RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi t-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2007-2013)
14.5.2007 - (16369/2/2006 – C6‑0100/2007 – 2005/0042A(COD)) - ***II
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Antonios Trakatellis
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi t-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2007-2013)
(16369/2/2006 – C6‑0100/2007 – 2005/0042A(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (16369/2/2006 – C6‑0100/2007),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0115)[2],
– wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2006)0234)[3],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6‑0184/2007),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Premessa 7 | |
(7) (7) Tmien kawżi ewlenin ta' mewt u morbożità mill-NCDs fir-Reġjun Ewropew tad-WHO huma l-mard kardjovaskulari, mard neuropsikjatriku, il-kanċer, mard ta' diġestjoni, mard respiratorju, mard ta' l-organi sensorjali, mard ta' l-iskeletru u l-muskoli u d-dijabete mellitus. |
(7) Tmien kawżi ewlenin ta' mewt u morbożità mill-NCDs fir-Reġjun Ewropew tad-WHO huma l-mard kardjovaskulari, mard neuropsikjatriku, il-kanċer, mard ta' diġestjoni, mard respiratorju, mard ta' l-organi sensorjali, mard ta' l-iskeletru u l-muskoli u d-dijabete mellitus. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tissottometti, waqt l-attwazzjoni ta' dan il-Programm ta' Qafas, proposti għal Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni, id-dijanjosi u l-kontroll ta' mard prinċipali. |
Ġustifikazzjoni | |
Terġa' tiddaħħal l-emenda 105 ta' l-ewwel qari (post ġdid). It-trasferiment ta' l-aħjar prattiki madwar l-Ewropa rigward il-mard prinċipali bla dubju jżid valur għall-istrateġiji nazzjonali tas-saħħa. L-azzjonijiet ta' l-UE huma wkoll iġġustifikati f'termini ta' effiċjenza kif ukoll biex jindirizzaw l-inugwaljanzi bejn l-Istati Membri billi jnaqqsu l-inkonsistenzi fil-politiki nazzjonali. Il-mard diġà, fuq livelli differenti, ġibed l-attenzjoni ta' l-UE iżda mingħajr koerenza, huwa loġiku li l-Ewropa issa għandha tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, id-dijanjosi u l-kontroll f'dawn l-oqsma. Il-mard prinċipali fl-Ewropa jinkludi l-mard kardjovaskulari, il-kanċer, id-dijabete u l-mard mentali. | |
Emenda 2 Premessa 10 | |
(10) Il-Programm għandu jkun imsejjes fuq il-kisbiet tal-programm preċedenti għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008). Huwa għandu jikkontribwixxi lejn il-kisba ta' livell għoli ta' saħħa fiżika u mentali u ugwaljanza akbar fi kwistjonijiet ta' saħħa fil-Komunità kollha billi l-azzjonijiet jiġu diretti lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni tal-mard u diżordnijiet oħra tal-bniedem, u t-tneħħija ta' sorsi ta' perikolu għas-saħħa sabiex tiġi miġġielda l-morbożità u l-mewt prematura. |
(10) Il-Programm għandu jkun imsejjes fuq il-kisbiet tal-programm preċedenti għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008). Huwa għandu jikkontribwixxi lejn il-kisba ta' livell għoli ta' saħħa fiżika u mentali u ugwaljanza akbar fi kwistjonijiet ta' saħħa fil-Komunità kollha billi l-azzjonijiet jiġu diretti lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni tal-mard u diżordnijiet oħra tal-bniedem, u t-tneħħija ta' sorsi ta' perikolu għas-saħħa sabiex tiġi miġġielda l-morbożità u l-mewt prematura. Huwa għandu wkoll jipprovdi liċ-ċittadini b'aċċess aħjar għal informazzjoni u biex b'hekk tiżdied l-abilità tagħhom li jieħdu deċiżjonijiet li jaqdu l-aħjar l-interessi tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan il-programm għandu jsaħħaħ il-kapaċità li jipprovdi liċ-ċittadini b'informazzjoni dwar kwistjonijiet ta' saħħa u li jwessa' l-ambitu ta' l-għarfien u l-għażla. | |
Emenda 3 Premessa 18 | |
(18) L-aħjar prassi hi importanti minħabba li l-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta' l-effiċjenza u l-effettività u mhux biss f'termini ekonomiċi. Għandha tiġi promossa l-aħjar prattika u l-aħjar metodi ta' trattament għall-mard u l-korrimenti sabiex tiġi evitata aktar deterjorazzjoni tas-saħħa, u għandhom jiġu żviluppati netwerks Ewropej ta' ċentri ta' referenza għal kondizzjonijiet speċifiċi. |
(18) L-aħjar prassi hi importanti minħabba li l-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta' l-effiċjenza u l-effettività u mhux biss f'termini ekonomiċi. Għandha tiġi promossa l-aħjar prattika u l-aħjar metodi ta' trattament għall-mard u l-korrimenti sabiex tiġi evitata aktar deterjorazzjoni tas-saħħa, u għandhom jiġu żviluppati netwerks Ewropej ta' ċentri ta' referenza għal kondizzjonijiet speċifiċi. Huwa importanti wkoll li jkunu permessi alternattivi li jistgħu jkunu preferibbli għal raġunijiet soċjali, etiċi u oħrajn individwali. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li wieħed jikkunsidra li l-kura tas-saħħa tant hija tajba issa li xi ħadd jista' jagħżel metodu ta' trattament, minħabba raġunijiet soċjali, reliġjużi u preferenzi individwali oħrajn, li oġġettivament mhux tajjeb daqs l-oħrajn. Per eżempju, xi ħadd li qed imut bil-kanċer jista' jippreferixxi li jibqa' viċin qrabatu milli jtawwal ħajtu/ħajjitha; xi ħadd jista' jagħżel li għal raġunijiet reliġjużi, ma jaċċettax donazzjonijiet ta' demm. | |
Emenda 4 Premessa 23 a (ġdida) | |
|
(23a) Hemm bżonn ta' approċċ olistiku u pluralist għas-saħħa pubblika u għalhekk, mediċina kumplimentari u alternattiva għandha tkun inkluża fl-azzjonijiet appoġġjati mill-Programm. |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda 145 mill-ewwel qari. | |
Miljuni ta' ċittadini ta' l-UE jagħmlu użu minn mediċina kumplimentari u alternattiva. Huwa importanti li jiġi adottat approċċ sħiħ u pluralist fil-programm u li tkun inkluża mediċina kumplimentari u alternattiva fl-azzjonijiet tal-programm. | |
Emenda 5 Premessa 25 | |
(25) Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi pakkett finanzjarju, għat-tul kollu tal-Programm, li jikkostitwixxi ir-referenza prinċipali fit-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja soda, għall-awtorita' baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali. |
(25) Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi pakkett finanzjarju, għat-tul kollu tal-Programm, li jikkostitwixxi ir-referenza prinċipali fit-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja soda, għall-awtorita' baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali. Meta jkun qed jitfassal l-abbozz tal-baġit preliminari, l-awtorita baġitarja u l-Kummissjoni jimpenjaw ruħhom li ma jaqbżux b'iktar minn 5% minn dak l-ammont għall-perjodu kollu tal-programm ikkonċernat, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi oġġettivi, fit-tul u ġodda li hemm raġunijiet espliċiti u preċiżi għalihom, u għandhom jiġu meqjusa r-riżultati miksuba mill-implimentazzjoni tal-programm, b'mod partikulari fuq il-bażi ta' evalwazzjonijiet. Kwalunkwe żieda li tirriżulta minn varjazzjoni bħal din m'għandhiex taqbeż il-limitu eżistenti fl-intestatura konċernata. |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba l-baġit imnaqqas, hemm bżonn li jiġu esplorati u utilizzati l-possibilitajiet kollha pprovduti mill-IIA biex ikunu disponibbli aktar riżorsi għall-programm fil-proċedura baġitarja annwali. | |
Emenda 6 Premessa 25 a (ġdida) | |
|
(25a) L-awtorita baġitarja tkun tista' tiddeċiedi li timmodifika l-ipprogrammar annwali maħsub mill-Kummissjoni, li huwa purament indikattiv, u li żżid l-approprjazzjonijiet ta' l-impenn u tal-ħlas matul l-ewwel sentejn jew tliet snin tal-perjodu, possibilment bi klawżola ta' kontroll, skond id-dispożizzjonijiet tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA). |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba l-baġit imnaqqas, hemm bżonn li jiġu esplorati u utilizzati l-possibilitajiet kollha pprovduti mill-IIA biex aktar riżorsi jkunu disponibbli għall-programm fil-proċedura baġitarja annwali. | |
Emenda 7 Premessa 25 b (ġdida) | |
|
(25b) Skond Punt 27 ta' l-IIA, l-Istrument ta' Flessibilità b'limitu annwali ta' EUR 200 miljun (prezzijiet attwali) huwa maħsub biex jippermetti l-finanzjament għal sena finanzjarja partikulari u sa l-ammont indikat għal infiq identifikat sew li ma setgħax jiġi finanzjat fil-limiti tar-restrizzjonijiet disponibbli għal intestatura waħda jew aktar intestaturi oħra. |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba l-baġit imnaqqas allokat għall-programm, għandhom jiġu esplorati l-possibiltajiet kollha provduti mill-IIA. | |
Emenda 8 Premessa 27 | |
(27) Jeħtieġ li jiżdied l-investiment ta’ l-UE fis-saħħa u l-proġetti relatati mas-saħħa. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jitħeġġu jidentifikaw it-titjib tas-saħħa bħala prijorità fil-programmi nazzjonali tagħhom. Għarfien aħjar dwar il-possibbilitajiet tal-finanzjament ta’ l-UE għas-saħħa hu meħtieġ. Għandu jiġi mħeġġeġ l-iskambju ta' esperjenzi bejn l-Istati Membri dwar il-finanzjament tas-saħħa permezz tal-Fondi Strutturali. |
(27) Jeħtieġ li jiżdied l-investiment ta’ l-UE fis-saħħa u l-proġetti relatati mas-saħħa. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri huma mħeġġa jidentifikaw it-titjib tas-saħħa bħala prijorità fil-programmi nazzjonali tagħhom. Għarfien aħjar dwar il-possibbilitajiet tal-finanzjament ta’ l-UE għas-saħħa hu meħtieġ. Għandu jiġi mħeġġeġ l-iskambju ta' esperjenzi bejn l-Istati Membri dwar il-finanzjament tas-saħħa permezz tal-Fondi Strutturali. |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba li l-kontributi kollha tal-Komunità huma bbażati fuq kofinanzjament, l-Istati Membri huma responsabbli għall-kofinanzjament tal-promozzjoni tas-saħħa. | |
Emenda 9 Artikolu 2, paragrafu 2, inċiż 2 | |
- Il-promozzjoni tas-saħħa, |
- il-promozzjoni ta' politiki li jwasslu għal tip ta' ħajja aħjar għas-saħħa u li jgħinu biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa,
|
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda terġa' tintegra l-proposta oriġinali tal-Kummissjoni u tinkorpora element fl-emenda 50 ta' l-ewwel qari. | |
Emenda 10 Artikolu 3, paragrafu 1 | |
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perijodu speċifikat fl-Artikolu 1 huwa hawn stabbilit għal EUR 365 600 000. |
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perijodu speċifikat fl-Artikolu 1 huwa hawn stabbilit għal EUR 402 160 000. |
Ġustifikazzjoni | |
Iż-żieda ta' 10% kif proposta hija maħsuba biex tirrimedja ftit it-tnaqqis drastiku tal-baġit. Fl-ewwel qari l-Parlament ippropona baġit ta' € 1 500 miljun. Wara l-eżempju ta' LIFE+, fejn il-Parlament kien adotta wkoll żieda fil-baġit fit-tieni qari, il-fondi neċessarji għandhom ikunu disponibbli billi jintuża l-marġini ta' Intestatura 3b. | |
Emenda 11 Artikolu 3, paragrafu 2 | |
2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju. |
2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju u b'konformita mal-flessibilità leġiżlattiva permessa skond Punt 37 ta' l-IIA, l-Istrument ta' Flessibilità msemmi fil-Punt 27 ta' l-IIA u r-reviżjoni ta' nofs il-perjodu kif imsemmi fid-Dikjarazzjoni Nru 3 ta l-IIA. |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba n-nuqqas ta' simetrija fl-allokazzjoni tal-fondi Komunitarji għall-Programm tas-Saħħa u l-programmi plurijennali l-oħra, il-finanzjament għall-Programm tas-Saħħa għandu jiżdied b'konformita mal-flessibiltà leġiżlattiva, l-istrument ta' flessibiltà u r-reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-Qafas Finanzjarju. | |
Emenda 12 Artikolu 4, paragrafu 3 | |
3. Il-kontributi finanzjarji mill-Komunità jistgħu, fejn jixraq, minħabba n-natura ta' l-għan li għandu jinkiseb, jinkludu finanzjament konġunt mill-Komunità u Stat Membru wieħed jew aktar jew mill-Komunità u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi parteċipanti l-oħra. F' dan il-każ, il-kontribut Komunitarju m'għandux jaqbeż il-50%, ħlief f'każijiet ta' utilità eċċezjonali, fejn il-kontribut Komunitarju m'għandux jaqbeż is-70%. Dawn il-kontributi Komunitarji jistgħu jingħataw lil korp pubbliku jew korp li ma joperax bi qligħ magħżula permezz ta’ proċedura trasparenti mill-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti kkonċernata u bil-qbil tal-Kummissjoni. |
3. Il-kontributi finanzjarji mill-Komunità jistgħu, fejn jixraq, minħabba n-natura ta' l-għan li għandu jinkiseb, jinkludu finanzjament konġunt mill-Komunità u Stat Membru wieħed jew aktar jew mill-Komunità u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi parteċipanti l-oħra. F' dan il-każ, il-kontribut Komunitarju m'għandux jaqbeż il-50%, ħlief f'każijiet ta' utilità eċċezjonali, fejn il-kontribut Komunitarju m'għandux jaqbeż is-70%. Dawn il-kontributi Komunitarji jistgħu jingħataw lil korp pubbliku jew korp li ma joperax bi qligħ magħżula permezz ta’ proċedura trasparenti mill-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti kkonċernata u bil-qbil tal-Kummissjoni. Dawn il-kontributi Komunitarji għandhom jingħataw fuq il-bażi tal-kriterji għall-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u tal-konsumaturi adottati mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini. |
Ġustifikazzjoni | |
Dħul mill-ġdid ta' l-emenda 54 ta' l-ewwel qari. | |
Emenda 13 Anness, Punt 2.1.2. | |
2.1.2. L-appoġġ għal inizjattivi li jidentifikaw il-kawżi ta', jindirizzaw u jnaqqsu l-inugwaljanzi tas-saħħa fi ħdan u bejn l-Istati Membri, inklużi dawk dwar id-differenzi bejn is-sess sabiex jikkontribwixxu għall-prosperità u l-koeżjoni; il-promozzjoni ta' investiment fis-saħħa f'kooperazzjoni ma' linji politiċi u Fondi Komunitarji oħrajn; it-titjib tas-solidarjetà bejn sistemi nazzjonali tas-saħħa billi tiġi appoġġata l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta' kura transkonfini. |
2.1.2. L-appoġġ għal inizjattivi li jidentifikaw il-kawżi ta', jindirizzaw u jnaqqsu l-inugwaljanzi tas-saħħa fi ħdan u bejn l-Istati Membri, inklużi dawk dwar id-differenzi bejn is-sess sabiex jikkontribwixxu għall-prosperità u l-koeżjoni; il-promozzjoni ta' investiment fis-saħħa f'kooperazzjoni ma' linji politiċi u Fondi Komunitarji oħrajn; it-titjib tas-solidarjetà bejn sistemi nazzjonali tas-saħħa billi tiġi appoġġata l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta' kura transkonfinali u mobilità tal-pazjent. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Anness għandu jinkludi referenza espliċita għal mobilità tal-pazjent. Dħul mill-ġdid parzjali ta' l-emenda 114 ta' l-ewwel qari. | |
Emenda 14 Anness, punt 2.1.2 a (ġdid) | |
|
2.1.2.a. Ikun rikonoxxut li l-pazjenti għandhom drittijiet ukoll bħala konsumaturi tal-kura tas-saħħa. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-pazjenti fl-UE llum huma iktar b'saħħithom u infurmati aħjar minn qatt qabel. Il-kura tas-saħħa nbidlet u saret aktar professjonali, u tħaddan firxa aktar wiesgħa ta' parteċipanti. Il-pazjenti issa għandhom bżonn mhux biss ta' protezzjoni iżda wkoll tal-kapaċità li jużaw avvanzi fil-mediċina u d-divrenzjar fil-qasam tas-saħħa, u dan għandu jkun rifless fil-leġiżlazzjoni, b'mod partikulari f'termini ta' informazzjoni u d-dritt tal-libertà ta' l-għażla fil-kura tas-saħħa. | |
Emenda 15 Anness, punt 2.2.1. | |
2.2.1 L-indirizzar ta' fatturi determinanti tas-saħħa għall-promozzjoni u t-titjib tas-saħħa fiżika u mentali, il-ħolqien ta' ambjenti ta' sostenn għal stili ta' ħajja sani u l-prevenzjoni ta' mard; it-teħid ta' azzjoni fuq fatturi ewlenin bħan-nutrizzjoni u l-attività fiżika u s-saħħa sesswali, u dwar fatturi determinanti marbuta mal-vizzji bħat-tipjip, l-alkoħol u d-drogi, b'iffokar fuq ambjenti ewlenin bħall-edukazzjoni u l-post tax-xogħol u ċ-ċiklu ta' matul il-ħajja. |
2.2.1 L-indirizzar ta' fatturi determinanti tas-saħħa għall-promozzjoni u t-titjib tas-saħħa fiżika u mentali, il-ħolqien ta' ambjenti ta' sostenn għal stili ta' ħajja sani u l-prevenzjoni ta' mard; it-teħid ta' azzjoni fuq fatturi ewlenin bħan-nutrizzjoni u l-attività fiżika u s-saħħa sesswali, u dwar fatturi determinanti marbuta mal-vizzji bħat-tipjip, l-alkoħol, mediċini bir-riċetta medika u d-drogi illegali, b'iffokar fuq ambjenti ewlenin bħall-edukazzjoni u l-post tax-xogħol u ċ-ċiklu ta' matul il-ħajja. |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda 87 mill-ewwel qari. | |
Kjarifika biex ikun żgurat li l-azzjonijiet meħuda biex jindirizzaw fatturi determinanti tas-saħħa jinkludu azzjoni kontra d-dipendenza fuq mediċini bir-riċetta medika, li hija fattur determinanti tas-saħħa importanti. | |
Emenda 16 Anness, Punt 2.2.3 | |
2.2.3. Azzjoni ta’ sostenn fuq l-effetti tas-saħħa ta’ fatturi ambjentali u soċjo-ekonomiċi aktar mifruxa. |
2.2.3. L-indirizzar ta' l-effetti fuq is-saħħa ta’ fatturi determinanti ambjentali aktar mifruxa, b'mod partikulari l-kwalità ta' l-arja ta' ġewwa u l-espożizzjoni għal sustanzi kimiċi tossiċi, u fatturi determinanti soċjo-ekonomiċi aktar mifruxa. |
Ġustifikazzjoni | |
It-tqegħid tal-kliem dwar l-ambjent u s-saħħa għandu jkun aktar qawwi bl-istess mod bħall-emenda 93 ta' l-ewwel qari. | |
Emenda 17 Anness, Punt 3.1.1a. (ġdid) | |
|
3.1.1a. L-istabbiliment ta' sistema Komunitarja għall-koperazzjoni bejn ċentri ta' referenza sabiex titqawwa l-applikazzjoni ta' l-aħjar prassi fi ħdan l-Istati Membri. |
Ġustifikazzjoni | |
Minkejja li tneħħa l-objettiv dwar sistema ta' saħħa, xorta għandu jiġu inkluż fl-Anness l-appoġġ għall-koperazzjoni bejn iċ-ċentri ta' referenza eżistenti. Din l-emenda terġa' tintegra l-proposta oriġinali tal-Kummissjoni u elementi mill-emenda 116 ta' l-ewwel qari. | |
Emenda 18 Anness, punt 3.2.1. | |
3.2.1. L-iżvilupp ulterjuri ta' sistema ta' monitoraġġ tas-saħħa sostenibbli b'mekkaniżmi għal ġbir ta' data u informazzjoni, b'indikaturi adatti; il-ġabra ta' data dwar l-istatus u l-linji politiċi tas-saħħa; l-iżvilupp, mal-Programm Komunitarju ta' l-Istatistika, ta' l-element statistiku ta' din is-sistema. |
3.2.1. L-iżvilupp ulterjuri ta' sistema ta' monitoraġġ tas-saħħa sostenibbli b'mekkaniżmi għal ġbir ta' data u informazzjoni, b'indikaturi adatti; il-ġabra ta' data dwar l-istatus u l-linji politiċi tas-saħħa; l-istabbiliment ta' reġistri fl-Ewropa kollha dwar mard ewlieni, bħall-kanċer, u ta' l-inqas dwar il-kanċer ċervikali, il-kanċer tas-sider, u l-kanċer kolorettali, ibbażati fuq id-data miġbura meta tiġi implimentata r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-eżaminazzjoni tal-kanċer; l-iżvilupp ta' metodoloġiji u manutenzjoni tal-bażijiet tad-dejta; l-element statistiku ta' din is-sistema se jiġi żviluppat flimkien mal-Programm Komunitarju ta' l-Istatistika. |
Ġustifikazzjoni | |
Idaħħal mill-ġdid l-emenda 126 ta’ l-ewwel qari f’forma mmodifikata. |
NOTA SPJEGATTIVA
Sfond
Fir-rebbiegħa ta' l-2005, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal programm konġunt dwar il-Ħarsien tas-Saħħa u tal-Konsumatur għall-2007-2013, fejn argumentat li l-kombinazzjoni ta' żewġ programmi pjuttost żgħar fi programm wieħed kbir toħloq sinerġiji kemm mil-lat ta' amministrazzjoni kif ukoll mil-lat ta' tfassil ta' politika. Il-programm għandu jkollu riżorsi adegwati, € 1 203 miljun, biex jiġu implimentati miżuri fl-oqsma tas-saħħa pubblika u l-politika tal-konsumatur.
Il-Parlament Ewropew ma appoġġjax l-idea ta' programm konġunt għal żewġ oqsma ta' politika kompletament separati, iżda ddeċieda li jaqsmu f'żewġ partijiet, il-programm dwar is-saħħa u l-programm dwar il-ħarsien tal-konsumatur. Il-baġit ġie maqsum filwaqt li baqa' jirrispetta t-tqassim tradizzjonali bejn iż-żewġ oqsma. Meta l-Parlament adotta l-programmi fl-ewwel qari, żamm il-baġit oriġinali għall-Programm dwar il-Ħarsien tal-Konsumatur u żied b'mod konsiderevoli l-baġit tal-Programm dwar is-Saħħa (minn € 969 miljun għal €1 500 miljun). Dan sar biex jagħti messaġġ ċar lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-prijoritajiet tal-Parlament.
Il-baġits tal-programmi plurijennali l-ġodda fl-oqsma kollha tal-politika kienu parti min-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju l-ġdid għall-2007-2013. Il-kompromess ta' l-Istati Membri f'Diċembru 2005 ħalla l-finanzjament ta' numru ta' oqsma ta' politika ferm inferjuri mil-livell li l-Kummissjoni kienet ipproponiet oriġinarjament. Il-Parlament Ewropew seta' jirrimedja s-sitwazzjoni parzjalment fin-negozjati mal-Kunsill fir-rebbiegħa ta' l-2006, iżda l-konsegwenzi tal-ftehim kienu agħar għal xi oqsma ta' politika minn oħrajn.
Wieħed mill-oqsma ta' politika li bata l-aktar kien dak dwar is-saħħa pubblika, u l-Programm dwar is-Saħħa kien l-akbar vittma. Il-baġit oriġinarjament propost mill-Kummissjoni ta' €969 miljun, li l-Parlament żied għal €1 500 miljun, spiċċa biss ta' €365.6 miljun. Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni kellha tissimplifika l-programm meta ppreżentat il-proposta riveduta tagħha wara l-ewwel qari tal-Parlament u l-ftehim dwar il-Qafas Finanzjarju.
Ir-rapporteur tagħkom,bl-appoġġ tax-'shadow' rapporteurs, eżamina l-possibiltajiet kollha biex jirrimedja s-sitwazzjoni. L-isforzi kollha kienu miċħuda mill-Kunsill, avolja l-Presidenza Finlandiża uriet intenzjonijiet tajba fin-negozjati mal-Parlament. Il-Kunsill wasal għal ftehim politiku dwar il-Programm dwar is-Saħħa 2007-2013 fl-aħħar ta' Novembru 2006, fejn adotta ħafna mit-test tal-proposta riveduta tal-Kummissjoni, inkluż il-baġit.
Kwistjonijiet għat-tieni qari
Ir-rapporteur tagħkom jirrikonoxxi li l-marġini ta' manuvrar rigward il-baġit huwa limitat. Madankollu, huwa jirrimarka li l-Qafas Finanzjarju xorta joffri ċertu flessibilità mil-lat tal-marġini ta' kull intestatura kif ukoll mil-lat tal-proċedura baġitarja annwali. Minħabba l-importanza tal-Programm dwar is-Saħħa, l-opportunitajiet eżistenti għandhom jiġu eżaminati u utilizzati b'mod attiv.
Huwa neċessarju wkoll li t-test innifsu jiġi revedut. Huwa ċar li fiċ-ċirkostanzi l-ġodda, b'baġit imnaqqas, l-adozzjoni ta' lista estremament dettaljata ta' azzjonijiet għall-programm m'għadhiex tagħmel sens. Iżda għadu neċessarju li jiġu rrimedjati numru ta' kwistjonijiet li l-Parlament ikkunsidra importanti fl-ewwel qari. Waħda minnhom tikkonċerna l-għan tal-programm. Fl-ewwel qari, il-Parlament ikkunsidra importanti ħafna li l-programm jindirizza b'mod espliċitu l-inugwaljanzi fis-saħħa. Konsegwentament, dan għandu jissemma fl-għan u fl-objettivi tal-programm. Talab ukoll għal kriterji għal NGOs eliġibbli għal finanzjament dirett mill-programm, tqegħid aħjar ta' kliem għal azzjonijiet dwar l-ambjent u s-saħħa, sistema Komunitarja għal koperazzjoni bejn ċentri ta' referenza, u t-twaqqif ta' reġistru fl-Ewropa kollha dwar it-tipi ta' kanċer li huma koperti mir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-eżaminazzjoni tal-kanċer. Ir-rapporteur tagħkom inkorpora emendi korrispondenti fl-abbozz ta' rakkomandazzjoni tiegħu. Minħabba l-konsensus ġenerali fil-Parlament dwar dawn il-modifiki, il-Kunsill għandu juri ċerta flessibilità jekk irid jevita konċiljazzjoni.
PROĊEDURA
Titolu |
Programm ta’ azzjoni komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2007-2013) |
|||||||
Referenzi |
16369/2/2006 - C6-0100/2007 - 2005/0042A(COD) |
|||||||
Data ta' l-ewwel qari tal-PE – Numru P |
16.3.2006 T6-0093/2006 |
|||||||
Proposta tal-Kummissjoni |
COM(2005)0115 - C6-0097/2005 |
|||||||
Proposta ġdida tal-Kummissjoni |
||||||||
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni |
29.3.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 29.3.2007 |
|||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Antonios Trakatellis 24.5.2005 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
11.4.2007 |
|
|
|
||||
Data ta' l-adozzjoni |
8.5.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
42 0 1 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Margrete Auken, Irena Belohorská, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Martin Callanan, Dorette Corbey, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Jill Evans, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Jens Holm, Marie Anne Isler Béguin, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Urszula Krupa, Marie-Noëlle Lienemann, Peter Liese, Linda McAvan, Alexandru-Ioan Morţun, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Daciana Octavia Sârbu, Karin Scheele, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Kathy Sinnott, Antonios Trakatellis, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Anders Wijkman, Glenis Willmott |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Christofer Fjellner, Adam Gierek, Alojz Peterle, Andres Tarand |
|||||||
Data tat-tressiq |
14.5.2007 |
|||||||