontenituri ikollhom fuqhom l-informazzjoni provdut fl-Artikoli 9 sa 12 ta’ dan ir-Regolament, li trid tkun tidher sew, tinqara b’mod ċar u ma titħassarx.

1. L-enzimi ta’ l-ikel u l-preparazzjonijiet ta’ l-enzimi ta’ l-ikel li m’humiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari, kemm jekk jinbiegħu waħda waħda jew imħalltin ma’ xulxin, jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss fejn l-ippakkjar jew il-kontenituri jkollhom fuqhom l-informazzjoni li għaliha jaħseb dan l-Artikolu, li trid tkun tidher sew, tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

 

2. Il-pakketti jew il-kontenituri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

 

(a) l-isem li ġie stabbilit f'dan ir-Regolament u d-deskrizzjoni skond in-nomenklatura ta' l-Unjoni Internazzjonali tal-Bijokimika u l-Bijoloġija Molekolari; u

 

(b) deskrizzjoni ta' enzima ta' l-ikel li hija preċiża biżżejjed biex tiddistingwiha minn prodotti oħra li wieħed jista' jfixkilhom magħha.

 

Fejn l-enzimi ta’ l-ikel jew il-preparazzjonijiet ta’ enzima ta’ l-ikel jinbiegħu mħalltin ma’ xulxin, għandha tingħata l-informazzjoni provduta fil-punt (a) jew (b) fir-rigward ta’ kull enzima ta’ l-ikel, f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-persentaġġ tagħha skond il-piż tat-total;

 

(c) il-kwantità netta;

 

(d) id-data ta’ skadenza li warajha ma jkunx loku li jsir użu ta’ l-enzima ta’ l-ikel;

 

(a) id-dikjarazzjoni jew ‘għall-użu fl-ikel’ jew ‘użu ristrett fl-ikel’ jew referenza aktar speċifika għall-użu maħsub tagħha fl-ikel;

 

(b) jekk ikun meħtieġ, il-kundizzjonijiet speċjali tat-trasport, il-ħażna u ta’ l-użu;

 

3. Barra minn hekk, għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja, jew fuq il-pakkett jew fuq il-kontenitur, jew fid-dokumenti relatati mal-prodott li għandhom jingħataw mal-kunsinna jew qabel ma l-kunsinna tasal, bil-kundizzjoni li l-indikazzjoni “intenzjonat għall-manifattur ta’ l-ikel u mhux għall-bejgħ bl-imnut” tkun tidher fuq il-pakkett jew fuq il-kontenitur tal-prodott ikkonċernat:

 

(a) l-isem jew l-isem u l-indirizz tan-negozju tal-manifattur jew ta’ min jippakkja, jew tal-bejjiegħ stabbilit fil-Komunità;

 

(b) marka li tidentifika l-grupp jew il-lott;

 

(c) l-istruzzjonijiet għall-użu, jekk l-ommissjoni ta’ dawn tipprekludi l-użu xieraq ta’ l-enzima ta’ l-ikel;

 

(d) fejn applikabbli, informazzjoni suffiċjenti dwar il-kompożizzjoni ta’ l-enzima ta’ l-ikel jew tal-preparazzjoni ta’ l-enzima ta’ l-ikel sabiex tippermetti lill-utent jikkonforma ruħu mal-limitazzjonijiet kwantitattivi fl-ikel: il-limitu fuq il-kwantità għandu jkun espress jew numerikament jew skond il-prinċipju quantum satis; meta jiġu miżjuda l-enzimi ma' l-ikel, dan għandu jsir biss f'doża li hija strettament neċessarja sabiex jinkiseb il-għan li għalihom qed jintużaw. Dan għandu jimminimzza l-kwantità ta' l-enzimi inġestiti u jippermetti protezzjoni aħjar tal-gruppi sensittivi tal-popolazzjoni.

 

(e) informazzjoni suffiċjenti sabiex tippermetti lill-utent jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2000/13/KE, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet relatati ma’ l-ittikkettar ta’ l-allerġen.

 

(f) l-effetti sekondarji ta' l-użu tagħhom fi kwantitajiet eċċessivi.

 

4. Dan l-Artikolu għandu jkun bla ħsara għal liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijet amministrattivi iktar dettaljati jew iktar estensivi, rigward l-użin u l-kejl jew li japplikaw għall-preżentazzjoni, il-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u l-ittikkettar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi jew li japplikaw għat-trasport ta’ tali sustanzi.

 

5. L-informazzjoni li jipprovdi għaliha dan l-Artikolu għandha tingħata b’lingwa li tinftiehem faċilment mix-xerrejja. Fit-territorju tiegħu stess, l-Istat Membru li fih il-prodott ikun promoss kummerċjalment jista’ jistabbilixxi, skond ir-regoli tat-Trattat, li din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli, fuq talba, b’waħda jew iktar mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità, li trid tiġi deċiża minn dak l-Istat Membru. Din m’għandhiex tipprekludi tali informazzjoni milli tkun indikata f’diversi lingwi.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun simplifikat l-ittikkettar minn Negozju għal Negozju billi jinbidlu l-Artikoli 8, 9, 10, 12 u 14 b’Artikolu wieħed li jinkludi r-rekwiżiti kollha għall-ittikkettar ta’ l-enzimi ta’ l-ikel u l-preparazzjonijiet ta’ enzima ta’ l-ikel li ma jkunux għall-bejgħ lill-konsumatur finali. Dan itejjeb il-loġika tat-test u jagħmlu iktar faċli sabiex jinqara u jinftiehem.

L-ittikkettar maħsub għal utenti professjonali għandu jagħti informazzjoni preċiża dwar in-natura u l-attività ta' l-enzima. It is important for food producers to know the durability of food enzymes in order to ensure food safety. Il-kondizzjonijiet skond liema jiġu trasportati enzimi speċifiċi li huma sensittivi għal bdil fit-temperatura, fil-livelli ta' l-umdità, etc. jista' jkollhom effett fuq il-kwalità tal-prodott finali.

Informazzjoni dwar l-effetti ta' doża eċċessiva ta' enzimi tista' tipproteġi lill-konsumaturi minn mard li jista' jiġi evitat. Użu eċċessiv ta' l-enzimi huwa ta' ħsara għall-organiżmu tal-bniedem.

Emenda 22

ARTIKOLU 9

Artikolu 9

Ir-rekwiziti ta’ l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni ta’ l-enzimi ta’ l-ikel

imħassar

1. Fejn l-enzimi ta’ l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali jinbiegħu waħda waħda jew imħalltin ma’ xulxin, l-ippakkjar jew il-kontenituri tagħhom għandu jkollhom fuqhom l-informazzjoni li ġejja fejn għandha x’taqsam kull enzima ta’ l-ikel:

 

(a) l-isem li ġie stabbilit f’dan ir-Regolament; jew

 

(b) fin-nuqqas ta’ isem, kif jissemma fil-punt (a), deskrizzjoni ta’ l-enzima ta’ l-ikel li hija preċiża biżżejjed biex tiddistingwiha minn prodotti oħra li wieħed jista’ jfixkilhom magħha.

 

2. Fejn l-enzimi ta’ l-ikel jinbiegħu mħalltin ma’ xulxin, għandha tingħata l-informazzjoni provduta fil-paragrafu 1 fejn għandha x’taqsam kull enzima ta’ l-ikel, f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-persentaġġ tagħha skond il-piż tat-total.

 

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Artikolu 8 li fiha d-dispożizzjonijiet kollha msemmija hawn fuq għat-tikkettar ta' enzimi ta' l-ikel u ta' preparazzjonijiet ta' enzima ta' l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali.

Emenda 23

ARTIKOLU 10

Artikolu 10

imħassar

Ir-rekwiżiti ta’ l-informazzjoni fejn jiġu inkorporati sustanzi, materjali jew ingredjenti ta’ l-ikel oħra fl-enzimi ta’ l-ikel

 

 

Fejn jiġu inkorporati sustanzi, materjali jew ingredjenti ta’ l-ikel għajr l-enzimi ta’ l-ikel fl-enzimi ta’ l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali biex ikunu ffaċilitati l-ħażna, il-bejgħ, l-istandardizzazzjoni, id-dilwizzjoni jew it-taħlil tagħhom, l-ippakkjar, il-kontenituri jew id-dokumenti mehmuża ta’ l-enzimi ta’ l-ikel għandu jkollu fuqu l-informazzjoni provduta fl-Artikolu 9, u indikazzjoni ta’ kull komponent, f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-persentaġġ tiegħu skond il-piż tat-total.

 

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Artikolu 8 li fiha d-dispożizzjonijiet kollha msemmija hawn fuq għat-tikkettar ta' enzimi ta' l-ikel u ta' preparazzjonijiet ta' enzima ta' l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali.

Emenda 24

ARTIKOLU 11

Fejn l-enzimi ta’ l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali jiġu mħallta ma’ ingredjenti ta’ l-ikel oħra, l-ippakkjar jew il-kontenituri ta’ l-enzimi ta’ l-ikel għandu jkollu fuqu lista tal-komponenti kollha f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-persentaġġ tagħhom skond il-piż tat-total.

Fejn l-enzimi ta’ l-ikel jew il-preparazzjonijiet ta' enzima ta' l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali jiġu mħallta ma’ ingredjenti ta’ l-ikel oħra, l-ippakkjar jew il-kontenituri tal-prodott li jirriżulta mit-taħlita għandu jkollu fuqu lista tal-komponenti kollha f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-persentaġġ tagħhom skond il-piż tat-total.

Ġustifikazzjoni

Skond id-definizzjonijiet li jinsabu fl-emenda għall-Artikolu 3, enzima ta' l-ikel li hija mħallta ma' ingredjenti oħra ta' l-ikel hija ddefinita bħala preparazzjoni ta' enzima ta' l-ikel. It-terminu 'preparazzjoni ta' enzima ta' l-ikel' ikopri t-tifsira ta' l-Artikolu 10 - jiġifieri 'Ir-rekwiżiti ta’ l-informazzjoni fejn jiġu inkorporati sustanzi, materjali jew ingredjenti ta’ l-ikel oħra fl-enzimi ta’ l-ikel' - u għalhekk jelimina l-bżonn ta' żewġ artikoli separati. It-terminu “enzima ta' l-ikel” mhux korrett hawnhekk u jaf jagħti idea żbaljata; jekk enzimi ta' l-ikel jitħalltu ma' ingredjenti oħrajn, ma jistgħux jibqgħu jiġu deskritti bħala purament enzima ta' l-ikel. Il-'prodott li jirriżulta mit-taħlita' hija definizzjoni iktar preċiża.

Emenda 25

ARTIKOLU 12

Artikolu 12

Ir-rekwiżiti ġenerali ta’ l-informazzjoni għall-enzimi ta’ l-ikel

imħassar

1. L-ippakkjar jew il-kontenituri ta’ l-enzimi ta’ l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali għandu jkollu fuqu l-informazzjoni li ġejja:

 

(a) id-dikjarazzjoni jew ‘għall-użu ta’ l-ikel' jew id-dikjarazzjoni ‘użu ristrett ta’ l-ikel' jew referenza aktar speċifika dwar l-użu maħsub tagħha ta’ l-ikel;

 

(b) jekk ikun meħtieġ, il-kondizzjonijiet speċjali tal-ħażna u ta’ l-użu;

 

(c) l-istruzzjonijiet għall-użu, jekk l-ommissjoni ta’ dawn għandha tipprekludi l-użu xieraq ta’ l-enzima ta’ l-ikel;

 

(d) marka li tidentifika l-grupp jew il-lott;

 

(e) l-isem jew l-isem u l-indirizz kummerċjali tal-manifattur, ta’ min jippakkja jew tal-bejjiegħ;

 

fejn komponent ta’ l-enzima ta’ l-ikel huwa soġġett għal limitu fuq il-kwantità ta’ l-ikel, indikazzjoni tal-persentaġġ ta’ dak il-komponent ta’ l-enzima ta’ l-ikel jew informazzjoni biżżejjed dwar il-kompożizzjoni ta’ l-enzima ta’ l-ikel biex ix-xerrej ikun jista’ jiżgura l-konformità mal-limitu fuq il-kwantità ta’ l-ikel; fejn l-istess limitu fuq il-kwantità japplika għal grupp ta’ komponenti li jintużaw wieħed wieħed jew flimkien, il-persentaġġ kombinat jista’ jingħata bħala figura waħda; il-limitu fuq il-kwantità għandu jkun espress jew numerikament jew skond il-prinċipju quantum satis;

 

(g) il-kwantità netta;

 

(h) fejn ikun rilevanti, l-informazzjoni dwar enzima ta’ l-ikel jew sustanzi oħra kif jissemma fl-Artikoli 9, 10 u 11 tar-Regolament preżenti u elenkati fl-Anness IIIa għad-Direttiva 2000/13/KE.

 

2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-informazzjoni meħtieġa fil-punti (c) sa (f) u (h) ta’ dak il-paragrafu tista’ tidher biss fuq id-dokumenti li għandhom x’jaqsmu mal-kunsinna li għandhom jiġu provduti ma’ jew qabel il-kunsinna, sakemm l-indikazzjoni “maħsuba għall-manifattura ta’ l-ikel u mhux għall-bejgħ bl-imnut” tidher fuq parti li tidher sew tal-pakkett jew tal-kontenitur tal-prodott konċernat.

 

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Artikolu 8 li fiha d-dispożizzjonijiet kollha msemmija hawn fuq għat-tikkettar ta' enzimi ta' l-ikel u ta' preparazzjonijiet ta' enzima ta' l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali.

Emenda 26

ARTIKOLU 13, PARAGRAFU 1, PUNT (B)

(b) l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikoli 9, 10 u 11 u l-punti (a) sa (e), u (g) u (h) ta’ l-Artikolu 12(1).

(b) l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikoli 8 u 11.

Ġustifikazzjoni

Għall-ittikkettar ta' l-enzimi ta' l-ikel maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali, għandha tkun disponibbli l-informazzjoni kollha. B'mod speċjali, m'għandhomx ikunu esklużi, id-dispożizzjonijiet mill-Artikoli 8(3) punt (f) rigward il-kwantità massima ta' l-enzimi ta' l-ikel fil-prodott ta' l-ikel finali.

Emenda 27

TAQSIMA 3 U ARTIKOLU 14

SEZZJONI 3

REKWIŻITI OĦRAJN TA' L-ITTIKKETTAR

imħassra

Artikolu 14

Rekwiżiti oħrajn ta’ l-ittikkettar

 

1. L-Artikoli 8 sa 13 għandhom ikunu minghajr preġudizzju għal liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma aktar dettaljati jew aktar estensivi dwar il-piżijiet u l-qisien jew li japplikaw għall-preżentazzjoni, għall-klassifikazzjoni, għall-ippakkjar u għall-ittikkettar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, jew li japplikaw għat-trasport ta’ sustanzi bħal dawn.

 

2. L-informazzjoni provduta fl-Artikoli 8 sa 13 għandha tkun f’lingwa li tiftiehem faċilment mix-xerrejja.

 

Skond ir-regoli tat-Trattat, l-Istat Membru fejn il-prodott jitqiegħed fis-suq, fit-territorju tiegħu stess, jista’ jistipula li din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli f’waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali Komunitarji, li għandha tiġi ddeterminata minn dak l-Istat Membru.

 

L-ewwel u t-tieni sottoparagrafi ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx jipprekludu li informazzjoni bħal din tiġi indikata f’diversi lingwi.

 

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Artikolu 8 li fiha d-dispożizzjonijiet kollha msemmija hawn fuq għat-tikkettar ta' enzimi ta' l-ikel u ta' preparazzjonijiet ta' enzima ta' l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali.

Emenda 28

ARTIKOLU 16, PARAGRAFU 2 A (ġdid)

 

2a. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex it-test jiġi konformi mad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni l-ġdida tal-komitoloġija.

Emenda 29

ARTIKOLU 18, PARAGRAFU 4, PUNT (A A) (ġdid)

 

(aa) l-Awtorità se tiġi permessa tiddeċiedi dwar proċedura ta' awtorizzazzjoni li tista' titwettaq malajr (fast track) għal enzimi ta' l-ikel li attwalment huma fis-suq jekk l-Awtorità tkun sodisfatta li ġew evalwati fir-rigward is-sikurezza tagħhom b'mod xieraq fuq livell nazzjonali jew Komunitarju fl-UE sabiex enzimi bħal dawn ikunu jistgħu jiġu trasposti għal-lista Komunitarja ta' enzimi ta' l-ikel.

Ġustifikazzjoni

Ir-riżorsi ta' l-EFSA diġà huma limitati għalhekk m'għandhomx jinħlew fit-twettiq ta' evalwazzjonijiet tar-riskji ta' enzimi ta' l-ikel li diġà ġew evalwati b'mod xieraq fl-UE, b'mod speċifiku fid-Danimarka, fi Franza jew fir-Renu Unit fejn jeżistu proċeduri nazzjonali ta' awtorizzazzjoni li ilhom stabiliti għall-enzimi ta' l-ikel.

Emenda 30

ARTIKOLU 18, PARAGRAFU 5

5. Jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe miżura tranżitorja li tkun xierqa għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu tista’ tiġi adottata skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 16(2).

5. Jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe miżura tranżitorja li tkun xierqa għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu tista’ tiġi adottata skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 16(2a).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex it-test isir konformi mad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni ta’ komitoloġija l-ġdida.

Emenda 31

ARTIKOLU 20 A (ĠDID)

Artikolu 20a

L-emenda għar-Regolament (KE) Nru. 258/1997

 

Fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/1997, se jiżdied dan il-punt (d):

"(d) l-enzimi ta' l-ikel li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru ... ... [dwar l-enzimi ta' l-ikel]."

Ġustifikazzjoni

Dan iġib ir-Regolament Ġdid dwar l-Ikel f'konformità ma' din il-proposta.

Emenda 32

ARTIKOLU 22, PUNT 2

Artikolu 6, paragrafu 6 inċiż ġdid (Direttiva 2001/13/KE)

- l-enzimi għajr dawk li jissemmew fil-paragrafu 4(c)(ii) iridu jiġu indikati permezz ta’ l-isem ta’ waħda mill-kategoriji ta’ l-ingredjenti li huma elenkati fl-Anness II, segwit mill-isem speċifiku tagħhom,;

- enzimi preżenti fil-prodotti ta' l-ikel għandhom ikunu msemmija b'isem waħda mill-kategoriji ta' ingredjenti mniżżla fl-Anness II, segwiti mill-isem speċifiku tagħhom u indikazzjoni ta' jekk għadhomx attivi jew le fil-prodotti finali; fir-rigward ta' enzimi prodotti minn GMOs għandu jkun hemm indikazzjoni li tgħid "prodotti minn GMOs" fuq it-tiketta;

Ġustifikazzjoni

Il-konsumaturi għandhom ikunu konxji ta' jekk prodott speċifiku fihx enzimi attivi. Id-dispożizzjonijiet dwar l-ittikkettar għandhom ikunu ċċarati fir-rigward ta' l-enzimi prodotti mill-GMOs. Dan huwa f'konformità mal-kunċett ta' l-"aħħar organiżmu ħaj" li jiddetermina d-dispożizzjonijiet tar-Regolament 1829/2003/KE dwar l-ikel u l-għalf GM. Barra minn hekk, għandha tkun provduta informazzjoni dwar l-enzimi kollha wżati fl-ipproċessar ta' l-ikel, jekk mhux fuq it-titkketta, għallinqas permezz ta' mezzi oħra, preferlibbilment fil-punt tal-bejgħ kif ukoll f'forma li tista' tkun ikkonsultata d-dar.

  • [1]  ĠU Ċ... /Għadha mhix ippubblikat fil-ĠU.

NOTA SPJEGATTIVA

Bħalissa hemm nuqqas ta' regoli armonizzati fuq livell Komunitarju li jikkontrollaw l-użu ta' l-enzimi fl-ipproċessar ta' l-ikel. Dan mhux biss joħloq ostakoli għall-kummerċ u inċertezza legali iżda wkoll standards differenti tal-ħarsien tas-saħħa u tal-konsumatur fl-Istati Membri.

L-enzimi ilhom ikunu użati fil-produzzjoni ta' l-ikel għal mijiet ta' snin, bl-iktar użu komuni jsir għand il-furnara, fil-produzzjoni tal-ġobon, fl-ipproċessar tal-lamtu u fil-produzzjoni tal-birra, tas-sugu tal-frott u ta' xarbiet oħrajn. Iwettqu ħafna funzjonijiet utli bħal pereżempju jtejbu l-kwalità tal-konsistenza, l-apparenza u l-valuri nutrittivi ta' l-ikel.

Attwalment il-leġiżlazzjoni ta' l-UE tkopri biss enzimi użati bħala addittivi fl-ikel fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 89/107/KEE u żewġ enzimi biss, E1103 Invertase u E1105 Lysozyme huma awtorizzati taħt din id-Direttiva.

Fis-snin riċenti l-użu ta' enzimi ta' l-ikel fil-produzzjoni ta' l-ikel żdied b'mod sinjifikanti, u t-teknoloġija mtejba ppermettiet l-iżvilupp ta' enzimi ġodda u iktar kumplessi. Dan il-fatt iqajjem kwistjonijiet dwar ir-riskji potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, bħall-allerġeniċità, it-tossiċità u attività mikrobijoloġika residwali. L-enzimi qed jiġu prodotti wkoll minn mikroorganiżmi mmodifikati ġenetikament. Għalhekk hemm il-ħtieġa ċara għal evalwazzjoni uniformi tas-sikurezza fuq livell Ewropew sabiex ikun żgurat ħarsien effettiv għall-konsumaturi.

Bħala Rapporteur, għalhekk nilqa' l-proposta tal-Kummissjoni, u ninnota li kemm il-qasam ta' l-industrija kif ukoll assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi jilqgħu l-prospett ta' l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni għall-użu ta' l-enzimi ta' l-ikel fl-UE.

L-enfasi ewlenija ta' l-emendi tiegħi kienet fuq il-kjarifikazzjoni u l-koerenza, b'mod partikulari fir-relazzjoni mad-definizzjonijiet ta' l-enzimi ta' l-ikel u tal-preparazzjonijiet ta' enzimi ta' l-ikel, ir-rekwiżiti għat-tikkettar ta' prodotti mhux maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali u fuq l-enzimi ta' l-ikel idderivati minn mikroorganiżmi mmodifikati ġenetikament.

Jiena ninsab imħasseb dwar il-possibilità ta' sistema ta' awtorizzazzjoni doppja li dan ir-regolament se joħloq għall-enzimi ta' l-ikel li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament 1829/2003 dwar ikel u għalf immodifikati ġenetikament, jiġifieri enzimi ta' l-ikel idderivati minn organiżmi mmodifikati ġenetikament. Taħt il-proposta attwali tal-Kummissjoni, l-enzimi ta' l-ikel taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament 1829/2003 se jkollhom jiġu awtorizzati skond dak ir-Regolament qabel ma jistgħu jiġu evalwati skond dan ir-regolament għall-inklużjoni fil-lista Komunitarja ta' l-enzimi ta' l-ikel. Dan jista' jwassal biex dawn l-enzimi jkollhom jgħaddu minn żewġ proċeduri ta' awtorizzazzjoni separati u għalhekk hija meħtieġa aktar kjarifikazzjoni.

Minkejja dan it-tħassib, jiena naħseb li din il-leġiżlazzjoni hija eżempju tajjeb tal-ħidma flimkien bejn l-Istituzzjonijiet Ewropej, l-industrija u l-gruppi tal-konsumaturi fl-interess kemm tal-moviment ħieles ta' prodotti fi ħdan l-UE kif ukoll id-dritt taċ-ċittadini ta' l-UE għal livell għoli uniformi ta' ħarsien tas-saħħa u tal-konsumatur.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI

Is-Sur Miroslav Ouzký

Chairperson

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

BRUSSELL

Suġġett:           Opinjoni dwar il-bażi legali tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-enzimi ta' l-ikel (COM(2006)0425 – C6-0257/2006 – 2006/0144(COD))[1]

Għażiż Sur Chairman,

Permezz ta’ l-ittra tat-28 ta’ Marzu 2007 inti tlabt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali skond l-Artikolu 35(2), jikkunsidra jekk il-bażi legali tal-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq kinitx waħda valida u xierqa.

Il-Kumitat ikkunsidra l-kwistjoni msemmija hawn fuq fil-laqgħa tiegħu tat-2 ta’ Mejju 2007.

Il-Kumitat innota li billi l-proposta għandha bażi legali doppja, l-Artikolu 37 u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, ir-rapporteur, is-Sinjura Doyle, tipproponi li jitħassar l-Artikolu 37 peress li tikkunsidra li l-Artikolu 95 jipprovdi bażi legali xierqa u suffiċjenti.

Barra minn hekk, is-Sur Schlyter u s-Sur Staes, filwaqt li jikkunsidraw l-għan tar-regolament li jipprovdi livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur, jipproponu mhux biss li titħassar ir-referenza għall-Artikolu 37 imma wkoll li tiġi miżjuda referenza għall-Artikolu 153, sabiex il-bażijiet legali jkunu l-Artikoli 95 u 153.

Il-bażijiet legali li qed ikunu kkunsidrati

Artikolu 37

1. Sabiex jiġu evoluti l-linji wiesgħa ta’ politika komuni agrikola, il-Kummissjoni, hekk kif jidħol fis-seħħ dan it-Trattat, għandha tlaqqa’ konferenza ta’ l-Istati Membri bil-ħsieb li jsir paragun tal-politiki agrikoli tagħhom, b’mod partikulari billi tinħareġ dikjarazzjoni tar-riżorsi u l-bżonnijiet tagħhom.

2. Wara li ġie meqjus ix-xogħol tal-Konferenza li jipprovdi għalih il-Paragrafu 1, wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat, il-Kummissjoni għandha tressaq proposti biex titfassal u tiġi implimentata l-politika komuni agrikola, inkluża s-sostituzzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet nazzjonali minn waħda mill-forom ta’ organizzazzjoni komuni li għalihom jipprovdi l-Artikolu 34(1), u biex ikunu implimentati l-miżuri speċifikati f’dan it-titolu.

Dawn il-proposti għandhom iqisu l-interdipendenza tal-kwistjonijiet agrikoli msemmija f’dan it-titolu.

Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, għandu jagħmel regolamenti, joħroġ direttivi, jew jieħu deċiżjonijiet, mingħajr ħsara għall-ebda rakkomandazzjoni li jista’ wkoll jagħmel.

3. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata u skond il-Paragrafu 2, jista’ jibdel l-organizzazzjonijiet tas-suq nazzjonali ma’ l-organizzazzjoni komuni li għaliha jipprovdi l-Artikolu 34(!) jekk:

(a) l-organizzazzjoni komuni toffri lill-Istati Membri li huma kontra din il-miżura u li għandhom organizzazzjoni tagħhom stess għall-produzzjoni kkonċernata salvagwardji ekwivalenti għall-impjieg u l-livell ta’ għixien tal-produtturi kkonċernati, filwaqt li jitqiesu l-aġġustamenti li se jkunu possibbli u l-ispeċjalizzazzjoni li se tkun meħtieġa mal-mogħdija taż-żmien;

(b) organizzazzjoni bħal din tiżgura kundizzjonijiet għall-kummerċ fi ħdan il-Komunità simili għal dawk li jeżistu f’suq nazzjonali.

4. Jekk organizzazzjoni komuni għal ċerta materja prima tkun stabbilita qabel ma teżisti xi organizzazzjoni komuni għall-prodotti pproċessati korrispondenti, materja prima bħal ma tintuża għall-prodotti pproċessati maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi tista' tiġi importata minn barra l-Komunità.

Artikolu 95

1. B’deroga mill-Artikolu 94 u ħlief fejn hu pprovdut mod ieħor f’dan it-Trattat, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kisba ta’ l-objettivi stipulati fl-Artikolu 14. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 u wara li jkun ikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandu jadotta l-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b'regolamenti jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.

2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal disposizzjonijiet fiskali, għal dawk li għandhom x'jaqsmu mal-moviment ħieles ta' persuni u l-anqas għal dawk li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet u l-interessi ta’ persuni impjegati.

3. Il-Kummissjoni, fil-proposti tagħha previsti fil-paragrafu 1 li jikkonċerna s-saħħa, s-sikurezza, il-ħarsien ambjentali u l-ħarsien tal-konsumatur, għandha tieħu bħala bażi livell għoli ta' ħarsien, waqt li tqis b’mod partikolari kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. Fil-limiti tal-poteri rispettivi tagħhom, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ifittxu wkoll li jilħqu dan l-objettiv.

4. Jekk, wara l-adozzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni, Stat Membru jħoss li jkun meħtieġ li jżomm id-dispożizzjonijiet nazzjonali fuq il-bażi ta’ neċessitajiet maġġuri msemmija fl-Artikolu 30, jew li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien ta' l-ambjent jew ta' l-ambjent tax-xogħol, dan għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet kif ukoll dwar ir-raġunijiet għaliex għandhom jinżammu.

5. Aktar minn hekk, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, jekk, wara l-adozzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni, Stat Membru jħoss li jkun meħtieġ li jintroduċi disposizzjonijiet nazzjonali bbażati fuq prova xjentifika ġdida li għandha x’taqsam mal-ħarsien ta' l-ambjent jew ta' l-ambjent tax-xogħol fuq il-bażi ta’ xi problema speċifika għal dak l-Istat Membru li toriġina mill-adozzjoni ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni bid-disposizzjonijiet li jkollu l-ħsieb jintroduċi kif ukoll bil-bażi għall-introduzzjoni tagħhom.

6. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur min-notifika msemmija fil-paragrafi 4 u 5, tapprova jew tiċħad id-dispożizzjonijiet nazzjonali involuti, wara li tkun ivverifikat jekk humiex jew le mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew ta’ restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u jekk joħolqux jew le ostakolu għall-funzjonament tas-suq intern.

Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni matul dan il-perijodu, d-dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fil-paragrafi 4 u 5 għandhom ikunu meqjusa bħala li kienu approvati.

Meta tkun iġġustifikata mill-komplessità tal-materja u meta m' hemmx periklu għas-saħħa umana, il-Kummissjoni tista' tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li l-perijodu msemmi f’dan il-paragrafu jista' jittawwal b’perijodu ieħor sa sitt xhur.

7. Meta, bis-saħħa tal-paragrafu 6, xi Stat Membru jkun awtorizzat li jżomm jew jintroduċi disposizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw minn miżura ta’ armonizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha immedjatament teżamina jekk tipproponix adattament għal dik il-miżura.

8. Meta Stat Membru jqajjem problema speċifika dwar is-saħħa pubblika f’qasam li kien suġġett minn qabel għal miżuri ta’ armonizzazzjoni, dan għandu jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni li għandha immedjatament teżamina jekk tipproponix miżuri xierqa lill-Kunsill.

9. B' deroga mill-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 226 u 227, il-Kummissjoni u xi Stat Membru jistgħu jressqu il-materja direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jekk jikkunsidraw li xi Stat Membru ieħor ikun qiegħed jagħmel użu mhux xieraq tal-poteri previsti f’dan l-Artikolu.

10. Il-miżuri ta’ armonizzazzjoni msemmija hawn fuq għandhom, fil-każi xierqa, jinkludu klawżola ta’ salvagwardja li tawtorizza lill-Istati Membri li jieħdu għal raġuni waħda jew aktar li m' hijiex ta' natura ekonomika msemmija fl-Artikolu 30, miżuri proviżorji soġġetti għall-proċedura tal-kontroll mill-Komunità.

Artikolu 153

1. Sabiex ikunu promossi l-interessi tal-konsumaturi u biex ikun żgurat livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur, il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa, is-sikurezza u l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll għall-promozzjoni tad-dritt tagħhom għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u li jorganizzaw ruħhom sabiex jissalvagwardjaw l-interessi tagħhom.

2. Ir-rekwiżiti għall-ħarsien tal-konsumatur għandhom jiġu meqjusa fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politiki u attivitajiet Komunitarji oħra.

3. Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-ksib ta’ l-objettivi msemmija fil-Paragrafu 1 permezz ta’:

(a) miżuri adottati skond l-Artikolu 95 fil-kuntest tat-tlestija tas-suq intern;

(b) miżuri li jappoġġjaw, jissupplimentaw u jimmonitorjaw il-politika segwita mill-Istati Membri.

4. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 u wara li jkun ikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandu jadotta l-miżuri msemmija fil-paragrafu 3(b).

5. Miżuri adottati skond il-Paragrafu 4 m’għandhomx iżommu lill-ebda Stat Membru milli jibqa’ jżomm jew jintroduċi miżuri protettivi aktar stretti. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu kompatibbli ma’ dan it-Trattat. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa dwarhom.

Kontenut ta’ l-Abbozz tar-Regolament

Skond il-memorandum ta’ spjegazzjoni, l-għan u l-intenzjoni tal-proposta għal regolament huma kif ġej:

Il-leġiżlazzjoni li tikkontrolla l-użu ta’ l-enzimi fl-ipproċessar ta’ l-ikel m’hijiex armonizzata għal kollox fl-UE. Hemm differenzi sinjifikanti fost l-Istati Membri fir-rigward tal-kuntest regolatorju nazzjonali għall-enzimi wżati bħala għajnuniet għall-ipproċessar fil-produzzjoni ta’ l-ikel. Huma biss ftit l-Istati Membri li għandhom proċedura ta’ awtorizzazzjoni obbligatorja jew volontarja, il-maġġoranza m’għandhom xejn affattu. Barra minn hekk, l-Istati Membri ma jaqblux bejniethom fil-fehmiet tagħhom fir-rigward tal-kategorizzazzjoni ta’ l-enzimi f’addittivi ta’ l-ikel jew f’għajnuniet għall-ipproċessar skond il-funzjoni tagħhom fil-proċess ta’ l-ikel jew fl-ikel aħħari. Dan in-nuqqas ta’ regoli armonizzati fil-Komunità ħoloq xkiel għall-kummerċ ta’ l-enzimi ta’ l-ikel u żamm lura t-tkabbir f’dan il-qasam.

Fir-rigward tas-sikurezza, la hemm evalwazzjoni tas-sikurezza u l-anqas m’hemm awtorizzazzjoni ta’ l-enzimi ta’ l-ikel fuq livell Ewropew, ħlief għal dawk li huma meqjusa bħala addittivi ta’ l-ikel. Storikament, l-enzimi ta’ l-ikel kienu meqjusa li m’humiex tossiċi. Madanakollu, l-industrija ta’ l-enzimi ta’ l-ikel qed tistinka kontinwament biex tiżviluppa teknoloġija mtejba li tirriżulta fl-iżvilupp ta’ l-enzimi ta’ l-ikel li matul is-snin saru aktar kumplessi u sofistikati. Jista’ jkun hemm xi perikli li jirriżultaw min-natura kimika tagħhom u mill-għajn tagħhom bħal m’huma l-allerġeniċità, it-tossiċità relatata ma’ l-attività, l-attività mikrobijoloġika residwa, u t-tossiċità kimika. Għalhekk, l-evalwazzjoni tas-sikurezza ta’ l-enizimi ta’ l-ikel kollha, inklużi dawk prodotti minn mikroorganiżmi mmodifikati ġenetikament (GMOs), hija essenzjali sabiex tkun żgurata s-sikurezza tal-konsumatur.

Il-kontenut tar-regolament jista’ jiġi analizzat kif ġej:

Kapitlu I - Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet.

Ir-Regolament propost għandu japplika għall-enzimi użati għal għan teknoloġiku fil-manifattura, l-ipproċessar, il-preparazzjoni, it-trattament, l-ippakkjar, it-trasport u l-ħażna ta’ l-ikel, inklużi dawk użati bħala għajnuniet għall-ipproċessar. L-enzimi ta’ l-ikel għandhom ikunu suġġetti għall-evalwazzjoni tas-sikurezza u l-approvazzjoni permezz ta’ lista Komunitarja.

Kapitolu II - Lista Komunitarja ta’ enzimi ta’ l-ikel approvati

L-enzimi ta’ l-ikel kollha u l-użu tagħhom fl-ikel se jkunu evalwati għas-sikurezza, il-ħtieġa teknoloġika, il-benefiċċju għall-konsumatur u biex ikun żgurat li l-konsumatur ma jiġix żgwidat bl-użu tagħhom. F’konformità mad-deċiżjoni li l-immaniġġjar tar-riskju u l-evalwazzjoni tar-riskju jiġu mifruda minn xulxin, l-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza ta’ l-Ikel (EFSA) se twettaq l-evalwazzjonijiet tas-sikurezza. L-inklużjoni ta’ enzima ta’ l-ikel fil-lista Komunitarja se tkun meqjusa mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' l-opinjoni mill-EFSA, filwaqt li jitqiesu l-kriterji ġenerali l-oħra(il-ħtieġa teknoloġika, l-aspetti tal-konsumatur). Għal kull enzima ta’ l-ikel inkluża fil-lista pożittiva, għandhom jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet, inklużi l-kriterji relatati mal-purità u l-oriġini ta’ l-enzima ta’ l-ikel.

Kapitolu III - L-Ittikkettar

Ir-Regolament propost se jintroduċi rekwiżiti ta’ l-ittikkettar għall-enzimi ta’ l-ikel li jinbiegħu lill-fabbrikanti jew direttament lill-konsumatur. Għall-għan ta’ l-ittikkettar, l-enzimi użati fl-ikel għandhom jitqiesu bħala ingredjenti b’mod simili għall-addittivi skond id-Direttiva 2000/13/KE li tirrigwarda l-ittikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' l-oġġetti ta’ l-ikel. Fil-biċċa l-kbira tal-każi l-enzimi ta’ l-ikel se jintużaw bħala għajnuniet għall-ipproċessar, i.e. se jkunu preżenti fl-ikel f’forma ta’ sesidwu, jekk verament se jkun fadal, u m’hu se jkollhom l-ebda effett teknoloġiku fuq il-prodott komplut. Meta wieħed iqis li l-enzimi ta’ l-ikel kollha se jkunu evalwati għas-sikurezza tagħhom, qed jiġi propost li l-enzimi ta’ l-ikel li jintużaw bħala għajnuniet għall-ipproċessar għandhom jiġu eżentati mill-ittikkettar. L-enzimi ta’ l-ikel użati biex jeżerċitaw funzjoni teknoloġika fl-ikel aħħari se jkunu ttikkettati bil-funzjoni tagħhom (e.g. stabbilizzant, eċċ.) u bl-isem speċifiku.

Kapitolu IV - Dispożizzjonijiet ta’ proċedura u implimentazzjoni

Fejn ikun meħtieġ, il-produtturi u l-utenti ta’ l-enzimi ta’ l-ikel se jkunu obbligati jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kull informazzjoni ġdida li tista’ taffettwa l-evalwazzjoni tas-sikurezza ta’ l-enzima ta’ l-ikel.

L-implimentazzjon tal-miżuri proposti fir-Regolament se tkun irrealizzata mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura regolatorja stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE.

Kapitolu V - Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali

Peress li ħafna enzimi ta’ l-ikel diġà jinsabu fis-suq fil-Komunità, it-tranżizzjoni għal lista pożittiva Komunitarja għandha tkun waħda mingħajr problemi u m'għandhiex twassal għal kundizzjonijiet inġusti għall-produtturi ta' l-enzimi. Għalhekk, il-proposta taħseb għal perjodu inizjali ta' 24 xahar, wara d-data ta' applikazzjoni tal-miżuri ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament tal-proċedura komuni, li matulhom jistgħu jitressqu l-applikazzjonijiet. It-twaqqif tal-lista Komunitarja se jseħħ fi proċedura ta’ stadju wieħed wara li l-EFSA tkun esprimiet fehmiet fuq il-prodotti kollha li għalihom tkun tressqed informazzjoni suffiċjenti matul il-perjodu ta’ 24 xahar. Sa dak iż-żmien meta l-lista Komunitarja tkun ġiet stabbilita, l-enzimi ta' l-ikel u l-ikel prodott bl-enzimi ta' l-ikel jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw f'konformità ma' regoli nazzjonali eżistenti. Perjodu tranżizzjonali għandu wkoll jiġi stabbilit għar-rekwiżiti proposti ta’ l-ittikkettar.

Evalwazzjoni

L-atti kollha tal-Komunità jridu jiġu msejsa fuq bażi legali stipulata fit-Trattat (jew f'att legali ieħor li huma intenzjonati li jimplimentaw). Il-bażi legali tiddefinixxi l-kompetenza tal-Komunità ratione materiae u tispeċifika kif dik il-kompetenza trid tiġi eżerċitata, jiġifieri l-istrument(i) leġiżlattiv(i) li jista'/jistgħu jiġi/jiġu użat(i) u l-proċedura għat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Jidher ċar mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-għażla tal-bażi legali m’hijiex fid-diskrezzjoni tal-leġiżlatur Komunitarju iżda għandha tiġi ddeterminata permezz ta’ fatturi oġġettivi li jistgħu jiġu suġġetti għar-reviżjoni ġudizzjarja[2], bħal m’huma l-għan u l-kontenut tal-miżura kkonċernata[3]. Barra minn hekk, il-fattur deċiżiv għandu jkun l-oġġett ewlieni ta' miżura[4].

Skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, artikolu ġenerali tat-Trattat jikkostitwixxi bażi legali suffiċjenti anki jekk il-miżura msemmija tfittex ukoll, b'mod subordinat, li jintlaħaq għan imfittex minn artikolu speċifiku tat-Trattat[5].

Madanakollu, fejn miżura jkollha diversi objettivi fl-istess żmien li jkunu marbuta flimkien b’mod li ma jistgħux jinfirdu minn xulxin mingħajr ma wieħed isir sekondarju u indirett fir-rigward ta’ l-oħrajn, il-miżura trid tkun ibbażata fuq id-diversi dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat[6], sakemm dan ma jkunx impossibbli minħabba l-inkompatibilità reċiproka tal-proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet stipulati mid-dispożizzjonijiet[7]. .

Fid-dawl ta’ dan li jissemma hawn fuq, għadu jrid jiġi stabbilit jekk l-Artikolu 37 flimkien ma' l-Artikolu 95, jew l-Artikolu 95 waħdu jew l-Artikolu 95 flimkien ma’ l-Artikolu 153 tat-Trattat KE għandhomx jikkostitwixxu l-bażi legali xierqa tar-Regolament propost.

Sa fejn għandu x’jaqsam l-Artikolu 37, huwa nnotat li, anke jekk dak l-artikolu huwa msemmi fl-ewwel ċitazzjoni fil-preambolu għar-Regolament propost, il-memorandum spjegattiv isemmi biss l-Artikolu 95 bħala l-bażi legali. Meta, barra minn hekk, jiġi meqjus li l-uniċi drabi fejn jissemmew b’mod pożittiv il-prodotti agrikoli huma tassew anċillari, jiġifieri fil-Premessi 7[8] u 16[9], u li l-Premessa 4 tagħmilha ċara li “Il-kulturi mikrobjali li huma tradizzjonalment użati fil-produzzjoni ta’ l-ikel, bħal m’huma l-ġobon u l-inbid, u li jista’ jkun fihom l-enzimi iżda li m’humiex użati b’mod speċifiku biex jipproduċuhom m’għandhomx jitqiesu bħala enzimi ta’ l-ikel”, diffiċli wieħed jifhem kif l-Artikolu 37 jista’ jikkostitwixxi l-bażi legali. Konsegwentement, meta wieħed iqis l-enfasi li r-Regolament propost jagħmel fuq is-suq intern u l-ħarsien tas-saħħa kif jidher fil-Premessi 1, 2 u 3[10], huwa kkunsidrat li l-Artikolu 37 ma jikkwalifikax bħala bażi legali konġunta fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fil-ġurisdizzjoni.

Għandu jkun osservat ukoll li l-Artikolu 37 u l-Artikolu 95 ma jidhrux li huma kompatibbli - l-ewwel wieħed jaħseb sempliċement għall-konsultazzjoni tal-Parlament filwaqt li l-ieħor jipprovdi għall-proċedura ta’ kodeċiżjoni.

Meta niġu għall-kwistjoni ta’ jekk l-Artikolu 153 jistax jiġi miżjud mal-bażi legali ta’ l-Artikolu 95, hija ħaġa li ħadd ma jista’ jinnegaha li r-regolament propost jikkonċerna l-ħarsien tas-saħħha tal-konsumaturi u l-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom, li jissemmew fl-Artikolu 153. Tassew huwa possibbli li wieħed ikun tal-fehma li ż-żewġ għanijiet li jinkiseb is-suq intern u li jkun imħares il-konsumatur fil-limiti tat-tifsira ta’ l-Artikolu 153 huma bbilanċjati b’mod ugwali u li għalhekk iż-żewġ bażijiet legali jistgħu jintużaw.

Madanakollu, meta wieħed iqis kif inhu mqiegħed il-kliem tal-paragrafu 3(a) ta’ l-Artikolu 153, li jipprovdi li l-Komunità għandha tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-objettiv, inter alia, tal-ħarsien tas-saħħa u ta’ l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi permezz ta’ miżuri adottati skond l-Artikolu 95 fil-kuntest tat-tlestija tas-suq intern, m’hemmx il-ħtieġa, fis-sens strett tal-kelma, li wieħed iqis jekk il-miżura proposta għandhiex “diversi objettivi fl-istess żmien li huma marbuta flimkien b’mod li ma jistgħux jinfirdu minn xulxin mingħajr ma wieħed minnhom isir sekondarju u indirett fir-rigward ta’ l-oħrajn”, peress li l-Artikolu 95 jista’ jintuża bħala l-bażi legali waħdu, jew għar-raġuni li l-paragrafu 3 ta’ dak l-artikolu jipprovdi li l-miżuri tas-suq intern li jikkonċernaw il-ħarsien tal-konsumatur għandhom jieħdu bħala bażi livell għoli ta’ ħarsien jew għar-raġuni tar-referenza espliċita magħmula fl-Artikolu 153 għall-Artikolu 95.

L-Artikoli 95 u 153 huma intrinsikament kompatibbli u ż-żjieda ta’ l-Artikolu 153 m’għandu l-ebda implikazzjoni proċedurali jew sustantiva.

F’dan is-sens, fejn, bħal f’dan il-każ , miżura tfittex li tikseb objettivi ta’ ħarsien tal-konsumatur bl-istess qies u fl-istess ħin bħall-objettivi li għandhom x’jaqsmu mat-tlestija tas-suq intern, din tkun tista’ tiġi bbażata mingħajr inkwiet kemm fuq l-Artikolu 95 u kemm fuq l-Artikolu 153.

Fil-laqgħa tiegħu tat-2 ta’ Mejju 2007, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda f’dan is-sens, b’mod unanimu[11], li jirrakkomanda kif ġej:

(a) L-Artikolu 37 tat-Trattat KE ma jikkostitwix bażi legali xierqa għall-proposta għal regolament;

(b) il-bażi legali xierqa hija l-Artikolu 95 u l-Artikolu 153 tat-Trattat KE.

Dejjem tiegħek,

Giuseppe Gargani

  • [1]  Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
  • [2]  Il-Każ 45/86 Il-Kummissjoni v. Il-Kunsill [1987] ECR 1439, para. 5.
  • [3]  Il-Każ Nru C-300/89, Il-Kummissjoni v. Il-Kunsill [1991] ECR I-287, para. 10, u l-Każ Numru C-42/97, Il-Parlament Ewropew v. Il-Kunsill [1999] ECR I-869, para. 36.
  • [4]  Il-Każ C-377/98 L-Olanda v. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill [2001] ECR I-7079, para. 27.
  • [5]  Il-Każ C-377/98 L-Olanda v. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill [2001] ECR I-7079, paragrafi 27-28; Il-Każ C-491/01 Il-British American Tobacco (Investments) u l-Imperial Tobacco [2002] ECR I-11453, paragrafi 93-94.
  • [6]  Il-Każ C-165/87 Il-Kummissjoni v. Il-Kunsill [1988] ECR 5545, para. 11.
  • [7]  Ara, e.g., il-Każ Nru C-300/89 Il-Kummissjoni v.Il-Kunsill [1991] ECR I-2867, paragrafi 17-21 (il-każ tad-Dijossidu tat-Titanju), il-Każ Nru C-388/01 Il-Kummissjoni v. Il-Kunsill [2004] ECR I-4829, para. 58 u l-Każ C-491/01 Il-British American Tobacco [2002] ECR I-11453, paragrafi 103-111.
  • [8]  Xi enzimi ta’ l-ikel huma permessi għal użijiet speċifiċi, bħal fil-meraq tal-frott u f’ċerti prodotti simili u f’ċerti laktoproteini maħsuba għall-konsum mill-bniedem u għal ċerti prattiċi u proċessi enoloġiċi awtorizzati. Dawk l-enzimi ta’ l-ikel għandhom jintużaw f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti. Għalhekk, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2001 rigward il-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum mill-bniedem, id-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE tal-25 ta’ Lulju 1983 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward ċerti laktoproteini (kaseini u kaseinati) maħsuba għall-konsum mill-bniedem u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, għandhom jiġu emendati f’dan is-sens.
  • [9]  ... Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 jawtorizza l-użu tal-urease, il-beta-glucanase u l-lysozyme fl-inbid suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 ta’ l-24 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid u li jistabbilixxi kodiċi Komunitarju ta’ prattiki u proċessi enoloġiċi. Dawk is-sustanzi huma enzimi ta’ l-ikel u għandhom jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, għandhom ikunu miżjuda wkoll mal-lista Komunitarja meta din tiġi mfassla għall-użu tagħhom fl-imbid skond ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u r-Regolament (KE) Nru 1622/2000.
  • [10]  (1)      Il-moviment ħieles ta’ ikel sikur u ġenwin huwa aspett essenzjali tas-suq intern u jikkontribwixxi b’mod sinifjikanti għas-saħħa u għall-benesseri taċ-ċittadini, u għall-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom.
    (2)         Għandu jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem fit-twettaq tal-politika tal-Komunità.
    (3)         (3) L-enzimi, għajr għal dawk li jintużaw bħala addittivi ta’ l-ikel, bħalissa mhumiex irregolati jew huma rregolati bħala għajnuniet għall-ipproċessar taħt il-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri. Id-differenzi bejn il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali dwar il-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ l-enzimi ta’ l-ikel jistgħu jfixklu l-moviment ħieles tagħhom, waqt li joħolqu kundizzjonijiet għal kompetizzjoni inugwali u inġusta. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu adottati regoli Komunitarji li jarmonizzaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-użu ta’ l-enzimi fl-ikel.
  • [11]  Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Giuseppe Gargani (chairperson), Cristian Dumitrescu, Francesco Enrico Speroni (viċi-chairpersons), Manuel Medina Ortega (rapporteur għal opinjoni), Sharon Bowles, Mogens N.J. Camre, Carlo Casini, Bert Doorn, Monica Frassoni, Klaus-Heiner Lehne, Eva Lichtenberger, Antonio Masip Hidalgo, Aloyzas Sakalas, Gary Titley, Jaroslav Zvěřina.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-enzimi ta’ l-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, u -Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE
(COM(2006)0425 – C6‑0257/2006 – 2006/0144(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Erna Hennicot-Schoepges

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Għal eluf ta' snin, il-bniedem uża mikro-organiżmi naturali - batterji, ħmira u moffa - u l-enzimi li dawn jipproduċu biex jagħmel ikel bħal ħobż, ġobon, birra u nbid. Fit-tieni nofs tas-seklu għoxrin l-użu ta' l-enzimi fl-ipproċessar ta' l-ikel (bħal ikel moħmi, inbid u meraq tal-frott jew ħaxix, il-birra, prodotti tal-ħalib, lamtu u zokkor) żdied b'mod sinifikanti u ż-żieda fis-sofistikazzjoni tal-metodi ta' l-ipproċessar u l-preparazzjoni ta' l-ikel ser tirrikjedi wkoll firxa dejjem aktar wiesgħa ta' enzimi .

L-enzimi huma utli ħafna fl-industrija ta' l-ikel. Bl-azzjoni bijokatalista tagħhom, huma jħaffu r-reazzjonijiet bijokimiċi li permezz tagħhom il-materjal bijoloġiku kollu jinbena u fl-aħħar jitfarrak. L-enzimi jistgħu jkissru molekoli kumplessi (eż. karboidrati) f'unitajiet iżgħar, jistgħu jikkatalizzaw bidliet strutturali ġewwa molekula waħda (eż. l-isomerizzazzjoni taz-zokkor), jew jgħaqqdu l-molekuli li fuqhom taġixxi enzima ma' molekuli speċifiċi oħra (eż. il-formazzjoni ta' proteini jew ta' materjali tal-ħitan taċ-ċelluli). Barra minn hekk, l-enzimi huma effiċjenti ħafna, u huma kapaċi jħaffu r-reazzjonijiet b'miljun darba mingħajr ma jimmodifikaw lilhom infushom. Meta mqabbla ma' reazzjonijiet ikkatalizzati permezz tal-kimika, ir-reazzjonijiet ipprovokati mill-enzimi joffru xi vantaġġi kbar f'termini ta' konsum aktar baxx ta' enerġija, inqas produzzjoni ta' skart u bijodegradabiltà. L-enzimi jistgħu jitqabblu ma' ċavetta għal serratura partikulari, iktar milli ma' mannara kimika biex tkisser il-bieb. Iż-żieda fl-użu ta' l-enżimi wasslet għall-enzimi "kummerċjali", maħluqa mill-fermentazzjoni ta' mikro-organiżmi magħżula apposta.

Il-leġiżlazzjoni li tirregola l-użu ta' l-enzimi fl-ipproċessar ta' l-ikel fl-UE fil-preżent mhix armonizzata għal kollox. L-enzimi li jintużaw fl-ipproċessar ta' l-ikel huma meqjusa jew bħala addittivi ta' l-ikel jew għajnuniet għall-ipproċessar. L-addittivi ta' l-ikel huma essenzjalment sustanzi li huma miżjuda ma' l-ikel u li għandhom funzjoni teknoloġika f'dak l-ikel, waqt li l-għajnuniet għall-ipproċessar huma essenzjalment sustanzi li huma miżjuda waqt l-ipproċessar ta' l-ikel għal raġunijiet tekniċi u jistgħu jispiċċaw fl-ikel iżda m'għandhomx funzjoni teknoloġika fil-prodott ta' l-ikel finali.

L-użu ta' l-enzimi bħala addittivi ta' l-ikel huwa rregolat mid-Direttiva 89/107/KEE. Madankollu, bħalissa, din id-Direttiva tkopri u tawtorizza biss żewġ enzimi bħala addittivi ta' l-ikel (il-'lysozyme' u l-'invertase' ). L-użu ta' l-enzimi bħala għajnuniet għall-ipproċessar mhux irregolat fil-livell Ewropew, iżda biss fil-livell nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali f'dan il-qasam hija differenti minn pajjiż għall-ieħor f'dak li għandu x'jaqsam man-numru u t-tip ta' enzimi permessi (kemm jekk maħluqa minn mikro-organiżmi modifikati ġenetikament kemm jekk le) f'użi varji, u wkoll fir-rigward ta' l-approvazzjoni qabel it-tqegħid fis-suq.

Sabiex jinħolqu kundizzjonijiet indaqs u jkun żgurat it-tħaddim kif suppost tas-suq intern, hija meħtieġa l-armonizzazzjoni tar-regoli fil-livell komunitarju. Din il-proposta għal Regolament għandha l-għan li tarmonizza l-evalwazzjoni tas-sikurezza u l-awtorizzazzjoni ta' l-enzimi ta' l-ikel kollha, inklużi dawk maħluqa mill-GMOs, u tipprevedi l-obbligu tat-tikkettar.

Ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom tilqa' din il-proposta li se tintroduċi sistema armonizzata għall-evalwazzjoni tas-sikurezza ta' l-enzimi fil-livell komunitarju. Madankollu, biex il-proposta tkun iktar fattibbli, ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom tixtieq tintroduċi "proċedura mgħaġġla" għall-enzimi ta' l-ikel diġà evalwati u awtorizzati mill-Istati Membri (bħad-Danimarka, Franza jew ir-Renju Unit). Barra minn hekk, ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom tixtieq tipproponi ċerti emendi biex ittejjeb iċ-ċarezza legali.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill- Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni[1]Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Artikolu 2, paragrafu 2, punt (c a) (ġdid)

 

(ca) għajnuniet għad-diġestjoni;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika legali. Għandu jidher ċar li, kif iddikjarat fil-Premessa 4, dan ir-Regolament għandu jkopri biss l-enzimi li jiġu miżjuda ma’ l-ikel biex iwettqu funzjoni teknoloġika u mhux għall-enzimi maħsuba għall-konsum mill-bniedem, bħall-enzimi għall-għajnuniet għad-diġestjoni.

Emenda 2

Artikolu 2, paragrafu 4

4. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal kolturi tal-mikrobi li jintużaw tradizzjonalment fil-produzzjoni ta’ l-ikel u li jista’ jkun fihom l-enzimi iżda li ma jintużawx speċifikament biex jipproduċuhom.

4. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal kolturi tal-mikrobi li jintużaw fil-produzzjoni ta’ l-ikel u li jista’ jkun fihom l-enzimi iżda li ma jintużawx speċifikament biex jipproduċuhom.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika legali. Mhux ċar x'inhu kopert mill-kelma "tradizzjonalment".

Emenda 3

Artikolu 3, paragrafu 2, subparagrafu 1 a (new)

 

'preparazzjoni ta' enzima ta' l-ikel' tfisser enzima ta' l-ikel ifformulata b'sustanzi li jiffaċilitaw il-ħażna, il-bejgħ, l-istandardizzazzjoni, id-dilwizzjoni u t-taħlil ta' l-enzima ta' l-ikel.

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni ta' 'preparazzjoni ta' enzima ta' l-ikel' hija nieqsa minn din il-proposta. Sabiex jitħaffef l-ittikettar min-negozju għal negozju ta' l-enzimi ta' l-ikel, dan it-terminu huwa introdott fl-Artikolu 8.

Emenda 4

Artikolu 6, paragrafu 2, punt (a)

(a) l-isem ta’ l-enzima ta’ l-ikel;

(a) id-definizzjoni ta’ l-enzima ta’ l-ikel, inkluż l-isem komuni jew rakkomandat tagħha, l-isem sistematiku u sinonimi, jekk hu possibbli skond in-nomenklatura ta' l-Unjoni Internazzjonali tal-Bijokimika u l-Bijoloġija Molekulari u, fil-każ ta' enzimi kumplessi, magħżula fuq il-bażi ta' l-attività ta' l-enzima li tiddetermina l-funzjoni ta' l-enzimi;

Ġustifikazzjoni

Jekk hu possibbli, għandu jintuża l-aktar isem preċiż ta' l-enzima, skond in-nomenklatura ta' l-Unjoni Internazzjonali tal-Bijokimika u l-Bijoloġija Molekulari (IUB). F'każi ta' enzimi kumplessi, l-isem għandu jkun ibbażat fuq l-attività ta' l-enzima (prinċipju attiv) li qed tagħti l-funzjonalità fl-ipproċessar ta' l-ikel.

Emenda 5

Artikolu 7, Titolu

L-inkluzjoni ta’ enzimi modifikati ġenetikament fil-lista Komunitarja

L-inkluzjoni fil-lista Komunitarja ta' l-enzimi ta’ l-ikel minn mikro-organiżmi modifikati ġenetikament.

Ġustifikazzjoni

It-terminu "enzimi modifikati ġenetikament" jista' jwassal għal nuqqas ta' ftehim.

Emenda 6

Artikolu 8

L-enzimi ta’ l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali, kemm jekk jinbiegħu waħda waħda jew imħalltin ma’ xulxin u/jew ma’ ingredjenti kif iddefinit fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2000/13/KE, jistgħu jitqiegħdu fuq is-suq biss fejn l-ippakkjar jew il-kontenituri ikollhom fuqhom l-informazzjoni provdut fl-Artikoli 9 sa 12 ta’ dan ir-Regolament, li trid tkun tidher sew, tinqara b’mod ċar u ma titħassarx.

L-enzimi ta’ l-ikel u l-preparazzjonijiet ta' enzimi ta' l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali, kemm jekk jinbiegħu waħda waħda jew imħalltin ma’ xulxin, jistgħu jiġu kkummerċjalizzati biss fejn l-ippakkjar jew il-kontenituri jkollhom fuqhom l-informazzjoni prevista fl-Artikoli 9 sa 12 ta’ dan ir-Regolament, li trid tkun tidher sew, tinqara b’mod ċar u ma titħassarx.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jitħaffef l-ittikettar min-negozju għal negozju ta' l-enzimi ta' l-ikel.

Emenda 7

Artikolu 9, paragrafu 2

2. Fejn l-enzimi ta’ l-ikel jinbiegħu mħalltin ma’ xulxin, għandha tingħata l-informazzjoni provduta fil-paragrafu 1 fejn għandha x’taqsam kull enzima ta’ l-ikel, f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-persentaġġ tagħha skond il-piż tat-total.

2. Fejn l-enzimi ta’ l-ikel jinbiegħu mħalltin ma’ xulxin, l-informazzjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha tingħata fir-rigward ta' kull enzima ta’ l-ikel.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jitħaffef l-ittikettar min-negozju għal negozju ta' l-enzimi ta' l-ikel.

Emenda 8

Artikolu 12, paragrafu 1, punt (ġ a) (ġdid)

 

(ga) id-data ta' l-iskadenza li warajha l-użu ta' l-enzima ta' l-ikel ma jkunx xieraq;

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti għall-produtturi ta' l-ikel li jkunu jafu kemm se jdumu tajbin l-enzimi ta' l-ikel sabiex jiżguraw is-sikurezza ta' l-ikel.

Emenda 9

Artikolu 18, Paragrafu 4, punt (b a)(ġdid)

 

(ba) Il-Kummissjoni tista' tinkludi fil-lista Komunitarja kwalunkwe enzima ta' l-ikel diġà awtorizzata fid-Danimarka, fi Franza jew fir-Renju Unit, jew diġà evalwata mill-Kumitat Konġunt ta' Esperti dwar l-Addittivi ta' l-Ikel, mingħajr il-ħtieġa ta' applikazzjoni skond paragrafu 2 jew l-opinjoni ta' l-Awtorità.

Ġustifikazzjoni

Għandha tkun permessa "proċedura mgħaġġla" għall-enzimi ta' l-ikel diġà evalwati mill-JECFA jew diġà awtorizzati fid-Danimarka, fi Franza jew fir-Renju Unit. Dan iħaffef ix-xogħol ta' l-EFSA.

PROĊEDURA

Titolu

Enzimi ta' l-Ikel

Referenzi

COM(2006)0425 - C6-0257/2006 - 2006/0144(COD)

Kumitat responsabbli

ENVI

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

5.9.2006

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni:
  Data tal-ħatra

Erna Hennicot-Schoepges

4.10.2006

 

 

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

28.11.2006

27.2.2007

27.3.2007

 

Eżami fil-kumitat

27.3.2007

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

+:

–:

0:

47

0

0

Riżultat tal-votazzjoni finali

Jan Březina, Renato Brunetta, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Silvia Ciornei, Pilar del Castillo Vera, Den Dover, Lena Ek, Nicole Fontaine, Adam Gierek, Norbert Glante, András Gyürk, Fiona Hall, Rebecca Harms, Erna Hennicot-Schoepges, Mary Honeyball, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Anne Laperrouze, Eugenijus Maldeikis, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Herbert Reul, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Andres Tarand, Britta Thomsen, Radu Ţîrle, Patrizia Toia, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Alejo Vidal-Quadras

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Philip Dimitrov Dimitrov, Avril Doyle, Robert Goebbels, Matthias Groote, Satu Hassi, Eija-Riitta Korhola, Esko Seppänen, Hannes Swoboda, Lambert van Nistelrooij

  • [1]  Għadu mhux ippublikat fil-ĠU.

PROĊEDURA

Referenzi

(COM(2006)0425 – C6‑0257/2006 – 2006/0144(COD))

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

28.7.2006

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

5.9.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

5.9.2006

IMCO

5.9.2006

AGRI

5.9.2006

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

13.9.2006

AGRI

11.9.2006

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Avril Doyle

5.10.2006

 

 

Bażi legali kkontestata

       Data ta’ l-opinjoni tal-JURI

JURI

3.5.2007

 

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

22.3.2007

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

8.5.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

43

0

1

Membri preżenti għall-vot finali

Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Margrete Auken, Irena Belohorská, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, Martin Callanan, Dorette Corbey, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Jill Evans, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Jens Holm, Marie Anne Isler Béguin, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Urszula Krupa, Marie-Noëlle Lienemann, Peter Liese, Jules Maaten, Linda McAvan, Alexandru-Ioan Morţun, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Daciana Octavia Sârbu, Karin Scheele, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Kathy Sinnott, Antonios Trakatellis, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Anders Wijkman, Glenis Willmott

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Christofer Fjellner, Adam Gierek, Alojz Peterle, Andres Tarand

Data tat-tressiq

11.5.2007