RAPPORT dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-aquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni Schengen fir-Repubblika Ċeka, fir-Repubblika ta' l-Estonja, fir-Repubblika tal-Latvja, fir-Repubblika tal-Litwanja, fir-Repubblika ta' l-Ungerija, fir-Repubblika ta' Malta, fir-Repubblika tal-Polonja, fir-Repubblika tas-Slovenja u fir-Repubblika Slovakka

23.5.2007 - (9032/2007 – C6‑0119/2007 – 2007/0806(CNS)) - *

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Carlos Coelho

Proċedura : 2007/0806(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0204/2007
Testi mressqa :
A6-0204/2007
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-aquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni Schengen fir-Repubblika Ċeka, fir-Repubblika ta' l-Estonja, fir-Repubblika tal-Latvja, fir-Repubblika tal-Litwanja, fir-Repubblika ta' l-Ungerija, fir-Repubblika ta' Malta, fir-Repubblika tal-Polonja, fir-Repubblika tas-Slovenja u fir-Repubblika Slovakka

(9032/2007 – C6‑0119/2007 - 2007/0806(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill (9032/2007)[1]

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 3(2) ta' l-Att ta’ l-Adeżjoni[2], li skond dan, il-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6 0119/2007),

–   wara li kkunsidra l-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0204/2007),

1.  Japprova l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex javża lill-Parlament jekk ikollu l-intenzjoni li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jikkonsulta mal-Parlament jekk ikollu l-intenzjoni li jemenda t-test imressaq għall-konsultazzjoni b'mod sostanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.
  • [2]  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.

NOTA SPJEGATTIVA

SFOND:

Is-Sistema ta' Informazzjoni Schengen (SIS) hija bażi tad-dejta fuq skala kbira, li topera ma' sistema konġunta ta' tagħrif li tippermetti lill-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri biex jikkoperaw u jpartu l-informazzjoni, ħaġa essenzjali sabiex titwaqqaf żona mingħajr kontrolli mal-fruntieri interni tagħha. Is-sistema tinkludi d-dettalji ta' individwi u oġġetti, li jistgħu jintużaw mill-awtoritajiet rilevanti, speċjalment fil-kuntest tal-pulizija u l-koperazzjoni tal-qorti fejn tidħol kriminalità, kif ukoll biex jiġu kkontrollati l-individwi fil-fruntieri esterni jew f'territorju nazzjonali, u għall-ħruġ ta' viżi u permessi ta' residenza.

Fi kliem ieħor, din hija sine qua non sabiex jiġu eliminati l-kontrolli mal-fruntieri interni.

IS-SISTEMA TA' INFORMAZZJONI TA' SCHENGEN II

Id-deċiżjoni li tinħoloq SIS II ġdida ħarġet għaliex ġie nnutat il-bżonn li jiġu implimentati funzjonijiet ġodda fi ħdan is-Sistema (it-tisħiħ tas-sigurtà u użu aktar effiċjenti tad-dejta), u li l-Istati Membri l-ġodda kellhom bżonn jiġu integrati bl-istess mod, peress li s-sistema essenzjali (C-SIS) ma setgħetx teknikament taqdi aktar minn 18-il pajjiż.

F'Diċembru ta' l-2001 il-Kunsill qabbad lill-Kummissjoni biex toħloq l-SIS II, li kienet ipprogrammata biex tibda topera f'Marzu 2007.

F'Settembru 2006, il-Kummissjoni ħabbret li minħabba ħafna dewmien, kien se jkun teknikament impossibbli li jiġi rispettat il-programm oriġinali, u li għaldaqstant is-sistema ma kinetx se tibda topera fid-data stabbilita. L-iskeda taż-żmien ġiet irreveduta kif xieraq, u fil-laqgħa tal-Kumitat ta' l-Art.36 fil-25.01.07, il-Kummissjoni ressqet skeda ta' żmien reveduta li tistabbilixxi li l-SIS II tibda topera sas-17.12.2008.

SISone4ALL

Sadattant, id-dewmien li kien hemm fit-tnedija tas-sistema l-ġdida, flimkien ma' l-iżviluppi teknoloġiċi kostanti u kontinwi, ħolqu l-bżonn li tiġi mġedda s-sistema ċentrali, sabiex ma jiġix kompromess it-tħaddim tagħha, u sabiex jiġu żgurati kuntratti affidabbli ta' manutenzjoni, peress li l-makkinarju u xi komponenti tas-software użati mis-Sistema ċentrali kienu qdiemu.

Fl-2006 ġiet żviluppata verżjoni aktar aġġornata ta' l-SIS (SIS I+R), ħadet post il-makkinarju tas-C-SIS, u implimentat soluzzjoni li kienet aktar aġġornata f'termini ta' komunikazzjoniji bl-intenzjoni li ttejjeb is-sistema, u tinkludi l-possibilità li jiġu konnessi pajjiżi ġodda.

Peress li l-Istati Membri l-ġodda urew nuqqas ta' sodisfazzjon kbir, il-Gvern Portugiż iddeċieda li jressaq proposta li tista' tipprovdi soluzzjoni teknika transitorju, li tippermetti lill-Istati Membri l-ġodda jiġu konnessi ma' l-SIS fl-2007.

Waqt il-Kunsill informali Tampere fil-21 u t-22 ta' Settembru, ġiet imħabbra dik li tissejjaħ l- 'SISone4ALL'; bażikament, tikkonsisti fi klonazzjoni tas-sistema nazzjonali tal-Portugall (N-SIS), bl-idea li tingħata lill-Istati Membri l-ġodda sabiex tgħinhom fl-implimentazzjoni tagħha, bl-iskop li jkunu jistgħu jiġu konnessi mas-Sistema Ċentrali (C-SIS) sa Diċembru 2007.

Dan ifisser li waqt il-perjodu tranżizzjonali, disa' Stati Membri (bl-esklużjoni ta' Ċipru) u l-Portugall, se jkollhom N-SIS identika, li ġiet żviluppata ta' darba, u ladarba tiġi klonata bla spejjeż, tiġi installata fl-Istati Membri l-ġodda kollha li jixtiquha. L-Istati Membri l-ġodda se jkollhom jinvestu huma stess fil-makkinarju li, skond l-esperti tekniċi, jistgħu jintużaw mill-ġdid aktar tard għall-SIS II.

F'dan il-waqt, l-N-SIS il-ġdida li żviluppat il-Portugall diġà ġiet ittestjata bis-C-SIS, u ġiet ikkonfermata. Barra minn hekk, il-kloni diġà ġie installat fi Stat Membru ġdid; is-Slovejna diġà wettqet testijiet mas-C-SIS, iżda għadha qed tistenna r-riżultati ta' konferma tas-sistema.

Huwa mistenni li l-proġett se jkun teknikament lest fil-31 ta' Awissu 2007, wara l-migrazzjoni ta' l-Istati Membri l- 'antiki' u l-integrazzjoni ta' l-Istati Membri l- 'ġodda'. Wara l-evalwazzjoni ta' l-SIS ta' l-Istati Membri l-ġodda, huwa mistenni li dawk li jiksbu riżultat pożittiv se jkollhom il-fruntieri ta' l-art u tal-baħar tagħhom miftuha sal-31 ta' Jannar 2008, u l-fruntieri ta' l-ajru tagħhom fid-29 ta' Marzu 2008.

Fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill l-ispejjeż addizzjonali għall-SIS I + li jinħolqu mill-implimentazzjoni ta' l-SISone4ALL huma ta' madwar 2.13-il miljun Euro.

Il-kalkoli qed jinkludu l-parteċipazzjoni ta' 24 Stat fl-SISone4All, u 28 Stat fl-SIS II.

IL-POŻIZZJONI TAR-RAPPORTEUR

Il-pożizzjoni tradizzonali tal-PE, kif ġiet espressa matul dawn l-aħħar sentejn, dejjem kienet biex tiggarantixxi l-inklużjoni definittiva ta' l-SIS fil-Komunità u fis-sistema legali ta' l-UE; Il-Parlament ċaħad kwalunkwe alternattiva li biha l-SIS tkompli tiffunzjona fuq bażi intergovernattiva. Għal dan il-għan, il-Parlament appoġġja wkoll bla dubju t-twaqqif ta' l-SIS II.

Il-Parlament għamel sforz kbir sabiex jintlaħaq ftehim ma' l-ewwel qari fir-rigward tal-bażi legali ta' l-SIS II, sabiex ma jkunx hemm aktar dewmien li jaffettwa l-implimentazzjoni ta' l-SIS II[1].

Ir-rapporteur tagħkom huwa tal-fehma li l-ħolqien ta' l-SIS II huwa - u għandu jibqa' jkun - il-prijorità assoluta. L-esperti tekniċi jsostnu li l-implimentazzjoni ta' l-SISone4All ma timplikax aktar dewmien fl-implimentazzjoni ta' l-SIS II, u qalu wkoll li dan ta' qabel jista' jikkontribwixxi biex titħaffef il-proċedura, peress li l-biċċa l-kbira ta' l-investiment li jkunu għamlu l-Istati Membri l-ġodda fl-SISone 4All se jiġi sfruttat fil-kuntest ta' l-SIS II, bħalma huma, it-twaqqif ta' l-uffiċċji SIRENE, it-twaqqif tad-dipartimenti ta' l-N-SIS, u mekkaniżmi ta' koperazzjoni bejn il-fruntieri, ix-xogħol ta' adattament mitlub mal-fruntieri esterni, eċċ.

Din is-soluzzjoni temporanea tibbaża ruħha fuq l-istess bażi legali ta' l-SIS preżenti, b'mod partikolari l-Ftehima ta' Schengen, u bl-istess mod hija ffinanzjata fuq livell intergovernattiv.

Għaldaqstant ir-rapporteur tagħkom jirrakkomanda li din l-inizjattiva tiġi approvata, u jappoġġa l-Kunsill biex jieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen relatati ma' l-SIS għall-Istati Membri l-ġodda. Dan ifisser li hekk kif il-kundizzjonijiet meħtieġa biex jitneħħew il-kontrolli mal-fruntieri esterni (l-Evalwazzjoni tax-Schengen) jiġu sodisfatti, mhux se jkun li xi Stat Membru jiġi deprivat mill-parteċipazzjoni sħiħa fiz-Zona tax-Schengen minħabba n-nuqqas ta' aċċess għall-SIS.

Ir-Rapporteur tagħkom jenfasizza li l-possibilità li Stat Membru jiġi konness ma' l-SIS hija prekundizzjoni essenzjali għal integrazzjoni sħiħa fiz-Zona tax-Schengen, iżda dan fih innifsu mhuwiex biżżejjed.

Is-sigurtà fiz-zona tal-Komunità tobbliga lill-imsieħba kollha sabiex jissodisfaw strettament u b'mod effiċjenti r-rekwiżiti meħtieġa f'termini ta' kontrolli mal-fruntieri esterni. Jekk dan l-objettiv jiġi injorat, tkun qed titpoġġa f'riskju s-sigurtà taz-Zona tax-Schengen kollha.

Id-Deċiżjoni preżenti hija biss l-ewwel pass. Il-pass finali għandu jittieħed hekk kif jintemmu l-evalwazzjonijiet ta' l-SIS (dawn għandhom jibdew fis-16 ta' Settembru 2007, u bit-tama li jitlestew sa Novembru 2007). Aħna nippretendu li f'dak il-punt, il-Parlament jiġi kkonsultat dwar id-Deċiżjoni li tikkonċerna t-tneħħija tal-kontrolli mal-fruntieri interni.

PROĊEDURA

Titolu

L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-aquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni Schengen fir-Repubblika Ċeka, fir-Repubblika ta' l-Estonja, fir-Repubblika tal-Latvja, fir-Repubblika tal-Litwanja, fir-Repubblika ta' l-Ungerija, fir-Repubblika ta' Malta, fir-Repubblika tal-Polonja, fir-Repubblika tas-Slovenja u fir-Repubblika Slovakka

Referenzi

9032/2007 - C6-0119/2007 - 2007/0806(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

2.5.2007

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

10.5.2007

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Carlos Coelho

8.5.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

21.5.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

27

0

5

Membri preżenti għall-vot finali

Alexander Alvaro, Giusto Catania, Mladen Petrov Chervenyakov, Carlos Coelho, Fausto Correia, Panayiotis Demetriou, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Claudio Fava, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Lilli Gruber, Jeanine Hennis-Plasschaert, Magda Kósáné Kovács, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Barbara Kudrycka, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Kartika Tamara Liotard, Sarah Ludford, Javier Moreno Sánchez, Martine Roure, Károly Ferenc Szabó, Søren Bo Søndergaard, Adina-Ioana Vălean, Ioannis Varvitsiotis, Manfred Weber, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Inés Ayala Sender, Iratxe García Pérez, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Bill Newton Dunn, Rainer Wieland