RAPPORT dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+)
11.5.2007 - (PE-CONS 3611/2007 – C6‑0105/2007 – 2004/0218(COD)) - ***III
Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni
Chairperson tad-delegazzjoni: Rodi Kratsa-Tsagaropoulou
Rapporteur: Marie Anne Isler Béguin
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+)
(PE-CONS 3611/2007 – C6‑0105/2007 – 2004/0218(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (PE-CONS 3611/2007 – C6‑0105/2007),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2004)0621)[2],
– wara li kkunsidra l-proposta emendata (COM(2004)0621/2)[3],
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari[4] dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill[5],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni komuni (COM(2006)0759)[6],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(5) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 65 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A6‑0180/2007),
1. Japprova t-test konġunt;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skond l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;
3. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni ta' l-att fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
NOTA SPJEGATTIVA
Sfond
L-għan tar-Regolament rigward l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+), li hu bbażat fuq l-Artikolu 175(1) tat-Trattat, hu li jiġi introdott strument finanzjarju wieħed li jimmira lejn l-ambjent biex b’mod partikulari jappoġġja l-prijoritajiet tas-Sitt Programm ta' Azzjoni ta' l-Ambjent. Dan il-programm, li ser jopera bejn l-2007 u l-2013, ser ikopri l-biċċa l-kbira ta’ programmi attwali li bħalissa qed jiġu mmaniġġjati mid-DĠ għall-Ambjent, bħalma huma l-programm LIFE III, il-programm għall-iżvilupp urban sostenibbli, il-programm għall-NGOs u Forest Focus b’mod issimplifikat.
Il-Parlament għamel l-ewwel qari tiegħu fis-7 ta' Lulju 2005: Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu fis-27 ta’ Ġunju 2006. Fit-tieni qari ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006, il-Parlament adotta 31 emenda tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill.
Ħafna mill-31 emenda tat-tieni qari tal-Parlament kienu marbuta mal-maniġment tal-baġit ta’ LIFE+ li kien ukoll l-iktar kwistjoni kontroversjali. Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill ipproponiet sistema ta’ maniġment delegat tal-Programm, skond liema proposta, 80% tal-fondi kellhom ikunu mmaniġġjati mill-Istati Membri. Il-PE insista fuq l-irwol ċentrali tal-Kummissjoni u għalhekk jappoġġja sistema ta’ maniġment ċentrali. Kwistjonijiet oħra li hemm fin-nofs bejn il-Parlament u l-Kunsill jikkonċernaw l-iktar kwistjonijiet baġitarji (inkluż l-iffinanzjar ta’ Natura 2000), l-introduzzjoni ta' proċedura ta' Komitoloġija ġdida u l-miżuri eliġibbli għall-iffinanzjar.
Il-proċedura ta’ Konċiljazzjoni
Sussegwentement, il-Kunsill, b’mod mhux formali indika li mhux ser ikun jista’ jaċċetta l-emendi kollha tal-Parlament u li b’konsegwenza t’hekk proċedura ta’ konċiljazzjoni tkun neċessarja.
Il-laqgħa kostitwenti tad-delegazzjoni tal-Parlament għall-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni saret fit-28 ta’ Novembru 2006 fi Brussell. Saru tliet trijalogi (fl-1 ta’ Frar, fit-13 ta’ Frar u fl-1 ta’ Marzu), fejn it-tim li kien qed jinnegozja kien qed jirrapporta lura lid-delegazzjoni tal-PE (fit-13 ta’ Frar u fil-15 ta’ Marzu). Waqt l-ewwel fażi tan-negozjati, il-Kunsill aċċetta l-pożizzjoni tal-PE dwar maniġment ċentrali dirett. Sar progress raġonevoli fuq kwistjonijiet oħra bħall-possibilità li l-Istati Membri jfasslu prijoritajiet nazzjonali, parteċipazzjoni pubblika u xi dispożizzjonijiet tekniċi.
Madankollu, punti ewlenin oħra ta’ differenza baqgħu mingħajr soluzzjoni bħal: il-baġit totali, l-implimentazzjoni tal-baġit, il-proporzjon tal-baġit dedikat għall-proġetti “natura u bijodiversità”, u l-bżonn li jittejbu l-proġetti ta' koperazzjoni transkonfinali.
Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni ltaqa’ filgħaxija fis-27 ta’ Marzu 2007. Il-PE kien irrapreżentat mill-Viċi-President is-Sra Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, il-president tal-Kumitat responsabbli, is-Sur Miroslav Ouzký, u r-rapporteur, is-Sra Marie Anne Isler Béguin.
Il-Kunsill kien irrapreżentat mis-Sur Gabriel, il-Ministru Federali Ġermaniż għall-Ambjent u l-Kummissjoni kienet irrapreżentata mill-Kummissarju Dimas. Ftit qabel nofs il-lejl, il-Kumitat seta’ jasal għal qbil finali wara li d-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew aċċettat b’mod unanimu l-pakkett ta’ kompromess propost.
Il-punti ewlenin tal-qbil milħuq jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:
LIFE+ baġit totali: Il-PE irnexxielu jiżgura żieda ta’ 40 milljun Euro fuq l-ammont li tpoġġa għad-dispożizzjoni mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill. Il-baġit għal LIFE+ issa sar madwar 1894 miljun Euro.
Implimentazzjoni tal-baġit LIFE+: Il-Kunsill ippropona li 79% tar-riżorsi baġitarji għal LIFE+ ser jintużaw għal azzjonijiet tal-proġetti, bil-Kummissjoni jibqalha 1% għal spejjeż oħra. Il-PE insista fuq il-bżonn li l-Kummissjoni tirċievi r-riżorsi neċessarji biex tiffinanzja l-infiq amministrattiv għall-proċedura ta’ l-għażla tal-proġett kif ukoll għal attivitajiet relevanti oħra, bħal kampanji ta’ informazzjoni u ta’ kuxjenza u għal Ġimgħat iddedikati għall-Ambjent (Green Weeks). F’aħħar kien hemm qbil li 78% tar-riżorsi baġitarji għal LIFE+ ser jintużaw għal azzjonijiet tal-proġetti u li l-Kummissjoni ser tingħata 2% tal-baġit għal spejjeż oħra.
Proporzjon tal-baġit ta’ LIFE+ dedikat għall-proġetti "natura u bijodiversità": Il-PE żgura li ta’ l-anqas 50% tar-riżorsi tal-baġit għal LIFE+ ser jiġu dedikati għal għotjiet ta’ azzjonijiet tal-proġetti għal miżuri biex jappoġġjaw il-konservazzjoni tan-natura u tal-bijodiversità. Fil-pożizzjoni komuni tiegħu, il-Kunsill ippropona li jiddedika 40% tal-baġit kollu għal proġetti bħal dawn.
Proġetti transnazzjonali: Il-PE żgura l-inklużjoni fir-Regolament ta’ dispożizzjoni li ta’ l-inqas 15% tar-riżorsi baġitarji ta’ LIFE+ għandhom jiġu allokati għal proġetti transnazzjonali. Il-Kunsill oppona din id-dispożizzjoni.
Waqt il-laqgħa tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, is-Sur Dimas qara dikjarazzjoni li, qabel ir-reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju, il-Kummissjoni ser tagħmel reviżjoni ta’ infiq li diġà ttieħed impenn dwaru u diġà ppjanat għall-maniġment tan-netwerks ta’ Natura 2000, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll dak ta’ l-UE. Din il-ħarsa ġenerali ser tintuża bl-għan li jiġu adottati strumenti Komunitarji, b’mod partikulari LIFE+, u sabiex ikun żgurat livell għoli ta’ kofinanzjament.
Konklużjoni
Il-qbil milħuq matul il-proċedura ta’ konċiljazzjoni tindirizza kwisjonijiet ewlenin koperti mill-emendi tat-tieni qari tal-Parlament. Huwa wkoll ħafna iktar sodisfaċenti minn kull qbil ieħor li seta’ ġie konkluż fi stadju aktar kmieni tal-proċedura leġiżlattiva. B’mod partikulari, il-PE irnexxielu jiżgura li l-Kummissjoni Ewropea ser tibqa’ l-parteċipant prinċipali fil-maniġment tal-programm. Għalhekk, id-delegazzjoni tirrakkomanda li l-Parlament japprova t-test konġunt fit-tielet qari.
PROĊEDURA
Titolu |
Test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+) |
|||||
Referenzi |
PE-CONS 3611/2007 – C6‑0105/2007 – 2004/0218(COD) |
|||||
'Chairman' tad-delegazzjoni: |
Rodi Kratsa-Tsagaropoulou |
|||||
Kumitat responsabbli |
ENVI Miroslav Ouzký |
|||||
Rapporteur |
Marie Anne Isler Béguin |
|
||||
Proposta tal-Kummissjoni |
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istrument Finanzjarju ghall-Ambjent (LIFE +) |
|||||
Data ta' l-1 qari tal-PE |
7.7.2005 |
|||||
Proposta modifikata tal-Kummissjoni |
||||||
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
6284/1/2006 – C6‑0226/2006 6.7.2006 |
|||||
Pożizzjoni tal-Kummissjoni |
||||||
Data tat-2 qari tal-PE |
24.10.2006 |
|||||
Opinjoni tal-Kummissjoni |
||||||
Data meta l-Kunsill irċieva t-tieni qari |
6.12.2006 |
|||||
Data ta' l-ittra tal-Kunsill dwar ir-rifjut ta' l-emendi tal-Parlament |
5.3.2007 |
|||||
Laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni |
27.3.2007 |
|
|
|
||
Data tal-votazzjoni mid-delegazzjoni tal-PE |
27.3.2007 |
|||||
Riżultat tal-votazzjoni |
+: –: 0: |
18 0 0 |
||||
Membri preżenti |
Chris Davies, Edite Estrela, Cristina Gutiérrez-Cortines, Jutta Haug, Gyula Hegyi, Mary Honeyball, Marie Anne Isler Béguin, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Riitta Myller, Hartmut Nassauer, Miroslav Ouzký, Antonyia Parvanova, Frédérique Ries, Karin Scheele, Károly Ferenc Szabó, Evangelia Tzampazi, Lambert van Nistelrooij. |
|||||
Sostitut(i) preżenti |
Guido Sacconi |
|||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti |
Avril Doyle, Anne Ferreira. |
|||||
Data tal-ftehim fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni |
27.3.2007 |
|||||
Ftehima permezz ta' skambju ta' ittri |
- |
|
||||
Data ta' meta l-ko-chairpersons stabbilixxew illi t-test konġunt ġie approvat u ntbagħat lill-PE u lill-Kunsill |
8.5.2007 |
|||||
Data tat-tressiq |
11.5.2007 |
|||||
Kummenti |
- |
|||||
ESTENSJONI TAL-PERJODI TA' SKADENZA
Skadenza għat-tieni qari tal-Kunsill |
- |
|
Skadenza għas-sejħa tal-kumitat |
|
|
Skadenza għax-xogħol fil-kumitat |
|
|
Skadenza għall-adozzjoni ta' l-att Istituzzjoni li qed tagħmel it-talba - data |
|
|