RAPPORT dwar l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija u r-Renju ta' l-Isvezja bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-titjib tal-kooperazzjoni trans-konfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità trans-konfinali

24.5.2007 - (6566/2007 – C6-0079/2007 – 2007/0804(CNS)) - *

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Fausto Correia

Proċedura : 2007/0804(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0207/2007
Testi mressqa :
A6-0207/2007
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija u r-Renju ta' l-Isvezja bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-titjib tal-koperazzjoni trans-konfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità trans-konfinali

(6566/2007 – C6-0079/2007 – 2007/0804(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija u r-Renju ta' l-Isvezja (6566/2007)[1],

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' emendi tal-Kunsill (7273/1/2007 tas-17 ta' April 2007)[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat ta' l-UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, skond liema Artikolu l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C6-0079/2007),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra r-Regoli 93, 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0207/2007),

1.  Japprova l-inizjattiva kif emendata magħmula mir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija u r-Renju ta' l-Isvezja;

2.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jemenda t-test f'dan is-sens;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex javża lill-Parlament jekk ikollu l-intenzjoni li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-intenzjoni li jemenda sostanzjalment l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija u r-Renju ta' l-Isvezja;

5.  Jiddispjaċih għall-obbligu impost mill-Kunsill fuq il-Parlament sabiex jesprimi l-opinjoni tiegħu b'mod urġenti, mingħajr il-ħin adegwat u xieraq għal reviżjoni Parlamentari u n-nuqqas kemm ta' evalwazzjoni komprensiva fuq l-impatt kif ukoll ta' evalwazzjoni fuq l-applikazzjoni tat-Trattat ta' Prüm sa issa, u ta' deċiżjoni ta' qafas xierqa għall-ħarsien ta' data personali fil-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, li jikkunsidra bħala meħtieġa qabel tiġi adottata xi leġiżlazzjoni taħt it-tielet pilastru;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u l-Kummissjoni u l-Gvernijiet tar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija u r-Renju ta' l-Isvezja bil-pożizzjoni tal-Parlament.

Test propost mir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija u r-Renju ta' l-IsvezjaEmendi mill-Parlament

Emenda 1

Titolu

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2007/.../ĠAI ta' ...dwar it-titjib tal-kooperazzjoni trans-konfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità trans-konfinali

DEĊIŻJONI TA' QAFAS TAL-KUNSILL 2007/.../ĠAI ta' ...dwar it-titjib tal-kooperazzjoni trans-konfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità trans-konfinali

 

(Din l-emenda tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha tinneċessita bidliet tul it-test kollu li jikkorrespondu)

Ġustifikazzjoni

Peress li l-inizjattiva tirrigwarda l-iskop ta' approssimazzjoni ta' liġijiet u regolamenti ta' l-Istati Membri, l-istrument adegwat huwa Deċiżjoni ta' Qafas aktar milli Deċiżjoni.

Emenda 2

Ċitazzjoni 1

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1)(a) u (b), l-Artikolu 31(1)(a), l-Artikolu 32 u l-Artikolu 34(2)(ċ) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1)(a) u (b), l-Artikolu 31(1)(a), l-Artikolu 32 u l-Artikolu 34(2)(b) tiegħu,

Emenda 3

Ċitazzjoni 2 a (ġdida)

 

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta' l-4 ta' April 2007,

Emenda 4

Premessa 1

(1) Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jagħti importanza fundamentali lill-istabbiliment ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, li huwa ta' tħassib fundamentali tal-popli ta' l-Istati magħquda flimkien fl-Unjoni.

(1) Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jagħti importanza fundamentali liż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, li hija fundamentali għall-popli ta' l-Unjoni Ewropea.

Emenda 5

Premessa 10

(10) Dawn ir-rekwiżiti huma sodisfatti mit-Trattat ta' Prüm tas-27 ta' Mejju 2005 bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda u r-Repubblika ta' l-Awstrija dwar it-titjib tal-kooperazzjoni trans-konfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità trans-konfinali u l-migrazzjoni illegali. Sabiex iż-żewġ rekwiżiti sostantivi tal-Programm ta' l-Aja jkunu jistgħu jiġu sodisfatti għall-Istati Membri kollha u l-miri tiegħu f'termini ta' skala ta' żmien ikunu jistgħu jintlaħqu, il-partijiet essenzjali tat-Trattat ta' Prüm jeħtieġ li jiġu applikati għall-Istati Membri kollha. Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill għandha għalhekk ibbażata fuq id-dispożizzjonijiet ewlenin tat-Trattat ta' Prüm.

(10) Dawn ir-rekwiżiti huma sodisfatti mit-Trattat ta' Prüm tas-27 ta' Mejju 2005 bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda u r-Repubblika ta' l-Awstrija dwar it-titjib tal-kooperazzjoni trans-konfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità trans-konfinali u l-migrazzjoni illegali. Sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti sostantivi tal-Programm ta' l-Aja għall-Istati Membri kollha, it-Trattat ta' Prum jeħtieġ li jiġi applikat għall-Istati Membri kollha. Din id-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill tinkludi għalhekk uħud mid-dispożizzjonijiet ewlenin tat-Trattat ta' Prüm, speċjalment dawk relatati mal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fl-Unjoni Ewropea.

 

Emenda 6

Premessa 11 a (ġdida)

 

(11a) Dawn it-titjibiet fl-iskambju ta' data jikkostitwixxu pass 'il quddiem biex l-informazzjoni ssir disponibbli bejn l-uffiċjali għall-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri. Huwa xieraq li jkun żgurat li hemm raġunijiet għal tfittxijiet awtomatizzati f'databases nazzjonali ta' DNA u marki tas-swaba' kull meta hija konċernata d-data personali.

Ġustifikazzjoni

Sistema fuq żewġ livelli biex ikun hemm aċċess għal data personali hija kombinazzjoni tal-prinċipju ta' disponibiltà (tfittxijiet awtomatizzati u reċiproċi f'databases nazzjonali) u ta' approċċ aktar tradizzjonali (tfittxija wara li jkun hemm rikjesta motivata, wara li jkun hemm 'hit').

Emenda 7

Premessa 15

(15) Soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jfornu data personali u mhux personali biex itejbu l-iskambju ta' l-informazzjoni b'konnessjoni ma' avvenimenti prinċipali b'dimensjoni trans-konfinali.

(15) Soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jfornu data personali u mhux personali biex itejbu l-iskambju ta' l-informazzjoni b'konnessjoni ma' avvenimenti prinċipali b'dimensjoni trans-konfinali u li l-iskop ta' dan hu li jiġu evitati reati terroristiċi. Il-forniment tad-data għandu jkun neċessarju u proporzjonat minħabba li huwa bbażat fuq ċirkostanzi partikulari li jagħtu x'jifhem li se jiġu kommessi reati kriminali.

Ġustifikazzjoni

Iż-żewġ kapitoli 3 u 4 għandhom ikunu msemmija peress li huma mibnija fuq is-suppożizzjoni li hemm raġunijiet li jġiegħlu x'tifhem li s-suġġetti tad-data se jikkommettu reati kriminali, u mhux fuq l-okkorrenza (jew il-possibiltajiet oġġettivi li jkun hemm okkorrenza) ta' reati kriminali.

Emenda 8

Premessa 15 a (ġdida)

 

(15a) Fil-qafas tal-mandat tagħha, il-Europol għandu jkollha aċċess għal databases nazzjonali.

Emenda 9

Premessa 16

(16) Peress li l-kooperazzjoni internazzjonali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra l-kriminalità trans-konfinali, għandha tiġi mtejba aktar, din id-Deċiżjoni, barra li ttejjeb l-iskambju ta' informazzjoni, għandha tippermetti, fost affarijiet oħra, kooperazzjoni eqreb bejn l-awtoritajiet tal-pulizija, per eżempju, permezz ta' operazzjonijiet konġunti ta' sigurtà (per eżempju, rondi konġunti) u intervent trans-konfinali fil-każ ta' periklu immedjat għall-ħajja jew ta' offiża fuq il-persuna.

(16) Peress li l-kooperazzjoni internazzjonali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra l-kriminalità trans-konfinali, għandha tiġi mtejba aktar, din id-Deċiżjoni ta' Qafas, barra li ttejjeb l-iskambju ta' informazzjoni, għandha tippermetti, fost affarijiet oħra, kooperazzjoni eqreb bejn l-awtoritajiet tal-pulizija, per eżempju, permezz ta' operazzjonijiet konġunti ta' sigurtà (per eżempju, rondi konġunti).

Ġustifikazzjoni

Regoli dwar intervenzjoni trans-konfinali fil-każ ta' perikolu immedjat għall-ħajja jew ta' offiża fuq il-persuna ġew esklużi minn din il-proposta.

Emenda 10

Premessa 18

(18) Konxji mill-importanza li din id-Deċiżjoni għandha għall-protezzjoni tad-drittijiet ta' l-individwi, u konxji li l-forniment ta' data personali lil Stat Membru ieħor jirrikjedi standard suffiċjenti ta' protezzjoni tad-data min-naħa ta' l-Istat Membru riċeventi, l-Istati Membri għandhom jipprevedu l-implimentazzjoni effiċjenti tar-regoli kollha għall-protezzjoni tad-data li jinsabu f' din id-Deċiżjoni.

(18) Is-sistema ta' "hit/no hit" tipprovdi struttura għall-paragun ta' profili anonimi, fejn data personali addizzjonali hija skambjata biss wara li jkun hemm "hit", u tiggarantixxi sistema adegwata ta' protezzjoni ta' data, bil-patt li l-forniment ta' data personali lil Stat Membru ieħor jirrikjedi livell xieraq ta' protezzjoni tad-data min-naħa ta' l-Istat Membru riċeventi.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm din l-inizjattiva tippermetti biss it-trażmissjoni ta' data bejn l-Istati Membri, il-livell stabbilit ta' protezzjoni għandu jkun xieraq (u armonizzat).

Emenda 11

Premessa 18 a (ġdida)

 

(18a) Kategoriji speċjali ta’ data dwar oriġini razzjali jew etnika, fhemiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, adeżjoni ma’ partit jew trejdjunjin, orjentazzjoni sesswali jew saħħa għandhom jiġu pproċessati biss jekk ikun assolutament neċessarju u b’mod proporzjonali għall-iskop ta’ każ speċifiku u f’konformità ma’ salvagwardji speċifiċi.

Emenda 12

Premessa 18 b (ġdida)

 

(18b) Dawn ir-regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-data huma maħluqa fl-assenza ta' strument legali xieraq tat-tielet pilastru dwar il-protezzjoni tad-data. Meta approvat, dak l-istrument legali ġenerali għandu jkun applikat għas-settur kollu tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali dejjem sakemm il-livell tiegħu ta' protezzjoni ta' data hu xieraq u mhux aktar baxx mill-protezzjoni stipulata fil-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa għall-Protezzjoni ta' l-Individwi fir-Rigward ta' l-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali tat-28 ta' Jannar 1981 u l-Protokoll Addizzjonali tagħha tat-8 ta' Novembru 2001 u jikkunsidra r-Rakkomandazzjoni Nru R (87) 15 tas-17 ta' Settembru 1987 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri li tirregola l-użu tad-data personali fis-settur tal-pulizija, anke fejn id-data ma tiġix proċessata awtomatikament.

Ġustifikazzjoni

Ir-relazzjoni bejn id-Deċiżjoni ta' Qafas dwar iż-żieda ta' kooperazzjoni transkonfinali, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni ta' Qafas dwar il-ħarsien tad-data.

Emenda 13

Premessa 18 c (ġdida)

 

(18c) Il-Parlament Ewropew għandu jiġi kkonsultat dwar kwalunkwe miżura li timplimenta din id-Deċiżjoni ta' Qafas.

Emenda 14

Premessa 18 d (ġdida)

 

(18d) Hu meħtieġ li l-Kunsill jadotta kemm jista' jkun malajr id-Deċiżjoni ta' Qafas dwar id-Drittijiet ta' Proċedura sabiex jistipula ċerti regoli minimi dwar id-disponibilta ta' assistenza legali għal individwi fl-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Fl-assenza ta' din id-Deċiżjoni ta' Qafas, l-uniċi limiti għal leġiżlazzjoni nazzjonali huma l-prinċipji u d-drittijiet fundamentali kif imsemmija fl-Artikolu 7, paragrafu. 2 (kif emendat).

Emenda 15

Premessa 18e (ġdida)

 

(18e) Fir-rigward tal-forniment ta' informazzjoni u assistenza b'konnessjoni ma' avvenimenti maġġuri u fejn jinġabru folol kbar, il-qafas ġenerali għandu jiġi rikonċiljat ma' l-Azzjoni Konġunta 97/339/ĠAI tas-26 ta' Mejju 1997 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Art. K.3 tat-Trattat dwar l-UE rigward il-kooperazzjoni dwar liġi u ordni u sigurtà1, u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar sigurtà fil-laqgħat tal-Kunsill Ewropew u avvenimenti oħra simil2i, u l-inizjattiva tar-Renju ta' l-Olanda bil-ħsieb għall-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni transkonfinali tal-pulizija rigward il-laqgħat li għalihom jattendu numri kbar ta' nies minn aktar minn Stat Membru, li għalihom l-għan tal-pulizija huwa li żżomm il-liġi u l-ordni u s-sigurtà u li tipprevjeni u tikkumbatti reati kriminali3.

 

1 ĠU L 147, 5.6.1997, p. 1.

2 ĠU C 116, 30.4.2004, p. 18.

3 ĠU C 101, 27.4.2005, p. 36.

 

Ġustifikazzjoni

Il-qafas ġenerali għandu jiġi koordinat bi strumenti speċifiċi.

Emenda 16

Premessa 20

(20) Din id-Deċiżjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji mniżżla b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea,

Din id-Deċiżjoni ta' Qafas tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti, b'mod partikulari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. B'mod partikulari, din id-Deċiżjoni ta' Qafas timmira li tiżgura konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini għar-rispett tal-ħajja privata u tal-komunikazzjonijiet tagħhom u għall-protezzjoni tad-data personali konformi ma’ l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta.

Emenda 17

Premessa 20 a (ġdida)

 

(20a) Ir-reviżjoni sħiha u l-evalwazzjoni tat-taħdim tat-Trattat ta’ Prüm sa llum u t-twaqqif ta’ deċiżjoni ta' qafas dwar il-protezzjoni tad-data tat-tielet pilastru huma l-pre-rekwiżiti għall-implimentazzjoni effettiva u korretta ta’ din id-Deċiżjoni ta' Qafas.

Emenda 18

Artikolu 1, paragrafu 1, parti introduttorja

Permezz ta' din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri bi ħsiebhom itejbu l-kooperazzjoni trans-konfinali f'materji koperti mit-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-aġenziji responsabbli għall-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta' reati kriminali. Għal dan il-għan, din id-Deċiżjoni fiha regoli fl-oqsma li ġejjin :

Permezz ta' din id-Deċiżjoni ta' Qafas, l-Istati Membri bi ħsiebhom itejbu l-kooperazzjoni trans-konfinali f'materji koperti mit-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-aġenziji responsabbli għall-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta' reati kriminali, kif imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-Mandat ta' Arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri1 kif ukoll fl-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni ta' Qafas 2002/475/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu2 filwaqt li jiġi żgurat livell adegwat ta' ħarsien ta' data. Għal dan il-għan, din id-Deċiżjoni ta' Qafas fiha regoli fl-oqsma li ġejjin :

 

 

1 ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.

2 ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3.

 

 

(Din l-emenda tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha tinneċessita bidliet tul it-test kollu li jikkorrespondu)

Ġustifikazzjoni

Restrizzjoni għall-ambitu tad-Deċiżjoni ta' Qafas għal reati kriminali u terroristiċi mniżżla fil-Mandat ta' Arrest Ewropew u fid-deċiżjoni li tiddefinixxi reati terroristiċi.

Emenda 19

Artikolu 1, punt 4

4) Dispożizzjonijiet dwar il-kondizzjonijiet u l-proċedura għat-titjib tal-kooperazzjoni bejn il-pulizija tal-fruntieri permezz ta' diversi miżuri (Kapitolu 5).

4) Dispożizzjonijiet dwar il-kondizzjonijiet u l-proċedura għat-titjib tal-kooperazzjoni bejn il-pulizija tal-fruntieri permezz ta' diversi miżuri definiti (Kapitolu 5).

Emenda 20

Artikolu 1, paragrafu 1, punt 4 a (ġdid)

 

4a) Dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data (Kapitolu 6, l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 16(2) u (4).

Ġustifikazzjoni

Biex ir-regoli tal-ħarsien tad-data fil-Kapitolu 6 jiżdiedu ma' l-għanijiet u l-ambitu tad-Deċiżjoni ta' Qafas.

Emenda 21

Artikolu 1 a (ġdid)

 

Artikolu 1a

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni ta' Qafas:

 

1) "Reati kriminali" għandha tfisser ir-reati msemmija fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI;

 

2) "reati terroristiċi" għandha tfisser ir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI;

 

3) "data personali" għandha tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna naturali identifikata jew identifikabbli ('is-suġġett tad-data'); "persuna identifikabbli" tfisser persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikulari b'referenza għal numru ta' identifikazzjoni jew għal fattur jew fatturi speċifiċi għall-identita fiżika u fiżjoloġika tagħha;

 

4) "proċessar ta' data personali" għandha tfisser kwalunkwe operazzjoni jew sett ta' operazzjonijiet imwettqa fuq data personali, kemm jekk b'mezzi awtomatiċi kif ukoll jekk le, bħal ġbir, reġistrar, organizzazzjoni, ħażna, adattament jew alterazzjoni, separazzjoni, irkupru, konsultazzjoni, użu, żvelar permezz ta' forniment, disseminazzjoni jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'mod ieħor, allinjament, kombinazzjoni, imblukkar, tħassir jew qerda ta' data; proċessar fit-tifsira ta' din id-Deċiżjoni ta' Qafas għandu jinkludi wkoll in-notifika dwar jekk jeżistix "hit" jew le;

 

5) "proċedura awtomatizzata ta' tfittxija" għandha tfisser aċċess dirett għall-fajls awtomatizzati ta' korp ieħor fejn it-tweġiba għall-proċedura ta' tfittxija ma tirrikjedix intervent uman;

 

6) "referenzar ta' data" għandha tfisser l-immarkar ta' data personali maħżuna mhux bil-għan li jiġi limitat l-ipproċessar tagħha fil-ġejjieni;

 

7) "imblukkar ta' data" għandha tfisser l-immarkar ta' data personali maħżuna bl-għan li jiġi limitat l-ipproċessar tagħha fil-ġejjieni;

 

8) "il-parti non-kodifikanti tad-DNA" għandha tfisser iz-zoni ta’ kromożoni li ma jinkludux espressjoni ġenetika, jiġifieri li mhumiex magħrufa li jipprovdu informazzjoni dwar karatteristiċi ereditarji speċifiċi; minkejja kwalunkwe progress xjentifiku, mhijiex se tingħata aktar informazzjoni mill-parti non-kodifikanti tad-DNA la issa u lanqas fil-ġejjieni.

 

 

Ġustifikazzjoni

Dan l-artikolu jinkludi d-definizzjonijiet stipulati preċedentament fl-Artikoli 26 u 16, paragrafu 1, u jiddefinixxi wkoll data personali (fl-assenza ta' qafas ġenerali dwar dan is-suġġett) u reati kriminali (biex jistabbilixxi livell ta' armonizzazzjoni tar-regoli dwar l-aċċessar ta' databases oħra ta' l-Istati Membri). Ir-reati fil-lista tal-Mandat ta' Arrest Ewropew aktar jistgħu jivvjolaw iz-zona ta' libertà, sigurtà u Ġustizzja minn reati minuri. Għalhekk, sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, dawk ir-reati biss għandhom jiġu trattati minn din id-Deċiżjoni ta' Qafas.

Emenda 22

Artikolu 1 b (ġdid)

 

Artikolu 1b

 

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal distinzjoni ċara li ssir bejn data personali ta'

 

- persuna li hija suspettata li kkommettiet jew li pparteċipat f'reat kriminali,

 

- persuna li nstabet ħatja ta' reat kriminali,

 

- persuna li hemm provi serji li jagħtu indikazzjoni li din se tikkommetti reat kriminali,

 

- persuna li tista' tiġi msejħa biex tagħti xhieda f'investigazzjonijiet b'konnessjoni ma' reati kriminali jew proċedimenti kriminali sussegwenti,

 

- persuna li kienet vittma ta' reat kriminali jew li ċerti fatti dwarha huma raġunijiet li wieħed jaħseb li din se tkun vittma ta' reat kriminali,

 

- persuna li tista' tipprovdi informazzjoni dwar reati kriminali,

 

- kuntatt jew assoċjat ta' waħda mill-persuni hawn fuq imsemmija, u

 

- persuna li ma tidħol fl-ebda waħda minn dawn il-kategoriji hawn fuq imsemmija.

Emenda 23

Artikolu 2, paragrafu 1

1. 1) L-Istati Membri għandhom jiftħu u jżommu fajls nazzjonali għall-analiżi tad-DNA għall-investigazzjoni ta' reati kriminali. L-ipproċessar tad-data miżmuma f'dawk il-fajls, taħt din id-Deċiżjoni, għandu jitwettaq suġġett għad-dispożizzjonijiet l-oħra tagħha, f'konformità mal-liġi applikabbli għall-ipproċessar.

1. 1) L-Istati Membri għandhom jiftħu u jżommu fajls nazzjonali għall-analiżi tad-DNA għall-investigazzjoni ta' reati kriminali. L-ipproċessar tad-data personali f'dawk il-fajls, taħt din id-Deċiżjoni ta' Qafas, għandu jitwettaq b'konformita mar-regoli tal-protezzjoni tad-data stipolati fil-Kapitolu 6, f'konformità mal-liġi applikabbli għall-ipproċessar.

Ġustifikazzjoni

L-introduzzjoni tal-kliem "proċessar ta' data personali" kif imsemmi fl-Artikolu 2a hija maħsuba biex tikkjarifika li d-dispożizzjonijiet tal-ħarsien tad-data japplikaw ukoll għall-ġbir ta' data (ġdida) (mhux biss ta' data li diġà qed tinżamm).

Emenda 24

Artikolu 2, paragrafu 2

2. 2. Għall-fini ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw id-disponibbiltà ta' data ta' referenza mill-fajls nazzjonali tagħhom għall-analiżi tad-DNA kif imsemmi fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1.Id-data ta' referenza għandha tinkludi biss profili tad-DNA stabbiliti mill-parti non-coding tad-DNA u numru ta' referenza. Id-data ta' referenza m'għandu jkun fiha l-ebda data li minnha s-suġġett tad-data jista' jiġi direttament identifikat. Id-data ta' referenza li mhux attribwibbli għal kwalunkwe individwu (profili tad-DNA mhux identifikati) għandha tkun rikonoxxibbli bħala tali.

2. Għall-fini ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni ta' Qafas, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-aċċess għal data ta' referenza mill-fajls nazzjonali tagħhom għall-analiżi tad-DNA miftuħin għall-investigazzjoni ta' reati kriminali. Id-data ta' referenza għandha tinkludi biss profili tad-DNA stabbiliti mill-parti non-kodifikanti tad-DNA u numru ta' referenza. Id-data ta' referenza m'għandu jkun fiha l-ebda data li minnha s-suġġett tad-data jista' jiġi direttament identifikat. Id-data ta' referenza li mhux attribwibbli għal kwalunkwe individwu (profili tad-DNA mhux identifikati) għandha tkun rikonoxxibbli bħala tali.

Ġustifikazzjoni

Il-kelma "aċċess" minflok "disponibiltà" tikkjarifika li ż-żewġ sistemi m'humiex simili, kif imsemmi fil-premessa 11a. Ir-referenza għal "fajls nazzjonali ta' analiżi ta' DNA miftuħin għall-investigazzjoni ta' reati kriminali" tenfasizza li mhuwiex permess it-tiftix f'fajls ta' DNA ta' tip ieħor, bħalma huma dawk stabbiliti għal skopijiet ta' saħħa u riċerka.

Emenda 25

Artikolu 3, paragrafu 1

1. 1. Għall-investigazzjoni ta' reati kriminali, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-punti ta' kuntatt nazzjonali ta' Stati Membri oħra, kif imsemmi fl-Artikolu 6, aċċess għad-data ta' referenza fil-fajls tagħhom għall-analiżi tad-DNA, bis-setgħa li jwettqu tiftix awtomatizzat billi jipparagunaw il-profili tad-DNA. It-tiftix jista jsir biss f'każijiet individwali u f'konformità mal-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru rikjedenti.

1. Għall-investigazzjoni ta' reati kriminali, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-punti ta' kuntatt nazzjonali ta' Stati Membri oħra, aċċess għad-data ta' referenza fil-fajls tagħhom għall-analiżi tad-DNA, bis-setgħa li jwettqu tiftix awtomatizzat billi jipparagunaw il-profili tad-DNA. It-tiftix jista’ jsir biss f'każijiet individwali u f'konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data kif stipulati fil-Kapitolu 6 u mal-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru rikjedenti.

Emenda 26

Artikolu 5

Jekk il-proċedura msemmija fl-Artikoli 3 u 4 turi taqbila bejn il-profili tad-DNA,, il-forniment ta' kwalunkwe data personali u informazzjoni oħra disponibbli ulterjuri relatati mad-data ta' referenza għandu jkun irregolat mil-liġi nazzjonali, inklużi r-regoli ta' assistenza legali, ta' l-Istat Membru rikjest.

Jekk il-proċedura msemmija fl-Artikoli 3 u 4 turi qbil bejn il-profili tad-DNA,, il-forniment ta' data personali u informazzjoni oħra ulterjuri relatati mad-data ta' referenza għandu jkun irregolat mil-liġi nazzjonali, inklużi r-regoli ta' assistenza legali, ta' l-Istat Membru rikjest. u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data stipulati fil-Kapitolu 6.

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza rigward il-protezzjoni tad-data hija partikolarment rilevanti minħabba li l-Kapitolu 6 jiddefinixxi liema data personali jista’ jingħata aċċess għaliha, bħala mod biex ikunu stabbiliti regoli komuni għall-Istati Membri kollha (u ma jkunx hemm dipendenza esklussiva fuq il-liġi nazzjonali ta’ kull Stat Membru).

Emenda 27

Artikolu 6

Artikolu 6

Punt ta' kuntatt nazzjonali u miżuri implimentattivi

1. Għall-għanijiet tal-forniment ta' data kif imsemmi fl-Artikoli 3 u 4, kull Stat Membru għandu jinnomina punt ta' kuntatt nazzjonali. Is-setgħat tal-punt ta' kuntatt nazzjonali għandhom ikunu irregolati mil-liġi nazzjonali applikabbli.

imħassar

2. 2. Id-dettalji tal-ftehim tekniċi għall-proċeduri li jidhru fl-Artikoli 3 u 4 għandhom jitniżżlu fi ftehim implimentattiv kif imsemmi fl-Artikolu 34.

 

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni hija trasferita għall-Kapitolu 7 (dispożizzjonijiet implimentattivi u finali).

Emenda 28

Artikolu 7, paragrafu 1, parti introduttorja

Fejn f'investigazzjonijiet jew proċedimenti kriminali attwali ma jkun hemm l-ebda profil tad-DNA disponibbli għal individwu partikolari preżenti fit-territorju ta' Parti Kontraenti rikjesta, il-Parti Kontraenti rikjesta għandha tipprovdi assistenza legali billi tiġbor u teżamina materjal ċellulari mingħand dak l-individwu u billi tforni l-profil tad-DNA miksub, jekk:

1. Fejn f'investigazzjonijiet jew proċedimenti kriminali attwali dwar reati kriminali, ma jkun hemm l-ebda profil tad-DNA disponibbli għal individwu partikolari li hu suspettat li għamel reat kriminali u li hu preżenti fit-territorju ta' Parti Kontraenti rikjesta, il-Parti Kontraenti rikjesta għandha tipprovdi assistenza legali billi tiġbor u teżamina materjal ċellulari mingħand dak l-individwu u billi tforni l-profil tad-DNA miksub, jekk:

Emenda 29

Artikolu 7, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. Il-ġbir ta' materjal ċellulari għandu jsir biss fuq il-bażi ta' liġi nazzjonali u għal skop speċifiku u għandu jilħaq ir-rekwiżiti ta' neċessità u proporzjonalità.

Ġustifikazzjoni

Ir-rispett għal prinċipji u drittijiet fundamentali għandu jiġi enfasizzat fil-każijiet fejn il-ġbir ta' materjal ċellulari jkun imqiegħed f'riskju.

Emenda 30

Artikolu 8

Għall-fini ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà tad-data ta' referenza mill-fajl għas-sistemi awtomatizzati nazzjonali għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' stabbiliti għall-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta' reati kriminali. Id-data ta' referenza għandha tinkludi biss data dattiloskopika u numru ta' referenza. Id-data ta' referenza m'għandu jkun fiha l-ebda data li minnha s-suġġett tad-data jista' jiġi direttament identifikat. Id-data ta' referenza li ma tkunx attribwita lil xi individwu (''data dattiloskopika mhux identifikabbli'') għandha tkun rikonoxxibbli bħala tali.

Għall-fini ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni ta' Qafas, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-aċċess għad-data ta' referenza mill-fajl għas-sistemi awtomatizzati nazzjonali għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' stabbiliti għall-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta' reati kriminali. Id-data ta' referenza għandha tinkludi biss data dattiloskopika u numru ta' referenza. Id-data ta' referenza m'għandu jkun fiha l-ebda data li minnha s-suġġett tad-data jista' jiġi direttament identifikat. Id-data ta' referenza li ma tkunx attribwita lil xi individwu (''data dattiloskopika mhux identifikabbli'') għandha tkun rikonoxxibbli bħala tali.

Emenda 31

Artikolu 9, paragrafu 1

1. Għall-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta' reati kriminali, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-punti ta' kuntatt nazzjonali ta' Stati Membri oħra, kif imsemmi fl-Artikolu 11, aċċess għad-data ta' referenza fis-sistemi awtomatizzati għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' li huma jkunu stabbilew għal dak il-għan, bis-setgħa li jwettqu tiftix awtomatizzat billi jipparagunaw id-data daktiloskopika. It-tiftix jista jsir biss f'każijiet individwali u f'konformità mal-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru rikjedenti.

1. Għall-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta' reati kriminali, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-punti ta' kuntatt nazzjonali ta' Stati Membri oħra, kif imsemmi fl-Artikolu 11, aċċess għad-data ta' referenza fis-sistemi awtomatizzati għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' li huma jkunu stabbilew għal dak il-għan, bis-setgħa li jwettqu tiftix awtomatizzat billi jipparagunaw id-data daktiloskopika. It-tiftix jista’ jsir biss f'każijiet individwali u f'konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data kif stipulati fil-Kapitolu 6 u mal-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru rikjedenti.

Emenda 32

Artikolu 10

Jekk il-proċedura msemmija fl-Artikoli 9 turi taqbila bejn id-data daktiloskopika, il-forniment ta' kwalunkwe data personali u informazzjoni oħra disponibbli ulterjuri relatati mad-data ta' referenza għandu jkun irregolat mil-liġi nazzjonali, inklużi r-regoli ta' assistenza legali, ta' l-Istat Membru rikjest.

Jekk il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9 turi taqbila bejn id-data dattiloskopika, il-forniment ta' data personali ulterjuri u informazzjoni oħra relatati mad-data ta' referenza għandu jkun irregolat mil-liġi nazzjonali, inklużi r-regoli ta' assistenza legali, ta' l-Istat Membru rikjest u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data stipulati fil-Kapitolu 6.

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza rigward il-protezzjoni tad-data hija partikolarment rilevanti minħabba li l-Kapitolu 6 (jekk ikun emendat) jiddefinixxi liema data personali jista’ jingħata aċċess għaliha, bħala mod biex ikunu stabbiliti regoli komuni għall-Istati Membri kollha (u ma jkunx hemm dipendenza esklussiva fuq il-liġi nazzjonali ta’ kull Stat Membru).

Emenda 33

Artikolu 11

Artikolu 11

Punt ta' kuntatt nazzjonali u miżuri implimentattivi

1. Għall-finijiet tal-forniment ta' data kif imsemmi fl-Artikoli 9, kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt nazzjonali. Is-setgħat tal-punt ta' kuntatt nazzjonali għandhom ikunu irregolati mil-liġi nazzjonali applikabbli.

imħassar

2. Id-dettalji tal-ftehim tekniċi għall-proċedura li tidher fl-Artikolu 9 għandhom jitniżżlu fil-miżuri implimentattivi kif imsemmi fl-Artikolu 34.

 

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni hija trasferita għall-Kapitolu 7 (dispożizzjonijiet implimentattivi u finali).

Emenda 34

Artikolu 12, paragrafu 1

1. Għall-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta' reati kriminali u fit-trattament ta' reati oħra li jaqgħu fi ħdan il-ġurisdizzjoni tal-qrati jew is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika fl-Istat Membru li jkun qed ifittex, kif ukoll fiż-żamma ta' l-ordni pubbliku u s-sigurtà pubblika, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-punti ta' kuntatt nazzjonali ta' Stati Membri oħra, kif imsemmi fil-paragrafu 2, aċċess għad-data nazzjonali li ġejja dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi, bis-setgħa li jwettqu tiftix awtomatizzat f'każijiet individwali:

1. Għall-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta' reati kriminali u fit-trattament ta' reati oħra li jaqgħu fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tal-qrati jew is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika fl-Istat Membru li jkun qed ifittex, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-punti ta' kuntatt nazzjonali ta' Stati Membri oħra, kif imsemmi fil-paragrafu 2, aċċess għad-data nazzjonali li ġejja dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi, bis-setgħa li jwettqu tiftix awtomatizzat f'każijiet individwali:

1) data relatata ma' sidien jew operaturi, u

1) data relatata ma' sidien jew operaturi, u

2) data relatata ma' vetturi.

2) data relatata ma' vetturi.

It-tiftix jista' jitwettaq biss b'numru ta' chassis sħiħ jew numru tar-reġistrazzjoni sħiħ. It-tfittix jista jsir biss f'konformità mal-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru li qed jagħmel it-tiftixa.

It-tiftix jista' jitwettaq biss b'numru ta' chassis sħiħ jew numru tar-reġistrazzjoni sħiħ. It-tiftix jista’ jsir biss f'konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data kif stipulati fil-Kapitolu 6 u mal-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru li qed jagħmel it-tiftixa.

Ġustifikazzjoni

It-tħassir ta’ “ordni pubblika u sigurtà pubblika” bħala bażijiet awtonomi għal tiftix awtomatizzat tad-data ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi huwa minħabba n-nuqqas ta’ ċarezza tal-kunċetti (meta mhux relatati ma’ avveniment speċifiku) u l-fatt li tħassib rilevanti dwar l-ordni pubbliku u s-sigurtà pubblika huwa diġà kopert mill-ħtieġa li jkunu investigati reati kriminali jew tipi oħra ta’ reati (partikolarment ta’ l-ordni amministrattiv).

Emenda 35

Artikolu 12, paragrafu 2

2. Għall-finijiet tal-forniment ta' data kif imsemmi fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt nazzjonali għal talbiet imressqin. Is-setgħat tal-punt ta' kuntatt nazzjonali għandhom ikunu irregolati mil-liġi nazzjonali applikabbli. Id-dettalji tal-ftehim tekniċi għall-proċedura għandhom jitniżżlu fil-miżuri implimentattiv kif imsemmi fl-Artikolu 34.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni hija trasferita għall-Kapitolu 7 (dispożizzjonijiet implimentattivi u finali).

Emenda 36

Artikolu 14, paragrafu 1

1. Għall-prevenzjoni ta' reati kriminali u fiż-żamma ta' l-ordni pubbliku u s-sigurtà pubblika għal avvenimenti prinċipali b'dimensjoni trans-konfinali, b'mod partikolari għal avvenimenti sportivi jew laqgħat tal-Kunsill Ewropew, l-Istati Membri għandhom, kemm fuq talba kif ukoll minn jeddhom, ifornu lil xulxin bi kwalunkwe data personali jekk kwalunkwe kundanna finali jew ċirkostanza oħra jagħtu raġun għat-twemmin li s-suġġetti tad-data ser iwettqu reati kriminali fl-avveniment jew huma ta' theddida għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà pubblika, dment li l-forniment ta' tali data ikun permess taħt il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru fornitur.

1. Għall-prevenzjoni ta' reati kriminali u fiż-żamma ta' l-ordni pubbliku u s-sigurtà pubblika għal avvenimenti prinċipali b'dimensjoni trans-konfinali, b'mod partikolari għal avvenimenti sportivi jew laqgħat tal-Kunsill Ewropew, l-Istati Membri għandhom, kemm fuq talba kif ukoll minn jeddhom, ifornu lil xulxin b’data personali jekk kwalunkwe kundanna finali jew ċirkostanza oħra jagħtu raġun għat-twemmin li s-suġġetti tad-data ser iwettqu reati kriminali fl-avveniment jew huma ta' theddida għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà pubblika, dment li l-forniment ta' tali data jkun permess skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru fornitur u meta jkun neċessarju u proporzjonat f’soċjetà demokratika, għal skop speċifiku u fuq bażi ta' każijiet individwali.

Emenda 37

Artikolu 15

Artikolu 15

Punt ta' kuntatt nazzjonali

Għall-finijiet tal-forniment ta' data kif imsemmi fl-Artikoli 13 u 14, kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt nazzjonali. Is-setgħat tal-punt ta' kuntatt nazzjonali għandhom ikunu irregolati mil-liġi nazzjonali applikabbli.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni hija trasferita għall-Kapitolu 7 (dispożizzjonijiet implimentattivi u finali).

Emenda 38

Artikolu 16, paragrafu 1

1. Għall-prevenzjoni ta' reati terroristiċi, l-Istati Membri jistgħu, f'konformità mal-liġi nazzjonali, f'każijiet individwali, anki mingħajr ma jkunu mitluba jagħmlu dan, ifornu lill-punti ta' kuntatt nazzjonali ta' l-Istati Membri l-oħra, kif imsemmi fil-paragrafu 3, bid-data personali u l-informazzjoni speċifikati fil-paragrafu 2, minħabba li dan hu meħtieġ għax ċirkostanzi partikolari jagħtu raġun għat-twemmin li s-soġġetti tad-data ser iwettqu reati kriminali kif imsemmi fl-Artikoli 1 sa 3 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill ta' l-UE 2002/475/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu.

1. Għall-prevenzjoni ta' reati terroristiċi kif definiti fl-Artikolu 1a, l-Istati Membri jistgħu, f'konformità mal-liġi nazzjonali, mal-prinċipji bażiċi tal-liġi u mad-drittijiet fundamentali, f'każijiet individwali, anki mingħajr ma jkunu mitluba jagħmlu dan, ifornu lill-punti ta' kuntatt nazzjonali ta' l-Istati Membri l-oħra bid-data personali u l-informazzjoni speċifikati fil-paragrafu 2, minħabba li dan hu meħtieġ għax ċirkostanzi partikolari jagħtu raġun għat-twemmin li s-soġġetti tad-data ser iwettqu reati terroristiċi.

Ġustifikazzjoni

Il-parametri biex tkun provduta l-informazzjoni jridu jkunu liġi internazzjonali u ta’ l-UE, mhux biss leġiżlazzjoni nazzjonali.

Emenda 39

Artikolu 16, paragrafu 2

2. 2. Id-data li trid tiġi fornuta għandha tinkludi kunjom, l-ewwel isem, id-data u l-post tat-twelid u deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li jagħtu lok għat-twemmin imsemmi fil-paragrafu 1.

2. Id-data li trid tiġi fornuta għandha tinkludi biss data personali kif definita fl-Artikolu 1a u deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li jagħtu lok għat-twemmin imsemmi fil-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni aħjar dwar data personali li tista’ tiġi provduta hija proposta fl-Artikolu 1a (kif emendat).

Emenda 40

Artikolu 16, paragrafu 3

3. Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt nazzjonali għall-iskambju ta' informazzjoni mal-punti ta' kuntatt nazzjonali ta' Stati Membri oħra. Is-setgħat tal-punt ta' kuntatt nazzjonali għandhom ikunu irregolati mil-liġi nazzjonali applikabbli.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni hija trasferita għall-Kapitolu 7 (dispożizzjonijiet implimentattivi u finali).

Emenda 41

Artikolu 16, paragrafu 4 a (ġdid)

 

4a. Ikunu xi jkunu dawk il-kundizzjonijiet, id-data personali tista’ tiġi pproċessata biss għall-iskopijiet speċifikati fil-paragrafu 1. Id-data provduta għandha titħassar mingħajr dewmien ladarba l-iskopijiet speċifikati fil-paragrafu 1 ikunu ntlaħqu jew ma jkunux jistgħu jintlaħqu iktar, u fi kwalunkwe każ wara mhux iktar minn sentejn mid-data tal-forniment.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-ħtieġa speċjali li jkunu protetti individwi mill-forniment ta’ data skond dan l-Artikolu, regola restrittiva simili dwar iż-żamma u t-tħassir ta’ data bħal dik stipulata għal avvenimenti kbar hija neċessarja.

Emenda 42

Artikolu 17, paragrafu 2

2. Kull Stat Membru jista', bħala Stat Membru ospitanti, f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu stess, u bil-kunsens ta' l-Istat Membru li jkun qed jissekonda, jagħti setgħat eżekuttivi lill-uffiċjali ta' Stat Membru li jkun qed jissekonda involuti f'operazzjonijiet konġunti jew, safejn tippermetti l-liġi ta' l-Istat Membru ospitanti, jippermetti lil uffiċjali ta' Stati Membri oħra jeżerċitaw is-setgħat eżekuttivi tagħhom skond il-liġi ta' l-Istat Membru li jkun qed jissekonda. Tali setgħat eżekuttivi jistgħu jiġu eżerċitati biss taħt il-gwida u, bħala regola, fil-preżenza ta' uffiċjali mill-Istat Membru ospitanti. Uffiċjali ta' Stati Membri li jkunu qed jissekondaw oħra għandhom ikunu soġġetti għal-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru ospitanti. L-Istat Membru ospitanti għandu jassumi responsabbiltà għall-azzjonijiet tagħhom.

2. Uffiċjali ta' Stati Membri li jkunu qed jissekondaw oħra għandhom ikunu soġġetti għal-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru ospitanti. Kull Stat Membru jista', bħala Stat Membru ospitanti, f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu stess, u bil-kunsens ta' l-Istat Membru li jkun qed jissekonda, jagħti setgħat eżekuttivi lill-uffiċjali ta' Stat Membru li jkun qed jissekonda involuti f'operazzjonijiet konġunti. Tali setgħat eżekuttivi jistgħu jiġu eżerċitati biss taħt istruzzjonijiet minn u, bħala regola ġenerali, fil-preżenza ta' uffiċjali mill-Istat Membru ospitanti.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ċara tal-liġi applikabbli għal operazzjonijiet konġunti hija essenzjali biex jinkisbu riżultati. Id-dispożizzjonijiet dwar is-setgħat eżekuttivi mogħtija lill-uffiċjali ta’ l-Istati Membri li jkunu qed jissekondaw m’humiex ċari biżżejjed. Barra minn hekk, il-possibilità li setgħat eżekuttivi jiġu użati mingħajr il-preżenza ta’ uffiċjali mill-Istat ospitanti trid tkun limitata b’mod strett.

Emenda 43

Artikolu 17 a (ġdid)

 

Artikolu 17a

Miżuri f’każ ta’ periklu imminenti

 

1. F'sitwazzjonijiet urġenti, uffiċjali ta’ Stat Membru jistgħu, mingħajr l-approvazzjoni minn qabel ta' l-Istat Membru l-ieħor, jaqbżu l-fruntiera komuni biex fiz-zona ta’ ħdejn il-fruntiera fit-territorju sovran ta' l-Istat Membru l-ieħor, b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ l-istat ospitanti jieħdu miżuri proviżorji meħtieġa sabiex jitbiegħed periklu imminenti għall-integrità fiżika ta' l-individwi.

 

 

2. Sitwazzjoni urġenti fis-sens tal-paragrafu 1 titqies li tkun meta t-theddida tal-periklu waqt l-istennija ta’ l-intervent ta’ uffiċjali ta’ l-Istat ospitanti jew sakemm jiġi ppreparat ir-rapport dwar il-każ allegat konformi ma’ l-Artikolu 17(2).

 

3. L-uffiċjali li jaqsmu l-fruntiera għandhom jinfurmaw lill-Istat ospitanti mingħajr dewmien. L-Istat ospitanti għandu jikkonferma li rċieva dik in-notifika u mingħajr dewmien jieħu dawk il-miżuri meħtieġa biex jitneħħa l-periklu u jieħu l-kontroll ta' l-operazzjoni. L-uffiċjali li jaqsmu l-fruntiera jistgħu joperaw fl-Istat Membru ospitanti biss sakemm l-Istat ospitanti jkun ħa l-miżuri ta' protezzjoni neċessarji. L-uffiċjali li jaqsmu l-fruntiera għandhom jiġu mitluba biex isegwu l-istruzzjonijiet ta' l-Istat Membru ospitanti.

 

4. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw fi ftehima separata liema awtoritajiet għandhom jiġu notifikati mingħajr dewmien, kif stipulat fil-paragrafu 3. L-uffiċjali li jaqsmu l-fruntiera għandhom jiġu mitluba jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u mal-liġi ta' l-Istat li fit-territorju tiegħu jkunu joperaw.

 

5. L-Istat Membru ospitanti għandu jassumi r-responsabilità għall-miżuri meħuda mill-uffiċjali li jaqsmu l-fruntiera.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi identika għall-Artikolu 25 tat-Trattat ta’ Prüm. Dispożizzjonijiet dwar miżuri f’każ ta’ periklu għandhom jagħmlu wkoll parti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill, sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni aktar efficjenti tal-pulizija fl-inħawi tal-fruntieri.

Emenda 44

Artikolu 18 a (ġdid)

 

Artikolu 18a

 

Kooperazzjoni fuq talba

 

1. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jipprovdu għajnuna lil xulxin meta tintalab, fl-ambitu tas-setgħat tagħhom u konformi mal-liġi nazzjonali tagħhom.

 

2. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jipprovdu għajnuna lil xulxin skond l-Artikolu 39 (1) tal-Konvenzjoni tad-19 ta’ Ġunju 1990 għall-implimentazzoni tat-Trattat ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 dwar it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri komuni, b’mod partikolari billi:

 

(1) jiġu identifikati s-sidien u ta’ l-operaturi kif ukoll li tingħata informazzjoni dwar is-sewwieqa u kaptani ta’ vetturi ta’ l-art, tal-baħar u ta’ l-ajru sakemm ma jaqgħux diġà taħt l-Artikolu 12;

 

(2) tingħata informazzjoni dwar liċenzji tas-sewqan, ċertifikati tas-sidien tad-dgħajjes u permessi simili;

 

(3) jiġi aċċertat fejn ikunu l-individwi u l-post ta’ residenza;

 

(4) jiġu kkontrollati l-permessi ta’ residenza;

 

(5) jiġi aċċertat min għandu linja tat-telefown u faċilitajiet oħra ta’ servizzi ta' telekomunikazzjoni, sakemm din l-informazzjoni tkun aċċessibbli għall-pubbliku;

 

(6) tiġi stabbilita l-identità ta' l-individwi;

 

(7) tiġi investigata l-provenjenza ta’ oġġetti, bħal armi, karozzi u dgħajjes (tiftix permezz tal-kanali tan-negozju);

 

 

(8) tingħata data mid-databases tal-pulizija u mir-reġistri tal-pulizija kif ukoll informazzjoni minn rekords uffiċjali aċċessibbli għall-pubbliku;

 

(9) jinħarġu twissijiet urġenti dwar armi u splussivi u twissijiet dwar falsifikar ta' flus u frodi ta' sigurtà;

 

(10) jinħarġu twissijiet urġenti dwar armi u splussivi u twissijiet dwar falsifikar ta' flus u frodi ta' sigurtà;

 

(11) jiġi aċċertat kemm persuna hija lesta li tagħmel dikjarazzjoni.

 

3. Fil-każ li l-awtorità mitluba ma tkunx kompetenti biex timplimenta t-talba, għandha tgħaddi t-talba lill-awtorità kompetenti. L-awtorità mitluba għandha tinforma lill-awtorità li tkun għamlet it-talba dwar il-passaġġ tat-talba u lill-awtorità kompetenti għall-implimentazzjoni tat-talba. L-awtorità kompetenti għandha timplimenta t-talba u tinforma lura lill-awtorità li tkun għamlet it-talba bir-riżultat.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi identika għall-Artikolu 27 tat-Trattat ta’ Prüm. Dispożizzjonijiet dwar kooperazzjoni fuq talba għandhom ikunu inklużi wkoll fid-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni aktar efficjenti tal-pulizija fl-inħawi tal-fruntieri.

Emenda 45

Artikolu 19, paragrafu 1

1. Uffiċjali minn Stati Membri li qed jissekondaw li huma involuti f'operazzjoni konġunta fit-territorju ta' Stat Membru ieħor jistgħu jilbsu l-uniformijiet nazzjonali tagħhom hemmhekk. Jistgħu jġorru armi, munizzjon u tagħmir kif inhuma permessi li jagħmlu taħt il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru li qed jissekonda. L-Istat Membru ospitanti jista' jipprojbixxi l-ġarr ta' armi, munizzjon jew tagħmir partikolari minn uffiċjali ta' Stat Membru li qed jissekonda.

1. Uffiċjali minn Stat Membru li qed jissekondaw jistgħu jġorru tali armi, munizzjon u tagħmir tas-servizz kif inhuma permessi li jagħmlu skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru li qed jissekonda. L-Istat Membru ospitanti jista' jipprojbixxi l-ġarr ta' ċerti armi, munizzjon jew tagħmir tas-servizz minn uffiċjali ta' Stat Membru li qed jissekonda sakemm il-leġiżlazzjoni tiegħu stess tapplika l-istess projbizzjoni lill-uffiċjali tiegħu stess.

Ġustifikazzjoni

Il-parti mħassra hija trasferita għall-paragrafu 2 a (ġdid) ta’ l-Artikolu preżenti. Id-dispożizzjonijiet dwar il-ġarr ta’ armi tas-servizz għall-uffiċjali ta’ Stati Membri li qed jissekondaw għandhom isiru konformi ma’ dawk relatati ma’ l-uffiċjali nazzjonali.

Emenda 46

Artikolu 19, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. Uffiċjali minn Stat Membru li qed jissekonda li huma involuti f’operazzjoni konġunta fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandhom jilbsu l-uniformijiet nazzjonali tagħhom stess. Sinjal komuni li jingħaraf irid jinġarr mill-membri kollha ta’ l-operazzjoni konġunta. L-Istat Membru ospitanti jrid jagħti dokument ta’ akkreditament lill-uffiċjali ta’ l-Istati Membri li qed jissekondaw, inklużi l-isem, il-grad u ritratt diġitizzat ta’ l-uffiċjal.

Ġustifikazzjoni

Dawk ir-regoli, inspirati mill-kompromess tat-“Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri”, jidhru rilevanti sabiex tkun identifikata operazzjoni “konġunta”, li hija ħafna iktar minn sempliċiment is-somma totali ta’ l-elementi taghħa.

Emenda 47

Artikolu 24, paragrafu 1

1. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu:

imħassar

1) "proċessar ta' data personali' għandha tfisser kwalunkwe operazzjoni jew sett ta' operazzjonijiet imwettqa fuq data personali, kemm jekk b'mezzi awtomatiċi kif ukoll jekk le, bħal ġbir, reġistrar, organizzazzjoni, ħażna, adattament jew alterazzjoni, separazzjoni, irkupru, konsultazzjoni, użu, żvelar permezz ta' forniment, disseminazzjoni jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'mod ieħor, allinjament, kombinazzjoni, imblukkar, tħassir jew qerda ta' data. Proċessar fit-tifsira ta' din id-Deċiżjoni għandu jinkludi wkoll in-notifika dwar jekk jeżistix 'hit' jew le;

 

2) "proċedura awtomatizzata ta' tfittxija" għandha tfisser aċċess dirett għall-fajls awtomatizzati ta' korp ieħor fejn it-tweġiba għall-proċedura ta' tfittxija hija kollha awtomatizzata;

 

3) "referenzar" għandha tfisser l-immarkar ta' data personali maħżuna bl-għan li jiġi limitat l-ipproċessar tagħha fil-ġejjieni;

 

4) "imblukkar" għandha tfisser l-immarkar ta' data personali maħżuna bl-għan li jiġi limitat l-ipproċessar tagħha fil-ġejjieni.

 

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet issa qegħdin fil-Kapitolu 1.

Emenda 48

Artikolu 24, paragrafu 2

2. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għal data li hija jew ġiet fornuta skond din id-Deċiżjoni, ħlief fejn previst mod ieħor fil-kapitoli ta' qabel.

2. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ materjal tad-DNA u marki tas-swaba’ fi Stat Membru u għall-forniment ta’ data personali oħra fl-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni ta' Qafas.

 

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll għal data li hija jew ġiet fornuta skond din id-Deċiżjoni ta' Qafas.

Ġustifikazzjoni

Ċara aktar u konformi aktar mal-proposta ta' l-EDPS.

Emenda 49

Artikolu 25, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-kategoriji differenti ta’ data personali u l-iskopijiet differenti tagħhom, li għalihom ikunu nġabru, biex ikunu jistgħu jistabbilixxu skadenzi għall-ħażna tagħhom u kondizzjonijiet xierqa għall-ġbir, l-ipproċessar u t-trasmissjoni tagħhom. Data personali dwar persuni li ma jkunux sospettati li kkommettew reat kriminali jew li kellhom sehem f’reat kriminali tista' tiġi pproċessata biss għall-istess skopijiet li għalihom kienet inġabret u pproċessata għal żmien limitat. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu restrizzjonijiet xierqa għall-aċċess u t-trasmissjoni ta’ din id-data.

Ġustifikazzjoni

Dispożizzjonijiet dwar protezzjoni tad-data għandhom jiġu implimentati skond il-grad ta’ l- involviment relattiv (qbil ma’ l-AM 14 tat-test tal-PE ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 għall-proposta tal-Kummissjoni dwar Deċiżjoni ta' Qafas dwar il-ħarsien ta’ data personali fil-kuntest tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali).

Emenda 50

Artikolu 25, paragrafu 3

3. Il-Paragrafu 2 m'ghandux japplika għal dawk l-Istati Membri fejn il-provista ta' data personali kif previst f'din id-Deċiżjoni tkun diġa' bdiet skond it-Trattat tas-27 ta' Mejju 2005 bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda u r-Repubblika ta' l-Awstrija dwar it-titjib tal-kooperazzjoni trans-konfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità trans-konfinali u l-migrazzjoni illegali (''it-Trattat ta' Prüm'').

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din l-eżenzjoni mhix neċessarja, minħabba li kull ma tinvolvi hija deċiżjoni unanima mill-Kunsill li tivverifika li l-kundizzjonijiet ikunu ġew issodisfati.

Emenda 51

Artikolu 25, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. Id-data pproċessata taħt din id-Deċiżjoni ta' Qafas ma tistax tiġi trasferita jew issir disponibbli għal pajjiż terz jew għal xi organizzazzjoni internazzjonali.

Emenda 52

Artikolu 26, paragrafu 1

1. L-ipproċessar ta' data personali mill-Istat Membru riċeventi għandu jkun permess biss għall-għanijiet li għalihom ġiet fornuta skond din id-Deċiżjoni. L-ipproċessar għal għanijiet oħra għandu jkun permess biss bl-awtorizzazzjoni minn qabel ta' l-Istat Membru li jamministra l-fajl u soġġett biss għal-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru riċeventi. Tali awtorizzazzjoni tista' tingħata sakemm l-ipproċessar għal tali għanijet oħra huwa permess taħt il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru li jamministra l-fajl.

1. L-ipproċessar ta' data personali mill-Istat Membru riċeventi għandu jkun permess biss għall-għanijiet li għalihom ġiet fornuta skond din id-Deċiżjoni ta' Qafas. L-ipproċessar għal għanijiet oħra għandu jkun permess biss bl-awtorizzazzjoni minn qabel ta' l-Istat Membru li jamministra l-fajl u soġġett biss għal-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru riċeventi. Tali awtorizzazzjoni tista' tingħata sakemm l-ipproċessar għal tali għanijet oħra huwa permess taħt il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru li jamministra l-fajl u wara evalwazzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ.

Emenda 53

Artikolu 27

Dejta personali tista' tkun ipproċessata biss mill-awtoritajiet, korpu u qrati li għandhom responsabilità għal kompitu li jkabbar l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 26. B'mod partikolari, id-data tista' tkun fornuta lill-entitajiet oħra bl-awtorizzazzjoni minn qabel ta' l-Istat Membru li qed iforni d-dejta u b'konformità mal-liġi ta' l-Istat Membru riċeventi.

Dejta personali tista' tkun ipproċessata biss mill-awtoritajiet, korpu u qrati li għandhom responsabilità għal kompitu li jkabbar l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 26. B'mod partikolari, id-data tista' tkun fornuta lill-entitajiet oħra bl-awtorizzazzjoni minn qabel ta' l-Istat Membru li qed iforni d-dejta fuq bażi ta' każ b'każ u b'konformità mal-ligi ta' l-Istat Membru riceventi.

Emenda 54

Artikolu 28, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. Kategoriji speċjali ta’ data dwar oriġini razzjali jew etnika, fehmiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, adeżjoni ma’ partit jew trejdjunjin, orjentazzjoni sesswali jew saħħa għandhom jiġu pproċessati biss jekk ikun assolutament neċessarju u b’mod proporzjonali għall-iskop ta’ każ speċifiku u f’konformità ma’ salvagwardji speċifiċi.

Ġustifikazzjoni

Il-forniment ta’ data personali għandu jkollu data individwali biss. Id-data l-oħra kollha trid tintalab speċifikament mill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba u trid tkun neċessarja.

Emenda 55

Artikolu 28, paragrafu 3, punt (2)

2) wara l-iskadenza tal-perijodu massimu għaż-żamma ta' data stabbilit fil-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru li jforni fejn il-korp li jforni informa l-korp riċeventi b'dawk il-perijodi massimi fil-mument tal-forniment tad-data.

2) wara l-iskadenza tal-perjodu massimu ta’ sentejn, ħlief fil-każijiet stipulati fl-Artikoli 14 u 16.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn ta’ armonizzazzjoni tal-perjodu taż-żamma tad-data biex jiġu evitati differenzi fil-protezzjoni tad-data personali.

Emenda 56

Artikolu 29, paragrafu 2, punt (1)

1) jittieħdu miżuri tekniċi avvanzati biex tiġi żgurata protezzjoni ta' data u sikurezza ta' data, b'mod partikolari l-kunfidenzjalità u l-integrità ta' data;

1) jittieħdu l-aħjar miżuri tekniċi disponibbli biex tiġi żgurata protezzjoni ta' data u sigurtà ta' data, b'mod partikolari l-kunfidenzjalità u l-integrità ta' data;

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji ta’ l-aħjar tekniki disponibbli (u mhux biss l-użu ta’ strumenti tas-soltu) iridu jintużaw fil-qasam tal-protezzjoni tad-data.

Emenda 57

Artikolu 30, paragrafu 2, parti introduttorja

2. Dan li ġej għandu japplika għal tfittxijiet awtomatizzati għal data bbażata fuq l-Artikoli 3, 9, 12 u għall-paragun awtomatizzat skond l-Artikolu 4:

imħassar

Ġustifikazzjoni

Regoli dwar l-inklużjoni f’ġurnal u r-reġistrazzjoni jridu jkunu ġeneralment applikabbli għat-tipi kollha ta’ forniment ta’ data (awtomatizzati u mhux awtomatizzati) u għal kull xorta ta’ bażi biex tintalab id-data (inklużi f’każijiet ta’ avvenimenti kbar u l-prevenzjoni ta’ reati terroristiċi).

Emenda 58

Artikolu 30, paragrafu 4

4. 4. Id-data rrekordjata għandha tiġi protetta b'miżuri adegwati kontra użu mhux xieraq u forom oħra ta' użu improprju u għandha tinżamm għal sentejn. Wara l-perijodu ta' konservazzjoni, id-dejta rrekordjata għandha tiġi mħassra immedjatament.

4. 4. Id-data rrekordjata għandha tiġi protetta b'miżuri adegwati kontra użu mhux xieraq u forom oħra ta' użu improprju u għandha tinżamm għal tliet snin. Wara l-perijodu ta' konservazzjoni, id-data rrekordjata għandha tiġi mħassra immedjatament.

Emenda 59

Artikolu 31, paragrafu 1

1. Fuq it-talba tas-suġġett tad-data taħt il-liġi nazzjonali, għandha tiġi fornuta informazzjoni skond il-liġi nazzjonali lis-suġġett tad-data meta tiġi prodotta prova ta' l-identità tiegħu, mingħajr spiża mhux raġonevoli, f'termini ġeneralment komprensivi u mingħajr dewmien mhux aċċettabbli, dwar id-data proċessata fir-rigward tal-persuna tiegħu, l-oriġini tad-data, riċevituri jew gruppi ta' riċevituri, l-iskop maħsub ta' l-ipproċessar u l-bażi legali għall-ipproċessar. Barra minn dan, is-suġġett tad-data għandu jkun intitolat li jkollu kkoreġuta data mhux korretta u data proċessata illegalment imħassra.

1. Informazzjoni dwar id-data miġbura, il-forniment ta’ data lil Stati Membri oħra u awtorizzazzjonijiet dwar dik id-data għandhom jiġu trattati skond il-liġi nazzjonali lis-suġġett tad-data mingħajr spiża mhux raġonevoli, f'termini ġeneralment komprensivi u mingħajr dewmien mhux aċċettabbli, dwar id-data proċessata fir-rigward tal-persuna tiegħu, l-oriġini tad-data, riċevituri jew gruppi ta' riċevituri, l-iskop maħsub ta' l-ipproċessar u l-bażi legali għall-ipproċessar. Barra minn dan, is-suġġett tad-data għandu jkun intitolat li jkollu kkoreġuta data mhux korretta u data proċessata illegalment imħassra, dwar liema dritt is-suġġett tad-data għandu wkoll ikun infurmat.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li, fil-każ ta' ksur tad-drittijiet tiegħu relatati mal-protezzjoni ta' data, is-suġġett tad-data għandu jkun jista' jressaq ilment effettiv lil qorti jew tribunal indipendenti fit-tifsira ta' l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem jew awtorità superviżorja indipendenti fit-tifsira ta' l-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data u li huwa jiġi mogħti l-possibbiltà li jitlob għal danni jew li jfittex forma oħra ta' kumpens legali. Ir-regoli dettaljati għall-proċedura biex ikunu asseriti dawn id-drittijiet u r-raġuni għal-limitazzjoni tad-dritt ta' aċċess għandhom ikunu rregolati mid-dispożizzjonijiet legali nazzjonali rilevanti ta' l-Istat Membru fejn is-suġġett tad-dejta jasserixxi d-drittijiet tiegħu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li, fil-każ ta' ksur tad-drittijiet tiegħu relatati mal-protezzjoni ta' data, is-suġġett tad-data għandu jkun jista' jressaq ilment effettiv lil qorti jew tribunal indipendenti fit-tifsira ta' l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem jew awtorità superviżorja indipendenti fit-tifsira ta' l-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data u li huwa jiġi mogħti l-possibbiltà li jitlob għal danni jew li jfittex forma oħra ta' kumpens legali. Ir-regoli dettaljati għall-proċedura biex ikunu asseriti dawn id-drittijiet u r-raġuni għal-limitazzjoni tad-dritt ta' aċċess għandhom ikunu rregolati mid-dispożizzjonijiet legali nazzjonali rilevanti ta' l-Istat Membru fejn is-suġġett tad-data jasserixxi d-drittijiet tiegħu.

Emenda 60

Artikolu 32 a (ġdid)

 

Artikolu 32a

 

L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri adattati biex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu u għandhom jistipulaw li jiġu imposti sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi fil-każ ta’ ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, partikolarment dawk id-dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jiżguraw il-konfidenzjalità u s-sigurtà ta’ l-ipproċessar tad-data personali.

Ġustifikazzjoni

Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ qafas, huwa tajjeb li jkun hemm dispożizzjoni dwar sanzjonijiet kriminali, sabiex ir-reati kontra r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data ma jitħallewx isiru jew jiġu mrażżna.

Emenda 61

Artikolu 32b (ġdid)

 

Artikolu 32b

 

1. Għall-finijiet tal-forniment ta’ data kif imsemmi fl-Artikoli 3, 4, 9, 12, 14 u 16, kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta’ kuntatt nazzjonali wieħed jew diversi.

 

2. Is-setgħat tal-punt ta' kuntatt nazzjonali għandhom ikunu rregolati mil-liġi nazzjonali applikabbli. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għandhom ikunu disponibbli l-ħin kollu.

 

3. Il-lista tal-punti ta' kuntatt nazzjonali kollha għandha tintbagħat minn kull Stat Membru lill-Istati Membri l-oħra u għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Emenda 62

Artikolu 33, paragrafu 2

2. Id-dikjarazzjonijiet sottomessi skond il-paragrafu 1 jistgħu jiġu emendati fi kwalunkwe ħin permezz ta' dikjarazzjoni sottomessa lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jibgħat kwalunkwe dikjarazzjonijiet li jirċievi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni.

2. Id-dikjarazzjonijiet sottomessi skond il-paragrafu 1 jistgħu jiġu emendati fi kwalunkwe ħin permezz ta' dikjarazzjoni sottomessa lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jibgħat kwalunkwe dikjarazzjoni li jirċievi lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni.

Il-Parlament Ewropew għandu jkollu rwol iktar importanti fl-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni ta' Qafas.

Emenda 63

Artikolu 33, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. Id-dikjarazzjonijiet, ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 19(4), għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Id-dikjarazzjonijiet kollha, ħlief dawk relatati ma’ pjanijiet operattivi speċifiċi, iridu jkunu ppubblikati sabiex ikun possibbli li jiġu eżaminati bir-reqqa.

Emenda 64

Artikolu 34

Il-Kunsill għandu jadotta miżuri meħtieġa biex jimplimenta din id-Deċiżjoni fil-livell ta' l-Unjoni skond il-proċedura stabbilita fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 34(2) (c) tat-Trattat ta' l-UE.

1. Il-Kunsill għandu jadotta miżuri ta' implimentazzjoni wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew biss.

 

2. Il-miżuri ta' implimentazzjoni għandhom ikunu kkomunikati wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data li jista' jagħti l-opinjoni tiegħu/tagħha dwarhom.

Emenda 65

Artikolu 35

Kull Stat Membru għandu jħallas l-ispiża operazzjonali magħmula mill-awtoritajiet tiegħu b'rabta ma' l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. F'każijiet speċjali, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jaqblu dwar arranġamenti differenti.

Kull Stat Membru għandu jħallas l-ispiża operazzjonali magħmula mill-awtoritajiet tiegħu b'rabta ma' l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni ta' Qafas. Madanakollu, il-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għandu jħallas l-ispiża relatata ma' l-operat tat-TESTA II (Trans Ewropean Services for Telematics between Administrations) jew kwalunkwe netwerk ieħor użat għall-iskambju ta' data msemmija f'Kapitolu 2 ta' din id-Deċiżjoni ta' Qafas.

Emenda 66

Artikolu 36, paragrafu 2

2. L-Istati Membri jistgħu jikkonkludi jew idaħħlu fis-seħħ ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali li jikkonċernaw l-iskop ta' din id-Deċiżjoni wara li tkun daħlet fis-seħħ sakemm il-ftehimiet jew l-arranġamenti jipprovdu li l-objettivi ta' din id-Deċiżjoni jkunu estiżi jew imkabbra.

2. L-Istati Membri jistgħu jikkonkludi jew idaħħlu fis-seħħ ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali li jikkonċernaw l-iskop ta' din id-Deċiżjoni ta' Qafas wara li tkun daħlet fis-seħħ sakemm il-ftehimiet jew l-arranġamenti jipprovdu li l-objettivi ta' din id-Deċiżjoni ta' Qafas ikunu estiżi jew imkabbra, inkluż l-objettivi ta' din id-Deċiżjoni ta' Qafas rigward il-protezzjoni tad-data.

Emenda 67

Artikolu 36, paragrafu 4

4. Minn meta [... snin] din id-Deċiżjoni jkollha effett l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-ftehim u l-arranġamenti eżistenti fit-tifsira ta' l-ewwel paragrafu li jixtiequ jkomplu japplikaw.

 

4. Minn meta [... snin] din id-Deċiżjoni ta' Qafas ikollha effett l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar il-ftehim u l-arranġamenti eżistenti fit-tifsira ta' l-ewwel paragrafu li jixtiequ jkomplu japplikaw.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew għandu jiġi inkluż f’każ ta’ miżuri oħra li jikkonċernaw id-Deċiżjoni ta' qafas tal-Kunsill.

Emenda 68

Artikolu 36, paragrafu 5

5. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw ukoll lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bl-arranġamenti ġodda kollha jew l-arranġamenti fit-tifsira tal-paragrafu 2 fi żmien 3 xhur mill-firma tagħhom jew, fil-każ ta' strumenti li ġew iffirmati qabel l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ tagħhom.

5. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw ukoll lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bl-arranġamenti ġodda kollha jew l-arranġamenti fit-tifsira tal-paragrafu 2 fi żmien 3 xhur mill-firma tagħhom jew, fil-każ ta' strumenti li ġew iffirmati qabel l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni ta' Qafas fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew għandu jiġi inkluż f’każ ta’ miżuri oħra li jikkonċernaw id-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill.

Emenda 69

Artikolu 37, paragrafu 2

2. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-liġijiet nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom taħt din id-Deċiżjoni. Meta jagħmlu dan, kull Stat Membru jista' jindika li ser japplika b'mod immedjat din id-Deċiżjoni fir-relazzjonijiet tiegħu ma' dawk l-Istati Membri li taw l-istess notifika.

2. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill it-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-liġijiet nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom skond din id-Deċiżjoni ta' Qafas. Meta jagħmlu dan, kull Stat Membru jista' jindika li ser japplika b'mod immedjat din id-Deċiżjoni ta' Qafas fir-relazzjonijet tiegħu ma' dawk l-Istati Membri li taw l-istess notifika. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jibgħat in-notifiki li jirċievi lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Koordinazzjoni ta’ l-Artikolu 37 ma’ l-Artikolu 33.

Emenda 70

Artikolu 37 a (ġdid)

 

Artikolu 37a

 

1. Il-Kunsill għandu jagħmel evalwazzjoni ta’ l-applikazzjoni amministrattiva, teknika u finanzjarja u ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni ta' Qafas kull sentejn.

 

2. 2. Il-modalitajiet tat-tiftix u t-tqabbil tad-data tad-DNA u dik dattiloskopika għandhom ikunu evalwati sitt xhur wara d-data li fiha din id-Deċiżjoni ta' Qafas tidħol fis-seħħ. Għad-data ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi, l-ewwel evalwazzjoni għandha ssir tliet xhur wara dik id-data.

 

3. Ir-rapporti ta’ evalwazzjoni se jkunu trażmessi lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni.

  • [1]  Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
  • [2]  Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI

Is-Sur Jean-Marie Cavada

Chairperson

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

BRUSSELL

Suġġett:           Opinjoni dwar il-bażi legali ta' l-inizjattiva għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-titjib tal-kooperazzjoni trans-konfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità trans-konfinali (2007/0804(CNS))

Għażiż Chairperson,

Permezz ta' l-ittra tad-19 t'April 2007, int tlabt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali biex, skond l-Artikolu 35(2), iqis jekk il-bażi legali tad-deċiżjoni proposta kinitx valida u xierqa.

Il-kumitat qies il-kwistjoni msemmija hawn fuq fil-laqgħa tiegħu tat-2 ta' Mejju 2007.

Il-bażi legali proposta hija l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat UE. Ir-rapporteur tal-kumitat responsabbli, is-Sur Correia, iqis, iżda, li jkun aktar xieraq jekk tkun adottata deċiżjoni ta' qafas skond l-Artikolu 34(2)(b), iktar milli deċiżjoni skond l-Artikolu 34(2)(c).

Id-differenza kruċjali, safejn għandu x'jaqsam il-Parlament, bejn id-deċiżjonijiet skond l-Artikolu 34(2)(c) u deċiżjonijiet ta' qafas skond l-Artikolu 34(2)(b) hija li waqt li l-Parlament jiġi kkonsultat dwar deċiżjoni jew deċiżjoni ta' qafas skond l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, l-Artikolu 34(2)(c) jagħti lill-Kunsill is-setgħa li jadotta sussegwentement miżuri ta' implimentazzjoni b'maġġoranza kwalifikata mingħajr ma jikkonsulta lill-Parlament.

Id-disposizzjonijiet pertinenti tat-Trattat UE

Artikolu 34

1. Fl-oqsma li hemm riferenza għalihom f'dan it-titolu, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw u jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kunsill bil-għan li jikkordinaw l-azzjoni tagħhom. Għal dak il-għan għandhom jistabbilixxu kollaborazzjoni bejn id-dipartimenti rilevanti ta' l-amministrazzjonijiet tagħhom.

2. Il-Kunsill għandu jieħu miżuri biex jippromwovi l-kooperazzjoni, bl-użu tal-forma u l-proċeduri xierqa kif stipulati f'dan it-titolu, u jikkontribwixxi għas-segwiment ta' l-objettivi ta' l-Unjoni. Għal dak il-għan, b'azzjoni unanima fuq l-inizjattiva ta' kwalunkwe Stat Membru jew tal-Kummissjoni, il-Kunsill jista':

(a)

 

jadotta pożizzjoni komuni li tiddefinixxi l-approċċ ta' l-Unjoni fuq kwistjoni partikulari;

(b)

 

jadotta deċiżjonijiet ta' qafas bl-għan ta' l-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri. Deċiżjonijiet ta' qafas għandhom jorbtu lill-Istati Membri rigward ir-riżultat li għandu jinkiseb, iżda għandhom iħallu f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali l-għażla tal-forma u l-metodu. Dawn m'għandhomx jinvolvu effett dirett;

(c)

 

jadotta deċiżjonijiet għal kwalunkwe skop ieħor konsistenti ma' l-objettivi ta' dan it-titolu, minbarra kwalunkwe approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jorbtu u m'għandux ikollhom effett dirett; il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata, għandu jadotta miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dawk id-deċiżjonijiet fil-livell ta' l-Unjoni;

(d)

 

jistabilixxi konvenzjonijiet li għandu jirrakkomanda lill-Istati Membri għall-adozzjoni skond ir-rekwiżiti kostituzzjonali rispettivi tagħhom. L-Istati Membri għandhom jibdew il-proċeduri applikabbli f'limitu ta' żmien li għandu jkun stabbilit mill-Kunsill.

Sakemm ma jagħmlux dispożizzjoni mod ieħor, il-konvenzjonijiet għandhom, ladarba jkunu adottati minn ta' l-inqas nofs l-Istati Membri, jidħlu fis-seħħ għal dawk l-Istati Membri. Il-miżuri li jimplimentaw konvenzjonijiet għandhom ikunu adottati fil-Kunsill b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Partijiet Kontraenti

L-għan u l-kontenut ta' l-inizjattiva għal Deċiżjoni tal-Kunsill

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta għandha l-għan li tiġġieled it-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali billi tiffaċilita u ssaħħaħ il-kooperazzjoni transkonfinali permezz ta' l-iskambju ta' informazzjoni bejn aġenziji responsabbli għall-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta' reati kriminali.

Ir-raġunament wara l-istrument jista' jkun dedott kif ġej mill-preambolu: (9)       Għal kooperazzjoni internazzjonali effettiva huwa ta' importanza fundamentali li informazzjoni preċiża tkun tista' tiġi skambjata rapidament u b'mod effiċjenti. L-għan huwa li jiġu introdotti proċeduri għall-promozzjoni ta' mezzi rapidi, effiċjenti u rħas għall-iskambju tad-data. Għall-użu konġunt tad-data dawn il-proċeduri għandhom ikunu soġġetti għal akkontabbiltà u garanziji adatti inkorporattivi fir-rigward tal-preċiżjoni u s-sigurtà tad-data waqt it-trasmissjoni u l-ħażna kif ukoll proċeduri għar-reġistrar ta' l-iskambju ta' data u restrizzjonijiet għall-użu ta' l-informazzjoni skambjata. Dawn ir-rekwiżiti huma sodisfatti mit-Trattat ta' Prüm tas-27 ta' Mejju 2005 bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda u r-Repubblika ta' l-Awstrija dwar it-titjib tal-kooperazzjoni trans-konfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità trans-konfinali u l-migrazzjoni illegali. Sabiex iż-żewġ rekwiżiti sostantivi tal-Programm ta' l-Aja jkunu jistgħu jiġu sodisfatti għall-Istati Membri kollha u l-miri tiegħu f'termini ta' skala ta' żmien ikunu jistgħu jintlaħqu, il-partijiet essenzjali tat-Trattat ta' Prüm jeħtieġ li jiġu applikati għall-Istati Membri kollha. Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill għandha għalhekk ibbażata fuq id-dispożizzjonijiet ewlenin tat-Trattat ta' Prüm.

L-għan u l-kontenut tad-dokument, skond il-preambolu, jistgħu jkunu analizzati kif ġej:

Il-premessa 2 tagħmilha ċara li wieħed mill-għanijiet ta' l-Unjoni Ewropea huwa li tagħti liċ-ċittadini livell għoli ta' sigurtà fil-qasam tal-libertà, s-sigurtà u l-ġustizzja "billi tiżviluppa proċeduri komuni fost l-Istati Membri fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u bejn il-pulizija f'materji kriminali".

Il-premessa 9 tirrimarka li l-informazzjoni preċiża għal "kooperazzjoni internazzjonali effettiva" teħtieġ proċeduri fl-Istati Membri "għall-promozzjoni ta' mezzi rapidi, effiċjenti u rħas għall-iskambju tad-data".

Il-preambolu mbagħad ikompli biex jispjega l-ħtieġa għal sistema "hit/no hit" li għandha tippermetti lill-Istati Membri li jkunu qed ifittxu biex ikollhom aċċess għal data minn fajls nazzjonali ta' Stati Membri oħra għall-analiżi tad-DNA u s-sistemi awtomatizzati ta' identifikazzjoni daktiloskopika. L-Istati Membri għandu jkollhom drittijiet għal aċċess għall-fajls għall-analiżi tad-DNA ta' xulxin. Dan kollu għandu jsir permezz ta' netwerking tad-databases nazzjonali.

Huwa barra minn hekk intiż li dan għandu jippermetti kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-pulizija, inklużi operazzjonijiet konġunti ta' sigurtà u interventi transkonfinali.

Il-preambolu jirreferi wkoll għall-garanzija tad-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni ta' data personali. Ladarba ma jistgħux isiru kontrolli minn qabel f'dan ir-rigward fil-każ ta' aċċess on-line transkonfinali għad-databases, għandu jitwettaq monitoraġġ post-hoc. Il-Premessa 18 tagħmilha ċara li għandhom ikunu l-Istati Membri li jipprevedu "l-implimentazzjoni effiċjenti tar-regoli kollha għall-protezzjoni tad-data li jinsabu f' din id-Deċiżjoni".

It-Kapitolu II jittratta aċċess on-line u u t-talbiet ta' segwitu u fih regoli dwar il-profili tad-DNA u d-Data Daktiloskopika u Data dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Vetturi. Is-sezzjonijiet kollha fihom referenza għal "punti ta' kuntatt nazzjonali" inkarigati bil-forniment ta' data u rregolati mil-"liġi nazzjonali applikabbli" (Artikolu 6, Artikolu 11 u Artikolu 12).

Il-Kapitolu 3 jittratta "avvenimenti prinċipali", u jagħmilha ċara li l-forniment ta' data mhux personali jrid isir "f'konformità mal-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru fornitur" (Artikolu 13).

Il-Kapitolu 4 jirreferi għall-forniment ta' informazzjoni għall-prevenzjoni ta' reati terroristiċi u jiddikjara li l-Istat Membru fornitur jista' jimponi kondizzjonijiet dwar l-użu magħmul ta' tali data mill-Istat Membru riċeventi - li għandu jkun marbut bi kwalunkwe tali kondizzjoni - "f'konformità mal-liġi nazzjonali" (Artikolu 16).

Il-Kapitolu 5 jittratta forom oħra ta' kooperazzjoni, bħall-operazzjonijiet konġunti, li għalihom huwa neċessarju li ssir riferenza għal dak li " tippermetti l-liġi ta' l-Istat Membru" u, rigward ir-regoli ġenerali u responsabbiltà ċivili, għal "liġi ta' l-Istat Membru li jkunu qed joperaw fit-territorju tiegħu" (Artikolu 17 u Artikolu 21).

Il-Kapitolu 6 jistipula d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar protezzjoni ta' data u jagħmilha ċara li kull Stat Membru għandu jiggarantixxi livell ta' protezzjoni "fil-liġi nazzjonali tiegħu" mill-inqas ekwivalenti għal dak li jirriżulta mill-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa għall-Protezzjoni ta' Individwi (Artikolu 25 u Artikolu 27).

Il-problema

L-ittra miċ-Chairperson tal-kumitat responsabbli tgħid hekk:

"L-inizjattiva għandha l-għan li tasal għall-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri. F'tali ċirkustanzi, ir-rapporteur jikkunsidra li jkun aktar xieraq li tkun adottata deċiżjoni ta' qafas skond l-Artikolu 34(2)(b), iktar milli deċiżjoni skond l-Artikolu 34(2) (c)".

Il-kwistjoni hi għalhekk jekk l-istrument propost huwiex maħsub għall-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri, u jekk dan huwa l-każ, l-istrument għandu jieħu s-sura ta' deċiżjoni ta' qafas skond it-tifsira ta' l-Artikolu 34(2)(b) u mhux ta' deċiżjoni skond l-Artikolu 34(2)(c), ladarba dik id-dispożizzjoni teskludi espressament kwalunkwe approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri.

Kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar il-bażi legali mill-każisitika

Kull att Komunitarju jrid ikun ibbażat fuq bażi legali stipulata fit-Trattat (jew f'att legali ieħor li dawn huma intiżi biex jimplimentaw). Il-bażi legali tiddefinixxi l-kompetenza tal-Komunità ratione materiae u tispeċifika kif dik il-kompetenza għandha tkun eżerċitata, jiġifieri l-istrument(i) leġiżlattiv(i) li jistgħu jintużaw u l-proċedura għat-teħid ta' deċiżjonijiet.

Huwa ċar mill-każistika deċiża tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-bażi legali m'għandiex tintgħażel skond kif iħoss il-leġiżlatur Komunitarju imma trid tkun determinata minn fatturi oġġettivi li jistgħu jiġu suġġetti għal reviżjoni ġudizjarja[1], fatturi bħal m'huma l-għan u l-kontenut tal-miżura konċernata[2]. Barra minn hekk, il-fattur deċisiv għandu jkun s-suġġett prinċipali ta' miżura[3].

Evalwazzjoni

Ta' min jagħmel żewġ rimarki preliminari, għalkemm l-ewwel waħda mhix direttament rilevanti għall-proprjetà tal-bażi legali magħżula mill-Kunsill, iżda huwa xieraq li ssir xorta waħda.

Fil-Laqgħa Għolja ta' Edinburgu, l-Istati Membri qablu li l-prinċipju ta' proporzjonalità kkodifikat fl-Artikolu 3B (paragrafu 3) tat-Trattat KE (issa l-Artikolu 5) għandu jimplika li fejn hu meħtieġ l-intervent leġiżlattiv tal-Komunità, għandha tingħata preferenza lid-direttivi aktar milli lir-regolamenti u lid-deċiżjonijiet ta' qafas aktar milli lill-miżuri dettaljati. L-istess opinjoni kienet appoġġjata fil-Protokoll dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità tat-Trattat ta' Amsterdam u l-White Paper dwar it-tmexxija Ewropea[4].

Fit-tieni lok, u din l-osservazzjoni hi rilevanti ħafna għall-kwistjoni dwar il-proprjetà tal-bażi legali magħżula, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlitha ċara fis-sentenza tagħha tas-16 ta' Ġunju 2005, Pupino, C-105/03, li "li l-kliem ta' l-Artikolu 34(2)(b) UE huwa strettament ispirat minn dak tat-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 249 KE. L-Artikolu 34(2)(b) UE jattribwixxi natura vinkolanti lid-deċiżjonijiet-qafas fis-sens li huma "jorbtu" lill-Istati Membri "dwar ir-riżultat li għandu jinkiseb iżda jħallu f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali l-għażla tal-forma u l-metodi"." (para. 33). Konsegwentement, deċiżjoni ta' qafas hija l-ekwivalenti ta' direttiva ta' l-ewwel pilastru, iżda mingħajr effett dirett.

Peress li "deċiżjonijiet" skond it-tifsira ta' l-Artikolu 34(2)(c) jeskludu espressament kwalunkwe approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, m'hemmx għalfejn jingħad li ladarba l-inizjattiva li qed tkun ikkunsidrata tinvolvi tali approssimazzjoni, din għandha tieħu s-sura ta' deċiżjoni ta' qafas skond l-Artikolu 34(2)(b) minflok.

Wieħed jinnota f'dan ir-rigward li, fil-Konklużjonijiet tat-12 ta' Settembru 2006 fil-Kawża C-303/05 Advocaten voor de Wereld VZW vs Leden van de Ministerraad, l-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer qies li d-deċiżjoni ta' qafas dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew kienet miżura ta' armonizzazzjoni fuq il-bażi li "Il-mandati ta’ arrest jidħlu fit-tradizzjoni tal-Kodiċi ta’ proċedura kriminali nazzjonali u d-Deċiżjoni Kwadru tagħtihom, f’ċerti ċirkustanzi u f’ċerti kundizzjonijiet, effetti li japplikaw lil hinn mill-fruntieri, iżda li teżiġi għal dan il-għan li jkun hemm ftehim bjen is-sistemi nazzjonali" (para. 49). Huwa nnota (f'paragrafu 55) li "Is-sorsi l-oħra –deċiżjonijiet kwadru, deċiżjonijiet u konvenzjonijiet- huma stumenti awtorizzati għal mizuri li jirrikjedu traspożizzjoni fis-sistemi legali nazzjonali, iżda li mhuwiex possibbli li jiġu kkunsidrati d-deċiżjonijiet li għalihom jirreferi l-Artikolu 34(2)(c) f’dan il-każ, peress li dawn jeskludu kull idea ta’ armonizzazzjoni, indispensabbli għall-funzjonament korrett tal-mandat Ewropew."

Bl-istess kriterju, l-inizjattiva li qed tkun ikkunsidrata taqbad mekkaniżmi eżistenti - proċeduri għad-drittijiet ta' aċċess għall-fajls tad-DNA awtomatizzati, sistemi awtomatizzati ta' identifikazzjoni daktiloskopika u data dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi - u, f'ċertu każi, suġġetti għall-kundizzjonijiet speċifiċi, u tippermetti li dawn ikollhom effett trasnkonfinali, li, kif jidher ċar ħafna minn analiżi tat-test, jeħtieġ l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali rilevanti. Barra minn hekk, it-test li qed ikun ikkunsidrat mill-Kunsill fih kapitolu sostanzjali dwar il-protezzjoni tad-data, li jista' jkun ukoll meqjus li jikkostitwixxi approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali.

Huwa għalhekk meqjus li l-inizjattiva għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-titjib tal-kooperazzjoni trans-konfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità trans-konfinali, għandha tieħu s-sura ta' deċiżjoni ta' qafas u għandha tkun ibbażata fuq l-Artikolu 34(2)(b) tat-Trattat UE u mhux is-sura ta' deċiżjoni skond l-Artikolu 34(2)(c).

Fil-laqgħa tiegħu tat-2 ta' Mejju 2007, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għalhekk iddeċieda unanimament[5] li jirrakkomanda li fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, l-inizjattiva għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-titjib tal-kooperazzjoni trans-konfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità trans-konfinali (2007/0804(CNS)), għandha tkun ibbażata fuq l-Artikolu 34(2)(b) tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea.

Dejjem tiegħek,

Giuseppe Gargani

  • [1]  Kawża 45/86, il-Kummissjoni vs il-Kunsill [1987] Ġabra 1439, para. 5.
  • [2]  Kawża C-300/89, il-Kummissjoni vs il-Kunsill [1991] Ġabra I-287, para. 10, u Kawża C-42/97, il-Parlament Ewropew vs. il-Kunsill [1999] Ġabra I-869, para. 36.
  • [3]  Kawża C-377/98, L-Olanda v. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill [2001] ECR I-7079, para. 27-28;
  • [4]  Ara Prechal, Adieu à la Directive? European Constitutional Law Review, 1: 481–494, 2005.
  • [5]  Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Giuseppe Gargani (chairman), Cristian Dumitrescu, Francesco Enrico Speroni (vice-chairmen), Manuel Medina Ortega (draftsman), Mario Borghezio, Mogens N.J. Camre, Carlo Casini, Bert Doorn, Klaus-Heiner Lehne, Eva Lichtenberger, Antonio Masip Hidalgo, Aloyzas Sakalas, Gary Titley, Diana Wallis, Jaroslav Zvěřina.

PROĊEDURA

Titolu

Trattat ta' Prüm: It-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali,b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali

Referenzi

6566/2007 - C6-0079/2007 - 2007/0804(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

1.3.2007

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

13.3.2007

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Fausto Correia

20.3.2007

 

 

Bażi legali kkontestata

Data ta’ l-opinjoni tal-JURI

JURI

2.5.2007

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.3.2007

11.4.2007

23.4.2007

7.5.2007

 

21.5.2007

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

21.5.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Giusto Catania, Mladen Petrov Chervenyakov, Carlos Coelho, Fausto Correia, Panayiotis Demetriou, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Claudio Fava, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Lilli Gruber, Jeanine Hennis-Plasschaert, Magda Kósáné Kovács, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Barbara Kudrycka, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Kartika Tamara Liotard, Sarah Ludford, Javier Moreno Sánchez, Martine Roure, Károly Ferenc Szabó, Søren Bo Søndergaard, Adina-Ioana Vălean, Ioannis Varvitsiotis, Manfred Weber, Tatjana Ždanoka

Substitute(s) present for the final vote

Inés Ayala Sender, Simon Busuttil, Iratxe García Pérez, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Bill Newton Dunn, Herbert Reul, Rainer Wieland