RAPPORT dwar il-MEDA u appoġġ finanzjarju għall-Palestina - evalwazzjoni, implimentazzjoni u kontroll
7.6.2007 - (2006/2128(INI))
Kumitat għall-Baġit
Rapporteur: Rodi Kratsa-Tsagaropoulou
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-MEDA u appoġġ finanzjarju għall-Palestina - evalwazzjoni, implimentazzjoni u kontroll
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Barċellona adottata fil-Konferenza Ewro-Mediterranja fit-28 ta’ Novembru 1995 li bdiet is-Sħubija Ewro-Mediterranja[1],
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1488/1996 tat-23 ta' Lulju 1996 dwar miżuri finanzjarji u tekniċi li għandhom jakkumpanjaw ir-riforma ta' l-istrutturi ekonomiċi u soċjali fil-qafas ta’ l-isħubija Ewro-Mediterranja[2] (ir-“Regolament MEDA”),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2698/2000 tas-27 ta' Novembru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1488/96 (ir-“Regolament MEDA II")[3],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-1 ta’ Frar 2001 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex jippreparaw ir-raba’ laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin Ewro-Mediterranji ‘insaħħu mill-ġdid il-Proċess ta’ Barċellona’[4],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar ir-rapport annwali dwar il-programm MEDA 2000[5],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-20 ta’ Novembru 2003 dwar il-Euromed[6],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta’ Frar 2004 dwar it-tisħiħ mill-ġdid ta’ azzjonijiet ta’ UE afir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni mas-sħab fil-Mediterran[7] u tas-27 ta’ Ottubru 2005 dwar il-proċess ta’ Barċellona rivedut[8],
– wara li kkunsidra l-prijoritajiet politiċi tal-Presidenza Ewropea ta' l-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja, ifformulati fil-21 ta' April 2005[9],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Jannar 2006 dwar il-Politika Ewropea dwar il-Viċinanzi[10],
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-6 ta’ Lulju 2006 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali li jistabbilixxu Strument Ewropew tal-Viċinanzi u ta’ Sħubija[11]
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta' Ottubru 2006 li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali li jistabbilixxu Strument Ewropew tal-Viċinanzi u ta' Sħubija[12],
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni ta’ l-4 ta’ Diċembru 2006 mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar it-Tisħiħ tal-Politika Ewropea dwar il-Viċinanzi (COM(2006)0726),
– wara li kkunsidra r-rapport finali tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar l-Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm MEDA II[13],
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2006 dwar il-politika ta’ l-iżvilupp tal-Komunità Ewropea u l-implimentazzjoni ta’ l-għajnuna esterna fl-2005[14],
– wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri Nru 5/2006 dwar il-Programm MEDA[15],
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2005 tal-Faċilità Ewro-Mediterranja għall-Investiment u l-Isħubija (FEMIP) tas-26 ta’ Ġunju 2006[16],
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tas-17 ta’ Ottubru 2006 mill-Kummissjoni lill-Kunsill “Evalwazzjoni tal-Faċilità għal Investiment u Sħubija Ewro-Mediterranja (FEMPIP) u Għażliet Futuri (COM(2006(0592)”,
– wara li kkunsidra l-isħubija strateġika għall-Mediterran u l-Lvant Nofsani, adottata mill-Kunsill Ewropew f’Diċembru 2006[17],
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Agenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) dwar għajnuna lir-refuġjati fil-pajjiżi fil-Lvant Qarib (2002 sa 2005)[18],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2003 dwar il-paċi u d-dinjità fil-Lvant Nofsani[19],
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 669/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1734/94 dwar il-koperazzjoni finanzjarja u teknika max-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta' Gaza[20],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ Frar 2006 dwar ir-riżultat ta’ l-elezzjonijiet Palestinjani u s-sitwazzjoni fil-Lvant ta’ Ġerusalem[21],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tat-30 ta’ Jannar 2006[22] u tad-9 ta’ Mejju 2006[23] tal-Kwartett tal-Lvant Nofsani (magħmul minn rappreżentanti ta’ l-UE, tan-NU, ta’ l-Istati Uniti u tar-Russja) fejn kien espress tħassib serju dwar is-sitwazzjoni li qed tmur għall-agħar fit-territorji Palestinjani u esprima r-rieda tiegħu li jappoġġja mekkaniżmu temporanju għal għajnuna diretta lill-poplu Palestinjan,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani tal-Kunsill ta’ l-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tal-15 ta’ Mejju 2006[24] fejn il-Kunsill esprima t-tħassib serju tiegħu dwar it-taħsir tal-qagħda umanitarja, ekonomika u finanzjarja fix-Xatt tal-Punent u fl-Istrixxa ta’ Gaza u laqa’ r-rieda tal-Kwartett li jappoġġja mekkanizmu internazzjonali temporanju (TIM), li l-objettiv tiegħu huwa t-twassil dirett u s-superviżjoni diretta ta’ għajnuna lill-poplu Palestinjan,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-1 ta’ Ġunju 2006 dwar il-kriżi umanitarja fit-territorji Palestinjani u l-irwol ta' l-UE[25],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Settembru 2006 dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani[26],
– wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni ad hoc tiegħu lill-Iżrael u lit-Territorji Palestinjani fl-20-21 ta’ Diċembru 2006,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-31 Jannar 2007 tal-Kumitat għall-Iżvilupp Internazzjonali tal-House of Commons tar-Renju Unit dwar "Għajnuna għall-Iżvilupp u t-Territorji Palestinjani Okkupati"[27],
– wara li kkunsidra r-rapport ta' Frar 2007 tal-Bank Dinji dwar "Ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaza - Reviżjoni ta' l-Infiq Pubbliku - Minn Kriżi għal Indipendenza Fiskali Akbar"[28],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-XXXX/2007),
A. billi l-programm MEDA huwa l-istrument finanzjarju prinċipali ta' l-UE għall-implimentazzjoni tas-Sħubija Ewro-Mediterranja u li jappoġġja miżuri biex jakkumpanjaw ir-riforma ta' strutturi ekonomiċi u soċjali fil-pajjiżi msieħba sabiex jitnaqqas id-distakk bejn ż-żewġ partijiet tar-reġjun Mediterranju,
B. billi l-oqsma prinċipali fejn jintervjeni l-Programm MEDA jitnisslu direttament mill-objettivi tad-Dikjarazzjoni ta' Barċellona ta' l-1995 li ġew riaffermati f'bosta okkażżjonijiet:
a) mill-kapitlu dwar il-politika u s-sigurtà: jinżamm djalogu politiku f'livell bilaterali u reġjunali, jiġu stabbiliti miżuri biex jitnisslu sħubijiet u jintlaħaq ftehim għal Charter għall Paċi u l-Istabbiltà, l-iskop ġenerali huwa li jinħoloq spazju ta' paċi u stabbiltà bbażat fuq il-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija;
b) mill-kapitlu dwar l-ekonomija u l-finanzi: tiġi stabbilita żona ħielsa għall-kummerċ fir-reġjun Ewro-Mediterranju (Tramuntana-Nofsinhar, Nofsinhar-Nofsinhar), jiġi pprovdut appoġġ finanazjarju ta' l-UE għat-tranżizzjoni ekonomika u għall-isfidi soċjali, jiżdied il-fluss ta' investimenti għall-imsieħba Mediterranji bħala riżultat tal-kummerċ ħielses, l-iskop ġenerali jkun il-ħolqien ta' żona ta' prosperità u żvilupp;
ċ) mill-kapitlu dwar affarijiet soċjali, kulturali u umani: jinħolqu skambji, jiġu żviluppati riżorsi umani, jingħata appoġġ lis-soċjetajiet ċivili u għal żvilupp soċjali, l-iskop ġenerali jkun l-iżvilupp ta' soċjetà ċivili mseddqa u l-promozzjoni ta' fehim reċiproku bejn iż-żewġ partijiet;
C. billi l-impenji medji annwali huma l-istess għal MEDA I u MEDA II, madwar EUR 613-il miljun u EUR 618-il miljun rispettivament, u l-indikazzjonijiet għall-2005-2006 juru li dawn l-impenji se jiżdiedu għal madwar EUR 660 miljun,
D. billi MEDA II kien ippjanat li jipprovdi EUR 5 350 miljun bejn l-2000 u l-2006 għas-sħubija Ewro-Mediterranja,
E. E. billi l-impenji annwali ta' MEDA II varjaw bejn EUR 569 miljun (2000) u EUR 817-il miljun (2006), u billi minn MEDA 1 għal MEDA II żdiedu l-impenji għall-Alġerija, għat-territorji Palestinjani, għall-Ġordan, għall-Marokk, għas-Sirja, u għat-Tuneżija u għall-attivitajiet reġjonali, u tnaqqsu għall-Eġittu u għall-Libanu,
Impenji skond il-pajjiż, f'miljuni ta' EUR
|
|
1995 |
1996 |
1997 |
1998 |
1999 |
2000 |
2001 |
2002 |
2003 |
2004 |
2005 |
2006 |
Total MEDA I |
Total MEDA II |
|
|
Alġerija |
0 |
0 |
41 |
95 |
29 |
30 |
60 |
50 |
42 |
51 |
40 |
66 |
165 |
339 |
|
|
Eġittu |
0 |
75 |
203 |
397 |
11 |
13 |
0 |
78 |
104 |
159 |
110 |
129 |
685 |
593 |
|
|
Ġurdan |
7 |
100 |
10 |
8 |
129 |
15 |
20 |
92 |
43 |
35 |
58 |
69 |
254 |
332 |
|
|
Libanu |
0 |
10 |
86 |
0 |
86 |
0 |
0 |
12 |
44 |
18 |
27 |
32 |
182 |
133 |
|
|
Marokk |
30 |
0 |
236 |
219 |
176 |
141 |
120 |
122 |
143 |
152 |
135 |
168 |
660 |
980 |
|
|
Sirja |
0 |
13 |
42 |
0 |
46 |
38 |
8 |
36 |
1 |
53 |
22 |
22 |
101 |
180 |
|
|
Tuneżija |
20 |
120 |
138 |
19 |
132 |
76 |
90 |
92 |
49 |
22 |
118 |
71 |
428 |
517 |
|
|
XLG |
3 |
20 |
41 |
5 |
42 |
97 |
0 |
100 |
81 |
73 |
80 |
92 |
111 |
522 |
|
|
Total bilaterali |
60 |
337 |
797 |
743 |
650 |
409 |
298 |
582 |
505 |
562 |
590 |
649 |
2 587 |
3 596 |
|
|
Reġjonali |
113 |
33 |
114 |
66 |
145 |
160 |
305 |
29 |
110 |
135 |
145 |
168 |
471 |
740 |
|
|
Total |
173 |
369 |
912 |
809 |
802 |
569 |
603 |
612 |
615 |
698 |
735 |
817 |
3 057 |
4 336 |
|
Sors: Europe-Aid Office (WBG= ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaza)
F. billi taħt MEDA II is-setturi ġodda jinkludu l-ġustizzja, il-pulizija, is-soċjetà ċivili/drittijiet tal-bniedem u l-migrazzjoni; billi s-setturi l-oħrajn li rċevew żieda sostanzjali fil-finanzjament jinkludu l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-appoġġ ekonomiku istituzzjonali, imma għal setturi oħrajn bħall-agrikultura, l-iżvilupp lokali u r-riforma privata ġew impenjati anqas fondi taħt MEDA II milli taħt MEDA I,
G. billi r-Regolament ta' MEDA II jispeċifika li operazzjonijiet immaniġġjati mill-Bank għall-Investiment Ewropew jistgħu jirċievu fondi ta' l-UE mill-baġit tal-MEDA għal proġetti ambjentali u sabiex jiġu implimentati operazzjonijiet ta' riskju kapitali fil-pajjiżi Mediterranji msieħba; billi l-ammont totali ta' operazzjonijiet tal-Bank għall-Investiment Ewropew taħt MEDA II baqa' komparattivament l-istess bħal taħt MEDA I, imma l-kompożizzjoni tagħhom inbidlet, bi tnaqqis sinifikanti ta' programmi ta' sussidji b'riskju u żieda fl-operazzjonijiet b'kapital ta' riskju,
EIB: Mandat għal self tal-FEMIP
|
1995-1999 |
EUR 4808 miljuni |
2000-2007 |
EUR 6400 miljuni |
|
Sors: DG RELEX
H. billi minn Ottubru 2002 l-operazzjonijiet ta' l-EIB fil-pajjiżi msieħba tal-Mediterran inġabru flimkien taħt il-Faċilità Ewro-Mediterranja għall-Investiment u s-Sħubija (FEMIP);
I. billi r-regolament tal-MEDA intemm fl-2006 u l-Istrument Ewropew għall-Viċinat u għas-Sħubija daħal fis-seħħ fl-2007,
J. billi mill-1994 sa l-2006 l-Kummissjoni pprovdiet madwar EUR 2 300 miljun għall-poplu Palestinjan, li jinkludu appoġġ għal refuġjati Palestinjani permezz tal-UNRWA, assistenza umanitarja permezz ta' l-Uffiċċju Umanitarju tal-Kommunità Ewropea (ECHO), sikurezza ta' l-ikel, attività fil-Proċess għall-Paċi fil-Lvant Nofsani u appoġġ għas-saħħa, l-edukazzjoni u għall-bini ta' istituzzjonijiet,
K. billi pagamenti għal zoni Palestinjani kienu pjuttost stabbli għal madwar 233 miljun Euro u 260 miljun Euro kull sena bejn l-2002 u l-2005 u billi r-rati varji ta' impenji jirriflettu l-karattru diffiċli tal-Proċess għall-Paċi, filwaqt li r-relazzjoni bejn pagamenti u impenji kibret minn 45% fl-2000 għal aktar minn 90% fl-2005,
GĦAJNUNA GĦAL ZONI AMMINISTRATI MILL-PALESTINA FFINANZJATI MILL-BAĠIT ĠENERALI 2000-2006
Impenji (f’miljuni ta’ EUR)
|
Ġeoġ./Tematiċi |
Programm |
2000 |
2001 |
2002 |
2003 |
2004 |
2005 |
2006 |
Ammont kumplessiv |
|
|
Programmi Ġeografiċi |
MEDA |
119 |
0 |
105 |
93 |
74 |
92 |
102 |
483 |
|
|
UNRWA |
40 |
57 |
55 |
58 |
61 |
64 |
64 |
335 |
||
|
Ftehima ta’ paċi Iżrael/PLO |
20 |
43 |
88 |
47 |
51 |
51 |
56 |
300 |
||
|
Total ġeografiku |
179 |
100 |
248 |
198 |
186 |
207 |
222 |
1 118 |
||
|
Programmi Tematiċi |
Għajnuna alimentari |
16 |
17 |
35 |
24 |
24 |
29 |
26 |
145 |
|
|
Drittijiet tal-Bniedem |
2 |
1 |
3 |
0,5 |
2,5 |
4 |
1 |
13 |
||
|
NGO |
2,5 |
1 |
1,5 |
4 |
5 |
0 |
2 |
14 |
||
|
ECHO |
18 |
26 |
35 |
38 |
37 |
36 |
84 |
190 |
||
|
Oħrajn |
7 |
4 |
5 |
0 |
1 |
1 |
0 |
18 |
||
|
Total tematiku |
45,5 |
49 |
79,5 |
66,5 |
69,5 |
70 |
113 |
380 |
||
|
Ammont komplessiv |
224,5 |
149 |
327,5 |
264,5 |
255,5 |
277 |
335 |
1 832 |
||
Impenji totali tal-KE 2000-2006 = EUR 1 832 miljun (eskluż attivitajiet tas-CFSP, madwar EUR 10 miljun fl-2006)
Sorsi: DG Budget, DG AidCo
Pagamenti (f’miljuni ta’ EUR)
|
Ġeogr./tematiċi |
Programm |
2000 |
2001 |
2002 |
2003 |
2004 |
2005 |
Ammont kumplessiv |
|
|
Programmi Ġeografiċi |
MEDA |
31 |
62 |
81 |
59 |
93 |
94 |
420 |
|
|
UNRWA |
40 |
54 |
57 |
58 |
60 |
60 |
329 |
||
|
Ftehima ta’ paċi Iżrael/PLO |
13 |
48 |
80 |
66 |
58 |
50 |
315 |
||
|
Total ġeografiku |
84 |
164 |
218 |
183 |
211 |
204 |
1 064 |
||
|
Programmi Tematiċi |
Għajnuna alimentari |
0 |
2 |
7 |
15 |
17 |
32 |
73 |
|
|
Drittijiet tal-Bniedem |
2 |
0 |
1 |
0 |
3 |
4 |
10 |
||
|
NGO |
0 |
2 |
2 |
2 |
1 |
3 |
10 |
||
|
ECHO |
6 |
9 |
14 |
33 |
31 |
14 |
107 |
||
|
Oħrajn |
5 |
1 |
4 |
0 |
0 |
3 |
13 |
||
|
Total tematiku |
13 |
14 |
28 |
50 |
52 |
56 |
213 |
||
|
Ammont komplessiv |
97 |
178 |
246 |
233 |
263 |
260 |
1 277 |
||
Sors: DĠ BAĠIT
L. billi l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) f’Marzu 2005 għalaq l-investigazzjoni tiegħu dwar l-għajnuna diretta tal-Kummissjoni lill-baġit ta’ l-Awtorità Palestinjana u billi fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli s’issa fl-istqarrija għall-istampa ta’ l-OLAF, ma nstabet l-ebda evidenza konklussiva ta’ appoġġ għal attakki armati jew t’attivitajiet illegali ffinanzjati minn kontribuzzjonijiet tal-KE lill-Awtorità Palestinjana; billi, madanakollu, skond l-istqarrija għall-istampa ta' l-OLAF, "hemm indikazzjonijiet konsistenti li jappoġġjaw l-ipotesi li ma jistax ikun eskluż li ftit mill-assi ta’ l-Awtorità Palestinjana jistgħu jkunu użati minn xi individwi għal għan ieħor li mhux il-għan intenzjonat",
M. billi l-Grupp għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku ta' l-Lvant Nofsani u tar-reġjun ta' l-Afrika ta' Fuq tal-Bank Dinji analizza bir-reqqa s-sitwazzjoni finanzjarja pubblika ta' l-Awtorità Palestinjana u pprovda l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fi Frar ta' l-2007,
N. billi l-gvern immexxi mill-Ħamas għadu s’issa ma ssodisfax il-prinċipji tal-Kwartett (UE, NU, l-Istati Uniti, ir-Russja), li huma marbuta ma' l-għarfien ta’ l-Iżrael, ir-rifjut tal-vjolenza u l-aċċettazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali,
O. billi l-Iżrael żamm id-dħul mil-likwidazzjoni tat-taxxa Palestinjana ta’ madwar EUR 50 miljun fix-xahar, li jirrappreżenta madwar 2/3 tad-dħul pubbliku, minn mindu rebħu l-Ħamas fl-elezzjonijiet għall-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan f’Jannar 2006,
P. billi fid-9 ta’ Mejju 2006 il-Kwartett indirizza s-sitwazzjoni umanitarja fit-territorji Palestinjani u ffaċċjat mid-diżastru u l-problemi enormi tal-poplu Palestinjan talab lill-UE tiżviluppa u tipproponi mekkaniżmu internazzjonali temporanju (TIM) li jkun ta’ ambitu u tul ta’ żmien limitati, li jkun jopera b’mod trasparenti, ikun jagħti rendikont u jassigura li l-għajnuna lill-poplu Palestinjan titwassal b’mod dirett,
Q. billi l-Unjoni Ewropea (baġit ta’ l-UE u l-istati membri ta’ l-UE) allokat kważi EUR 700 miljun lill-Palestina fl-2006, iktar milli fis-sena preċedenti;
R. billi t-TIM kien sessegwentement żviluppat mill-Kummissjoni u approvat mill-Kunsill Ewropew fis-16 ta’ Ġunju 2006,
S. billi fl-2006 l-Kummissjoni allokat is-somma totali ta’ EUR 107.5 miljuni lit-tliet "twieqi” t’appoġġ tat-TIM:
- EUR 10 miljun għall-provvisti essenzjali u għall-ispejjeż ta’ kuljum ta’ l-isptarijiet u ċ-ċentri għall-kura tas-saħħa, prinċipalment permezz tal-Programm tal-Bank Dinji għall-Appoġġ tas-Servizzi ta’ Emerġenza (Tieqa I),
- EUR 40 miljun għall-forniment mingħajr interruzzjoni ta’ servizzi ta’ l-enerġija inkluż il-fjuwil, permezz tal-Kontribuzzjoni Proviżorja għall-Għajnuna fl-Emerġenzi (Tieqa II),
- EUR 54.5 miljun biex ikunu appoġġjati l-Palestinjani vulnerabbli, permezz tal-ħlas ta’ ‘allowances’ soċjali lill-parti l-aktar fqira tal-popolazzjoni u lill-ħaddiema importanti li jwasslu servizzi pubbliċi essenzjali (Tieqa III),
- barra mit-TIM, ġew allokati EUR 12-il miljun mil-linja 19080201 tal-baġit tal-MEDA mill-Kummissjoni lill-Uffiċċju tal-President ta’ l-Awtorità Palestinjana, għall-għajnuna teknika u għall-bini tal-kapaċità teknika,
Spejjeż u finanzjament tat-TIM fl-2006 f'miljuni ta' EUR
|
|
Baġit KE |
+ donaturi |
|
|
MIT - Tieqa 2 (Kontribuzzjoni Proviżorja għall-Għajnuna fl-Emerġenzi (IERC) Fażi II) |
40 |
|
|
|
Total fuq l-Intestatura 19.08.02.01 (MEDA) |
40 |
|
|
|
MIT - Tieqa 1 (Proġett tal-Bank Dinji għall-Appoġġ tas-Servizzi ta’ Emerġenza (ESSP)) |
10 |
+ 46,6 |
|
|
MIT - Tieqa 3 (ħlas ta’ ‘allowances’ soċjali) |
57,5 |
+ 61,9 |
|
|
Total fuq l-Intestatura 19 08 03 (Proċess ta' Paċi) |
67,5 |
|
|
|
Total fuq iż-żewġ intestaturi |
107,5 |
|
|
Sors: DĠ AIDCO
T. billi l-ġlied kmieni fl-2007 bejn dawk li jappoġġjaw lill-Ħamas u dawk li jappoġġjaw lill-Fataħ għamel l-operazzjonijiet tat-TIM diffiċli wisq,
1. Jikkonferma l-konvinzjoni espressa fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Ottubru 2005 dwar il-Proċess ta’ Barċellona rrivedut li anke jekk is-Sħubija Ewro-Mediterranja għadha ma pproduċietx il-benefiċċji mistennija u għadha ma kkontribwietx għat-tnaqqis tat-tensjonijiet fiz-zona fil-potenzjal kollu tagħha, għadhom jistgħu jsiru miljoramenti u b’hekk il-Proċess ta’ Barċellona jkompli jkun il-qafas xieraq għall-politika Mediterranja, li fih il-biedliet u r-rieda politika neċessarja huma meħtieġa biex joħorġu riżultati aħjar;
2. Jinnota li meta ngħatat ħarsa strateġika globali r-relevanza tal-Programm tal-MEDA bħala l-istrument għall-għajnuna tal-Komunità li jappoġġja l-Proċess ta’ Barċellona u l-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni bilaterali ġiet iġġudikata bħala waħda sodisfaċenti skond il-“ġudizzju ġenerali” ta’ l-evalwazzjoni ta’ nofs it-term tal-programm tal-MEDA II li jiddikjara wkoll li r-relevanza tal-programm tjiebet mill-perjodu tal-MEDA I għal dak tal-MEDA II u li jista’ jkompli jsir titjib fis-snin li ġejjin;
3. Jenfasizza li l-effikaċja u l-effiċjenza ta’ l-arranġamenti ta’ l-immaniġġjar u l-implimentazzjoni tal-MEDA qed titjieb imma li għadha mhix sodisfaċenti għal kollox;
4. Jinnota li f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-effiċjenza finanzjarja l-Programm totali tal-MEDA II żborża fondi aktar malajr milli kien il-programm MEDA I: fuq perjodu ta’ żmien jixbah lil dak tal-MEDA I ħa medja ta' tliet snin biex jintlaħaq il-livell ta’ ħlas ta’ 30%, filwaqt li matul il-MEDA II din tnaqqset għal sentejn;
IMPENJI TAL-MEDA/ŻBORŻAMENTI 1995-2006
f'miljuni ta' EUR
|
|
l-1995 sa l-1999 |
l-2000 sa l-2006 |
l-1995 sa l-2006 |
||||
|
|
Impenji |
Żborżamenti
|
Impenji |
Żborżamenti
|
Impenji |
Żborżamenti
|
|
|
Bilaterali |
|
|
|
|
|
|
|
|
Alġerija |
164 |
30 |
339 |
142 |
504 |
172 |
|
|
Eġittu |
686 |
157 |
592 |
695 |
1279 |
852 |
|
|
Ġordan |
254 |
108 |
331 |
345 |
585 |
454 |
|
|
Libanu |
182 |
1 |
133 |
182 |
315 |
183 |
|
|
Marokk |
660 |
128 |
980 |
917 |
1 640 |
1 045 |
|
|
Sirja |
101 |
0 |
180 |
91 |
281 |
91 |
|
|
Tuneżija |
428 |
168 |
518 |
489 |
946 |
657 |
|
|
ix-Xatt tal- Punent u l- Istrixxa ta’ Gaza |
111 |
59 |
522 |
486 |
633 |
546 |
|
|
Bilaterali totali |
2 586 |
651 |
3 595 |
3 349 |
6 182 |
4 000 |
|
|
Reġjonali |
471 |
223 |
1 052 |
712 |
1 483 |
934 |
|
|
Total |
3 057 |
874 |
4 647 |
4 060 |
7 705 |
4 934 |
|
|
L-ammont totali disponibbli taħt il-MEDA I u II = 3 424 + 5 350 = EUR 8 774 miljuni. Minn dan ammont madwar EUR 852 ġie impenjat għat-Turkija matul il-perjodu mill-1996 sa l-2002 (hemm differenzi żgħar minħabba li n-numri nġiebu għad-dritt) |
|||||||
|
Sors: EuropeAid |
|||||||
5. Jinnota li skond ir-Rapport Speċjali tal-Qorti ta’ l-Awdituri tal-5/2006 jidher ċar li l-immaniġġjar tal-Programm tal-MEDA mill-Kummissjoni tjieb mill-ewwel snin s’issa u jista’ jitqies bħala wieħed sodisfaċenti, filwaqt li jitqiesu l-limitazzjonijiet proċedurali u esterni, u l-isforzi ta' l-ipprogrammar irriżultaw f'allokazzjoni aktar ugwali ta' riżorsi matul iż-żmien, il-perjodi ta’ tħejjija qed isiru aktar qosra u d-diżborżamenti żdiedu b’mod sinifikanti;
6. Jenfasizza l-fatt li l-affarijiet li nstabu mill-evalwazzjoni intermedjarja tal-Programm tal-MEDA II u tal-Qorti ta’ l-Awdituri dwar l-effikaċja u l-effiċjenza ta’ l-implimentazzjoni u l-immaniġġjar - “qed jitjiebu iżda għad m’humiex sodisfaċenti għal kollox” - ma jistgħux weħidhom jispjegaw id-differenzi fir-rendiment tal-MEDA bejn pajjiżi u programmi; jinnota li fatturi esterni (ir-regolazzjoni finanzjarja, il-governanza, fatturi kulturali) evidentement għandhom rwol importanti sabiex jiġu spjegati d-differenzi osservati fil-ħeffa tal-bidla u fir-ritmi tad-diżborżament finanzjarju; jistieden lill-Kummissjoni tqis dawn il-fatturi fl-ippjanar tagħha, fl-implimentazzjoni, fil-monioraġġ u fl-evalwazzjoni;
7. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jagħtu prijorità għolja lill-Proċess ta' Barċellona bħala forza li tmexxi l-istabbiliment tal-politiki taħt l-Istrument Ewropew għall-Politika tal-Viċinat (perjodu 2007-2013) b’politiki u miżuri aktar effiċjenti li jqisu l-isfidi u l-problemi speċifiċi tal-pajjiżi Mediterranji sħab;
8. Ifakkar li skond l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-MEDA II il-Kummissjoni, flimkien ma' l-EIB, għandha tipproduċi rapport ta’ evalwazzjoni ġenerali ta’ l-għajnuna li diġà ġiet ipprovduta lill-imsieħba Mediterranji, inkluża l-effikaċja tal-programmi, għandha tevalwa ex-post il-proġetti rispettivi tagħhom u s-setturi prinċipali tagħhom ta' intervent u għandha teżamina l-progress fl-implimentazzjoni, u tressaq quddiem il-Parlament u l-Kunsill rapport annwali, mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara; fir-rigward ta’ dan l-obbligu, jistieden lill-Kummissjoni biex tinfurmah dwar l-istadju preżenti ta’ l-elaborazzjoni ta’ evalwazzjonijiet ex-post bħal dawn minn proġetti u setturi individwali, u li tittrasmetti dawn u l-aħħar rapporti annwali lill-Parlament u lill-Kunsill;
9. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tqis il-fatturi li jikkontribwixxu għat-titjib ta’ l-immaniġġjar futur:
a) żieda fin-numru ta’ proġetti u programmi, b'mod parallel ma' l-evalwazzjoni tal-kontenut tagħhom, ta' l-effett tagħhom u tal-valur kwalitattiv tagħhom;
b) sehem akbar mill-appoġġ tal-baġit fil-programm kollu kemm hu;
ċ) l-effett pożittiv totali tad-devoluzzjoni ta’ responsabiltajiet mill-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni lid-delegazzjonijiet tagħha fil-qasam fir-rigward tat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ proġetti (l-effetti tad-deċentralizzazzjoni);
d) il-koperazzjoni u l-parteċipazzjoni effettiva ta’ l-awtoritajiet lokali;
e) it-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn il-pajjiżi Mediterranji sħab (Nofsinhar-Nofsinhar) biex jintlaħaq l-objettiv tad-dimensjoni reġjonali;
10. Jemmen li titjib ieħor jinkludi monitoraġġ u evalwazzjoni aktar sistematiċi u djalogu u koordinament aktar intensivi mal-kontroparti lokali u donaturi oħra; jistieden lill-Kummissjoni tikseb u tiżgura mekkaniżmi ta' monitoraġġ aktar regolari adattati għal kull wieħed mit-tipi ta' proġett;
11. Jaqbel mal-Qorti ta’ l-Awdituri dwar il-ħtieġa li l-Kummissjoni:
- tiżgura tranżizzjoni bla xkiel u ta’ malajr lejn il-programmi tal-pajjiżi l-ġodda biex ikunu evitati konsegwenzi negattivi għall-implimentazzjoni futura,
- tiddefinixxi b’mod aktar ċar, fid-dokumenti ta’ pprogrammar tal-pajjiżi l-ġodda, l-objettivi strateġiċi tagħha u tistabbilixxi indikaturi xierqa, sabiex tippermetti monitoraġġ u evalwazzjoni aħjar ta’ l-impatt,
- tkompli tiffoka l-appoġġ tagħha fuq numru limitat ta’ zoni ta’ intervent sabiex tiżgura l-koerenza u biex il-programmi jibqgħu maniġġabbli,
- tkompli tfittex l-aħjar prattiki fl-immaniġġjar ta' proġetti sabiex ikun evitat id-dewmien.
12. Jappoġġja d-19-il rakkomandazzjoni ta’ l-evalwazzjoni intermedjarja tal-Programm tal-MEDA II rigward ir-relevanza, l-effikaċja u l-effiċjenza ta' l-immaniġġjar tal-Programm tal-MEDA;
13. Jitlob lill-Kummissjoni biex iżżomm ekwilibriju bejn l-effikaċja ta’ l-għajnuna f’dak li jikkonċerna l-iżvilupp istituzzjonali sostenibbli u l-effiċjenza ta’ l-għajnuna f’dak li għandu x'jaqsam mal-ħeffa tal-kapaċità ta’ assorbiment u l-ħeffa tad-diżborżamenti finanzjarji, it-trasparenza u l-kontroll ta’ l-immaniġġjar tal-baġit;
14. Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli ttejjeb il-kwalità ta’ l-ipprogrammar strateġiku u indikattiv billi tinvesti f’ċentru ta’ għarfien tal-MEDA biex ikun hemm fehim profond ta’ l-aspetti tal-kundizzjonijiet ta’ l-implimentazzjoni u tal-ħeffa istituzzjonali tal-bidliet fil-pajjiżi tal-MEDA, kif jidher mill-evalwazzjoni intermedjarja minħabba r-reviżjoni tar-regolament (ENPI);
15. Hu tal-fehma li l-aspett ekonomiku tas-sħubija għandu jkun immirat mill-ġdid lejn il-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli imma wkoll iqis li l-fatt li wieħed isegwi l-objettivi kollha tal-Proċess ta’ Barċellona huwa importanti għar-reġjun kollu; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti daqstant ieħor attenzjoni lill-kwistjonijiet tal-bini ta’ l-istituzzjonijiet, l-istat tad-dritt, il-libertà ta’ l-istampa, id-drittijiet tal-bniedem u ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi;
16. Jistieden lill-Kummissjoni biex tqanqal u timpenja lil sħabha fil-pajjiżi tal-MEDA biex isegwu wkoll l-objettivi kollha tal-programm tal-MEDA li mhumiex ta’ natura ekonomika, u biex b’mod sistematiku jimmonitorjaw l-indikaturi li jirrigwardaw dawn l-objettivi;
17. Hu tal-fehma li, minħabba s-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiżi Mediterranji sħab, jeħtieġ appoġġ sinifikanti għall-proġetti ta’ l-infrastruttura, b’mod partikulari fl-oqsma tat-trasport, is-saħħa, id-djar u tal-provvista ta’ l-ilma tax-xorb;
18. Jirrakkomanda li l-Kummissjoni biex iżżid il-kapaċità għall-immaniġġjar ta’ proġetti fuq skala żgħira bbażati fuq inizjattivi tas-soċjetà ċivili u jirrakkomanda l-adozzjoni ta’ miżuri li jsaħħu it-tkabbir u l-koeżjoni ekonomika, b’mod partikulari permezz ta’ l-użu ta’ self u faċilitajiet ta’ mikrokreditu minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju f’pajjiżi sħab;
19. Jisħaq li r-rispett ta' l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi jikkostitwixxi kwistjoni ta’ rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għad-demokrazija u jitlob li l-fatt li s-sessi jkunu aċċettati b’mod ġenerali jkun inkorporat orizzontalment b’mod espliċitu fil-Proċess ta’ Barċellona u fit-tliet pilastri tas-sħubija;
20. Jenfasizza l-fatt li n-nisa għandhom parti sinifikanti fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi sħab u jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta dwar l-eżekuzzjoni u l-applikazzjoni effettiva ta’ l-impenji finanzjarji stipulati fil-Programm tal-MEDA biex tkun appoġġata l-parteċipazzjoni attiva tan-nisa fil-ħajja ekonomika u soċjali (edukazzjoni, taħriġ, impjieg);
21. Ifakkar fis-sinifikat tat-tisħiħ tal-kumplementarjetà u l-koerenza bejn il-MEDA, azzjonijiet esterni oħra ta’ l-UE u attivitajiet ta' l-EIB;
22. Hu tal-fehma li l-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja (EMPA) permezz tad-djalogu interparlamentari jista’ jkollha rwol essenzjali fit-titjib tas-sħubija Ewro-Mediterranja, waqt li sussegwentement tiżviluppa relazzjonijiet interparlamentari stabbli, tagħti orjentamenti politiċi permezz tad-dikjarazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tagħha u tippromwovi kontroll u evalwazzjoni politiċi u sistematiċi ta’ l-implimentazzjoni tal-Programm tal-MEDA;
23. Jilqa’ b’sodisfazzjon it-twaqqif ta’ l-FEMIP fi ħdan il-qafas ta' l-EIB, iżda jitlob li jsiru aktar diskussjonijiet bejn l-Istati Membri ta’ l-UE u sħabhom Ewro-Mediterranji bil-għan li din l-inizjattiva tkun żviluppata u ssir strument finanzjarju ġenwin għall-koperazzjoni, li twieġeb għall-ħtiġijiet u l-isfidi l-ġodda kemm tas-settur pubbliku kif ukoll ta' dak privat;
24. Ifakkar li d-diviżjoni tal-kompiti bejn id-DĠ Relex u l-EuropeAid hija funzjonali fis-sens illi d-dimensjoni politika tal-programm hija separata mill-formulazzjoni ta’ l-għajnuna professjonali u l-funzjoni ta’ twassil u li hemm, madankollu, skop għat-titjib f’dik li hi effiċenza u effikaċja;
25. Jagħraf il-progress li sar mill-Kummissjoni fl-iżgrar ta’ profil ogħla għall-koperazzjoni esterna Komunitarja u jħeġġiġha tkompli bl-isforzi li qed isiru bħalissa; madankollu jiddeplora l-fatt li l-pubbliku ma jafx bl-involviment mill-qrib ta’ l-UE f’ħafna proġetti u programmi; jitlob lill-Kummissjoni tagħmel appelli lil organizzazzjonijiet u NGO's internazzjonali bil-ħsieb li:
- tiżgura li jkun hemm kuxjenza pubblika dwar il-kontribut u l-involviment ta’ l-UE,
- ikunu stabbiliti dispożizzjonijiet li jippermettu li jsiru operazzjonijiet ta’ evalwazzjoni, verifika u kontroll kif għandu jkun ukoll f’rabta ma’ proġetti u programmi mmexxija b’mod konġunt ma’ jew permezz ta' organizzazzjonijiet jew NGO’s internazzjonali;
-
26. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħhu ta’ l-1 ta’ Ġunju 2006 dwar il-kriżi umanitarja fit-territorji Palestinjani u l-irwol ta’ l-UE li fiha stieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiżviluppaw mekkaniżmu internazzjonali temporanju (TIM) sabiex tkun evitata kriżi umanitarja serja fit-territorji Palestinjani; Ifakkar li kien laqa' b'sodisfazzjon, wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew u tal-Kwartett f'Ġunju 2006, it-twaqqif mill-UE tat-TIM għall-Awtorità Palestinjana u t-tiġdid tagħha wara;
27. Jinnota li din il-miżura finanzjarja proviżorja għamlitha possibbli, b'mod trasparenti u bi sħubija mal-President ta' l-Awtorità Palestinjana, li jiġu limitati l-agħar tbatijiet umanitarji ikkaġunati mill-iffriżar ta' l-għajnuna finanzjarja Ewropea u internazzjonali, il-pagament parzjali mill-Iżrael tad-dħul doganali Palestinjan u l-impossibilità ġenerali li tiżviluppa ekonomija vijabbli fis-sitwazzjoni preżenti ta' okkupazzjoni;
28. Jifraħ lill-Kummissjoni għad-disinn u l-implimentazzjoni tat-TIM taħt ċirkustanzi diffiċli u jidhirlu li l-ispiża amministrattiva tat-TIM fil-livell ta’ 5% għat-Twieqi II u III [29] hija waħda modesta u li l-metodu tal-pagament dirett permezz tal-banek kummerċjali lill-familji benefiċjarji huwa adegwat; iktar minn hekk, jenfasizza li taħt it-TIEQA III, il-Bank internazzjonali u li jopera lokalment (HSBC) jirċievi 8 EUR għal kull trasferiment (3% ta' l-ammont ta' flus totali allokat);
29. Jenfasizza li l-ħlas taħt it-TIM ma wasalx lil, u lanqas għadda minn, l-Uffiċċju tal-President ta' l-Awtorità Palestinjana jew il-Ministeru tal-Finanzi, iżda pprovda għal ħlas dirett ta' l-irċevuti, jew ħlas f'kontanti lill-benefiċjarji individwali ta' allokazzjonijiet; Jinnota li l-allokazzjonijiet ma koprewx l-istaff tas-sigurtà u lanqas il-livell politiku;
30. Jiddispjaċih madankollu li din l-għajnuna finanzjarja ma tikkumpensax għas-sitwazzjoni traġika fil-Palestina u li l-kundizzjonijiet għall-aspetti kollha ekonomiċi, soċjali u umani marru għalll-agħar fl-aħħar xhur[30];
31. Jilqa' b’sodisfazzjon il-fatt li permezz tat-TIM u mingħajr l-involviment tal-Gvern immexxi mill-Ħamas aktar minn 140 000 familja bi dħul baxx li jinkludu aktar minn 800 000 persuna jistgħu b’mod dirett jiġu pprovduti allokazzjonijiet modesti imma ta’ għajnuna permezz tat-Tieqa III, u li l-operazzjoni ta’ l-isptarijiet u ta’ servizzi bażiċi oħra tista’ tiġi mħarsa milli tikkrolla għal kollox minħabba l-appoġġ tat-TIM għall-provvista bla interruzzjoni ta' servizzi essenzjali permezz tat-Tieqa II;
32. Madanakollu jiddispjaċih għall-fatt li l-implimentazzjoni tat-Tieqa I tat-TIM, li tappoġġja l-forniment ta’ provvisti essenzjali u l-ispejjeż ta' kuljum ta’ l-isptarijiet permezz tal-Programm ta’ Appoġġ tal-Bank Dinji għas-Servizzi ta’ Emerġenza (ESSP), qiegħda ssir bil-mod; jinnota li l-ewwel kunsinna ta’ mediċini taħt l-ESSP seħħet biss fl-24 ta’ Jannar 2007, lill-isptarijiet ta' Gaża; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza r-raġunijiet għal dan id-dewmien u biex tissuġġerixxi alternattivi biex tkun assigurata l-implimentazzjoni f’waqtha ta’ l-objettivi tat-Tieqa I tat-TIM;
33. Jenfasizza li l-mekkaniżmi ta' kontroll u verifika interna li ġew stabbiliti mill-Awtorità Palestinjana (PA) fl-2003 jikkostitwixxu garanzija solida kontra l-frodi u l-korruzzjoni;
34. Itenni l-istedina tiegħu lill-Iżrael biex jirrispetta l-obbligi legali tiegħu billi jerġa’ jibda t-trasferimenti tad-dħul mit-taxxi u d-dwana Palestinjan; jistieden lill-Iżrael, jekk jirrifjuta li jagħmel hekk, li għall-inqas jikkunsidra li jiddirieġi t-taxxa miżmuma għal ġot-TIM u b’dan il-mod ikun qed iħalli lill-poplu Palestinjan jissodisfa l-ħtiġiet bażiċi tiegħu; jistieden lill-Iżrael biex jikkontribwixxi għall-ħtieġa tal-poplu Palestinjan li joħloq ekonomija vijabbli u awtonoma u biex ma jibqax joħloq ostakoli inġustifikati għal dan;
35. Jinnota x-xogħol analitiku li ta' min joqgħod fuqu rifless fir-reviżjoni dwar l-infiq pubbliku maħruġ mill-Bank Dinji dwar ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta' Gaza; Jifraħ li skond din ir-reviżjoni l-Awtorità Palestinjana wettqet progress l-aktar fl-oqsma ta' l-edukazzjoni u tas-saħħa, meta mqabbel ma' pajjiżi oħra ta' l-Lvant Nofsani u ta' l-Afrika ta' Fuq, u fil-governanza u fil-ġestjoni finanzjarja pubblika fejn l-Awtorità Palestinjana implimentat numru ta' riformi bejn l-2002 u l-2004 li naqqsu l-koperazzjoni u tejbu t-trasparenza; Jistieden lill-partijiet kollha involuti sabiex jattivaw mill-ġdid il-proċess tar-riforma u għalhekk jikkunsidraw serjament ir-rakkomandazzjonijiet dettaljati tar-rapport tal-Bank Dinji, b'mod partikolari dawk li għandhom x'jaqsmu mar-riforma tas-servizz ċivili u mal-ġestjoni finanzjarja pubblika inkluż il-kontroll finanzjarju u tal-verifika;
36. Jilqa' l-fatt li fost l-objettivi u l-impenji (eż. ftehim reċenti ma' intrapriża internazzjonali tal-verifika) tal-Ministeru tal-Finanzi, jinsab l-għan li ssir riforma tal-finanzi pubbliċi u li jiġu provduti trasparenza u affidabilità sħaħ, inkluża l-osservanza ta' standards ta' kontabilità internazzjonali;
37. Jistieden lill-partijiet kollha fi ħdan iz-zoni Palestinjani biex jagħmlu ħilithom kollha sabiex isolvu l-kunflitti b’mod paċifiku u biex jiffurmaw u jmantnu gvern stabbli u effettiv, li jkun kapaċi jikkopera mal-komunità internazzjonali u juża b’mod effettiv il-finanzjament ta’ l-UE u tad-donaturi internazzjonali;
38. Jilqa' l-Ftehimiet ta' Mecca li ntlaħqu bejn il-Fatah u l-Ħamas fil-bidu ta' Frar 2007 li, fil-parti l-kbira tagħhom, jistgħu jtemmu l-problemi interni Palestinjani; iħeġġeġ li jerġa' jinqabad id-djalogu bejn il-President ta' l-Awtorità Palestinjana, Mahmoud Abbas, u l-awtoritajiet Iżraeljani; jittama li dan id-djalogu jsir ukoll mal-gvern ta' l-unità nazzjonali li għandu jieħu l-impenn li jirrispetta l-liġi internazzjonali u l-ftehimiet milħuqa ; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu pressjoni fuq il-Kwartett biex ikun żgurat li tintlaħaq soluzzjoni dejjiema għall-kunflitt u l-għajnuna internazzjonali lill-poplu Palestinjan imbagħad tkun tista' terġa' tibda, biex b'hekk ikun żgurat li l-Mekkaniżmu Internazzjonali Temporanju (TIM) ma jiġix estiż indefinittivament, minħabba l-ħafna nuqqasijiet tiegħu;
39. Għalhekk iqisha ħaġa importanti għaż-żamma ta’ l-ordni pubblika li forzi tas-sigurtà impenjati fit-triq tal-paċi u l-istabilità jkunu mħarrġa u mgħammra inkluż b’armi tal-pulizija; Hu tal-fehma li l-finanzjament ta’ taħriġ u tagħmir bħal dan għandu jkun immaniġġjat bis-salvagwardji xierqa, taħt l-awtorità tal-President ta' l-Awtorità Palestinjana Mahmoud Abbas, sabiex ikun evitat li l-fondi jintużaw għal għanijiet oħra jew għal atti illegali; Jenfasizza li n-nuqqas tal-ħlas tas-salarji tal-ħaddiema taċ-ċivil, inkluż il-forzi tas-sigurtà, jikkontribwixxi għad-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni politika, soċjali u ekonomika fit-territorji Palestinjani okkupati;
40. Jenfasizza l-perikoli tal-kollass preżenti ta' l-awtoritajiet amministrattivi Palestinjani; jenfasizza l-ħtieġa għall-Unjoni Ewropea u l-komunità internazzjonali sabiex imorru lil hinn mill-impenn umanitarju tagħhom u jerġgħu jinvestu fil-bini ta' kapaċità u sigurtà biex jevitaw li jipperikolaw l-kundizzjonijiet ta' l-għixien tal-Palestinjani fuq perjodu ferm itwal;
41. Jitlob lill-Kummissjoni tqis strateġiji, bl-użu tat-TIM jew korp ieħor ta’ natura permanenti, f’koperazzjoni ma’ strumenti finanzjarji oħra, li fil-futur qarib jistgħu jkopru, mhux biss problemi urġenti imma numru akbar tal-ħtiġijiet ta’ proporzjoni akbar tal-popolazzjoni Palestinjana; f'kull każ, ifittex li jassisti l-iżviluppi politiċi u ekonomiċi li bil-mod inaqqsu d-dipendenza ta' l-Awtorità Palestinjana fuq l-għajnuna internazzjonali;
42. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħhu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta l-Awdituri, lill-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB), lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-imsieħba Mediterranji.
- [1] http://ec.europa.eu/comm/external_relations/euromed/bd.htm.
- [2] ĠU L 189, 30.7.1996, p. 1. Revokata mir-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta' Ottubru 2006 li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali li jistabbilixxu Strument Ewropew tal-Viċinanzi u ta' Sħubija (ĠU L 310,’9.11.2006, p. 1).
- [3] ĠU L 311, 12.12.2000, p. 1.
- [4] ĠU C 267, 21.9.2001, p. 68.
- [5] OJ C 68 E, 18.3.2004, p.134.
- [6] ĠU C 87 E, 7.4. 2004, p. 500.
- [7] ĠU C 97 E, 22.4.2004, p. 656.
- [8] ĠU C 272 E, 9.11.2006, p. 570.
- [9] http://www.europarl.europa.eu/intcoop/empa/home/politicalpriorities_en.pdf.
- [10] ĠU C 287 E, 24.11.2006, p. 312.
- [11] Testi Adottati, P6_TA(2006)0306.
- [12] ĠU L 310, 9.11.. 2006, p.1.
- [13] http://ec.europa.eu/europeaid/reports/meda-evaluation-midterm-report-2005_en.pdf.
- [14] http://ec.europa.eu/europeaid/reports/europeaid_annual_report_2006_full_version_en.pdf.
- [15] ĠU C 200, 24.8.2006, p. 1. http://eca.europa.eu/audit_reports/special_reports/docs/2006/rs05_06en.pdf.
- [16] http://www.eib.org/publications/publication.asp?publ=257.
- [17] Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Brussell (14/15 ta’ Diċembru 2006), dokument tal-Kunsill 16879/06.
- [18] ĠU L 281, 19.10.2002, p. 10.
- [19] ĠU C 82 E, 1.4.2004, p. 610.
- [20] ĠU L 105, 14.4.2004, p. 1.
- [21] ĠU C 288 E, 25.11.2006, p. 79.
- [22] http://www.un.org/news/dh/infocus/middle_east/quartet-30jan2006.htm.
- [23] http://www.un.org/news/dh/infocus/middle_east/quartet-9may2006.htm.
- [24] Dokument tal-Kunsill 9397/06, http://register.consilium.europa.eu/pdf/en/06/st09/st09397.en06.pdf.
- [25] Testi adottati, P6_TA(2006)0237.
- [26] Testi adottati, P6_TA(2006)0348.
- [27] http://www.publications.parliament.uk/pa/cm200607/cmselect/cmintdev/114/114i.pdf.
- [28] Rapport nru 38207-WBG, Volumi 1 u 2.
- [29] Sorsi: DĠ AidCo - Unità tal-Maniġment tat-TIM, DĠ Finanzi Kuntratti u Verifika: Spiża ta' l-implimentazzjoni tat-Twieqi II u III tat-TIM - Sommarju ta' l-Allowances u tal-Miżati tal-Bank PZ.
- [30] Rapport tad-delgazzjoni tiegħu għar-relazzjonijiet mal-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan dwar il-missjoni mil-Lvant ta' Ġerusalemm, Ramallah u Gaza mid-29 ta' April sat-3 ta' Mejju 2007; Ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaza - Reviżjoni ta' l-Infiq Pubbliku : "Minn Kriżi għal Indipendenza Fiskali Akbar" - Dokument tal-Bank Dinji, Frar 2007.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN (22.3.2007)
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar il-MEDA u appoġġ finanzjarju għall-Palestina - evalwazzjoni, implimentazzjoni u kontroll
(2006/2128(INI))
Rapporteur għal opinjoni: Véronique De Keyser
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:
1. Jilqa' b'sodisfazzjon il-ftehimiet ta' Mecca milħuqa bejn il-Fatah u l-Ħamas fil-bidu ta' Frar; jinkoraġixxi l-bidu mill-ġdid ta' djalogu bejn il-President Abbas u l-awtoritajiet Iżraeljani; jittama li dan id-djalogu jiġi stabbilit ukoll mal-gvern ta' l-unità nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu pressjoni fuq il-Kwartett biex ikun żgurat li tintlaħaq soluzzjoni dewwiema għall-kunflitt u l-għajnuna internazzjonali lill-poplu Palestinjan imbagħad tkun tista' terġa' tibda, biex b'hekk ikun żgurat li l-Mekkaniżmu Internazzjonali Temporanju (TIM) ma jiġix estiż indefinitivament, minħabba l-ħafna nuqqasijiet tiegħu;
2. Jilqa' b'sodisfazzjon ir-riżultati miksuba taħt il-MEDA II u jistieden lill-Kummissjoni tkompli l-isforzi tagħha taħt il-patroċinju ta' l-Istrument finanzjarju ġdid ta' Viċinat; jenfasizza li l-mekkaniżmi ta' kontroll u verifika interna li ġew stabbiliti mill-Awtorità Palestinjana (PA) fl-2003 jikkostitwixxu garanzija solida kontra l-frodi u l-korruzzjoni;
3. Ifakkar li kien laqa' b'sodisfazzjon, wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew u tal-Kwartett f'Ġunju 2006, it-twaqqif mill-UE tat-TIM għall-Awtorità Palestinjana u t-tiġdid tagħha wara;
4. Jinnota li din il-miżura finanzjarja proviżorja għamlitha possibbli, b'mod trasparenti u bi sħubija mal-President tal-PA, li jiġu llimitati l-agħar tbatijiet umanitarji kkaġunati bl-iffriżar ta' l-għajnuna finanzjarja Ewropea u internazzjonali, il-pagament parzjali mill-Iżrael tad-dħul doganali Palestinjan u l-impossibilità ġenerali li tiżviluppa ekonomija vijabbli fis-sitwazzjoni preżenti ta' okkupazzjoni;
5. Jinnota, madankollu, il-limiti u n-nuqqasijiet tal-mekkaniżmu u jikkunsidra li t-TIM ma jistax jittawwal b'mod indefinit sabiex inaqqas is-sofferenza tal-poplu Palestinjan u l-kollass ta' l-istituzzjonijiet li kienu ffinanzjati bil-kbir mill-MEDA; jistieden lill-Kummissjoni tesplora aktar modi biex timmobilizza assistenza internazzjonali iktar mgħaġġla; jemmen li l-ħlas tal-pagi ta' l-impjegati ċivili, ibda mill-fergħat kollha tal-pulizija ċivili Palestinjana (pulizija ċivili, servizzi ċivili ta' emerġenza u salvataġġ , servizzi mediċi tal-pulizija) li l-attivitajiet tagħhom strettament mhumiex militari, li diġà jikkolaboraw sa ċertu limitu mal-programm EU COPPS, huwa l-uniku mod biex jopponu d-deterjorament tas-sitwazzjoni politika, soċjali u ekonomika fit-territorji Palestinjani; jistaqsi dwar id-dewmien mhux aċċettabli, meta jitqiesu l-bżonnijiet edukattivi u tas-saħħa, li bih l-impenji taħt l-ewwel tieqa qed jitħallsu, amministrati mill-Bank Dinji, għal diversi raġunijiet m'hux fil-kontroll tiegħu; jitlob għalhekk - speċjalment wara l-ħolqien ta' gvern nazzjonali ta' unità impenjat, li josserva l-liġi internazzjonali u ftehimiet milħuqa, u b'hekk jirrikonoxxi l-fruntieri ta' l-1967 u jobdi l-waqfien ta' l-isparar - għat-tneħħija ta' l-embargo internazzjonali impost fuq il-gvern Palestinjan; f'kull każ, ifittex li jassisti l-iżviluppi politiċi u ekonomiċi li bil-mod inaqqsu d-dipendenza tal-PA fuq l-għajnuna internazzjonali;
6. Jenfasizza l-perikli tal-kollass preżenti ta' l-awtoritajiet amministrattivi Palestinjani; jenfasizza l-ħtieġa għall-Unjoni Ewropea u l-komunità internazzjonali sabiex imorru lil hinn mill-impenn umanitarju tagħhom u jinvestu darba oħra fil-bini ta' kapaċità u sigurtà biex jevitaw li jipperikolaw il-kundizzjonijiet ta' l-għixien tal-Palestinjani fuq perjodu ferm itwal.
PROĊEDURA
|
Titolu |
Il-MEDA u appoġġ finanzjarju għall-Palestina - evalwazzjoni, implimentazzjoni u kontroll |
||||||
|
Numru tal-proċedura |
|||||||
|
Kumitat responsabbli |
CONT |
||||||
|
Opinjoni mogħtija minn |
AFET |
||||||
|
Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
|
||||||
|
Rapporteur għal opinjoni |
Véronique De Keyser |
||||||
|
Rapporteur għal opinjoni preċedenti |
|
||||||
|
Eżami fil-kumitat |
30.1.2007 |
21.3.2007 |
|
|
|
||
|
Data ta' l-adozzjoni |
21.3.2007 |
||||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
40 16 1 |
|||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Roberta Alma Anastase, Panagiotis Beglitis, Monika Beňová, André Brie, Elmar Brok, Véronique De Keyser, Hélène Flautre, Hanna Foltyn-Kubicka, Maciej Marian Giertych, Ana Maria Gomes, Klaus Hänsch, Richard Howitt, Jana Hybášková, Anna Ibrisagic, Bogdan Klich, Helmut Kuhne, Vytautas Landsbergis, Eugen Mihăescu, Pasqualina Napoletano, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Baroness Nicholson of Winterbourne, Raimon Obiols i Germà, Janusz Onyszkiewicz, Justas Vincas Paleckis, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tobias Pflüger, Hubert Pirker, Michel Rocard, Raül Romeva i Rueda, Libor Rouček, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Saryusz-Wolski, Marek Siwiec, István Szent-Iványi, Antonio Tajani, Charles Tannock, Inese Vaidere, Geoffrey Van Orden, Ari Vatanen, Kristian Vigenin, Jan Marinus Wiersma, Francis Wurtz |
||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Giulietto Chiesa, Alexandra Dobolyi, Árpád Duka-Zólyomi, David Hammerstein Mintz, Pierre Jonckheer, Evgeni Kirilov, Achille Occhetto, Lapo Pistelli, Miguel Portas, Antolín Sánchez Presedo, Luis Yañez-Barnuevo García |
||||||
|
Sostitut(i) (skond ir-Regola 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Věra Flasarová, Manolis Mavrommatis, Ria Oomen-Ruijten |
||||||
|
Kummenti (disponibbli b'lingwa waħda biss) |
|
||||||
PROĊEDURA
|
Titolu |
Il-MEDA u appoġġ finanzjarju għall-Palestina - evalwazzjoni, implimentazzjoni u kontroll |
|||||||||
|
Numru tal-proċedura |
||||||||||
|
Kumitat responsabbli |
CONT |
|||||||||
|
Opinjoni mogħtija minn |
INTA |
DEVE |
AFET |
|
|
|||||
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija |
INTA |
DEVE |
|
|
|
|||||
|
Koperazzjoni iktar mill-qrib |
|
|
|
|
|
|||||
|
Rapporteur |
Rodi Kratsa-Tsagaropoulou |
|||||||||
|
Diskussjoni fil-kumitat |
20.12.2006 |
28.2.2007 |
5.6.2007 |
|
|
|||||
|
Data ta’ l-adozzjoni |
5.6.2007 |
|||||||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
Unanimità |
|
||||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Pierre Audy, Herbert Bösch, Paulo Casaca, Antonio De Blasio, Szabolcs Fazakas, Christofer Fjellner, Ingeborg Gräßle, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Hans-Peter Martin, Jan Mulder, Francesco Musotto, José Javier Pomés Ruiz, Alexander Stubb |
|||||||||
|
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Daniel Caspary, Edit Herczog, Monica Maria Iacob-Ridzi, Bill Newton Dunn, Paul Rübig, Margarita Starkevičiūtė |
|||||||||
|
Sostituti (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
|
|||||||||
|
Data tat-tressiq |
7.6.2007 |
|||||||||
|
Kummenti |
|
|||||||||