Proċedura : 2006/0018(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0218/2007

Testi mressqa :

A6-0218/2007

Dibattiti :

PV 09/07/2007 - 20
CRE 09/07/2007 - 20

Votazzjonijiet :

PV 10/07/2007 - 8.31
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0319

RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI     ***II
PDF 157kWORD 71k
8.6.2007
PE 388.373v02-00 A6-0218/2007

dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar restrizzjonijiet dwar il-marketing ta'ċertu tagħmir għall-kejl li fih il-merkurju

(5665/1/2007 – C6‑0114/2007 – 2006/0018(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

Rapporteur: María Sornosa Martínez

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar restrizzjonijiet dwar il-marketing ta' ċertu tagħmir għall-kejl li fih il-merkurju

(5665/1/2007 – C6‑0114/2007 – 2006/0018(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (5665/1/2007 – C6 0114/2007),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2006)0069)(2)

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u Sikurezza ta' l-Ikel (A6 0218/2007),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni komuni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skond l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni ta' l-att fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

Testi Adottati, , 14.11.2006, P6_TA(2006)0483.

(2)

Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tinkludi l-biċċa l-kbira ta' l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Novembru 2006. Fil-fatt din tikkorrispondi mat-test li dwaru, wara diskussjonijiet mar-rapporteur u max-shadow rapporteurs, il-Kunsill kien offra d-disponibilità tiegħu għal konklużjoni tal-proċedura leġiżlattiva fl-ewwel qari.

Id-differenza ewlenija bejn il-pożizzjoni tal-Parlament u l-pożizzjoni komuni tirrigwarda l-użu tal-merkurju fil-barometri. Filwaqt li l-Parlament ivvota favur deroga sħiħa dwar din il-kwistjoni, il-Kunsill qed jipproponi deroga għal żmien limitat ta' sentejn wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. F'kull każ, il-projbizzjoni tkun tapplika biss għall-barometri l-ġodda, filwaqt li dawk li diġà qegħdin jintużaw u dawk li qegħdin fis-suq sekondaman xorta jistgħu jinbiegħu, jitranġaw u jinżammu.

Il-manifatturi tal-barometri tal-merkurju fl-UE huma biss ftit, u prinċipalment huma SMEs li jinsabu fir-Renju Unit, fil-Belġju u fl-Olanda. Il-barometri tradizzjonali alternattivi mingħajr merkurju diġà jinsabu għall-bejgħ fir-Renju Unit.

Ir-rapporteur tiegħek temmen li, fid-dawl tal-karatteristiċi tassew perikolużi tal-merkurju u tal-kwantità ferm ikbar ta' merkurju li jinsab fil-barometri tradizzjonali meta mqabbla, pereżempju, mat-termometri tad-deni, is-soluzzjoni li qiegħed jipproponi l-Kunsill, jiġifieri li tingħata deroga temporanja sabiex il-manifatturi tal-barometri tradizzjonali jkunu jistgħu jadattaw għas-sitwazzjoni l-ġdida, hija kompromess bilanċjat. Għalhekk hija tirrakomanda l-approvazzjoni tal-pożizzjoni komuni mingħajr emendi.


PROĊEDURA

Titolu

Tagħmir għall-kejl li fih il-merkurju

Referenzi

05665/1/2007 - C6-0114/2007 - 2006/0018(COD)

Data ta' l-1 qari tal-PE - Numru P

14.11.2006                     T6-0483/2006

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2006)0069 - C6-0064/2006

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni

26.4.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

26.4.2007

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

María Sornosa Martínez

25.4.2006

 

 

Eżami fil-kumitat

7.5.2007

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

5.6.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

2

14

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Margrete Auken, Liam Aylward, Irena Belohorská, Johannes Blokland, John Bowis, Hiltrud Breyer, Martin Callanan, Dorette Corbey, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Edite Estrela, Jill Evans, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Matthias Groote, Caroline Jackson, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Peter Liese, Jules Maaten, Linda McAvan, Alexandru-Ioan Morţun, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Antonyia Parvanova, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Guido Sacconi, Daciana Octavia Sârbu, Karin Scheele, Carl Schlyter, Richard Seeber, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Glenis Willmott

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Iles Braghetto, Kathalijne Maria Buitenweg, Milan Gaľa, Genowefa Grabowska, Erna Hennicot-Schoepges, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Miroslav Mikolášik, Alojz Peterle, Claude Turmes

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Syed Kamall

Data tat-tressiq

8.6.2007

Avviż legali - Politika tal-privatezza