RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva Nru 2005/32/KE dwar it-twaqqif ta' qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta' prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 96/57/KE u Nru 2000/55/KE, rigward il-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

11.6.2007 - (COM(2006)0907 – C6-0034/2007 – 2006/0291(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Frédérique Ries

Proċedura : 2006/0291(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0222/2007
Testi mressqa :
A6-0222/2007
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva Nru 2005/32/KE dwar it-twaqqif ta' qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta' prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 96/57/KE u Nru 2000/55/KE, rigward il-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

(COM(2006)0907 – C6-0034/2007 – 2006/0291(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0907)[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0034/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6‑0222/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

PREMESSA 5 A (ġdida)

 

(5a) B’mod partikulari l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu rekwiżiti ta’ eko-disinn għal prodotti definiti li jużaw l-enerġija, inkluż il-miżuri ta’ implimentazzjoni waqt il-perjodu tranżitorju, u li tadotta linji gwida biex jakkumpanjaw dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni. Peress li dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla bħala suppliment għal din id-Direttiva biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati bi skrutinju b'konformità mal-proċedura regolatorja stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Ġustifikazzjoni

Il-miżuri ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu rekwiżiti ta’ eko-disinn u l-linji gwida biex jakkumpanjawhom għandhom jiġu adattati mal-proċedura regolatorja bi skrutinju.

Emenda 2

ARTIKOLU 1, PUNT – 1 (ġdid)

Artikolu 15, paragrafu 1 (Direttiva 2005/32/KE)

 

(-1) Fl-Artikolu 15, paragrafu 1 tad-Direttiva 2005/32/KE, il-kliem “bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2)” jinbidel bil-kliem “bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2a)”.

Ġustifikazzjoni

Sabiex id-Direttiva 2005/32/KE tadatta għal proċedura regolatorja bi skrutinju anke l-Artikolu 15(1) dwar l-adozzjoni tal-miżuri ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adattat għal din l-proċedura.

Emenda 3

ARTIKOLU 1, PUNT - 1 A (ġdid)

Artikolu 15, paragrafu 10 (Direttiva 2005/32/KE)

 

(-1a) Fl-Artikolu 15, paragrafu 10 tad-Direttiva 2005/32/KE, il-kliem “bi qbil ma’ l-Artikolu 19(2)” jinbidel mal-kliem “bi qbil ma’ l-Artikolu 19(2a)”.

Ġustifikazzjoni

Sabiex id-Direttiva 2005/32/KE tadatta għal proċedura regolatorja bi skrutinju l-Artikolu 15(10) għadu jiġi adattat għal din il-proċedura wkoll dwar il-linji ġwida li jakkumpanjaw il-miżuri ta’ implimentazzjoni.

Emenda 4

ARTIKOLU 1, PUNT – 1 B (ġdid)

Artikolu 16, paragrafu 2 (Direttiva 2005/32/KE)

 

(-1b) Fl-Artikolu 16, paragrafu 2 tad-Direttiva 2005/32/KE, il-kliem “skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 19(2)” jinbidel bil-kliem “skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 19(2a)”.

Ġustifikazzjoni

Sabiex id-Direttiva 2005/32/KE tadatta għal proċedura regolatorja bi skrutinju anke l-Artikolu 16(2) dwar l-introduzzjoni tal-miżuri ta’ implimentazzjoni waqt il-perjodi tranżizzjonali għandu jiġi adattat għal din l-proċedura.

Emenda 5

ARTIKOLU 1, PUNT – 1 C (ġdid)

Artikolu 17 (Direttiva 2005/32/KE)

 

(-1c) L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2005/32/KE jinbidel kif ġej:

 

“Artikolu 17

 

Awto-regolamentazzjoni

 

Ftehimiet volontarji jew miżuri oħra awto-regolatorji ppreżentati bħala alternattivi għall-miżuri ta’ implimentazzjoni fil-kuntest ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu evalwati ta’ l-inqas fuq il-bażi ta' l-Anness VIII skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju, li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 19(2a).”

Ġustifikazzjoni

Referenza għall-proċedura regolatorja bi skrutinju ġiet miżjuda ma’ l-artikolu eżistenti, biex tadatta d-Direttiva 2005/32/KE għall-proċedura regolatorja bi skrutinju anke l-Artikolu 17 u kull deċiżjoni eventwali biex tikkunsidra qbil volontarju jew awto-regolatorju dwar EuP bħala alternattiva għall-miżuri ta’ implimentazzjoni li jorbtu b’mod legali (li l-Kummissjoni inkella tkun teħtieġ li tipproponi meta EuP jilħaq l-kriterji ta’ l-Artikolu 15).

  • [1]  ĠU C ... / Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Proposta tal-Kummissjoni tadatta d-Direttiva dwar l-Eko-disinn[1] għall-proċedura ta’ komitoloġija l-ġdida (proċedura regolatorja bi skrutinju)[2]. Il-proposta tal-Kummissjoni tqiegħed kaldaruni tal-misħun ġodda, friġġijiet u friżers elettriċi domestiċi, u alimentaturi għal dawl fluorexxenti (dawn ġew regolati bid-direttivi l-qodma, li ġew emendati bid-Direttiva għall-Eko-disinn)[3] skond il-proċedura ta’ komitoloġija l-ġdida, imma mhux id-dispożizzjonijiet l-oħra ta' l-Eko-disinn l-ġdid (l-adozzjoni tal-miżuri ta’ implimentazzjoni, l-adozzjoni tal-linji gwida biex jakkumpanjaw il-miżuri ta’ implimentazzjoni waqt il-perjodu tranżitorju). L-emendi jiżguraw li anke dispożizzjonijiet ġodda ta’ l-eko-disinn jidħlu fl-iskop tal-proċedura regolatorja bi skrutinju.

  • [1]  2005/32/KE.
  • [2]  Deċiżjoni 1999/468/KE kif emendata minn 2006/512/KE – it-test relevanti hu l-Artikolu 5a.
  • [3]  92/42/KEE (rekwiżiti ta' effiċjenza fl-enerġija għall-kaldaruni tal-misħun ġodda), 96/57/KE (rekwiżiti ta' effiċjenza fl-enerġija għall-friġġijiet, friżers elettriċi domestiċi u kombinazzjonijiet tagħhom), 2000/55/KE (rekwiżiti ta' effiċjenza fl-enerġija ta' alimentaturi għal dawl fluorexxenti).

PROĊEDURA

Titolu

Rekwiżiti ta’ ekodisinn għal prodotti li jużaw l-enerġija (poteri implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni)

Referenzi

COM(2006)0907 - C6-0034/2007 - 2006/0291(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

22.12.2006

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

17.1.2007

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Frédérique Ries

27.2.2007

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

3.5.2007

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

5.6.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

36

0

0

Membri preżenti għall-vot finali

Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Margrete Auken, Irena Belohorská, Johannes Blokland, John Bowis, Hiltrud Breyer, Martin Callanan, Dorette Corbey, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Jill Evans, Anne Ferreira, Matthias Groote, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Peter Liese, Jules Maaten, Miroslav Ouzký, Antonyia Parvanova, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Guido Sacconi, Daciana Octavia Sârbu, Karin Scheele, María Sornosa Martínez, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Glenis Willmott

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Iles Braghetto, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Miroslav Mikolášik, Claude Turmes

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali

Agustín Díaz de Mera García Consuegra