RAPPORT dwar it-tfassil ta' Politika Ewropea dwar il-‘Broadband’

21.5.2007 - (2006/2273(INI))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Gunnar Hökmark


Proċedura : 2006/2273(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0193/2007
Testi mressqa :
A6-0193/2007
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar it-tfassil ta' Politika Ewropea dwar il-‘Broadband’

(2006/2273(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Tnaqqis tad-differenzi fl-aċċess għall-‘Broadband’" (COM(2006)0129),

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Forum dwar id-Differenzi fil-Qasam Diġitali tal-15 ta' Lulju 2005 dwar l-aċċess għall-‘broadband’ u l-appoġġ pubbliku f'zoni mhux moqdija b'mod xieraq,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa bit-titolu 'l-Implimentazzjoni ta' l-Istrateġija Mġedda ta' Liżbona għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi (COM(2006)0816),'

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu 'Konnessjoni ta' l-Ewropa f'veloċità għolja: żviluppi reċenti fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi' (COM(2004)0061),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-Reviżjoni tal-qafas regolatorju ta' l-UE għal netwerks u servizzi elettroniċi ta' komunikazzjoni (COM(2006)0334),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għal netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika (Direttiva ta' Qafas)[1],

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu ‘i2010 – Soċjetà Ewropea ta’ l-Informazzjoni għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi’ (COM(2005)0229),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu 'i2010 – L-Ewwel Rapport Annwali dwar is-Soċjetà Ewropea ta' l-Informazzjoni' (COM(2006)0215),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 854/2005/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 li tistabbilixxi Programm Komunitarju plurijennali dwar il-promozzjoni ta' użu aktar sigur ta' l-internet u ta' teknoloġiji online ġodda[2],

–   wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma ta' l-Istaff tal-Kummissjoni intitolat 'Linji gwida dwar Kriterji u Modalitajiet ta' l-Implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali b'Appoġġ għal Komunikazzjonijiet Elettroniċi' (SEC(2003)0895),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Approċċ ibbażat fuq is-suq għall-immaniġġjar ta' l-ispettru fl-Unjoni Ewropea" (COM(2005)0400),

–   wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti ta' Prim'Istanza tat-30 ta' Jannar 2007 fil-kawża France Télécom SA v Kummissjoni[3] li rrifjutat għalkollox l-appell ta' France Télécom SA fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-2003 dwar prezzijiet mhux ġusti ta' servizzi ta' aċċess ta' l-internet ibbażati fuq l-ADSL għall-pubbliku ġenerali,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titolu 'Politika ta’ l-Unjoni Ewropea għall-futur għal spettru tar-radju: It-tieni rapport annwali' (COM(2005)0411),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu ta' l-14 ta' Marzu 2006 dwar Soċjetà Ewropea ta' l-Informazzjoni għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi[4], ta' l-1 ta' Diċembru 2005 dwar ir-regolazzjoni u s-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Ewropa, 2004[5], u tat-23 ta' Ġunju 2005 dwar is-soċjetà ta' l-informazzjoni[6],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6‑0193/2007),

A. billi l-iżvilupp ta' l-internet u l-‘broadband’ ittrasformaw l-ekonomija globali, u integraw reġjuni u pajjiżi flimkien, ħolqu mudell dinamiku fejn iċ-ċittadini individwali kull fejn jgħixu għandhom opportunitajiet li qatt ma eżistew qabel rigward l-informazzjoni, il-komunikazzjoni, l-influwenza, il-parteċipazzjoni, il-konsum, il-ħajja professjonali u l-attività ta' negozju,

B.  billi l-broadband se jservi sabiex tissaħħaħ l-integrazzjoni u l-koeżjoni fl-UE,

C. billi l-valur ta' l-internet u tal-‘broadband’ jiżdied b'mod esponenzjali ma' kull utent ġdid, aspett li huwa essenzjali jekk l-Ewropa se ssir soċjetà minn ta' quddiem ibbażata fuq l-informazzjoni, billi l-allokazzjoni mill-ġdid ta' l-ispettru, toffri l-possibilità li jiġu inklużi inħawi li ftit li xejn huma koperti fis-soċjetà diġitali,

D. billi l-500 miljun ċittadin li jilagħbu parti fis-suq intern ta' l-UE jirrappreżentaw massa kritika globali unika, li hija meħtieġa għall-iżvilupp ta' servizzi innovattivi ġodda, li r-riżultat tagħhom hija ż-żieda fl-opportunitajiet fl-Unjoni Ewropea kollha; billi dan jenfasizza l-benefiċċju Ewropew komuni, li jista' jinkiseb jekk kulħadd ikollu aċċess għall-broadband,

E.  billi ma hemm l-ebda korrelazzjoni viżibbli bejn il-penetrazzjoni tal-broadband u d-densità tal-popolazzjoni,

F.  billi fis-sentenza tagħha msemmija hawn fuq fil-kawża France Télécom SA v Kummissjoni l-Qorti ta' Prim'Istanza sostniet li l-karatteristika tas-settur tal-‘broadband’ li jikber b'rata mgħaġġla ma teskludix l-applikazzjoni ta' regoli tal-kompetizzjoni,

G. billi n-numru ta' linji ‘broadband’ kważi rdoppja u n-numru ta' abbonati tal-‘broadband’ żdied bi kważi erba' darbiet fl-aħħar tliet snin; billi dawn l-iżviluppi kienu xprunati mis-suq u huma msaħħa bil-kompetizzjoni, u b'hekk jippruvaw l-importanza li s-suq ma jitgħawwiġx,

H. billi l-Istati Membri li rreġistraw kompetizzjoni ogħla fis-suq tal-‘broadband’ kif ukoll kompetizzjoni bejn teknoloġiji differenti juru grad ogħla ta' kopertura u penetrazzjoni tal-‘broadband',

I.   billi s-servizzi online bħal e-government, e-health, e-learning u e-procurement, jistgħu verament isiru inklussivi u jsaħħu l-koeżjoni jekk ikunu disponibbli faċilment għaċ-ċittadini ta' l-UE u għall-komunità tan-negozju permezz ta' konnessjonijiet tal-broadband,

J.   billi l-konnessjonijiet tal-broadband internet jistgħu jikkontribwixxu għal sistema tal-ħarsien tas-saħħa li hija iktar sofistikata u inklussiva permezz ta' 'distance diagnosis' u 'distance healing' fir-reġjuni inqas żviluppati,

K. billi l-konnessjonijiet tal-broadband internet jistgħu jikkontribwixxu għal sistema edukattiva aktar sofistikata u inklussiva li tipprovdi applikazzjonijiet ta' 'distance-learning' f'reġjuni mingħajr infrastruttura sodisfaċenti għall-iskejjel,

L.  billi l-konnessjonijiet tal-broadband li għandhom l-inqas veloċità ma għadhomx suffiċjenti għall-użu funzjonali ta' servizzi ta' l-Internet u kontenuti tal-vidjow l-iktar esiġenti,

M.  billi l-iżvilupp mgħaġġel tas-servizzi ta' l-internet u l-kontenut qed joħloq ħtieġa għal konnessjonijiet ta' broadband b'veloċità għolja,

N. billi l-firxa kostituttiva tal-broadband ma kinitx l-istess fl-Istati Membri kollha u fir-reġjuni ta' l-Unjoni; billi d-disponibilità tiegħu f'inħawi li mhumiex aċċessibbli (gżejjer, muntanji, eċċ.) u rurali tibqa' limitata minħabba l-ispejjeż għoljin tan-netwerks u s-servizzi tal-'broadbrand'; billi l-livell baxx tad-domanda barra ċ-ċentri metropolitani ta' l-UE jfisser investiment iktar baxx u jista' jiskoraġġixxi fornituri tas-servizz tal-broadband, minħabba n-nuqqas ta' opportunità għan-negozju,

O. billi tibqa' disparità sostanzjali f'termini tal-firxa kostituttiva tal-broadband bejn iċ-ċentri urbani u l-inħawi remoti, u bejn l-Istati Membri l-qodma u l-ġodda; billi dan jenfasizza l-bżonn għal żvilupp tekniku, għal operaturi ġodda li jingħataw opportunitajiet aħjar sabiex jidħlu fis-suq u għal strateġiji iktar ċari dwar kif tiżdied il-veloċità ta' innovazzjoni, u għalhekk ikun iktar faċli li l-inħawi rurali u l-pajjiżi li għadhom lura sabiex ilaħħqu,

P.  billi sabiex jitjieb l-aċċess għall-gruppi soċjalment żvantaġġjati, għandhom ikunu provduti miżuri ta' taħriġ u ta' appoġġ sabiex ikunu assigurati opportunitajiet indaqs,

Q. billi aċċess għall-broadband b’kapaċità funzjonali huwa importanti għall-utenti kollha tal-Komunità irrispettivament minn fejn huma fiżikament lokati f'termini ġeografiċi,

R.  billi l-implimentazzjoni korretta u f'waqtha tal-qafas preżenti hija prekundizzjoni essenzjali ta' suq miftuħ, kompetittiv u innovattiv għas-servizzi ta' komunikazzjoni elettroniċi; billi l-proċeduri għat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-qafas ivarjaw ħafna fost l-Istati Membri, tant li jfarrku s-suq komuni Ewropew tal-komunikazzjonijiet,

S.  billi kull skola għandha tkun konnessa permezz tal-broadband bil-għan li fil-futur l-ebda tifel/tifla Ewropew/Ewropea ma titħalla 'offline',

T.  billi permezz tal-bidla għad-diġitali u tat-tranżizzjoni mill-analogu għad-diġitali, bosta mijiet ta' megahertz ta' l-ispettru se jiġu rilaxxati, b'hekk joffru l-possibilità ta' rilokazzjoni ta' l-ispettru u l-ftuħ ta' drittijiet privati ta proprjetà ta l-ispettru (spectrum commons),

Il-potenzjal tal-broadband

1.  Jenfasizza l-opportunitajiet li jaf iġib suq intern b'madwar 500 miljun ruħ b'aċċess għall-‘broadband’, bil-ħolqien ta' massa kritika ta' utenti unika fid-dinja u l-esponiment tar-reġjuni kollha għal opportunitajiet ġodda u bil-valur miżjud disponibbli għal kull utent waqt li l-Ewropa takkwista l-kapaċità biex tkun waħda mill-ekonomiji ewlenin fid-dinja msejsa fuq l-għerf;

2.  Jaqbel li t-twettiq ta' netwerks tal-broadband li joffru trasmissjoni li wieħed affidabbli fuq frekwenza kompetittiva huwa kruċjali għat-tkabbir tan-negozju, għall-iżvilupp tas-soċjetà u għat-tisħiħ tas-servizzi pubbliċi;

3.  Jenfasizza li d-daqs ta' l-iżvilupp tal-broadband ma jistax ikun previst jew ippjanat, iżda jista' jkun stimulat u appoġġjat minn ambjent kreattiv u miftuħ;

4.  Jenfasizza li firxa iktar wiesgħa ta' broadband, tagħti ħajja mill-ġdid lis-suq intern b'mod ġenerali, billi tesponi lir-reġjuni għal opportunitajiet ġodda filwaqt li tipprovdi lil kull utilizzatur b'servizz prezzjuz u tipprovdi lill-Ewropa bil-kapaċità li ssir ekonomija ewlenija fid-dinja ibbażata fuq l-għarfien;

Ngħaqqdu l-Ewropa

5.  Jenfasizza li l-firxa tal-broadband f'inħawi rurali huwa l-fattur ewlieni tal-parteċipazzjoni minn kulħadd fis-soċjetà bbażata fuq l-għarfien; jinnota, barra minn hekk, li s-servizzi tal-broadband huma deċiżivi indaqs għall-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni kkonċernati u għalhekk għandhom jinfirxu bl-iktar mod wiesa' possibbli;  6. Jitlob lill-Istati Membri sabiex jippromwovu l-konnessjonijiet tal-broadband f'kull skola, università u ċentru edukattiv fl-Ewropa u l-introduzzjoni ta' 'distance learning' bil-għan li l-futur ikun wieħed fejn l-ebda tifel/tifla Ewropew/Ewropea u l-ebda individwu involut fi programmi edukattivi ma jitħalla 'off-line' fl-Ewropa;

7.  Jinnota li biex titnaqqas id-differenza diġitali trid tiġi promossa struttura bażika, bħad-disponibiltà tal-kompjuters fid-djar u fl-istituzzjonijiet pubbliċi;

8.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jipproduċu kartografija ta' l-infrastruttura broadband sabiex jindikaw b'mod aktar preċiż il-kopertura tas-servizz broadband;

L-irwol ewlieni ta' l-innovazzjoni

9.  Huwa tal-fehma li s-soluzzjoni biex jitnaqqsu d-differenzi fl-aċċess għall-broadband hija t-teknoloġija innovattiva, i.e. teknoloġija li biha jkun possibbli li jinbnew konnessjonijiet ta' broadband b'kapaċita għolja, u jirrimarka l-fatt li teknoloġija ġdida ppermettiet li reġjuni żvantaġġjati jaqbżu bosta fażijiet ta' żvilupp f'salt wieħed;

10. Jinnota li l-iżvilupp tal-vantaġġi kompetittivi u s-soluzzjoni tal-problemi serji taz-zoni rurali, inaċċessibbli (gżejjer, muntanji u oħrajn) u b’popolazzjonijiet żgħar u mifruxa jiddependu fuq użijiet ġodda innovattivi tat-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICTs);

11. Jenfasizza li teknoloġija ġdida hija min-natura tagħha iktar wiesgħa u inklużiva, u b'hekk tippermetti li servizzi aktar avvanzati jkunu aktar possibbli; jenfasizza wkoll li s-servizzi ta' broadband se jgħinu lir-reġjuni, b'mod partikolari lir-reġjuni l-inqas żviluppati, jattiraw negozji, jiffaċilitaw 'distance working', joffru servizzi mediċi, dijanjostiċi u għall-kura tas-saħħa, u jiksbu standards edukattivi u servizzi pubbliċi mtejba;

12. Jaħseb li t-teknoloġija ġdida toffri soluzzjonijiet interessanti u irħas għal zoni mbiegħda, inaċċessibbli (gżejjer, muntanji, eċċ) u rurali, peress li l-konnessjonijiet bla wajers, il-komunikazzjonijiet mobbli u bis-satellita jistgħu jwasslu l-‘broadband’ f'zoni li tradizzjonalment kienu esklużi minn netwerks ta’ linji fissi; jinnota li dawn it-teknoloġiji ġodda għandu jittieħed kont tagħhom meta l-ispettru tar-radju jkun allokat;

13. Jenfasizza li l-iżvilupp ta' teknoloġiji innovattivi għandu jkun inkoraġġit f'kull livell, u li hu meħtieġ sforz serju li jippromwovi aċċess għas-suq biex iżomm fih kompetizzjoni ġusta;

14. Iqis importanti li jkunu mmobilizzati r-riċerka u s-sħubijiet ICT bejn universitajiet, awtoritajiet lokali u negozji;

15.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tikkunsidra l- broadband u speċjalment soluzzjonijiet tal-broadband mobbli bħala importanti fi ħdan il-programmi ta' ħidma tal-Programm ta' Qafas tal-Kompetittività u Innovazzjoni (CIP) u s-Seba' Programm ta' Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (FP7);

16. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tfittex sinerġiji sostanzjali bejn il-programmi settorjali tagħha, per eżempju l-FP7 u s-CIP, inkluża ukoll koordinazzjoni aħjar ma' programmi internazzjonali u l-iffinanzjar provdut permezz ta' fondi strutturali u rurali għall-iżvilupp tal-broadband;

17. Jenfasizza li l-konnessjoni broadband, minħabba l-iżvilupp spettakolari tal-midja l-ġdida, toffri l-uniku aċċess tekniku affidabbli għal prodotti tal-midja bħal per eżempju l-Internet TV u t-telefonija Internet, u għalhekk tipprevjeni li l-persuni li jgħixu f'zoni rurali, jkunu maqtugħin mis-soċjetà fl-ibliet fejn il-broadband hu disponibbli;

18. Jirrikonoxxi li xi nies għandhom aċċess biss għal ‘broadband’ ta’ veloċità baxxa u ta’ kapaċità baxxa; jemmen li dawn il-konnessjonijiet m'għandhomx ikunu tip ta’ konnessjonijiet li jieħdu post jew li huma sostituzzjoni għal konnessjonijiet ta' veloċità għolja aktar ġodda; jinsisti li l-ebda zona ġeografika jew grupp soċjoekonomiku ma għandu jkun imċaħħad mill-investiment f’teknoloġija ġdida u aktar veloċi sempliċement minħabba li diġà għandhom aċċess għal konnessjoni ta’ kwalità aktar baxxa;

19. Jinnota li pjattaformi bla fil (wireless) ġodda huma tajbin biex jiżguraw aċċess għall-broadband f'zoni rurali. jenfasizza l-importanza tan-newtralità tat-teknoloġija fl-allokazzjoni ta' l-ispettru; ifakkar li l-Kummissjoni ħejjiet politika dwar l-ispettru aktar attiva, u li din irċiviet l-appoġġ tal-Parlament fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Frar 2007 'Lejn Politika Ewropea dwar l-ispettru tar-radju'[7];

20. Jistieden lill-Istituzzjonijiet Komunitarji u lill-Istati Membri sabiex jikkoperaw aktar mill-qrib fl-immaniġġjar ta’ l-ispettru tar-radju bil-għan li l-użu ta’ l-ispettru jkun iffaċilitat minn firxa wiesgħa ta’ teknoloġiji tar-radju u teknoloġiji mobbli (terrestri u satellitarji);

21. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jallokaw spettru biżżejjed lit-teknoloġiji tal-‘broadband’;

L-impatt tal-kontenut

22. Jenfasizza li l-litteriżmu diġitali huwa bażi indispensabbli għall-isfruttar ta' l-opportunitajiet offruti mill-‘broadband’ u jirrimarka r-responsabilità ta' l-edukazzjoni pubblika f'dan ir-rigward; jenfasizza l-bżonn li jitjieb l-aċċess għall-ICTs għall-ikbar numru possibbli ta' ċittadini Ewropej u sabiex jitjiebu l-kompetenzi ICT tagħhom;

23. Jitlob li jkun hemm miżuri orjentati lejn il-konsumatur fil-qasam tat-tkomplija ta’ l-edukazzjoni u l-mobilizzazzjoni ta’ riżorsi tekniċi fis-settur tat-teknoloġija ta’ l-informatika; jappoġġja bil-qawwa l-inċentivi finanzjarji u fiskali għal miżuri bħal dawn;

24. Huwa ta' l-opinjoni li investiment fl-applikazzjonijiet tas-servizzi tas-saħħa (e-health), tal-gvern (e-government) u ta' l-edukazzjoni (e-learning) jista' jilgħab irwol importanti fit-tmexxija tat-talba tal-konsumatur għal broadband, u għalhekk joħloq il-massa kritika neċessarja sabiex jitfaċċaw swieq kbar f'dawn l-inħawi;

25. Jemmen li l-promozzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi f'koperazzjoni mal-qasam tan-negozju ta' applikazzjonijiet u servizzi msaħħa mill-‘broadband’ tista' tikkontribwixxi għat-twettiq effiċjenti ta' servizzi tal-gvern u, fl-istess ħin, tipprovdi inċentivi għall-kisba ta' l-aċċess għall-‘broadband’, li għandha tgħin biex il-forniment jingħata spinta;

26. Jenfasizza l-possibilità għall-awtoritajiet pubbliċi biex jisfruttaw l-akkwist qabel il-kummerċjalizzazzjoni sabiex jiġi stimulat l-għoti ta' servizz innovattiv fuq in-netwerks kollha tal-broadband; jinnota li jistgħu wkoll jikkoordinaw id-domanda fil-komunitajiet u l-fornituri ta' servizzi sabiex jiżguraw il-massa kritika meħtieġa biex jibnu l-bażi għall-investiment ġdid fin-netwerks; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi għarfien u użu ta' dawn l-għodod;

27. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jagħtu preferenza lis-soluzzjonijiet u t-teknoloġiji tal-broadband Internet fil-kompjuterizzazzjoni tad-dipartimenti tal-gvern, tas-settur edukattiv u ta' l-intrapriżi żgħar u medji (eż. fornituri tas-servizzi ta' applikazzjoni, servizzi ta' terminals);

28. Jiddikjara li sett bażiku ta' servizzi elettroniċi Ewropej jista' joħloq aktar integrazzjoni u jsaħħaħ il-koeżjoni kif ukoll joħloq suq elettroniku Ewropew uniku permezz ta' l-użu tal-‘broadband’, u jitlob li dan il-qasam isir ta' prijorità speċjali għall-użu ta' fondi strutturali u rurali; barra minn hekk jenfasizza l-irwol li fondi għall-iżvilupp bħal dawn għandhom fl-appoġġ tar-reġjuni f'dan ir-rigward;

29. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri biex jagħmlu sforz biex jilħqu l-objettiv tal-Kunsill Ewropew ta' Barċellona ta' l-2003 li jkun żgurat li ċ-ċittadini Ewropej jiġu offruti servizzi pubbliċi tal-‘broadband’ rilevanti;

30. Jemmen li huwa importanti ħafna għall-persuni li jkunu assigurati minn l-iktar aċċess wiesa' possibbli għal kontenut ta' kwalità għolja u servizzi fi kwalunkwe post fejn ikunu qed jużaw it-teknoloġija ta' l-għażla tagħhom u jenfasizza l-bżonn għal netwerks ta' aċċess u għal netwerks miftuħa għal operaturi differenti;

31. Jistieden lill-Istituzzjonijiet Komunitarji u lill-Istati Membri jippromwovu d-disponibilità ta’ kontenut fuq l-Internet, l-aktar billi jkun indirizzat il-ħarsien xieraq tiegħu f’ambjent diġitali;

Id-dinamiki tas-suq

32. Jafferma li t-twettiq mgħaġġel tal-‘broadband’ huwa kruċjali għall-iżvilupp tal-produttività Ewropea u għall-emerġenza ta' intrapriżi ġodda u żgħar li jistgħu jkunu minn ta' quddiem f'setturi differenti, pereżempju fil-kura tas-saħħa, fil-manifattura u fis-servizzi finanzjarji;

33. Hu tal-fehma li l-investiment privat huwa essenzjali għall-utilizzazzjoni ta’ ‘broadband’ usa’ u għall-kopertura universali; jenfasizza li l-investituri privati għandhom jingħataw l-opportunità li jerġgħu jiffinanzjaw l-investimenti tagħhom jekk id-dinamika kompetittiva għandha tkun stimulata aktar u jekk għandhom jaslu għand il-konsumatur servizzi aħjar u aktar innovazzjoni u għażla;

34. Jenfasizza l-importanza ta' standards immexxijja mill-industrija, miftuħa, interoperattivi fuq livell tekniku, legali u semantiku sabiex ikunu permessi ekonomiji ta' skala, ikun żgurat aċċess mhux diskriminatorju u miftuħ għas-soċjetà ta' l-informazzjoni u jiġi promoss it-twettiq mgħaġġel ta' teknoloġiji;

35. Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Komunitarji u lill-Istati Membri jaħdmu ma’ l-industrija u jindirizzaw il-problemi (bħal m’huma l-mikropagamenti, is-sigurtà u l-fiduċja, l-interoperabilità u l-Immaniġġjar tad-Drittijiet Diġitali) li jxekklu l-iżvilupp ta’ mudelli ġodda ta’ negozju fil-qasam tal-‘broadband’;

Qafas inkoraġġanti u ċar

36. Jenfasizza li l-irwol ta' l-UE huwa li toħloq ambjent ta' sostenn għall-iżvilupp ta' l-innovazzjoni u għall-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda billi jiġi provdut qafas regolatorju li jħeġġeġ il-kompetizzjoni u l-investiment privat u bl-użu tal-fondi rilevanti biex tiżdied id-domanda għal servizzi ta’ broadband, u fejn iġġustifikat, ikun hemm appoġġ għall-infrastruttura meħtieġa;

37. Jinnota li awtoritajiet pubbliċi għandhom irwol importanti fl-istimular ta' 'roll-out' tan-netwerk tal-broadband, u li għandhom jikkunsidraw miżuri li jħeġġu d-domanda u l-investiment f'infrastruttura fissa. jitlob għal qafas ċar għall-investiment infrastrutturali li m'għandux ikun ta' distorsjoni għas-swieq u lanqas ma għandu jitmexxa skond kundizzjonijiet mhux ġusti meta mqabbel ma' intrapriżi privati; ifaħħar lill-Kummissjoni talli kkjarifikat ir-regoli dwar l-għajnuna Statali fir-rigward tal-parteċipazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi f'programmi ta' żvilupp tal-broadband;

38. Jenfasizza li l-irwol prinċipali ta’ l-Istati Membri rigward il-promozzjoni tal-‘broadband’ huwa li joħolqu ambjent li fih ikun hemm ċertezza legali, li jinkuraġġixxi l-kompetizzjoni u li jistimula l-investiment u li biex dan jintlaħaq, il-qafas regolatorju Ewropew għall-komunikazzjonijiet elettroniċi għandu jkun implimentat b’mod effettiv; itenni l-importanza li jiġu żgurati l-kundizzjonijiet kompetittivi tas-suq, u l-ħtieġa għall-Istati Membri kollha li jittrasponu u jimplimentaw il-qafas regolatorju għall-komunikazzjoni elettronika, u biex jiżguraw regolaturi effettivi, indipendenti u li għandhom riżorsi xierqa;

Ir-regoli ta' kompetizzjoni u l-ħarsien tal-konsumatur

39. Jenfasizza l-irwol ewlieni tas-suq fl-espansjoni u l-iżvilupp ta' servizzi innovattivi; jenfasizza, madanakollu, li hemm bżonn li r-regolaturi nazzjonali, l-awtoritajiet ta' kompetizzjoni u l-gvernijiet nazzjonali u lokali flimkien jagħtu prijorità sabiex jippromwovu kompetizzjoni aktar vigoruża u investiment fi swieq broadband kif ukoll sabiex japplikaw soluzzjonijiet li jindirizzaw l-abbużi ta' pożizzjonijiet dominanti u kartells, u finalment sabiex jitnaqqsu l-ostakoli għad-dħul, sabiex is-suq ikun jista' jipprovdi innovazzjoni;

40. Jinnota l-kompetizzjoni li qed dejjem tiżdied fis-suq Ewropew tal-‘broadband’; ifakkar li r-regolament settorjali ta' l-industrija ta' l-ICT kien ippjanat mill-bidunett bħala soluzzjoni tranżizzjonali għall-ftuħ tas-swieq u li, fil-perjodu medju ta’ żmien, għandha tasal li tiġi kkontrollata mir-regoli ġenerali tal-kompetizzjoni biss;

41. Jenfasizza li r-reviżjoni li jmiss tal-qafas regolatorju għandha jkollha l-għan li tiżgura aċċess miftuħ u kompetizzjoni ġusta għall-operaturi kollha;

42. Huwa ta' l-opinjoni li, bil-għan li tinkiseb firxa ta' broadband aktar rapida f’inħawi rurali, l-ebda restrizzjoni m’għandha tiġi imposta fuq l-użu konġunt ta’ netwerks fuq bażi volontarja minn maniġers ta’ l-infrastruttura; jenfasizza li dan il-qbil bejn il-maniġers ta’ l-infrastruttura huma mezz effettiv ta’ kif wieħed jakkwista firxa akbar ta’ broadband f’reġjuni li huma nieqsa mill-infrastruttura neċessarja għat-trażmissjoni ta’ broadband u fejn fil-futur id-domanda ma tibqax issostni bosta netwerks;

43. Jenfasizza l-bżonn li tinbena infrastruttura ta’ broadband fuq livell komunitarju skond il-prinċipju ta’ sħubija privata-pubblika u b’kunsiderazzjoni għal aċċess indaqs;

44. Jisħaq li l-kompetizzjoni u r-regoli effettivi u xierqa biex jinfetaħ is-suq tal-‘broadband’ jipprovdu l-aqwa stimolu għall-utilizzazzjoni tal-‘broadband’, li jfisser il-ħruġ, il-ħeffa u l-varjetà ta’ servizzi;

45. Jenfasizza l-ħtieġa għal newtralità teknoloġika flimkien ma' l-evitar tal-frammentazzjoni u l-konsiderazzjoni tax-xejriet teknoloġiċi u l-ħtiġijiet ta’ l-utenti, xi ħaġa li għandha tisfida lir-regolaturi Ewropej biex joħorġu b'soluzzjonijiet ġodda imma li fl-istess ħin joħolqu prekundizzjonijiet stabbli;

46. Jisħaq li s-separazzjoni funzjonali tan-netwerks ta' aċċess lill-parteċipanti diġa stabbiliti fis-suq mill-attivitajiet ta' l-operat tagħhom, jista' jkollha vantaġġi pożittivi u tista' tiżgura trattament ugwali u ġust ta' l-operaturi kollha;

47. Jitlob lill-Kummissjoni biex fil-green paper li se toħroġ dwar is-servizzi universali, teżamina d-disponabilità tas-servizzi ta' l-Internet madwar l-UE liċ-ċittadini kollha b'rati raġonevoli u li jintlaħqu, inkluż lil dawk bi dħul baxx, zoni rurali u bi spejjeż għoljin, u jekk hemmx bżonn li jkunu mmodifikati r-rekwiżiti ta' servizzi universali li jeżistu; jistenna wkoll li l-green paper tindirizza t-tħassib tal-konsumatur dwar l-użu sikur u bla perikli tal-broadband;

L-iffinanzjar pubbliku fejn meħtieġ

48. Jenfasizza li l-fondi pubbliċi għandhom jintużaw biss fejn il-ħruġ (roll-out) ta' l-infrastruttura tal-broadband mhux ekonomikament vijabbli għal inizjattivi privati u ma għandhomx iservu sabiex tiġi rduppjata l-infrastruttura eżistenti li kapaċi tipprovdi s-servizzi tal-broadband;

49. Jenfasizza li l-iffinanzjar pubbliku nazzjonali u ta' l-UE għandu jkun newtrali fir-rigward tal-kompetizzjoni u għandu jikkontribwixxi għal investimenti kummerċjali sostenibbli; jisħaq li kuntratti bħal dawn għandhom jingħataw permezz ta' sejħiet għall-offerti miftuħa, trasparenti, kompetittivi u mhux diskriminatorji;

50. Jisħaq li l-infrastruttura li tkun iffinanzjata b’mod pubbliku għandha tkun ipprovduta fuq bażi ta' aċċess ugwali, u m’għandhiex tiffavorixxi fornituri ta' servizz partikulari;

51. Huwa tal-fehma li flimkien mal-forzi tas-suq, l-Istati Membri u b'mod partikulari r-reġjuni u l-muniċipalitajiet tagħhom, jistgħu jistabbilixxu inċentivi biex jistimulaw is-suq tal-‘broadband’ f'reġjuni żvantaġġjati; jenfasizza l-irwol li l-fondi għall-iżvilupp strutturali u rurali għandu jkollhom fl-appoġġ ta' reġjuni fit-tisħiħ tal-lat li jirrigwarda d-domanda fis-soċjetà ta' l-informazzjoni;

52. Jgħid li investimenti fl-infrastruttura tal-‘broadband’ iffinanzjati b’mod pubbliku għandhom ikunu possibbli fi ħdan il-qafas tar-regoli ta’ l-UE dwar il-kompetizzjoni;

53. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-fornituri ta’ servizz kollha għandu jingħatalhom aċċess ugwali għan-netwerks tal-‘broadband’ iffinanzjati b’appoġġ mill-fondi strutturali u rurali; barra minn hekk jemmen li sabiex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jingħataw is-setgħa li jimponu rekwiżiti ta’ trasparenza fir-regolamenti u jingħataw mandat biex jinfurzaw dawk ir-rekwiżiti;

54. Jenfasizza l-importanza li l-iżvilupp reġjonali jkun ikkumbinat ma’ politika Ewropea tal-‘broadband’, inkluż l-użu ta’ fondi reġjonali u agrikoli, għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet tal-‘broadband' mobbli jew għat-twaqqif ta’ infrastruttura meħtieġa;

55. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa iktar u tirrevedi l-linjigwida dwar kif jintużaw il-fondi strutturali u rurali sabiex jiġu promossi t-twaqqif u l-użu tal-broadband, b'mod partikolari, sabiex tipprovdi gwida aktar preċiża dwar l-użu tal-fondi strutturali għat-twaqqif tas-servizzi tal-broadband fejn diġà jeżisti forniment parzjali ta' servizzi bħal dawn;

56. Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi tmexxija u xxerred prattika tajba dwar l-osservanza tar-regoli ta’ l-għajnuna mill-Istat rigward appoġġ finanzjarju pubbliku mogħti lill-proġetti tal-‘broadband’;

57. Jistieden lill-Kummissjoni tħalli l-fondi ta’ l-UE jintużaw ukoll biex in-netwerks tal-‘broadband’ li ma jipprovdux konnessjonijiet b’kapaċità funzjonali xierqa jiġu aġġornati (upgraded) jew sostitwiti;

58. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni u statistika adegwati u biex tevalwa l-impatt ta' l-iffinanzjar strutturali u rurali fuq l-utilizzazzjoni tal-‘broadband’ f'reġjuni li qed jiġu mgħejuna u biex tippromwovi l-iskambju ta’ l-aħjar prattiki bejn ir-reġjuni ta’ l-Unjoni;

59. Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex teżamina mill-qrib jekk il-qafas regolatorju huwiex implimentat bis-sħiħ u jekk ir-regoli dwar l-għajnuna statali jiġux applikati kull meta jintużaw fondi strutturali u rurali għal investimenti fil-broadband u biex tiżgura li l-iffinanzjar ta' l-UE jintuża sabiex titjieb ir-rata ta' penetrazzjoni ta' l-ICTs fl-UE kollha, mingħajr ma jingħata trattament speċjali lil parteċipanti speċifiċi jew lil għażliet teknoloġiċi, imma lill-aktar soluzzjonijiet effiċjenti biss; jinnota wkoll li użu bħal dan ta’ fondi ta’ l-UE għandu jkun permess biss f’inħawi li m’humiex moqdija sew u fejn huwa ċar li m’hemm l-ebda sors ieħor ta’ investiment f'infrastruttura ta' broadband; jenfasizza li d-deċiżjonijiet kollha għandhom ikunu trasparenti u ppubblikati fuq websajts nazzjonali u Ewropea marbuta ma’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni;

60. Jaħseb li l-intervent pubbliku fil-forma ta' self jew għotjiet, ta' spiss implimentat permezz ta' sħubijiet bejn il-gvern u l-privat, jista’ jiġi żviluppat aktar f'zoni li mhux qed jinqdew biżżejjed;

61. Barra minn hekk jinsisti li l-appoġġ pubbliku għall-infrastruttura tal-‘broadband’ għandu jkun konformi mal-prinċipju tan-'newtralità teknoloġika', li ma jiffavorixxix a priori xi teknoloġija partikulari tkun xi tkun, u li l-anqas jillimita l-għażliet teknoloġiċi tar-reġjuni waqt li fl-istess ħin jevita l-frammentazzjoni ta' l-infrastruttura teknika, filwaqt li jqis ix-xejriet ta’ l-iżvilupp u l-ħtiġijiet futuri ta’ l-utenti u jippromwovi l-kostruzzjoni ta’ konnessjonijiet tal-broadband ta’ kapaċità ogħla;

o

o o

62. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.
  • [2]  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 1.
  • [3]  Każ T-340/03 France Télécom SA v Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, 2007 ECR-0000.
  • [4]  ĠU C 291 E, 30.11.2006, p. 133.
  • [5]  ĠU C 285 E, 22.11.2006, p. 143.
  • [6]  ĠU C 133 E, 8.6.2006, p. 140.
  • [7]  Testi Adottati, P6_TA(2007)0041.

NOTA SPJEGATTIVA

L-unika ħaġa li verament nafu fiċ-ċert dwar l-iżvilupp futur tal-broadband u l-Internet hija li ma nafux kif se jiżviluppaw fl-għaxar snin li ġejjin, izda nafu biss li se jiżviluppaw talanqas daqs kemm diġà żviluppaw fl-aħħar deċennju. Għaxar snin ilu ħadd ma seta’ jipprevedi l-iżvilupp radikali ta’ l-Internet u l-‘Broadband’ li konna xhieda tiegħu, bħalma ħadd ma seta’ jifhem id-daqs ta’ l-iżvilupp li ttrasforma ekonomiji u swieq globali u qalleb ġerarkiji tradizzjonali ta' taħt fuq f'dinja fejn l-individwu huwa fiċ-ċentru, kemm fir-rigward għerf, informazzjoni, midja jew xjenza, kif ukoll fir-rigward komunikazzjoni, kummerċ u swieq. Id-dinja llum hija differenti minn dik tal-bieraħ.

Il-midja u l-informazzjoni qed jaġixxu f'dinja fejn ma teżisti l-ebda fruntiera reali, fejn l-għerf u l-opinjonijiet ma jistgħux jitwaqqfu jew jiġu kkontrollati. Għarfien, fatti, prodotti u servizzi huma disponibbli minkejja d-distanza, u dan jagħmel id-dimensjoni fiżika inqas importanti u l-konnessjonijiet ħafna inqas importanti. It-teknoloġiji ġodda ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni ħolqu servizzi, prodotti u swieq tagħhom stess iżda ttrasformaw b'mod fondamentali wkoll is-swieq tradizzjonali f'areni globali fejn servizzi differenti setgħu jikkonverġu. Il-pajjiżi li mexxew dan l-iżvilupp żiedu l-produttività b'mod drammatiku u fl-istess ħin, iċ-ċittadini tagħhom setgħu jagħtu l-opinjonijiet u t-talbiet tagħhom u jinfluwenzaw is-sitwazzjoni mingħajr ma jirriskjw li jkunu inferjuri għal persuni oħra f'din l-era ġdida ta' għarfien u informazzjoni.

Se tkun ħaġa kruċjali li l-Ewropa tkun fuq quddiem ta' dan l-iżvilupp u b'hekk issir l-iktar ekonomija kompetittiva bbażata fuq l-għarfien fid-dinja, filwaqt li tagħmel użu mill-kapaċitajiet, it-talbiet, l-intelletti, l-għarfien, l-esperjenza, il-kreattività, il-fantasija u l-viżjonijiet ta' kull ċittadin individwali.

L-Ewropa tista' tmexxi u tibqa' fuq quddiem jekk tippermetti li jkun hemm kreattività, kompetizzjoni u ideat ġodda f'dawn l-oqsma. Huwa ovvju wkoll li l-iżvilupp u l-użu b'mod effettiv tal-broadband huma ferm iktar bil-mod fejn hemm inqas kompetizzjoni, fejn l-operaturi responsabbli jiddeċiedu dwar il-pass u l-iżvilupp tas-servizzi.

Iċ-ċifri u t-tabelli mogħtija fl-anness jagħtu pariri utli dwar liema fatturi huma verament importanti għall-użu effettiv tal-‘broadband’. L-istatistika ta' l-OECD turi li l-penetrazzjoni tal-broadband mhix marbuta direttament la mad-densità tal-popolazzjoni u lanqas ma' l-iżvilupp ekonomiku. Dan jappoġġja l-idea li d-distanza u d-dħul mhumiex l-uniċi fatturi li jiddeterminaw il-penetrazzjoni tal-‘broadband’ u li l-kompetizzjoni u l-innovazzjoni għandhom irwol ewlieni. Ir-rabta b'saħħitha bejn il-kompetizzjoni u l-penetrazzjoni tidher ukoll fil-graff tal-Kummissjoni li turi l-infrastruttura, il-kompetizzjoni u r-rata ta' penetrazzjoni. Iktar ma tkun kbira l-offerta tal-metodi alternattivi għall-aċċess (kejbil, aċċess għan-netwerk lokali (‘unbundled local loop’), fajber), ikbar tkun ir-rata ta' penetrazzjoni. (id-Danimarka u l-Finlandja huma eċċezzjonijiet għal dan il-mudell.) Din it-tendenza tidher ukoll mir-rendiment regolatorju ta’ l-ECTA (assoċjazzjoni ta’ parteċipanti ġodda fir-rigward it-telekomunikazzjonijiet): il-pajjiżi li jkollhom l-aħjar riżultati fl-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tal-‘broadband’ ġeneralment ikollhom rati ta’ penetrazzjoni ogħla.

Il-politika Ewropea għal broadband, għalhekk għandha tappoġġja u ssaħħaħ l-opportunitajiet għall-kompetizzjoni u l-innovazzjoni, sabiex b'hekk tkun assolutament normali għaċ-ċittadini Ewropej li jkunu konnessi u li jkollhom l-opportunità li jagħżlu bejn servizzi u prodotti.

Id-dmir ta' l-Unjoni m'huwiex li tiffinanzja l-użu tal-broadband. Dak huwa kompitu tas-suq. U l-veloċità ta' l-iżvilupp immexxi mis-suq illum huwa diġà għoli ħafna (ara ċ-ċifri fl-Anness). Il-politiki ta' l-Unjoni u l-iffinanzjar ma għandhomx itellfu s-suq, u lanqas jipproteġu jew jiffavorixxu parteċipanti li diġà jeżistu jew teknoloġiji speċifiċi. Għall-kuntrarju, l-Unjoni għandha tipprovdi ambjent kreattiv u innovattiv li huwa l-bażi għall-iżvilupp teknoloġiku li se jseħħ fil-futur b'modi u mezzi li għalissa ma nistgħux nipprevedu, iżda li għandna nippreparaw għalihom.

Filwaqt li tkun rikonoxxuta l-ħtieġa ta' intervent pubbliku biex tiżdied il-kopertura ta' zoni li m'humiex moqdija biżżejjed, l-Unjoni għandha tirrispetta l-prinċipji ta' regolazzjoni aħjar u tal-liġi tal-kompetizzjoni. Intervent pubbliku jista' jikkomplementa l-investiment privat iżda m'għandu qatt jantiċipa l-inizjattivi tas-settur privat u jgħawweġ il-kompetizzjoni. Il-linji gwida dwar il-kriterji u l-modalitajiet ta' użu tal-fondi strutturali għal komunikazzjoni elettronika ppubblikati mill-Kummissjoni fl-2003, juru b'mod ċar kif jintlaħaq bilanċ bejn appoġġ pubbliku, żvilupp reġjonali u rekwiżiti tal-kompetizzjoni.

Il-politiki ta' l-Unjoni Ewropea għandhom jappoġġjaw pass aktar mgħaġġel ta' l-innovazzjoni f'dan il-qasam, u b'hekk l-Ewropa ssir l-iktar parti dinamika tad-dinja. L-iffinanzjar mill-Unjoni Ewropea għandu jkun ibbażat fuq rekwiżiti ta' kompetizzjoni ugwali u l-istess, miftuħa għal parteċipanti ġodda u għall-kompetituri kollha bħala l-aktar mod effiċjenti biex jinkiseb is-suċċess. Hija m'għandhiex timmira li tagħmel dak li jista' jagħmel is-suq iżda għandha tikkontribwixxi għall-investimenti li nkella ma jkunux jistgħu jitwettqu u għall-innovazzjonijiet li se jżommu lill-Ewropa fuq quddiem.

Huwa fl-interess komuni Ewropew li kulħadd ikun konness mal-'Broadband'. Il-valur li l-Internet għandu għal kull wieħed mill-utenti tiegħu jiddependi fuq l-ammont ta' nies oħra li jkunu konnessi. Dan jiddetermina l-ammont ta' servizz, għarfien u alternattivi li jistgħu jiġu provduti Meta fl-UE kulħadd għandu l-opportunità li jkollu aċċess għall-'Broadband', is-suq intern se jkun ikkaratterizzat mill-komunikazzjonijiet immedjati, mill-integrazzjoni transkonfinali u kif ukoll minn opportunitajiet għal kulħadd, irrispettivament minn fejn joqogħdu.

Is-suq intern, flimkien ma' 'Broadband' aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha tiegħu, jipprovdi bażi ta' 500 miljun persuna li għandhom aċċess u jużaw servizzi bħal tagħlim elettroniku, saħħa elettronika, governanza elettronika u kummerċ elettroniku. Hija l-konverġenza u d-distribuzzjoni tas-servizzi u l-għarfien li ddawwar il-ħolma Ewropea li tkun ekonomija ewlenija fid-dinja bbażata fuq l-għarfien realtà. Din hija opportunità li m'għandhiex tiġi mgħawġa mill-iffinanzjar u mill-politiki li pjuttost għandhom tendenza li jappoġġjaw strutturi antiki wisq minflok l-innovazzjonijiet, il-progress u l-iżvilupp.

ANNEX

Source: Eurostat

Source: ECTA

Rankings of countries according to Telecom legal framework (source ECTA)

 

 

AT

BE

CZ

DK

FI

FR

DE

EL

HU

IE

IT

NL

PL

PT

ES

SE

UK

A. Institutional Framework

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

A1

Implementation of NRF

6

16

10

1

6

10

16

10

2

2

6

10

10

10

6

2

2

A2

Speed of Process

1

7

7

11

1

7

11

15

4

1

15

11

17

11

4

4

7

A3

Transparency & Consultation

13

13

8

6

1

8

17

13

13

1

1

1

1

11

11

6

8

A4

Enforcement

16

16

12

6

12

6

12

1

4

12

6

10

11

1

1

6

4

A5

Scale of Resources

1

17

12

10

12

1

12

1

12

10

1

1

12

1

1

1

1

A6

Effectiveness of Appeal Procedure

11

15

3

6

11

1

16

11

3

10

7

11

7

3

9

17

1

A7

Independence

14

13

1

1

17

6

14

11

4

6

9

1

14

9

4

12

6

A8

Efficiency of NRA as Dispute Settlement Body

13

16

4

2

8

4

2

8

1

8

13

4

16

13

4

8

8

B. GENERAL MARKET ACCESS CONDITIONS

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

B1

General Access & Policy Procedures

7

2

9

2

2

9

9

9

9

7

2

2

17

15

15

9

1

B2

Accounting Separation

11

11

5

5

11

5

17

11

10

1

3

3

11

5

5

11

1

B3

Non-discrimination & Margin Squeeze

5

5

16

10

11

1

16

5

14

5

2

4

11

14

5

11

2

B4

Rights of Way & Facilities Sharing

13

9

5

3

3

5

1

16

9

5

13

1

11

13

17

5

11

B5

Numbering

14

8

15

1

1

12

6

12

8

11

8

1

17

15

4

6

4

B6

Frequencies

1

1

1

14

16

7

10

10

7

1

7

14

10

16

10

1

1

C. EFFECTIVENESS OF IMPLEMENTATION

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C1

Narrowband Voice

7

7

17

4

16

11

5

13

14

7

11

2

15

6

7

2

1

C2

Mobile Services

8

13

6

3

2

6

15

13

9

17

9

15

4

9

9

1

4

C3

Business Services

5

10

15

5

10

3

7

15

7

10

7

2

15

3

10

10

1

C4

Broadband

7

6

15

3

12

1

12

17

10

14

3

3

16

7

7

10

2

Overall

11

14

13

2

11

3

15

16

8

9

6

4

17

10

7

5

1

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (26.3.2007)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-Bini ta' Politika Ewropea dwar il-Broadband
(2006/2273(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Malcolm Harbour

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.  Jaqbel li t-twettiq ta' netwerks tal-broadband li joffru trasmissjoni li wieħed jista' joqgħod fuqha fuq frekwenza kompetittiva huwa kruċjali għat-tkabbir tan-negozju, ta' l-iżvilupp tas-soċjetà u tat-tisħiħ tas-servizzi pubbliċi;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex fil-green paper li se toħroġ, teżamina d-disponabilità tas-servizzi ta' l-Internet madwar l-UE liċ-ċittadini kollha b'rati raġonevoli u li jintlaħqu, inkluż lil dawk bi dħul baxx, zoni rurali u bi spejjeż għoljin, u jekk hemmx bżonn li jkunu mmodifikati r-rekwiżiti ta' servizzi universali li jeżistu; jistenna wkoll li l-green paper tindirizza t-tħassib tal-konsumatur dwar l-użu sikur u bla perikli tal-broadband;

3.  Jenfasizza l-ħtieġa għal statistika aġġornata u komprensiva, b'mod speċjali l-Istati Membri l-ġodda, sabiex rapporti futuri jkun jistgħu jiffukaw iktar fuq il-problemi tagħhom;

4.  Jinnota li pjattaformi bla fil (wireless) ġodda huma tajbin biex jiżguraw aċċess għall-broadband f'zoni rurali. Jenfasizza l-importanza tan-newtralità tat-teknoloġija fl-allokazzjoni ta' l-ispettru; ifakkar li l-Kummissjoni pprevediet politika dwar l-ispettru aktar attiva[1], u li dan irċieva l-appoġġ tal-Parlament fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Frar 2007 "Lejn politika Ewropea dwar l-ispettru tar-radju"[2];

5.  Jappoġġja l-importanza li jiġu żgurati l-kundizzjonijiet kompetittivi tas-suq, u l-ħtieġa għall-Istati Membri kollha li jittrasponu u jimplimentaw il-qafas regolatorju għall-komunikazzjoni elettronika, u biex jiżguraw regolaturi effettivi, indipendenti u li għandhom riżorsi xierqa;

6.  Jinnota li l-linji gwida strateġiċi tal-Komunità rigward il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għall-2007-2013 iqisu li hija prijorità li tiġi żgurata d-disponibilità ta' l-infrastruttura ta' l-ICT fejn is-suq ma jkunx jista' jipprovdiha bi prezz raġonevoli u bi kwantità suffiċjenti biex jakkomoda s-servizzi meħtieġa;

7.  Jinnota, madankollu, li l-awtoritajiet lokali fiz-zoni rurali sikwit ikollhom jiffaċċjaw id-diffikultà li, billi ma jkollhomx domanda suffiċjenti, ma jkunux jistgħu jsibu fornituri privati ta' konnessjonijiet broadband ta' l-Internet; jenfasizza li f'każijiet bħal dawn, intervenzjoni li tkun newtrali mill-aspett teknoloġiku u mill-aspett tal-fornitur tista' tkun ġustifikata, sabiex l-awtoritajiet lokali b'inqas provvista ma jiġux żvantaġġati ekonomikament;

8.  Jinnota li awtoritajiet pubbliċi għandhom rwol importanti fl-istimular ta' l-iżvilupp ('roll-out') tan-netwerk tal-broadband, u li għandhom jikkunsidraw miżuri li jħeġġu d-domanda u l-investiment f'infrastruttura fissa; jitlob għal qafas ċar għall-investiment infrastrutturali li m'għandux ikun ta' distorsjoni għas-swieq u lanqas ma għandu jitmexxa skond kundizzjonijiet mhux ġusti meta mqabbel ma' intrapriżi privati; ifaħħar lill-Kummissjoni talli kkjarifikat ir-regoli dwar l-għajnuna Statali fir-rigward tal-parteċipazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi f'programmi ta' żvilupp tal-broadband;

9.  Jinnota li biex titnaqqas id-differenza diġitali trid tiġi promossa struttura bażika, bħad-disponibiltà tal-kompjuters fid-djar u fl-istituzzjonijiet pubbliċi; jitlob li jiġu ffinanzjati faċiltajiet multimedia fl-ispazji pubbliċi, fejn iċ-ċittadini jkunu jistgħu jattendu workshops kollettivi ta' tagħlim b'aċċess liberu għall-użu ta' l-apparat;

10.  Jenfasizza l-possibilità għall-awtoritajiet pubbliċi biex jisfruttaw l-akkwist qabel il-kummerċjalizzazzjoni sabiex jiġi stimulat l-għoti ta' servizz innovattiv fuq in-netwerks kollha tal-broadband; jinnota li jistgħu wkoll jikkoordinaw id-domanda fil-komunitajiet u l-fornituri ta' servizzi sabiex jiżguraw il-massa kritika meħtieġa biex jibnu l-bażi għall-investiment ġdid fin-netwerks; Il-Kummissjoni hija mħeġġa tippromwovi l-għarfien dwar dawn l-għodod u l-użu tagħhom;

11.  Jinnota li, sabiex jiġi aċċelerat l-iżvilupp tal-broadband f'zoni rurali, m'għandhomx jitpoġġew restrizzjonijiet mhux meħtieġa fuq il-qsim voluntarju tan-netwerks infrastrutturali mill-operaturi tan-netwerks; jenfasizza li arranġamenti ta' dan it-tip bejn l-operaturi jistgħu jkunu għodda b'saħħitha f'reġjuni fejn ma teżisti l-ebda infrastruttura kapaċi li tipprovdi servizzi broadband, u fejn ma hemmx domanda kbira biżżejjed biex tiġġustifika għadd ta' netwerks;

12.  Iħeġġeġ l-Istati Membri biex jipproduċu kartografija ta' l-infrastruttura broadband sabiex jindikaw b'mod aktar preċiż il-kopertura tas-servizz broadband;

  • [1]  Cf. COM(2005)0400 Approċċ imsejjes fuq is-suq għall-ġestjoni ta' l-ispettru fl-Unjoni Ewropea kif ukoll COM(2005)0411 Politika dwar l-ispettru tar-radju li jħares 'il quddiem għall-Unjoni Ewropea. It-Tieni Rapport Annwali.
  • [2]  Testi Adottati, P6_TA(2007)0041.

PROĊEDURA

Titolu

Il-Bini ta' Politika Ewropea dwar il-Broadband

Numru tal-proċedura

2006/2273(INI)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO
29.11.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Malcolm Harbour
19.12.2006

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

25.1.2007

28.2.2007

22.3.2007

 

 

Data ta' l-adozzjoni

22.3.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Adam Bielan, Georgi Bliznashki, Godfrey Bloom, Charlotte Cederschiöld, Corina Creţu, Mia De Vits, Rosa Díez González, Martin Dimitrov, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Anna Hedh, Pierre Jonckheer, Alexander Lambsdorff, Arlene McCarthy, Toine Manders, Bill Newton Dunn, Zita Pleštinská, Karin Riis-Jørgensen, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Alexander Stubb, Marianne Thyssen, Jacques Toubon, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler,

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Simon Coveney, Jean-Claude Fruteau, Othmar Karas, Manuel Medina Ortega, Joseph Muscat, Gary Titley, Søren Bo Søndergaard.

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (27.3.2007)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar it-Tfassil ta' Politika Ewropea għal Broadband
(2006/2273(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Bernadette Bourzai

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li ser jadotta:

A.  billi wieħed mill-objettivi ta' l-Istrateġija ta' Liżbona huwa li kull settur tal-popolazzjoni jkun jista' jgawdi mill-vantaġġi tas-soċjetà ta' l-informazzjoni, inklużi l-persuni żvantaġġati għal raġunijiet ta' edukazzjoni, età, sess, oriġini etnika, oriġini soċjali, diżabilità u l-persuni li jgħixu fiz-zoni l-inqas favoriti u fiz-zoni periferali,

B.  billi l-linji gwida strateġiċi Komunitarji rigward il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għall-2007-2013 isemmu fost il-prijoritajiet: li tkun żgurata d-disponibilità ta' l-infrastrutturi ta' l-ICT hemm fejn is-suq ma jasalx biex jipprovdihom bi prezz raġonevoli u f'numru kbir biżżejjed biex jakkomodaw is-servizzi mitluba, b'mod partikulari fiz-zoni iżolati u rurali u fl-Istati Membri l-ġodda,

1.   Jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas id-diviżjoni diġitali bejn il-bliet u l-kampanja u f'dan ir-rigward jinnota l-importanza ta' l-awtoritajiet lokali fl-iżvilupp ta' broadband, minħabba li għandhom irwol ewlieni fir-relazzjonijiet mal-pubbliku;

2.   Jitlob li l-konnessjonijiet ta' broadband isiru disponibbli għaċ-ċittadini kollha ta' l-UE bħala servizz universali bl-istess mod bħall-konnessjonijiet tal-linji tat-telefown fissi sa l-aħħar tal-perjodu ta' programmar attwali fl-2013;

3.   Jenfasizza l-missjoni ta' servizz pubbliku introdotta fl-infrastrutturi u s-servizzi li joħorġu mill-ICT u l-ħtieġa li tkun miġġielda l-esklużjoni ta' ċerti persuni mill-informazzjoni pprovduta mill-ICT, l-awtoritajiet pubbliċi huma marbuta li jiżguraw l-aċċess għall-ICT liċ-ċittadini kollha, u b'hekk joffru lis-setturi kollha tal-popolazzjoni l-benefiċċji li din iġġib;

4.   Jenfasizza li l-konnessjoni broadband, minħabba l-iżvilupp mgħaġġel b'mod spettakolari tal-midja l-ġdida, toffri l-unika aċċess teknikament affidabbli għall-prodotti tal-midja bħat-televiżjoni bl-Internet u t-telefonija bl-Internet, u b'hekk ma tħalliex li persuni f'zoni rurali jinqatgħu mis-soċjetà fl-ibliet fejn il-broadband huwa disponibbli;

5.   Jenfasizza l-irwol ta' l-ICT biex ir-reġjuni jsiru aktar attraenti u kompetittivi (ir-rijorganizzazzjoni tal-metodi ta' produzzjoni, il-ħolqien ta' intrapriżi, ta' impjiegi u ta' servizzi bħall-gvern elettroniku, is-saħħa elettronika, l-edukazzjoni elettronika, il-kultura elettronika u l-kummerċ elettroniku);

6.   Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu preferenza għal soluzzjonijiet u teknoloġiji ta' l-Internet broadband fil-kompjuterizzazzjoni tad-dipartimenti tal-gvern, is-settur ta' l-edukazzjoni u l-SMEs (eż. fornituri ta' servizzi ta' l-applikazzjoni, servizzi ta' terminals);

7.   Iqis li hemm bżonn urġenti biex wieħed jippjana issa għat-tnedija tal-VDSL, anki f'zoni fejn il-qabża min-'narrowband' għall-broadband għadha mhux kompluta, sabiex ikun jista' jkun hemm aċċess għal dawn is-servizzi elettroniċi ġodda u għall-applikazzjonijiet innovattivi ta' l-ICT l-aktar riċenti;

8.   Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fir-reġjuni periferali, rurali, insulari u fl-ibgħad periferiji, l-ICTs huma ħafna aktar utli peress li jippermettu li wieħed jeħles mill-problema tad-distanza billi jiffaċilitaw ir-relazzjonijiet bejn utenti u servizzi, klijenti u fornituri, il-pubbliku u l-awtoritajiet pubbliċi, u li jnaqqsu l-ispejjeż u l-iskadenzi;

9.   Jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol importanti fir-'rollout' ta' ICTs f'zoni rurali, fl-ibgħad periferiji u fir-reġjuni li għandhom żvantaġġi naturali u densità tal-popolazzjoni baxxa, fejn l-intrapriża privata ma tqisx is-swieq bħala vantaġġużi, iżda jaħseb ukoll li huwa neċessarju li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom flimkien ma' dawn l-awtoritajiet;

10. Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali biex jagħtu iktar kas lill-programmi operattivi settorjali u reġjonali għall-espansjoni ta' l-infrastruttura ta' l-ICTs, b'mod partikulari f'zoni li s'issa twarrbu f'dan ir-rispett;

11. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex teżamina bir-reqqa jekk il-qafas regolatorju huwiex implimentat bis-sħiħ, x'possibilitajiet hemm għal sħubija bejn il-gvern u l-privat f'dawn l-investimenti, f'liema miżura għandhom jiġu applikati r-regoli ta' l-għajnuna ta ' l-istat fil-każ li jkun hemm bżonn li l-fondi strutturali u rurali jkollhom jintużaw għal investimenti fil-broadband; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-finanzjament ta' l-UE mhux se jappoġġja l-operaturi jew il-monopolji tas-suq u li l-għoti ta' fondi strutturali u rurali ma jiddewwimx minħabba dawn l-eżaminazzjonijiet;

12. Jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali biex issir verifika tal-kapaċitajiet tan-netwerks eżistenti u tal-bżonnijiet reġjonali f'termini ta' VDSL sabiex ikunu identifikati n-nuqqasijiet u s-sinerġiji potenzjali bejn il-poli reġjonali ta' attività u biex tintuża l-aħjar kombinazzjoni teknoloġika għall-attività sostenibbli u ta' kwalità għolja meta jsiru investimenti ġodda;

13. Jistieden lill-Istati Membri biex jirranġaw il-proċeduri għall-sejħiet għall-offerti għal servizzi broadband u/jew frekwenzi tar-radju b'tali mod li zoni rurali u reġjoni periferali jingħataw huma wkoll aċċess kemm jista' jkun malajr; b'rabta ma' dan, jitlob li SMEs li qed joffru servizzi ta' komunikazzjoni jingħataw opportunità realistika li jikkompetu;

14. Jitlob li kemm għall-bini ta' netwerks ġodda tal-fibra ottika kif ukoll għax-xiri tad-drittjiet għall-użu tal-kapaċità tal-kejbils tal-fibra ottika skond l-IRU (Indefeasible Right of Use) jiġu inklużi arranġamenti legali ma' l-ispejjeż eliġibbli;

15. Iqis li hu xieraq, fid-dawl ta' ċirkustanzi ġeografiċi partikulari u ta' kemm qegħdin lura ċerti territorji u Stati Membri, li jsir investiment dirett fl-iktar innovazzjonijiet teknoloġiċi reċenti: jiġifieri ta' bla fil, tas-satellita, ta' trasferiment ta' dejta mill-kejbils ta' l-elettriku, ta' trażmissjonijiet tar-radju;

16. Jirrakkomanda li l-kwistjoni ta' l-HDTV m'għandhiex tkun trattata separatament mid-dibattitu dwar il-HDSL, u jaħseb, f'dan ir-rigward, li l-frekwenzi li jinħelsu bis-saħħa tal-bidla għal TV diġitali se jkunu utli ħafna għall-provvediment tal-kapaċità neċessarja għal zoni li għandhom popolazzjoni mhux iffullata fejn l-użu tal-fibra huwa diffiċli u ta' spiża;

17. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmluha obbligatorja li jiġu installati kanali teletekniċi waqt il-ħolqien ta' l-infrastruttura tal-linji u tan-netwerks, bħalma huma toroq, sistemi tal-provvista ta' l-ilma, netwerks tal-forniment tat-tisħin u ta' l-enerġija, eċċ., sabiex ikunu jistgħu jiġu installati kejbils tal-fibra ottika, immedjatament jew aktar tard; jitlob li tkun żgurata konformità partikularment stretta ma' dan ir-rekwiżit fir-rigward tal-bini ta' infrastruttura u xogħol ta' tiġdid iffinanzjati mill-UE;

18. Jirrimarka dwar il-possibilità ta' kunflitt bejn fuq naħa l-appoġġ effettiv għal aċċess ħieles għall-Internet permezz tal-ħolqien ta' netwerks mingħajr ħlas bl-assistenza tal-fondi strutturali u min-naħa l-oħra r-regoli dwar l-għajnuna pubbliku, u jistieden lill-partijiet interessati biex isibu soluzzjoni strutturali għal din il-problema;

19. Jistieden lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jippermettu 'l-pubbliku jitgħallem kif juża teknoloġiji ta' l-informatika permezz ta' lezzjonijiet u korsijiet ta' taħriġ disponibbli għall-kulħadd u li huma mingħajr ħlas, u jenfasizza tant ieħor il-bżonn li jsir titjib fir-rigward ta' l-għarfien dwar l-ICTs min-naħa taċ-ċittadini Ewropej;

20. Jitlob li jkun propost ukoll servizz ta' medjazzjoni individwali lill-membri tal-pubbliku li huma l-aktar żvantaġġati u mbiegħda mill-ICT bħal persuni anzjani u persuni b'diżabilitajiet, sabiex is-soċjetà ta' l-informazzjoni tkun tassew soċjetà ġenwinament inklużiva;

21. Jenfasizza l-utilità ta' l-ICTs f'zoni fejn hemm popolazzjoni qed tixjieħ, sabiex tippermetti lin-nies biex jibqgħu d-dar u jibqgħu indipendenti;

22. Jenfasizza l-utilità ta' l-iskambju ta' l-aħjar prattiki dwar il-promozzjoni tas-soċjetà ta' l-informazzjoni kif ukoll l-utilità li jinħolqu proġetti pilota, b'mod partikulari biex jinkisbu fondi minn sorsi varji jew biex isir użu minn sħubijiet pubbliċi-privati, u dan bil-għan li jkunu ffaċilitati l-inizjattivi għas-soċjetà ta' l-informazzjoni fiz-zoni rurali jew semi-rurali;

23. Jaħseb li huwa importanti li ssir mobilizzazzjoni tar-riċerka fl-ICT u sħubijiet fl-ICT bejn l-universitajiet, l-awtoritajiet lokali u n-negozji.

PROĊEDURA

Titolu

dwar it-Tfassil ta' Politika Ewropea għal Broadband

Numru tal-proċedura

2006/2273(INI)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI
15.2.2007

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta

 

Rapporteur għal opinjoni:
  Data tal-ħatra

Bernadette Bourzai
1.2.2007

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

26.2.2007

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

20.3.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Tiberiu Bărbuleţiu, Jean Marie Beaupuy, Rolf Berend, Jana Bobošíková, Antonio De Blasio, Vasile Dîncu, Gerardo Galeote, Ambroise Guellec, Pedro Guerreiro, Gábor Harangozó, Marian Harkin, Mieczysław Edmund Janowski, Gisela Kallenbach, Tunne Kelam, Evgeni Kirilov, Miguel Angel Martínez Martínez, Yiannakis Matsis, Miroslav Mikolášik, Jan Olbrycht, Maria Petre, Markus Pieper, Wojciech Roszkowski, Elisabeth Schroedter, Stefan Sofianski, Grażyna Staniszewska, Kyriacos Triantaphyllides, Oldřich Vlasák, Vladimír Železný

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Březina, Brigitte Douay, Den Dover, Věra Flasarová, Ljudmila Novak, Mirosław Mariusz Piotrowski, Zita Pleštinská, Toomas Savi, Richard Seeber, László Surján, Károly Ferenc Szabó

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI (11.4.2007)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-Bini ta' Politika Ewropea dwar il-Broadband
(2006/2273(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Aloyzas Sakalas

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi l-iżvilupp effettiv tas-servizzi fuq broadband huwa kruċjali għat-tkabbir ekonomiku u għall-ħolqien ta' soċjetà Ewropea bbażata fuq l-għarfien u l-informazzjoni, u billi servizzi bħal dawn għandhom ikunu aċċessibbli faċilment għal kulħadd,

B.  billi, minkejja li s-servizzi fuq broadband qegħdin jiżviluppaw bil-ħeffa fl-Ewropa kollha, l-aċċess għal netwerks tal-broadband għadu limitat b'mod inaċċettabbli f'zoni mbiegħda u rurali,

C. billi minħabba l-ispejjeż għolja u l-profitti baxxi, l-istallazzjoni ta' netwerks ta' broadband f'zoni mwarrba u rurali tista' ma tkunx daqstant ekonomika għal operaturi privati u billi għalhekk jidher raġonevoli li wieħed jirrikorri għan-nefqa pubblika biex jappoġġja inizjattivi dwar broadband f'dawk iz-zoni,

1.  Jikkunsidra li l-inizjattiva ekonomika privata għandha rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-broadband u li l-appoġġ finanzjarju pubbliku, inklużi l-fondi strutturali tal-Komunità, għandhom jintużaw biss meta ma jistgħux jiġu allokati riżorsi privati;

2.  Jenfasizza li l-iżvilupp ta' teknoloġiji innovattivi għandu jkun inkoraġġut f'kull livell, u li hu meħtieġ sforz serju li jippromwovi aċċess għas-suq biex iżomm fih kompetizzjoni ġusta;

3.  Jenfasizza li d-disponibilità għal kulħadd tal-broadband tista' tkun żgurata biss jekk in-netwerks jinbnew fejn s'issa għad m'hemmx, jekk isiru aċċessibbli faċilment għal kulħadd u jekk is-soluzzjonijiet tekniċi jkunu għat-tul;

4.  Iħeġġeġ il-Kummissjoni biex tipprovdi linji gwida aktar preċiżi li jkopru s-sitwazzjonijiet fejn is-servizzi tal-broadband huma użati bl-għajnuna ta' fondi strutturali u fejn diġà teżisti provvista parzjali ta' dawn is-servizzi;

5.  Jistieden il-Kummissjoni biex timmonitorja l-impatt tal-fondi strutturali fuq l-użu tal-broadband f'reġjuni li jibbenefikaw minn għajnuna u biex tipprovdi statistika aħjar f'dan ir-rigward; għalhekk, iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha, flimkien ma' l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom, biex jipprovdu mappa kompluta ta' l-infrastrutturi, kif ukoll kwalunkwe dejta li tkun siewja għall-Kummissjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Nibnu Politika Ewropea fuq il-Broadband

Proċedura numru

2006/2273(INI)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI
29.11.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Aloyzas Sakalas
24.10.2006

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

27.2.2007

20.3.2007

11.4.2007

 

 

Data ta' l-adozzjoni

11.4.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Carlo Casini, Marek Aleksander Czarnecki, Bert Doorn, Cristian Dumitrescu, Monica Frassoni, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Piia-Noora Kauppi, Klaus-Heiner Lehne, Katalin Lévai, Antonio López-Istúriz White, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Hartmut Nassauer, Aloyzas Sakalas, Francesco Enrico Speroni, Gary Titley, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Adeline Hazan, Kurt Lechner, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Michel Rocard, József Szájer, Jacques Toubon

Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

PROCEDURE

Title

Building a European Policy on Broadband

Proċedura numru

2006/2273(INI)

Committee responsible
  Date authorisation announced in plenary

ITRE

29.11.2006

Committee(s) asked for opinion(s)
  Date announced in plenary

EMPL

29.11.2006

 

IMCO

29.11.2006

REGI

15.2.2007

CULT

29.11.2006

JURI

29.11.2006

Not delivering opinion(s)
  Date of decision

EMPL

5.4.2006

 

 

CULT

9.10.2006

 

Enhanced cooperation
  Date announced in plenary

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Date appointed

Gunnar Hökmark

12.9.2006

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Discussed in committee

30.1.2007

26.2.2007

11.4.2007

 

 

Date adopted

3.5.2007

Result of final vote

+

-

0

43

0

2

Members present for the final vote

Šarūnas Birutis, Renato Brunetta, Philippe Busquin, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Jorgo Chatzimarkakis, Silvia Ciornei, Lena Ek, Nicole Fontaine, Adam Gierek, Norbert Glante, Fiona Hall, David Hammerstein Mintz, Rebecca Harms, Erna Hennicot-Schoepges, Mary Honeyball, Romana Jordan Cizelj, Romano Maria La Russa, Pia Elda Locatelli, Eugenijus Maldeikis, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Herbert Reul, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Andres Tarand, Patrizia Toia, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Alejo Vidal-Quadras

Substitute(s) present for the final vote

Pilar Ayuso, Etelka Barsi-Pataky, Ivo Belet, Dorette Corbey, Philip Dimitrov Dimitrov, Robert Goebbels, Gunnar Hökmark, Erika Mann, Ana Mato Adrover, John Purvis, Hannes Swoboda, Silvia-Adriana Ţicău

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Data tat-tressiq

21.5.2007

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.