Proċedura : 2006/0206(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0227/2007

Testi mressqa :

A6-0227/2007

Dibattiti :

PV 19/06/2007 - 19
CRE 19/06/2007 - 19

Votazzjonijiet :

PV 20/06/2007 - 5.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0267

RAPPORT     ***I
PDF 291kWORD 382k
11.6.2007
PE 384.513v02-00 A6-0227/2007

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-projbizzjoni ta’ esportazzjonijiet u l-ħażna sikura ta’ merkurju metalliku

(COM(2006)0636 – C6‑0363/2006 – 2006/0206(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

Rapporteur: Dimitrios Papadimoulis

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ INTERNAZZJONALI
 OPINION OF THE COMMITTEE ON LEGAL AFFAIRS ON THE LEGAL BASIS
 PROCEDURE

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta ghal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-projbizzjoni ta’ esportazzjonijiet u l-ħażna sikura ta’ merkurju metalliku

(COM(2006)0636 – C6‑0363/2006 – 2006/0206(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0667)(1)

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 133 u 175 (1) tat-Trattat KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0363/2006),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi leġali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6 0227/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b' test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Titolu

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-projbizzjoni ta’ esportazzjonijiet u l-ħażna sikura ta’ merkurju metalli

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-projbizzjoni ta’ esportazzjonijiet u l-ħażna sikura ta’ merkurju metalli, mineral taċ-ċinabru, kalomel, komposti tal-merkurju u ċertu prodotti li fihom il-merkurju

Justification

B'konsegwenza għall-emenda ta' l-Artikolu 1

Emenda 2

Ċitazzjoni 1

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikoli 133 u 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Justification

Bażi legali doppja mhijiex ġustifikata. Skond il-każistika ta' l-ECJ, bażi legali doppja għandha tintuża biss jekk, b'mod eċċezzjonali, jintwera li l-att ifittex b'mod simultanju li jissodisfa numru ta' objettivi mingħajr ma jkun hemm wieħed sekondarju u indirett fir-rigward ta' ieħor. Dan mhuwiex il-każ hawnhekk għax fil-memorandum spjegattiv il-Kummissjoni nnifisha tiddikjara li l-miżura hija motivata mill-objettivi li jiġu protetti s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent (Art. 175 KE), u mhux mill-konsiderazzjonijiet tal-politika kummerċjali (Art. 133 KE).

Emenda 3

Premessa 1

(1) Rilaxxi tal-merkurju huma rrikonoxxuti bħala theddida globali li titlob azzjoni f'livelli nazzjonali, reġjonali u globali.

(1) Rilaxxi tal-merkurju huma rrikonoxxuti bħala theddida globali li titlob azzjoni f'livelli lokali, nazzjonali, reġjonali u globali.

Ġustifikazzjoni

Rilaxxi tal-merkurju u t-theddida li jirrappreżentaw għandhom effett mhux biss fil-livell makro imma wkoll, u b'mod partikolari, fil-livell mikro. L-awtoritajiet lokali huma rabta vitali fis-sistema għall-immaniġġjar ta' l-iskart minħabba l-fatt li, fil-prattika, dawn huma li jġorru r-responsabilità biex jiżguraw il-ħażna sikura ta' l-iskart, inkluż l-iskart perikoluż bħal ma hu l-merkurju (ara d-Direttiva 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Direttiva 91/689/KEE dwar l-iskart perikoluż).

Emenda 4

Premessa 2

(2) Skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill "Strateġija Komunitarja dwar il-Merkurju", huwa meħtieġ li jitnaqqas ir-riskju ta' l-espożizzjoni tal-bniedem u l-ambjent għall-merkurju.

(2) Skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill "Strateġija Komunitarja dwar il-Merkurju", u skond ir-riżoluzzjoni tal-Parlament ta' l-14 ta' Marzu 2006 dwar dik l-istrateġija, huwa meħtieġ li jitnaqqas ir-riskju ta' l-espożizzjoni tal-bniedem u l-ambjent għall-merkurju.

 

1 ĠU C 291 E, 30.11.2006, p. 128.

Ġustifikazzjoni

Fir-riżoluzzjoni tiegħu, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni sabiex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambejt permezz ta' miżuri li jorbtu legalment u li jeliminaw ir-rilaxxi ta' merkurju u tal-komposti tiegħu fl-ambjent.

Emenda 5

Premessa 3.000000 a (ġdida)

 

(3a) Il-merkurju għadu mhux suġġett għal restrizzjonijiet li jorbtu taħt il-ftehimiet multilaterali dwar l-ambjent, bl-eċċezzjoni tal-Protokoll dwar il-Metalli Tqal ta' l-1998 tal-Konvenzjoni NU-ECE dwar it-Tniġġis Transkonfinali ta' l-Arja fuq Distanza Kbira.

Ġustifikazzjoni

It-tneħħija gradwali ta' l-esportazzjoni ta' merkurju metalliku u komposti tal-merkurju mill-Komunità mhux biżżejjed sabiex jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mill-effetti negattivi tal-merkurju rilaxxat fl-ambjent u għalhekk hemm bżonn ukoll ta' impenn internazzjonali, bil-għan li jintlaħaq ftehim dwar strument li jorbot legalment.  

Emenda 6

Premessa 3 b (ġdida)

(3b) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għarfu l-problemi ambjentali u soċjali li joħorġu mill-għeluq tal-mini tal-merkurju fid-distrett ta' Almadén (Spanja) u dehrilhom aħjar li jiġu adottati miżuri adegwati ta' kumpens sabiex jippermettu li z-zona affettwata ssib is-soluzzjonijiet vijabbli għall-ambjent lokali, għall-impjieg u għall-attività ekonomika. Barra minn dan, fir-riżoluzzjoni msemmija ta' l-14 ta' Marzu 2006, il-Parlament Ewropew kien tal-ħsieb li l-mini f'Almadén jkunu post tajjeb sabiex jinħażen b'mof sigur il-merkurju metalliku.

 

 

 

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi inkluża referenza għal Almadén, produttur tal-merkurju li ilu stabbilit fl-Unjoni Ewropea, u r-riżoluzzjoni adottata mill-Parlament dwar l-evalwazzjoni globali ta' l-istrateġija tal-Komunità rigward il-merkurju.

Emenda 7

Premessa 4

(4) L-esportazzjoni ta' merkurju metalliku mill-Komunità trid tiġi pprojbita sabiex titnaqqas b’mod sinifikattiv il-provvista globali tal-merkurju.

(4) L-esportazzjoni ta' merkurju metalliku, mineral taċ-ċinabru, kalomel, u komposti tal-merkurju mill-Komunità trid tiġi pprojbita sabiex titnaqqas b’mod sinifikattiv il-provvista globali tal-merkurju. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jimponu projbizzjonijiet usa' u iżjed strinġenti b'konformità ma' l-Artikolu 176 tat-Trattat.

Ġustifikazzjoni

Huwa neċessarju li jitwessa' l-iskop tal-projbizzjoni biex jiġu inklużi wkoll il-komposti tal-merkurju sabiex isir tnaqqis sostanzjali fl-ammont globali tal-merkurju. L-Istati Membri jrid ikollhom id-dritt li jimponu projbizzjonijiet iżjed strinġenti.

Emenda 8

Premessa 4 a (ġdida)

(4a) Għall-istess raġuni, l-esportazzjoni ta' prodotti bil-merkurju li huma diġà, jew li daqt se jkunu, ipprojbiti milli jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni Ewropea għandhom jiġu pprojbiti wkoll. Il-Kummissjoni għandha tagħmel lista konsolidata tal-prodotti koperti li għandha tiġi aġġornata kull sena fuq il-bażi ta' l-iżviluppi skond il-liġi tal-Komunità.

Ġustifikazzjoni

Huwa neċessarju li jitwessa' l-iskop tal-projbizzjoni biex jiġu inklużi wkoll il-prodotti li fihom il-merkurju, li huma suġġetti għal restrizzjonijiet ta' użu u tqegħid fis-suq fl-UE sabiex isir tnaqqis sostanzjali fl-ammont globali tal-merkurju. Għal raġunijiet ta' trasparenza, dawn il-prodotti għandhom jinġabru f'lista konsolidata li għandha tiġi aġġornata kull sena mill-Kummissjoni.

Projbizzjoni hija iżjed korretta fis-sens li xi ħaġa tista' tkun regolata mingħajr ma tkun ipprojbita.

Emenda 9

Premessa 4 b (ġdida)

(4b) Għandha tiġi pprojbita l-importazzjoni ta' merkurju mettaliku, mineral taċ-ċinabru, kalomel u komposti tal-merkurju sabiex tkun żgurata protezzjoni aħjar tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent fl-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

L-importazzjoni tal-merkurju għandha tiġi pprojbita biex timminimizza l-kwantità ta' merkurju fl-Ewropa u biex tinkuraġġixxi l-irkupru mill-prodotti ta' l-iskart u minn dawk ta' materja prima.

Emenda 10

Premessa 5 a (ġdida)

(5a) L-Istati Membri, perjodikament, għandhom jibgħatu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-merkurju metalliku, il-minerali taċ-ċinabru u l-komposti tal-merkurju li jidhlu jew joħorġu jew li jiġu kkummerċjalizzati b'mod transkonfinali fit-territorju tagħhom, sabiex ikun possibbli li l-effettività ta' l-istrument tkun evalwata fil-ħin. Din l-informazzjoni kollha għandha tkun immedjatament disponibbli għall-pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Peress li hemm il-ħtieġa immedjata ta' dejta aħjar dwar il-fluss tal-merkurju fl-Ewropa (rikonoxxuta wkoll mit-23 Kunsill ta' Governanza UNEP) id-dispożizzjonijiet eżistenti għal-insegwiment u l-irrappurtar tal-movimenti tal-merkurju, tal-minerali taċ-ċinabru u tal-komposti tal-merkurju għandhom jissaħħu b'mod urġenti u għandhom jiġu implimentati aktar miżuri kif meħtieġ.

Emenda 11

Premessa 6

(6) Sabiex jiġu pprovduti possibbiltajiet ta' ħażna sikura ta' merkurju li ma jibqax jintuża fl-industrija tal-klor-alkali, huwa xieraq li ssir deroga minn punt (a) ta' l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma għal ċertu tipi ta' terraferma, u dikjarazzjoni tal-kriterji tat-taqsima 2.4 ta' l-Anness tad-Deċizjoni tal-Kunsill 2003/33/KE tad-19 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi kriterji u proċeduri għall-aċċettazzjoni ta' skart f'terraferma artifiċjali skond l-Artikolu 16 ta' l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE li ma tapplikax għal ħażna mhux taħt l-art.

(6) Id-Deċiżjoni PARCOM (Konvenzjoni għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis tal-Baħar minn Sorsi Bbażati fuq l-Art) Nru 90/3 qablet ma' l-objettiv tat-tneħħija gradwali ta' l-impjanti ta' ċelloli tal-merkurju klor-alkali biex jitneħħew għal kollox sa l-2010. (6) Sabiex jiġu pprovduti possibbiltajiet ta' ħażna sikura ta' merkurju li ma jibqax jintuża fl-industrija tal-klor-alkali, huwa xieraq li ssir deroga minn punt (a) ta' l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma għal ċertu tipi ta' terraferma, u dikjarazzjoni tal-kriterji tat-taqsima 2.4 ta' l-Anness tad-Deċizjoni tal-Kunsill 2003/33/KE tad-19 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi kriterji u proċeduri għall-aċċettazzjoni ta' skart f'terraferma artifiċjali skond l-Artikolu 16 ta' l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE li ma tapplikax għal ħażna fuq l-art u li tista' tiġi rkuprata.

 

Ġustifikazzjoni

Ċelloli tal-merkurju fl-industrija tal-klor-alkali jirrappreżentaw bil-kbir l-ikbar stokk ta' merkurju fl-UE. Huwa għalhekk importanti li t-tneħħija gradwali taċ-ċelloli tal-merkurju fl-industrija tal-klor-alkali titqiegħed fil-kuntest tad-Deċiżjoni PARCOM 90/3.

Il-merkurju metalliku huwa likwidu. Irid jiġi ċċarat li l-ħażna tal-merkurju likwidu tista' tiġi aċċettata biss fuq bażi temporanja. Ir-rimi finali tiegħu għandu jsir biss f'forma solida. Qed jiġu żviluppati proċessi kummerċjali biex jiġi ssolidifikat il-merkurju mettaliku u huma mistennija li jkunu disponibbli fi żmien ftit snin oħra.

Emenda 12

Premessa 7

(7) Sabiex ħażna li hija sikura għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent tkun żgurata, l-evalwazzjoni ta' sikurezza skond id-Deċiżjoni 2003/33/KE għal ħażna taħt l-art trid tkun ikkomplimentata b'rekwiżiti speċifiċi u trid ukoll ssir applikabbli għal ħażna mhux taħt l-art.

(7) Sabiex ħażna temporanja li hija sikura għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent tkun żgurata, l-evalwazzjoni ta' sikurezza skond id-Deċiżjoni 2003/33/KE għal ħażna taħt l-art għandha ssir applikabbli għal ħażna fuq l-art u li tista' tiġi rkuprata.

Ġustifikazzjoni

Emendi konformi mal-modifiki ta' l-Artikolu 3 mill-istess awtur. Il-ħażna ta' merkurju likwidu fil-mini toħloq ir-riskju li jsir rimi finali de facto. Dan mhuwiex aċċettabbli u huwa kontra d-dispożizzjonijiet tas-sikurezza tad-direttiva dwar il-landfills. Il-ħażna għandha tkun biss temporanja u għandha ssir biss fuq l-art b'mod li tiġi rkuprata.

Emenda 13

Premessa 7 a (ġdida)

(7a) L-industrija tal-klor-alkali għandha tibgħat id-dejta relevanti kollha relatata mat-twaqqif taċ-ċelluli tal-merkurju fl-impjanti tagħhom lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati biex jiffaċilitaw l-infurzar tar-Regolament. Is-setturi ta' l-industrija li jiggwadanjaw il-merkurju mit-tindif ta' gass naturali jew bħala prodott sekondarju mit-tħaffir għall-metall li ma fihx ħadid u attivitajiet ta' tidwib għandhom jagħtu wkoll dejta relevanti lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Ġustifikazzjoni

L-industrija klor-alkali impenjat ruħha volontarjament li tipprovdi dejta dwar iż-żarmar taċ-ċelloli tal-merkurju lill-Kummissjoni Ewropea. Madankollu, din id-dejta hija essenzjali biex tiżgura l-infurzar tar-regolament u għalhekk għandha tkun inkluża f'dan ir-Regolament. L-istess għandu japplika għas-setturi l-oħra ta' l-industrija li jiksbu l-merkurju. Id-dejta għandha tkun provduta lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati, u għandha tkun disponibbli għall-pubbliku skond ir-regolament dwar l-aċċess għall-affarijiet ambjentali għall-istituzzjonijiet Komunitarji.

Emenda 14

Premessa 8

(8) Huwa xieraq li jiġi organizzat skambju ta' tagħrif sabiex tiġi evalwata l-ħtieġa ta' miżuri supplimentari relatati ma' l-esportazzjoni u l-ħażna tal-merkurju, bla preġudizzju għar-regoli ta' kompetizzjoni tat-Trattat, partikolarment l-Artikolu 81.

(8) Huwa xieraq li jiġi organizzat skambju ta' tagħrif mal-partijiet interessati kollha sabiex tiġi evalwata l-ħtieġa ta' miżuri supplimentari relatati ma' l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-ħażna temporanja u r-rimi finali tal-merkurju, il-komposti tiegħu u l-prodotti li fihom il-merkurju bla preġudizzju għar-regoli ta' kompetizzjoni tat-Trattat, partikolarment l-Artikolu 81.

Ġustifikazzjoni

Il-partijiet interessati kollha għandhom jipparteċipaw fl-iskambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-bżonn potenzjali għal miżuri supplimentari. Dan għandu jinkludi wkoll l-importazzjoni u r-rimi finali tal-merkurju kif ukoll dispożizzjonijiet dwar komposti tal-merkurju u prodotti li fihom il-merkurju.

Emenda 15

Premessa 9

(9) Stati Membri jridu jissottomettu tagħrif dwar permessi maħruġa għal faċilitajiet ta' ħażna kif ukoll dwar l-applikazzjoni u l-effetti fuq is-suq ta' l-istrument, sabiex tkun tista' ssir evalwazzjoni ta' l-instrument fiż-żmien meħtieġ.

(9) Stati Membri jridu jippreżentaw tagħrif dwar permessi maħruġa għal faċilitajiet ta' ħażna temporanja kif ukoll dwar l-applikazzjoni u l-effetti fuq is-suq ta' l-istrument, sabiex tkun tista' ssir evalwazzjoni ta' l-instrument fiż-żmien meħtieġ.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi speċifikat li l-ħażna tal-merkurju tista' tkun biss temporanja.

Emenda 16

Premessa 10.000000 a (ġdida)

(10a) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu u jiffaċilitaw l-għarfien u jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni tal-merkurju mettaliku, tal-minerali taċ-ċinabru u tal-komposti tal-merkurju tkun disponibbli għall-pubbliku, kif ukoll dwar il-ħażna sikura tal-merkurju metalliku.

Ġustifikazzjoni

Intwera li d-disponibbilità pubblika ta' informazzjoni hija estremament importanti sabiex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent.

Emenda 17

Premessa 11 a (ġdida)

(11a) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli fuq il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u jiżguraw li jkunu implimentati. Dawk il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi.

Ġustifikazzjoni

Peress li nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament jista' jirriżulta fi ħsara għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, għandha tiġi implimentata proċedura li tista' titħaddem u trasparenti dwar penali fil-każ ta' nuqqas ta' konformità.

Emenda 18

Premessa 11 b (ġdida)

 

(11b) Għandha tiġi provduta għajnuna teknika, jew b'mod dirett mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għal pajjiżi li qed jiżviluppaw u għal pajjiżi b'ekonomiji fil-proċess ta' bidla, jew b'mod indirett permezz ta' appoġġ għal proġetti minn organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), speċjalment għajnuna li tħaffef il-bidla favur teknoloġiji alternattivi ħielsa mill-merkurju u t-tneħħija eventwali ta' l-użi u r-rilaxxi tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju.

Ġustifikazzjoni

Il-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni għall-merkurju jista' jkollha impatt negattiv sinifikanti f'pajjiżi fil-proċess ta' żvilupp u fuq ekonomiji fil-proċess ta' bidla fi żmien qasir, fejn il-merkurju għadu jintuża, per eżempju fil-minjieri għad-deheb artiġjanali. Għalhekk hemm bżonn ta' għajnuna mill-UE sabiex tiġi faċilitata l-bidla favur teknoloġiji ħielsa mill-merkurju.

Emenda 19

Premessa 12

(12) Ir-Regolament fih element relatat mal-kummerċ kif ukoll elementi mmotivati b'konsiderazzjonijiet ta' politika ambjentali. L-Artikolu 1 huwa relatat mal-kummerċ u għalhekk ibbażat fuq l-Artikolu 133 tat-Trattat, filwaqt li l-Artikoli l-oħra huma bbażati fuq l-Artikolu 175(l).

(12) Ir-Regolament huwa mmotivat bil-ħtieġa li jiġu protetti s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

Justification

Bażi legali doppja mhijiex ġustifikata. L-ewwel nett, il-Kummissjoni nnifisha tiddikjara li l-miżura hija motivata mill-objettivi li jipproteġu s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent (Art. 175), u mhux b'kunsiderazzjonijiet tal-politika kummerċjali (Art. 133). It-tieni nett, ir-referenza għall-ġudizzju reċenti ta' l-ECJ rigward il-Konvenzjoni ta' Rotterdam biex tiddefendi l-bażi legali doppja mhijiex xierqa. Il-Konvenzjoni Rotterdam tistabbilixxi reġim ta' kummerċ - dan ir-regolament jistabbilixxi projbizzjoni fuq il-kummerċ, li hija suġġett differenti ħafna.

Emenda 20

Artikolu 1

L-esportazzjoni ta' merkurju metalliku (Hg, CAS RN 7439-97-6) mill-Komunità ser ikun ipprojbit b'effett mill-1 ta' Lulju 2011.

L-esportazzjoni ta' merkurju metalliku (Hg, CAS RN 7439-97-6), minerali taċ-ċinabru u ta' komposti tal-merkurju b'konċentrazzjoni ta' merkurju 'l fuq minn 5% piż b'piż mill-Komunità ser ikun ipprojbit b'effett mill-1 ta' Diċembru 2010.

Ġustifikazzjoni

Il-merkurju u l-komposti tiegħu huma tossiċi ħafna għall-bnedmin u l-annimali. Il-komposti tal-merkurju b'konċentrazzjoni ta' merkurju 'l fuq minn 5% kif ukoll minerali taċ-ċinabru għandhom ikunu wkoll inklużi fil-projbizzjoni biex jiġu evitati l-esportazzjonijiet indiretti tal-merkurju.

L-ikbar stokks ta' merkurju huma fl-industrija klor-alkali. Skond id-Deċiżjoni PARCOM Nru 90/3, iċ-ċelloli tal-merkurju f'dak is-settur iridu jitwaqqfu gradwalment sa l-2010. Biex wieħed jistenna sa l-2011 għall-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni hija kważi ċinika għax din tkun ippermettiet li l-merkurju kollu, li jkun imneħħi qabel din id-data, ikun jista' jiġi esportat, ħafna drabi b'konsegwenzi devastanti f'pajjiżi terzi (eż. mini tad-deheb miftuħa).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-istrateġija tal-Komunità li tikkonċerna l-merkurju (2005/2050(INI)) adottata f'Marzu 2006 talbet għal projbizzjoni ta' l-esportazzjoni mill-2010.

Emenda 21

Artikolu 1.000000 a (ġdid)

L-esportazzjoni ta' prodotti li fihom il-merkurju u li huma pprojbiti milli jinbiegħu jew milli jiġu distribwiti fl-Unjoni Ewropea għandha tiġi pprojbita sa mill-1 ta' Jannar 2010.

Emenda 22

Artikolu 1 a (ġdid)

 

Artikolu 1a

L-importazzjoni ta' merkurju metalliku (Hg, CAS RN 7439-97-6), minerali taċ-ċinabru u ta' komposti tal-merkurju b'konċentrazzjoni ta' merkurju 'l fuq minn 5% piż b'piż fil-Komunità ser ikun ipprojbit b'effett mill-1 ta' Lulju 2010.

L-Istati Membri għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tagħhom stess ta' merkurju bl-irkupru mill-iskart u l-prodotti ta' materja prima.

Ġustifikazzjoni

Il-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni għandha tiġi kkumplimentata bi projbizzjoni simili ta' importazzjoni applikabbli fl-istess ħin.

Il-projbizzjoni ta' l-importazzjoni tal-merkurju trid tiżgura li d-domandi tal-merkurju ta' l-UE jridu jiġu fornuti bl-irkupru tal-merkurju mill-iskart u l-prodotti ta' materja prima.

Emenda 23

Artikolu 2

B'effett mid-data stipulata fl-Artikolu 1, merkurju metalliku li m'għadux jintuża fl-industrija tal-klor-alkali, merkurju mit-tindif tal-gass naturali u merkurju bħala prodott sekondarju mit-tħaffir għall-metall li ma fihx ħadid u attivitajiet ta' tidwib għandu jiġi maħżun, mingħajr ma jinbidillu l-istat jew il-konċentrazzjoni tiegħu, b'mod li jeskludi kull riskju għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

B'effett mid-data stipulata fl-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li merkurju metalliku li m'għadux jintuża fl-industrija tal-klor-alkali jew li hu estratt mill-mineral taċ-ċinabru, merkurju rkuprat mit-tindif tal-gass naturali u merkurju rkuprat bħala prodott sekondarju mit-tħaffir għall-metall li ma fihx ħadid u attivitajiet ta' tidwib għandu jiġi maħżun, u eventwalment mormi fil-Komunità b'mod li jeskludi kull riskju għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, f'faċilitajiet xierqa li għalhekk jikkwalifikaw, akkumpanjati minn evalwazzjoni tas-sikurezza u l-permess relevanti, skond dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

It-teknoloġija għar-rimi sikur ta' merkurju likwidu għadu mhuwiex disponibbli b'mod kummerċjali. Għalhekk aħna rridu nikkunsidraw li l-ħażna tal-merkurju likwidu għandu għalissa jkun biss temporanju. Hekk kif it-teknoloġija ssir disponibbli, il-merkurju metalliku maħżun b'mod temporanju jkollu eventwalment jintrema b'mod sikur fil-Komunità.

F'ħafna każijiet, kemm il-ħażna kif ukoll it-trasport bi prekawzjonijiet xierqa tas-sikurezza huma parti integrali ta' l-operazzjonijiet fil-klor-alkali, fil-minjieri u fl-industriji tat-tidwib, fejn wieħed mill-objettivi tagħhom huwa li jiġi mminimizzat l-impatt negattiv tal-merkurju fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.

Emenda 24

Artikolu 2, paragrafu 1 a (ġdid)

Qabel kull alternattiva oħra, għandha tingħata kunsiderazzjoni għall-possibilità li jintuża Almadén għall-ħażna sikura ta' stokks eżistenti ta' merkurju metalliku jew ta' merkurju metalliku sub-prodott mill-industrija fl-Ewropa kollha iżda mhux oġġetti li kellhom fihom il-merkurju u li saru skart, b'hekk isir użu mill-infrastruttura, mill-ħaddiema lokali u mill-kompetenza teknoloġika li teżisti hemm

Ġustifikazzjoni

Il-merkurju jrid jiġi maħżun b'mod sikur b'konformità mar-regoli ta' l-immaniġġjar ambjentali sikur fuq tul ta' żmien twil. Il-Parlament innifsu diġà indika, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-istrateġija tal-Komunità rigward il-merkurju, li 'għandha tingħata kunsiderazzjoni għall-possibilità li jintuża Almadén għall-ħażna sikura ta' stokks eżistenti ta' merkurju metalliku jew ta' merkurju metalliku sub-prodott mill-industrija fl-Ewropa kollha iżda mhux oġġetti li kellhom fihom il-merkurju u li saru skart, b'hekk isir użu mill-infrastruttura, mill-ħaddiema lokali u mill-kompetenza teknoloġika li teżisti hemm'.

Emenda 25

Artikolu 3, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. B'deroga għall-punt (a) ta' l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 1999/31/KE, merkurju metalliku li huwa kkunsidrat bħala skart jista' jiġi maħżun kif xieraq f'wieħed miż-żewġ reċipjenti li ġejjin:

1. B'deroga mill-punt (a) ta' l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 1999/31/KE, merkurju metalliku li huwa kkunsidrat bħala skart għandu jinħażen temporanjament f'reċipjent kif xieraq f':

(a) minjiera tal-melħ taħt l-art adattata għar-rimi ta' skart;

(a) minjiera tal-melħ taħt l-art adattata għall-ħażna temporanja tal-merkurju metalliku qabel ir-rimi finali skond l-Artikolu 5; jew

(b) faċilità ddedikata esklussivament għall-ħażna temporanja ta' merkurju metalliku qabel ir-rimi finali tiegħu u b'tagħmir għal dan il-għan.

(b) faċilità fuq il-wiċċ ta' l-art ddedikata esklussivament għall-ħażna temporanja ta' merkurju metalliku qabel ir-rimi finali tiegħu u b'tagħmir għal dan il-għan.

Ġustifikazzjoni

Mill-proposta mhux ċar jekk il-Kummissjoni hiex qed tfittex li tippermetti l-ħażna ta' merkurju mettaliku f'minjieri tal-melħ taħt l-art jew ir-rimi finali tiegħu fihom. Ħafna drabi, il-ħażna fil-minjieri ssir permanenti de facto. Bogħod mill-għajn, bogħod mill-ħsieb! Madankollu, ir-rimi finali ta' merkurju likwidu f'minjieri m'għandux ikun aċċettabbli u huwa f'kontradizzjoni ċara mad-Deċiżjoni 2003/33/KE, li tispeċifika li għall-aċċettazzjoni ta' skart f'ħażna taħt l-art "il-kontenituri u l-kisja ta' kavità m'għandhomx jiġu kkunsidrati meta ssir l-evalwazzjoni tar-riskju fuq perjodu twil ta' depożiti ta' skart minħabba l-ħajja limitata tagħhom".

Jibqa' ta' tħassib il-fatt li l-merkurju huwa likwidu u l-kwistjoni ta' jekk il-minjieri tal-melħ jistgħux jibqgħu intatti mingħajr ma r-reċipjenti tal-ħażna tal-merkurju inixxu u jirilaxxjaw fwar. Mill-punt ambjentali, ir-rimi hija l-għażla preferita. Madankollu, jista' jkun hemm bżonn ta' ħażna sikura għal raġunijiet ekonomiċi jew tekniċi għal perjodu limitat sabiex tinstab soluzzjoni dejjiema.

Emenda 26

Artikolu 3, paragrafu 2

2. B'deroga għall-punt (a) ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-awtoritajiet kompetenti għad-destinazzjoni u d-dispaċċ ma jistgħux jagħmlu oġġezzjoni għal vjaġġi bil-baħar ta' merkurju metalliku li huwa kkunsidrat bħala skart fuq raġunijiet li l-vjaġġ ippjanat jew rimi ma jkunx konformi ma' miżuri meħuda sabiex jimplimentaw il-prinċipji ta' viċinanza, priorità għal irkuprar u awto-suffiċjenza.

2. B'deroga għall-punt (a) ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjaġġi bil-baħar ta' l-iskart, l-awtoritajiet kompetenti għad-destinazzjoni u d-dispaċċ ma jistgħux jagħmlu oġġezzjonijiet għal vjaġġi bil-baħar ta' merkurju metalliku li huwa kkunsidrat bħala skart u li hu destinat għal ħażna temporanja fuq raġunijiet li l-vjaġġ ippjanat jew rimi ma jkunx konformi ma' miżuri meħuda sabiex jimplimentaw il-prinċipji ta' viċinanza, priorità għal irkuprar u awto-suffiċjenza.

 

Ġustifikazzjoni

Il-merkurju metalliku għandu jintrema' finalment biss f'għamla solidifikata. Proċessi għal tali solidifikazzjoni se jkunu disponibbli biss fi żmien ftit snin oħra. Sakemm tali proċessi jkunu disponibbli, ġarr ta' merkurju metalliku jista' jseħħ biss għal raġunijiet ta' ħażna temporanja.

Emenda 27

Artikolu 4

1. L-evalwazzjoni ta' sikurezza li trid issir skond id-Deċiżjoni 2003/33/KE għal ħażna f'minjiera tal-melħ taħt l-art adattata għal ħażna ta' skart trid tkopri partikolarment ir-riskji addizzjonali kkawżati min-natura u r-reazzjoni fit-tul tal-merkurju metalliku u l-ħażna tiegħu.

1. L-evalwazzjoni ta' sikurezza li trid issir skond id-Deċiżjoni 2003/33/KE għal ħażna f'minjiera tal-melħ taħt l-art adattata għal ħażna temporanja ta' skart trid tkopri partikolarment ir-riskji addizzjonali kkawżati min-natura u r-reazzjoni fit-tul tal-merkurju metalliku u l-ħażna tiegħu.

2. Għandha ssir evalwazzjoni ta' sikurezza sabiex tiżgura livell ta' ħarsien ambjentali ekwivalenti għall-livell żġurat permezz tad-Deċiżjoni 2003/33/KE u tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti għall-ħażna temporanja ġo faċilità dedikata esklussivament għall-ħażna ta' merkurju metalliku u b'tagħmir għal dan il-għan.

2. Għandha ssir evalwazzjoni ta' sikurezza sabiex tiżgura livell ta' ħarsien tas-saħħa u ta' l-ambjent ekwivalenti għal-livell żġurat permezz tad-Deċiżjoni 2003/33/KE u tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti għall-ħażna temporanja f'faċilità fuq il-wiċċ ta' l-art iddedikata esklussivament għall-ħażna ta' merkurju metalliku u b'tagħmir għal dan il-għan.

3. Il-permess li hemm referenza għalih fl-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 1999/31/KE għall-minjiera tal-melħ taħt l-art jew faċilità ddedikata esklussivament għall-ħażna temporanja ta' merkurju metalliku u b'tagħmir għal dan il-għan irid jinkludi rekwiżiti għal spezzjonijiet viżwali regolari tar-reċipjenti u installazzjoni ta' sistemi ta' sejbien tal-fwar sabiex tinstab kwalunkwe tnixxija.

3. Il-permess li hemm referenza għalih fl-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 1999/31/KE għall-minjiera tal-melħ taħt l-art jew għall-faċilità fuq il-wiċċ ta' l-art ddedikata esklussivament għall-ħażna temporanja ta' merkurju metalliku u b'tagħmir għal dan il-għan irid jinkludi rekwiżiti għal spezzjonijiet viżwali regolari tar-reċipjenti u installazzjoni ta' sistemi ta' sejbien tal-fwar sabiex tinstab kwalunkwe tnixxija. Il-merkurju għandu jkun jista' jiġi rkuprat għar-rimi finali sikur, skond l-Artikolu 5.

Ġustifikazzjoni

Jibqa' ta' tħassib il-fatt li l-merkurju huwa likwidu u l-kwistjoni ta' jekk il-minjieri tal-melħ jistgħux jibqgħu intatti mingħajr ma r-reċipjenti tal-ħażna tal-merkurju inixxu u jirilaxxjaw fwar. Mill-punt ambjentali, ir-rimi hija l-għażla preferita. Madankollu, jista' jkun hemm bżonn ta' ħażna sikura għal raġunijiet ekonomiċi jew tekniċi għal perjodu limitat sabiex tinstab soluzzjoni dejjiema.


Il-politika tal-ħarsien tas-saħħa hija importanti daqs il-politika ambjentali f'dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni ta' sikurezza għalhekk għandha tkopri wkoll l-impatt tal-merkurju fuq is-saħħa.

Emenda 28

Artikolu 4 a (ġdid)

 

Artikolu 4a

Il-Kummissjoni għandha tagħmel reviżjoni ta' l-evalwazzjoni ta' sikurezza msemmija fid-Deċiżjoni 2003/33/KE sabiex tiżgura li r-riskji partikulari tal-ħażna temporanja ta' merkurju metalliku li jkun ġejjin min-natura u mill-imġiba fit-tul tal-merkurju metalliku u u tar-reċipjent tiegħu jkunu koperti. Din ir-reviżjoni għandha titlesta sa ...*.

 

* Sitt xhur qabel id-dħul fis-seħħ tal-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-ħażna għandha tkun kontrollata b'mod strett ħafna. Meta titqies in-natura partikularment tossika u l-imġieba fit-tul tal-merkurju metalliku, hemm il-ħtieġa ta' evalwazzjoni ta' sikurezza oħra, fil-ħin it-tajjeb, rigward il-ħażna qabel id-dħul fis-seħħ tal-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni.

Emenda 29

Artikolu 4 b (ġdid)

 

Artikolu 4 b

Waqt il-ħażna temporanja, ir-responsabbilità għandha tibqa' tas-sid tal-faċilità tal-ħażna. L-Istati Membri huma mitluba li jwaqqfu fond li jiżgura li r-riżorsi finanzjarji huma adattati għar-rimi finali tal-merkurju. Il-fond għandu jinħoloq fuq il-bażi ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-industrija tal-klor-alkali u mill-industriji l-oħrajn li jużaw il-merkurju, bħal, iżda mhux esklussivament, l-industrija tal-gass naturali u tal-metall li ma fihx ħadid, proporzjonalment ma' l-ammont ta' merkurju mibgħut għall-ħażna temporanja. Meta l-merkurju għandu jintbagħat għar-rimi finali skond l-Artikolu 5, l-Istati Membri għandhom jassumu r-responsabbilità amministrattiva u finanzjarja tar-rimi.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-merkurju huwa partikularment perikoluż, għad hemm il-kwistjoni dwar il-ħażna temporanja. Għalhekk huwa essenzjali, skond il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, li r-responsabbilità tkun tas-sidien tal-faċilitajiet ta' ħażna. L-Istati Membri għandu wkoll jassumu r-responsabbilitajiet tagħhom u jipprovdu r-riżorsi finanzjarji bil-għan li jkun hemm rimi finali sikur.

Emenda 30

Artikolu 4 c (ġdid)

Artikolu 4c

 

1. Il-kumpaniji kkonċernati fl-industrija klor-alkali għandhom jibgħatu d-dejta li ġejja relatata mat-twaqqif tal-merkurju f'sena partikolari lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati:

 

- l-aħjar stima ta' l-ammont totali ta' merkurju li għadu qed jintuża,

- l-ammont ta' merkurju rkuprat mill-għeluq jew mill-bidla mill-ġdid ta' impjanti kloro-alkali,

- l-ammont mibgħut lill-faċilitajiet ta' ħażna temporanji individwali,

- id-dettalji tal-post u ta' kuntatt għall-faċilitajiet kollha ta' ħażna,

- it-trasferimenti għal impjanti oħra kloro-alkali fl-Unjoni Ewropea għall-operazzjoni ta' ċelloli li jkomplu,

- l-ammont maħżun temporanjament taħt ir-responsabbilità tas-sid oriġinali għall-operazzjoni taċ-ċelloli li jkomplu.

 

2. Il-kumpaniji kkonċernati fis-setturi ta' l-industrija li jirbħu l-merkurju mit-tindif tal-gass naturali jew bħala prodott sekondarju mit-tħaffir għall-metall li ma fihx ħadid u attivitajiet ta' tidwib għandhom jipprovdu d-dejta li ġejja relatata mal-merkurju mirbuħ f'sena partikolari lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati:

- l-ammont ta' merkurju mirbuħ,

- l-ammont mibgħut lill-faċilitajiet ta' ħażna temporanji individwali,

- id-dettalji tal-post u ta' kuntatt għall-faċilitajiet kollha ta' ħażna.

 

3. Il-kumpaniji kkonċernati għandhom jibgħatu d-dejta msemmija fil-paragrafi 1 u 2, kif applikabbli, għall-ewwel darba sal-31 ta' Mejju ta' ...*, u minn dak in-nhar 'il quddiem kull sena qabel il-31 ta' Mejju.

 

4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni f'paragrafu 3 b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1367/2006tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Århus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali lill-istutizzjonijiet u l-korpi tal-Komunità..

 

* Is-sena ta' wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

 

1 ĠU L 264, 25.9.2006, p 13.

Ġustifikazzjoni

L-industrija klor-alkali impenjat ruħha volontarjament li tipprovdi dejta dwar iż-żarmar taċ-ċelloli tal-merkurju lill-Kummissjoni Ewropea. Madankollu, din id-dejta hija essenzjali biex tiżgura l-infurzar tar-regolament u għalhekk għandha tkun inkluża f'dan ir-Regolament. L-istess għandu japplika għas-setturi l-oħra ta' l-industrija li jiksbu l-merkurju. Id-dejta għandha tkun provduta lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati, u għandha tkun disponibbli għall-pubbliku skond ir-regolament dwar l-aċċess għall-affarijiet ambjentali għall-istituzzjonijiet Komunitarji.

Emenda 31

Artikolu 5

Il-Kummissjoni ser torganizza skambju ta' tagħrif bejn l-Istati Membri u l-industriji kkonċernati.

Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju inizjali ta' tagħrif bejn l-Istati Membri u l-azzjonisti rilevanti sat-30 ta' Ġunju 2010.

Dak l-iskambju ta' tagħrif jrid jeżamina partikolarment il-ħtieġa potenzjali li l-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni tiġi estiża għal komposti tal-merkurju u prodotti li fihom il-merkurju, li l-obbligu tal-ħażna jiġi estiż għall-merkurju metalliku minn għejjun oħra u ta' żmien stipulat rigward ħażna ġo faċilità speċifika ddedikata għall-ħażna temporanja ta' merkurju metalliku u b'tagħmir għal dan il-għan.

Dak l-iskambju għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni miġbura sa dak iż-żmien u jrid ukoll jeżamina l-ħtieġa li l-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni tiġi estiża għal komposti tal-merkurju b'konċentrazzjoni ta' merkurju li tkun taħt il-5% piż b'piż (w/w), li l-obbligu tal-ħażna jiġi estiż għall-merkurju metalliku minn għejun oħra u ta' żmien stipulat rigward ħażna f'minjiera tal-melħ taħt l-art jew f'faċilità fuq wiċċ l-art speċifika li tkun iddedikata għall-ħażna temporanja ta' merkurju metalliku u b'tagħmir għal dan il-għan.

 

L-iskambju ta' tagħrif għandu janalizza, inter alia, ir-riżultati tal-konsiderazzjoni mogħtija lil Almadén bħala s-sit għall-ħażna sikura ta' l-istokks ta' merkurju metalliku eżistenti jew merkurju metalliku sub-prodott mill-industrija Ewropea skond l-Artikolu 2.

Ġustifikazzjoni

Saret konsultazzjoni kontinwa u estensiva mal-partijiet interessati matul il-preparazzjoni ta' l-Istrateġija Komunitarja dwar il-merkurju u ta' dan ir-Regolament. Entitajiet interessati, iklużi l-Istati Membri, l-NGOs ta' l-industrija u l-ambjent u tas-saħħa għandhom jieħdu sehem fl-iskambju ta' l-informazzjoni.

Għandu jiġi kkjarifikat li l-iskambju ta' tagħrif hu proċess kontinwu. Għandu primarjament iħares lejn il-kwistjonijiet li għadhom m'humiex indirizzati b'dan ir-Regolament.

Konformi ma' l-approċċ approvat mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Marzu 2006 dwar l-istrateġija Komunitarja dwar il-merkurju.

Emenda 32

Artikolu 6, paragrafu 2

2. L-Istati Membri għandhom, sa mhux iżjed tard mit-30 ta' Novembru 2014, jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni u l-effetti fuq is-suq ta' dan ir-Regolament fuq it-territorju rispettiv tagħhom. L-Istati Membri jridu, fuq talba mill-Kummissjoni, jissottomettu dak it-tagħrif qabel id-data stipulata fl-ewwel subparagrafu.

2. L-Istati Membri għandhom ifasslu reġistru ta' xerrejja, bejjiegħa u kummerċjanti tal-merkurju, tal-minerali taċ-ċinabru u tal-komposti tal-merkurju u jiġbru l-informazzjoni relevanti. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kull sentejn, fi żmien 6 xhur wara t-tmiem tal-perjodu kopert dwar l-applikazzjoni u l-effetti fuq is-suq ta' dan ir-Regolament fuq it-territorju rispettiv tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika t-tagħrif f'rapport konċiż fi żmien sena mill-preżentazzjoni tiegħu mill-Istati Membri. L-ewwel ġabra ta' informazzjoni għandha tkopri s-snin 2007 - 2008 u għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2009, u ppubblikata sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2010. L-informazzjoni għandha tiġi provduta fil-forma stabbilita mill-Kummissjoni sa ...*.

 

* Sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

L-introduzzjoni tal-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni se titlob ukoll sistema effiċċjenti ta' monitoraġġ sabiex ikun żgurat lil l-merkurju ma jkunx mibgħut illegalment fis-swieq globali. Għandha titwaqqaf sistema ta' insegwiment tal-kummerċ li tirreġistra l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet kollha tal-merkurju metalliku u tal-komposti tal-merkurju bejn l-Istati Membri u bejn l-UE u pajjiżi terzi fejn il-kummerċ mhux ristrett.

Emenda 33

Artikolu 6, paragrafu 3

3. It-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jinkludi għallinqas data dwar dan li ġej:

3. It-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jinkludi għallinqas data dwar dan li ġej:

(a) volumi, prezzijiet, pajjiż ta' oriġini u destinazzjoni kif ukoll l-użu intenzjonat tal-merkurju metalliku li jidħol jew jitlaq il-Komunità;

(a) volumi, prezzijiet, pajjiż ta' oriġini u destinazzjoni kif ukoll l-użu intenzjonat tal-merkurju metalliku, il-minerali taċ-ċinabru, kalomel u l-komposti tal-merkurju li jidħol jew jitlaq il-Komunità;

(b) volumi, prezzijiet, pajjiż ta' oriġini u destinazzjoni kif ukoll l-użu intenzjonat tal-merkurju metalliku li jgħaddi għal kummerċ transkonfinali fi ħdan il-Komunità.

(b) volumi, prezzijiet, pajjiż ta' oriġini u destinazzjoni kif ukoll l-użu intenzjonat tal-merkurju metalliku, minerali taċ-ċinabru, kalomel u komposti tal-merkurju li jgħaddi għal kummerċ transkonfinali fi ħdan il-Komunità.

Ġustifikazzjoni

B'konsegwenza għall-emenda ta' l-Artikolu 1

Emenda 34

Artikolu 6 a (ġdid)

 

Artikolu 6a

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali li japplikaw għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn ikunu implementati. Il-penalitajiet pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn …* u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

 

* Sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu huwa provvediment standard għall-penali fil-każ ta' ksur.

Emenda 35

Artikolu 6 b (ġdid)

 

Artikolu 6b

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu u jiffaċilitaw l-għarfien u jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni tal-merkurju mettaliku, tal-minerali taċ-ċinabru u tal-komposti tal-merkurju tkun disponibbli għall-pubbliku, kif ukoll dik dwar il-ħażna sikura tal-merkurju metalliku.

Ġustifikazzjoni

Aktar aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar il-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni tal-merkurju metalliku u l-komposti tal-merkurju u t-tixrid ta' tali informazzjoni jikkontribwixxu għal protezzjoni aktar effettiva tas-saħħa tal-bniedem u għal ambjent aħjar.

Emenda 36

Artikolu 7

1. Il-Kummissjoni trid tevalwa l-applikazzjoni u l-effetti fuq is-suq ta' dan ir-Regolament fil-Komunità, waqt li tikkonsidra t-tagħrif li hemm referenza għalih fl-Artikolu 6.

1. Il-Kummissjoni trid tevalwa l-applikazzjoni u l-effetti fuq is-suq ta' dan ir-Regolament fil-Komunità, waqt li tikkunsidra t-tagħrif li hemm referenza għalih fl-Artikoli 5 u 6.

2. Il-Kummissjoni trid tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2015.

2. Il-Kummissjoni trid tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2012. Ir-rapport għandu, kif xieraq, ikun akkumpanjat minn proposti għar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament.

 

2a. Sitt xhur qabel ma tidħol fis-seħħ il-projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet skond l-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-effettività u l-impatt tal-miżuri ta' kumpens meħuda sabiex iz-zona affettwata mill-għeluq tal-minjieri tal-merkurju tkun tista' tikseb alternattivi ekonomiċi u soċjali vijabbli.

Ġustifikazzjoni

Wara ċertu perjodu ta' implimentazzjoni u skond il-bidla fid-data tal-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni, l-effettività tal-miżuri legali proposti jkunu jeħtieġu li jiġu evalwati bil-għan li jkun isir rapport ta' ħarsa ġenerali bil-proposti għal reviżjoni.

Emenda 37

Artikolu 8

Għallinqas sena minn qabel id-data stipulata fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni trid tirraporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar progress f'attivitajiet multilaterali u negozjati dwar merkurju, tevalwa partikolarment il-konsistenza taż-żmien u l-għan tal-miżuri speċifikati f'dan ir-Regolament ma’ żviluppi internazzjonali.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009 dwar progress f'attivitajiet multilaterali u negozjati dwar merkurju, tevalwa partikolarment il-konsistenza tal-miżuri speċifikati f'dan ir-Regolament ma’ żviluppi internazzjonali.

Emenda 38

Artikolu 8 a (ġdid), paragrafu 1

 

Artikolu 8a

 

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, billi jqisu b'mod partikolari l-bżonnijiet ta' pajjiżi affettwati li qegħdin fil-proċess ta' żvilupp u ta' pajjiżi b'ekonomiji fil-proċess ta' bidla, jikkoperaw favur it-tħeġġiġ ta' l-għajnuna teknika, inklużi t-taħriġ għall-iżvilupp ta' l-infrastruttura, il-kapaċità u l-kompetenza meħtieġa sabiex isir progress fil-bidla favur teknoloġiji alternattivi ħielsa mill-merkurju u biex eventwalment jitneħħew l-użi u r-rilaxxi tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju.

Ġustifikazzjoni

Il-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni għall-merkurju jista' jkollha impatt negattiv sinifikanti f'pajjiżi fil-proċess ta' żvilupp u fuq ekonomiji fil-proċess ta' bidla fi żmien qasir, fejn il-merkurju għadu jintuża, per eżempju fil-minjieri għad-deheb artiġjanali, u hemm bżonn ta' għajnuna mill-UE sabiex tiġi faċilitata l-bidla favur teknoloġiji ħielsa mill-merkurju. It-tqegħid tal-kliem ta' din l-emenda ttieħed mill-proposta l-ġdida għar-regolament dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' kimika perikoluża.

Emenda 39

Artikolu 8 a (ġdid), paragrafu 2

 

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ukoll li jagħtu appoġġ lill-NGOs, li wrew li jistgħu jkunu estremament effiċjenti meta joffru dawn it-tipi ta' servizzi.

Ġustifikazzjoni

(1)

OJ C ... / Not yet published in OJ.


NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Il-merkurju u l-komposti tiegħu huma tossiċi ħafna għall-bniedem, speċjalment għall-iżvilupp tas-sistema nervuża tat-tfal. Huma wkoll perikolużi għall-ekosistemi u għall-fawna selvaġġ. Filwaqt li għall-ewwel it-tniġġiż mill-merkurju kien meqjus bħala problema akuta imma lokali, issa qed jinftiehem bħala globali, mifrux u kroniku. Dożi qawwija jistgħu jkunu fatali għall-bniedem, imma anki dożi relattivament baxxi jistgħu jkollhom impatti ħżiena u serji fuq l-iżvilupp newroloġiku, u reċentement dawn ġew konnessi ma' effetti ħżiena possibbli fuq is-sistema kardjovaskolari, ta' l-immunità, u riproduttiva. Ukoll, il-merkurju jittardja l-attività mikrobijoloġika fil-ħamrija, u hija sustanza perikoluża ta' prijorità taħt id-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma.

Fl-ambjent, il-merkurju jista' jinbidel f'metilmerkurju, li għandu l-kapaċità li jakkumula bijoloġikament u li jikkonċentra fil-katina ta' l-ikel, speċjalment fil-katina akwatika ta' l-ikel. Il-metilmerkurju jgħaddi malajr kemm il-barriera plaċenta u kemm il-barriera tad-demm.

Il-forniment fl-Unjoni Ewropea

Il-merkurju jinstab naturalment fl-ambjent u jeżisti taħt forom differenti. Fil-forma pura tiegħu jissejjaħ merkurju "elementali" jew "metalliku" (Hg(0)). Rarament jinstab naturalment bħala metall pur u likwidu, imma aktar jinstab f'komposti u f'imluħa inorġaniċi.

L-għejun prinċipali tal-forniment tal-merkurju fl-UE huma:

- iż-żejjed mill-industrija klor-alkali waqt il-konverzjoni għal proċess ħieles mill-merkurju jew meta jingħalaq impjant (l-ismantellament ta' impjant);

- merkurju bħala prodott sekondarju minn minjieri mhux tal-ħadid u minn attivitajiet ta' tidwib (żingu, ramm, ċomb, deheb, fidda u metalli oħra mhux maħduma); jekk ma jiġix irkuprat bħala merkurju metalliku, il-prodott sekondarju minn dan il-proċess jista' jkun kalomel (klorur tal-merkurju), u dan jiddependi fuq il-proċess ta' purifikazzjoni;

- merkurju bħala prodott sekondarju mit-tindif tal-gass naturali;

- merkurju rriċiklat minn prodotti li fihom il-merkurju (lampi florixxenti, batteriji, amalgama dentali, tagħmir għall-kejl u l-kontroll, swiċċijiet) u minn skart tal-manifattura u tal-proċessi;

- inventarji ta' merkurju akkumulati fis-snin preċedenti minn intermedjarji u kummerċjanti bħall-MAYASA.

L-akbar minjiera tal-merkurju fid-dinja qegħda f'Almadén, fi Spanja. Il-minjiera tal-merkurju f'Almadén waqfet mill-2003, madankollu l-kumpanija titolari, MAYASA qed tiġbor u tikkummerċjalizza internazzjonalment (prinċipalment lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw) il-merkurju mill-impjanti smantellati tal-klor-alkali ta' l-Ewropa tal-Punent, kif ukoll merkurju minn għejun oħra.

Il-proposta tal-Kummissjoni għall-projbizzjoni ta' l-UE fuq l-esportazzjoni tal-merkurju u dwar il-ħażna tal-merkurju żejjed.

Meta jiġi kkunsidrat il-periklu tal-merkurju u minħabba li jeżisti proċess alternattiv ħieles mill-merkurju, fl-1990 il-Kummissjoni Oslo Pariġi (OSPAR) irrakkomandat li l-impjanti kollha taċ-ċelloli klor-alkali jkunu kkonvertiti f'teknoloġija ħielsa mill-merkurju sa l-2010 (Deċiżjoni PARCOM 90/3).

Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Istrateġija Komunitarja dwar il-Merkurju (Marzu 2006), stiednet lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tieħu azzjoni biex timplimenta d-Deċiżjoni OSPAR 90/3. Barra mill-emmissjonijiet kontinwi tal-merkurju minn impjanti ta' ċelloli tal-merkurju klor-alkali (MCCAPs), meta dawn l-impjanti jikkonvertu f'teknoloġiji ħielsa mill-merkurju, il-kwantitajiet kbar tal-merkurju fiċ-ċelloli jeħtieġi li jkunu ġestiti b'metodu xieraq għall-ambjent. Sabiex ikun evitat li dan il-merkurju żejjed ġej mis-suq dinji ta' komodidajiet tal-merkurju, f'Ottubru 2006 ġiet adottata proposta għal Regolament li jipprojbixxi l-merkurju metalliku sa l-1 ta' Lulju 2011. Il-proposta tinkludi dispożizzjonijiet paralleli dwar il-ħażna sikura tal-merkurju żejjed, li prinċipalment se jkun ġej minn impjanti smantellati ta' ċelloli tal-merkurju klor-alkali, sabiex ikun evitat li jerġa' jinbiegħ. Attwalment hemm madwar 12000 tunellata ta' merkurju fiċ-ċelloli tal-merkurju fl-Ewropa. Għal dak il-għan, il-Euro Chlor (il-federazzjoni ta' l-UE għall-industrija klor-alkali) intalbet mill-Kummissjoni Ewropea u qablet li tiżvilupp Ftehima Volontarja għall-ħażna ta' merkurju klor-alkali żejjed, filwaqt li rrikonoxxiet li l-ħażna se tkun meħtieġa.

Qed jiġi propost obbligu ta' ħażna tal-merkurju metalliku li ma jintużax aktar fl-industrija klor-alkali, tal-merkurju bħala prodott sekondarju tal-produzzjoni ta' metalli li ma fihomx ħadid u tal-merkurju bħala prodott sekondarju tal-gass tat-tindif. L-obbligu ta' ħażna apposta ma jinkludix il-merkurju riċiklat minn prodotti li fihom il-merkurju.

Ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur

Ir-Rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni. Madnakollu jqis li hemm il-ħtieġa li jsiru xi modifiki bil-għan li s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ikunu protetti aħjar. F'dan ir-rigward, ir-Rapporteur jipproponi numru ta' emendi li ħafna minnhom jirreferu għall-punti li ġejjin:

Data tal-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni

Peress li l-UE globalment tesporta aktar merkurju kwalkunkwe reġjun ieħor fid-dinja, projbizzjoni bikrija fuq l-esportazzjoni flimkien ma' azzjonijiet internazzjonali oħra, għandhom inaqqsu b'mod sinifikanti l-impatti disproporzjonati ta' l-espożizzjoni għall-merkurju fid-dinja li qed tiżivluppa kkawżati mil-forniment abbundanti ta' merkurju. Sakemm tidħol fis-seħħ il-prjobizzjoni fuq l-esportazzjoni, merkurju ta' l-UE se jkun għadu qed jidħol fis-suq, u jżid ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Għalhekk, il-prjobizzjoni proposta għandha tkun implimentata mill-aktar fis possibbli, preferibbilment sa l-2009.

Abbozzi preċedenti tal-Kummissjoni kif ukoll il-Presidenza Lussemburgiża proponew l-2008 bħala d-data tal-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni.

Dwar dan il-punt, il-kumitat ma segwiex b'mod sħiħ lir-rapporteur u ressaq id-data tal-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni 'l quddiem għall-1 ta' Diċembru 2010.

L-iskop tal-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni tal-merkurju

Sabiex ir-Regolament jinżamm ġust u sempliċi, il-komposti tal-merkurju għandhom ikunu inklużi fil-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni. Il-komposti tal-merkurju (bl-eċċezzjoni tal-kubrit tal-merkurju) huma klassifikati bħala tossiċi minn 0.5% u għal sustanzi speċifiċi, anki anqas.

Ir-Rapporteur jappoġġja l-inklużjoni tal-komposti tal-merkurju fil-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni tal-merkurju.

Hemm tħassib ġustifikat li l-merkurju jista' jkun esportat bħala kompost tal-merkurju

prodott, bħala eżempju, waqt attivitajiet ta' imminar u titwib ta' materjal li ma fihx ħadid (bħall-kalomel Hg2Cl2) lejn pajjiżi oħra u mibdul f'merkurju elementari għal aktar użu hemmekk. Fil-fehema tar-Rapporteur, projbizzjoni ġenerali fuq l-esportazzjoni li tinkludi l-komposti tal-merkurju se tikkontibwixxi għat-tnaqqis ta' l-emmissjonijiet u l-ammont ta' merkurju fiċ-ċirkolazzjoni. Barra minn hekk, projbizzjoni fuq l-esportazzjoni tal-komposti tal-merkurju jista' jevita li jintużaw komposti li fihom ħafna merkurju bħala materja prima għall-ipproċessar ta' merkurju metalliku. Dan jista' jevita l-possibilità ta' lakuna fir-Regolament.

Barra minn hekk, projbizzjoni fuq l-esportazzjoni tal-mineral taċ-ċinabru jista' jevita li jintużaw minerali li fihom ħafna merkurju bħala materja prima għall-ipproċessar ta' merkurju metalliku.

Prodotti li fhim il-merkurju, li huma suġġetti għar-restirizzjonijiet ta' l-UE dwar l-użu u l-kummerċjalizzazzjoni, għandhom ikunu inklużi fil-projbizzjoni. L-UE għandha tevita standards doppji. Prodotti li fihom il-merkurju u li huma projbiti fl-UE m'għandhomx ikunu esportati lejn pajjiżi fejn jista' jkun li dawn għadhom mhux regolati.

Il-Parlament Ewropew (f'Marzu 2006) stieden sabiex ikun hemm projbizzjoni fuq l-esportazzjoni li tinkludi l-komposti tal-merkurju u prodotti li fihom il-merkurju li huma jew dalwaqt ikunu suġġetti għar-restrizzjonijiet ta' l-UE dwar l-użu u l-kummerċjalizzazzjoni.

L-importazzjoni tal-merkurju

Ir-Rapporteur huwa ta' l-opinjoni li l-KE għandha tikkunsidra projbizzjoni ta' l-UE fuq l-importazzjoni sabiex tiżgura li l-forniment tal-merkurju ta' l-UE jkun konsistenti mad-domanda, ma' l-obbligi tal-ħażna, u mal-politiki ta' l-UE li jħeġġu l-irkupru tal-merkurju mill-iskart u mill-prodotti. Minn banda, ma jagħmilx sens li l-merkurju li joriġina fl-UE jinħażen u fl-istess ħin li jiġi impurtat merkurju fl-UE għal użu ġustifikat.

Sistema ta' traċċar tal-kummerċ

Għandha titwaqqaf sistema sabiex titraċċa regolarment l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-merkurju metalliku u l-komposti tal-merkurju lejn l-UE u mill-UE u fil-kummerċ intern. Il-Parlament Ewropew (Marzu 2006) stieden sabiex ikun titwaqqaf sistema ta' traċċar tal-kummerċ qabel il-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni.

Is-sistema ta' traċċar se tiżgura trasparenza fil-kummerċ u tippermetti li l-iżviluppi li jmorru kontra l-intenzjoni u l-effettività tal-projbizzjoni jkunu indirizzati mill-Kummissjoni u mill-partijiet interessati.

L-Istati Membri għandhom regolarment jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni, li għandha tagħmel din l-informazzjoni pubblika.

Soluzzjoni sikura u sostenibbli għall-ħażna tal-merkurju żejjed

Hemm il-ħtieġa li l-merkurju żejjed ikun maħżun jew mormi. Fl-aħħar mill-aħħar il-merkurju kollu żejjed għandu jintrema b'mod sikur u li jirispetta l-ambjent.

Ir-rimi ta' merkurju metalliku fil-minjieri tal-melħ iqajjem tħassib serju rigward is-sikurezza ambjentali fuq medda twila ta' żmien. Jibqa' ta' tħassib il-fatt li l-merkurju huwa likwidu u l-kwistjoni ta' jekk il-minjieri tal-melħ jistgħux jibqgħu intatti mingħajr ma r-reċipjenti tal-ħażna tal-merkurju inixxu u jirilaxxjaw fwar.

Barra minn hekk, il-merkurju estratt mill-mineral taċ-ċinabru għandu jinħażen ukoll, għaliex jekk ikun permess l-użu tal-merkurju estratt mill-minerali taċ-ċinabru dan ikun ifisser li jiżidied merkurju ġdid fis-suq, b'nuqqas ta' konformità ma' l-objettiv ta' dan ir-Regolament.

Ir-Rapporteur huwa ta' l-opinjoni li sakemm jiġu żviluppati tekniki għal rimi sikur u dawn ikun evalwati sew, il-ħażna temporanja tal-merkurju metalliku għandha tkun il-preludju ta' rimi permanenti. Il-volum ta' merkurju kkonċernat huwa pjuttost żgħir f'termini relattivi. Minħabba d-densità għolja tiegħu, it-12000 tunellata approssimattiva ta' merkurju żejjed mill-industrija klor-alkali se jkollha volum ta' madwar 1000 metru kubu.

Għandhu jkun stabbilit qafas ta' kundizzjonijiet minimi għall-ħażna li jiżgura kontroll kontinwu, standards minimi ta' sikurezza, irrappurtar regolari u trasparenti, ippjanar minn qabel u tbassir, żgurar ta' twassil, u penali għan-nuqqas ta' konformità.

Skond il-prinċipju li min iniġġes iħallas, ir-responsabbilità waqt il-ħażna temporanja għadha tkun tas-sid tal-faċilità tal-ħażna.

L-Istati Membri għanhom jassumu r-responsabbilità amministrattiva u finanzjarja għar-rimi finali sikur.

Il-Parlament Ewropew (Marzu 2006) stieden sabiex ikun hemm miżuri li jorbtu legalment biex ikun żgurat li l-merkurju kollu mill-industrija klor-alkali ma jerġax jitpoġġa lura fis-suq u jkun maħżun b'mod sikur, f'postijiet sikuri, ikun kontrollat kontinwament u mpoġġi f'postijiet fejn jista' jkun hemm intervenzjoni attiva fil-każ ta' bżonn. Barra minn hekk, talab sabiex ikun hemm standards ta' sikurezza minimi, irrappurtar regolari u trasparenti, ippjanar minn qabel u tbassir, penali u sanzjonijiet u ssottolinea l-importanza li jkun applikat il-prinċipju li min iniġġes iħallas fir-rigward tal-ħażna, u li s-setturi ta' l-industrija responsabbli mill-produzzjoni tal-merkurju għandhom jikkontribwixxu lejn l-iffinanzjar tal-ħażna sikura tal-merkurju żejjed.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ INTERNAZZJONALI (26.3.2007)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-projbizzjoni ta’ esportazzjonijiet u l-ħażna sikura ta’ merkurju metalliku

(COM(2006)0636 – – C6‑0363/2006 – 2006/0206(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jens Holm

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-merkurju li huwa metall ta' densità għolja huwa sustanza ta' tniġġis perikoluża ħafna. Hekk kif din tidħol fl-ambjent tagħna tinfirex faċilment u tista' wkoll tinbidel f'kompost iżjed u iżjed perikoluż, metil-merkurju. Dan il-kompost jakkumula fil-katina ta' l-ikel, u ħafna drabi jsib ruħu fil-ħut li jittiekel mill-bnedmin. Ladarba dan joħroġ, il-merkurju jikkostitwixxi theddida sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem, għall-annimali u għall-ambjent fil-futur qarib. Hemm iżjed u iżjed evidenza li l-ispiża għas-soċjetà tas-saħħa pubblika u l-ħsara ambjentali hija probabilment ferm ogħla milli kien maħsub qabel.

Il-Merkurju u l-komposti tiegħu jaffettwaw is-sistema nervuża ċentrali, il-kliewi u l-fwied u jistgħu jfixklu lill-proċessi ta' l-awto-immunità, joħolqu rogħdiet, problemi fil-ħars u s-smigħ, paraliżi, insomnja u instabilità emozzjonali. Il-komposti tal-Merkurju jgħaddu mill-barriera tal-plaċenta u jistgħu joħolqu nuqqasijiet fl-iżvilupp waqt l-iżvilupp tal-fetu, u nuqqasijiet fl-attenzjoni u dewmien fl-iżvilupp waqt it-tfulija. Anki dożi żgħar ta' merkurju li jkollhom il-komposti jista' jkollhom impatti negattivi serji fuq l-iżvilupp tan-nervituri, u dan l-aħħar ġew assoċjati ma' effetti bil-possibilità li jagħmlu ħsara lis-sistemi kardjovaskulari, ta' l-immunità u riproduttivi.

Il-Merkurju huwa llum il-ġurnata użat fi proċessi industrijali bħall-industrija kloro-alkali u fil-minjieri tad-deheb artiġjanali fuq skala żgħira. Il-metall jista' jinsab ukoll f'numru konsiderevoli ta' prodotti tal-konsumaturi għall-bejgħ madwar id-dinja kollha. Jinsab fi prodotti bħal-lampi florexxenti, komponenti elettriċi, apparat ta' kejl u amalgama dentali. Madankollu fl-UE, il-metall isib ruħu fin-natura primarjament permezz tal-kombustjoni tal-fjuwils fossili, speċjalment il-faħam. Il-Merkurju huwa metall mobbli ħafna u jista' faċilment jinfirex fuq distanzi twal. It-tixrid tal-merkurju jikkostitwixxi problema globali u hemm bżonn urġenti ta' miżuri sinifikanti.

Għalhekk, l-istrateġija li ġiet ippreżentata mill-Kummissjoni fil-bidu ta' l-2005 dwar il-merkurju ntlaqgħet tajjeb. Azzjoni 5 f'din l-istrateġija tgħid "neħħi b'mod gradwali l-esportazzjoni tal-merkurju mill-Komunità". Dan huwa element partikolarment importanti għax l-UE hija l-ikbar esportatur tal-merkurju fid-dinja. Madwar 1000 tunnellata ta' merkurju mhux ipproċessat qed jiġi esportat kull sena mill-UE minn total globali ta' 3600 tunnellata. Il-parti l-kbira ta' dan il-merkurju jsib ruħu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, fejn l-immaniġġjar u l-kontroll huma inqas stretti. Dan joħloq riskji sinifikanti ta' kontaminazzjoni lill-ħaddiema u l-komunitajiet lokali.

Il-proposta għal regolament dwar il-projbizzjoni ta' esportazzjonijiet u tal-ħażna sikura ta' merkurju metalliku kienet intbagħtet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fis-26 ta' Ottubru 2006. Din il-proposta tirrappreżenta bidu importanti u, fl-istess ħin, tibgħat sinjal importanti lill-bqija tad-dinja li l-UE hija lesta li tilqa' r-responsabilità internazzjonali tagħha għal ħafna mill-produzzjoni intenzjonali u użu tal-merkurju.

Madankollu hemm ċertu nuqqasijiet fil-proposta li għandhom bżonn jissolvew. Il-modifiki ssuġġeriti għandhom l-għan li jbiddlu r-regolament f'għodda ġenwina għat-tnaqqis ta' l-ammont globali tal-merkurju.

F'dan ir-rigward, ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi numru ta' emendi li ħafna minnhom jirreferu għall-punti li ġejjin:

- It-twessigħ ta' l-iskop tal-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni biex jinkludi l-komposti tal-merkurju.

- It-twessigħ ta' l-iskop tal-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni biex jinkludi prodotti li fihom il-merkurju, li huma suġġetti għal restrizzjonijiet ta' l-użu u tqegħid fis-suq fl-UE.

- Il-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni għal merkurju metalliku, komposti tal-merkurju u prodotti li fihom il-merkurju trid tiġi implimentata kemm jista' jkun malajr u sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2008.

- Il-projbizzjoni ta' importazzjoni ta' merkurju metalliku u komposti tal-merkurju għandha tiġi introdotta.

- L-istabbiliment ta' sistema ta' tiftix għall-kummerċ tal-merkurju fil-Komunità kif ukoll għall-kummerċ ma' pajjiżi terzi. Din għandha ttejjeb it-trasparenza u żżid l-għoti ta' informazzjoni għall-partijiet relevanti.

Pajjiżi fil-proċess ta' żvilupp affettwati u pajjiżi b'ekonomiji fil-proċess ta' bidla għandhom jiġu provduti b'għajnuna relevanti sabiex il-bidla lejn teknoloġija ħielsa mill-merkurju u l-eliminazzjoni finali tar-rilaxxi u l-użi tal-merkurju ssir iżjed malajr.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni(1)  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 4

(4) L-esportazzjoni ta' merkurju metalliku mill-Komunità trid tiġi pprojbita sabiex titnaqqas b’mod sinifikattiv il-provvista globali tal-merkurju.

(4) L-esportazzjoni ta' merkurju metalliku u komposti tal-merkurju mill-Komunità trid tiġi pprojbita sabiex titnaqqas b’mod sinifikattiv il-provvista globali tal-merkurju. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jimponu projbizzjonijiet usa' u iżjed strinġenti bi qbil ma' l-Artikolu 176 tat-Trattat KE.

Justification

Huwa neċessarju li jitwessa' l-iskop tal-projbizzjoni biex jiġu inklużi wkoll il-komposti tal-merkurju sabiex isir tnaqqis sostanzjali fl-ammont globali tal-merkurju. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jimponu projbizzjonijiet iżjed strinġenti.

Emenda 2

Premessa 4a (ġdida)

 

(4a) L-esportazzjoni ta' prodotti li fihom il-merkurju, li huma suġġetti għal restrizzjonijiet ta' użu u distribuzzjoni fl-UE, għandhom jiġu pprojbiti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel lista konsolidata tal-prodotti koperti li għandha tiġi aġġornata kull sena fuq il-bażi ta' l-iżviluppi skond il-liġi tal-Komunità.

Justification

Huwa neċessarju li jitwessa' l-iskop tal-projbizzjoni biex jiġu inklużi wkoll il-prodotti li fihom il-merkurju, li huma suġġetti għal restrizzjonijiet ta' użu u tqegħid fis-suq fl-UE sabiex isir tnaqqis sostanzjali fl-ammont globali tal-merkurju. Għal raġunijiet ta' trasparenza, dawn il-prodotti għandhom jinġabru f'lista konsolidata li għandha tiġi aġġornata kull sena mill-Kummissjoni.

Emenda 3

Premessa 7 a (ġdida)

 

(7a) L-importazzjoni tal-merkurju metalliku u tal-komposti tal-merkurju għandha tiġi pprojbita sabiex jitjiebu l-ħarsien ambjentali u s-saħħa pubblika fl-UE.

Justification

Biex l-ambjent u s-saħħa pubblika fl-UE jiġu mħarsa aħjar, u biex il-provvista u d-domanda tal-merkurju jiġu mmaniġġjati b'mod iżjed effettiv, għandha tiddaħħal il-projbizzjoni ta' l-importazzjoni tal-merkurju metalliku u tal-komposti tal-merkurju.

Emenda 4

Premessa 8a (ġdida)

 

(8a) L-Istati Membri għandhom jippreżentaw informazzjoni dwar il-merkurju li jkun dieħel u ħiereġ jew ikkummerċjat bejn il-fruntieri fil-Komunità sabiex ikun hemm lok għal evalwazzjoni dwar l-effettività ta' l-istrument fi żmien xieraq.

Justification

Dejta aħjar dwar il-flussi tal-kummerċ hija bżonnjuża immedjatament kif murija fir-rapport ta' l-UNEP dwar l-informazzjoni dwar il- provvista, il-kummerċ u d-domanda tal-merkurju ta' Novembru 2006. B'dan il-mod issir disponibbli wkoll informazzjoni relevanti għal raġunijiet komparattivi għall-proċess ta' reviżjoni biex jintwerew il-bidliet fis-swieq eċċ.

Emenda 5

Premessa 11 a (ġdida)

 

(11a) Għandha tiġi provduta għajnuna teknika, jew b'mod dirett mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għal pajjiżi li qed jiżviluppaw u għal pajjiżi b'ekonomiji fil-proċess ta' bidla, jew b'mod indirett permezz ta' appoġġ għal proġetti minn organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), speċjalment għajnuna li tħaffef il-bidla favur teknoloġiji alternattivi ħielsa mill-merkurju u t-tneħħija eventwali ta' l-użi u r-rilaxxi tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju.

Justification

Il-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni għall-merkurju jista' jkollha impatt negattiv sinifikanti f'pajjiżi fil-proċess ta' żvilupp u fuq ekonomiji fil-proċess ta' bidla fi żmien qasir, fejn il-merkurju għadu jintuża, per eżempju fil-minjieri għad-deheb artiġjanali. Għalhekk hemm bżonn ta' għajnuna mill-UE sabiex tiġi faċilitata l-bidla favur teknoloġiji ħielsa mill-merkurju.

Emenda 6

Artikolu 5, paragrafu 1

Il-Kummissjoni ser torganizza skambju ta' tagħrif bejn l-Istati Membri u l-industriji kkonċernati.

Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta' tagħrif inizjali bejn l-Istati Membri, l-NGOs u l-industriji kkonċernati sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2010.

Justification

L-iskambju ta' tagħrif għandu jinkludi wkoll l-NGOs. Dejta speċifika għandha bżonn tiġi miftiehma għal-laqgħa tal-partijiet ikkonċernati biex jirrevedu dejta u esperjenzi ġodda, kif irrappurtat mill-Istati Membri fuq il-bażi ta' l-Artikolu 6 kif ġie emendat.

Emenda 7

Artikolu 5, paragrafu 2

Dak l-iskambju ta' tagħrif jrid jeżamina partikolarment il-ħtieġa potenzjali li l-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni tiġi estiża għal komposti tal-merkurju u prodotti li fihom il-merkurju, li l-obbligu tal-ħażna jiġi estiż għall-merkurju metalliku minn għejjun oħra u ta' żmien stipulat rigward ħażna ġo faċilità speċifika ddedikata għall-ħażna temporanja ta' merkurju metalliku u b'tagħmir għal dan il-għan.

Dak l-iskambju għandu jkun ibbażat fuq it-tagħrif miġbur s'issa kif ukoll għandu jeżamina l-ħtieġa potenzjali li l-obbligu tal-ħażna jiġi estiż għall-merkurju metalliku minn għejjun oħra u għal żmien stipulat rigward ħażna ġo faċilità speċifika ddedikata għall-ħażna temporanja ta' merkurju metalliku u b'tagħmir għal dan il-għan.

Justification

Għall-konsistenza ma' l-artikoli emendati preċedenti.

Emenda 8

Artikolu 6, paragrafu 2

2. L-Istati Membri għandhom, sa mhux iżjed tard mit-30 ta' Novembru 2014, jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni u l-effetti fuq is-suq ta' dan ir-Regolament fuq it-territorju rispettiv tagħhom. L-Istati Membri jridu, fuq talba mill-Kummissjoni, jissottomettu dak it-tagħrif qabel id-data stipulata fl-ewwel subparagrafu.

2. L-Istati Membri għandhom ifasslu reġistru ta' xerrejja, bejjiegħa u kummerċjanti tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju u jiġbru l-informazzjoni relevanti. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, kull sentejn, sa mhux aktar tard minn 6 xhur wara tmiem il-perjodu kopert, dwar l-applikazzjoni u l-effetti fuq is-suq ta' dan ir-Regolament fuq it-territorju rispettiv tagħhom. L-informazzjoni għandha tiġi provduta mill-Kummissjoni f'format stabbilit. L-ewwel ġabra ta' informazzjoni għandha tkopri s-snin 2007-2008 u għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2009. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni f'rapport konċiż fi żmien sena mill-preżentazzjoni tagħha mill-Istati Membri u sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2010.

Justification

Dejta aħjar dwar il-flussi tal-kummerċ hija bżonnjuża immedjatament kif murija fir-rapport ta' l-UNEP dwar l-informazzjoni dwar il- provvista, il-kummerċ u d-domanda tal-merkurju ta' Novembru 2006. B'dan il-mod issir disponibbli wkoll informazzjoni relevanti għal raġunijiet komparattivi għall-proċess ta' reviżjoni biex jintwerew il-bidliet fis-swieq eċċ.

Emenda 9

Artikolu 7, paragrafu 1

1. Il-Kummissjoni trid tevalwa l-applikazzjoni u l-effetti fuq is-suq ta' dan ir-Regolament fil-Komunità, waqt li tikkonsidra t-tagħrif li hemm referenza għalih fl-Artikolu 6.

1. Il-Kummissjoni trid tevalwa l-applikazzjoni u l-effetti fuq is-suq ta' dan ir-Regolament fil-Komunità, waqt li tikkonsidra t-tagħrif li hemm referenza għalih fl-Artikoli 5 u 6.

Emenda 10

Artikolu 7, paragrafu 2

2. Il-Kummissjoni trid tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2015.

2. Il-Kummissjoni trid tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2012. Fejn hu meħtieġ, ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposti għal reviżjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti ta' dan ir-Regolament.

Justification

Biex jiġi żgurat segwitu għat-tagħrif miġbur permezz tal-proċessi ddikjarati fl-Artikoli 5 u 6, għandu jiġi ppreżentat, jekk hu meħtieġ, rapport mill-Kummissjoni bi proposti għal reviżjoni.

Emenda 11

Artikolu 8

8. Għallinqas sena minn qabel id-data stipulata fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni trid tirraporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar progress f'attivitajiet multilaterali u negozjati dwar merkurju, tevalwa partikolarment il-konsistenza taż-żmien u l-għan tal-miżuri speċifikati f'dan ir-Regolament ma’ żviluppi internazzjonali.

8. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009 dwar progress f'attivitajiet multilaterali u negozjati dwar merkurju, tevalwa partikolarment il-konsistenza tal-miżuri speċifikati f'dan ir-Regolament ma’ żviluppi internazzjonali

Emenda 12

Artikolu 8 a (ġdid), paragrafu 1

 

Artikolu 8a

 

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, billi jqisu b'mod partikolari l-bżonnijiet ta' pajjiżi affettwati li qegħdin fil-proċess ta' żvilupp u ta' pajjiżi b'ekonomiji fil-proċess ta' bidla, jikkoperaw favur it-tħeġġiġ ta' l-għajnuna teknika, inklużi t-taħriġ għall-iżvilupp ta' l-infrastruttura, il-kapaċità u l-kompetenza meħtieġa sabiex isir progress fil-bidla favur teknoloġiji alternattivi ħielsa mill-merkurju u biex eventwalment jitneħħew l-użi u r-rilaxxi tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju.

Justification

Il-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni għall-merkurju jista' jkollha impatt negattiv sinifikanti f'pajjiżi fil-proċess ta' żvilupp u fuq ekonomiji fil-proċess ta' bidla fi żmien qasir, fejn il-merkurju għadu jintuża, per eżempju fil-minjieri għad-deheb artiġjanali, u hemm bżonn ta' għajnuna mill-UE sabiex tiġi faċilitata l-bidla favur teknoloġiji ħielsa mill-merkurju. It-tqegħid tal-kliem ta' din l-emenda ttieħed mill-proposta l-ġdida għar-regolament dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' kimika perikoluża.

Emenda 13

Artikolu 8 a (ġdid), paragrafu 2

 

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ukoll jikkunsidraw biex jagħtu appoġġ lill-NGOs li kienu speċjalment effiċjenti biex iwasslu dawk it-tipi ta' servizzi.

Justification

PROĊEDURA

Titolu

Il-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni u l-ħażna sikura ta' merkurju metalliku

Referenzi

COM(2006)0636 - C6-0363/2006 - 2006/0206(COD)

Kumitat risponsabbli

ENVI

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

14.11.2006

 

 

 

Rapporteur ta' opinjoni     

Data tal-ħatra

Jens Holm

22.11.2006

 

 

Eżami fil-kumitat

27.2.2007

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

21.3.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

11

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Kader Arif, Graham Booth, Carlos Carnero González, Béla Glattfelder, Eduard Raul Hellvig, Jacky Henin, Syed Kamall, Ģirts Valdis Kristovskis, Caroline Lucas, Marusya Ivanova Lyubcheva, Erika Mann, David Martin, Georgios Papastamkos, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Tokia Saïfi, Peter Šťastný, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Zbigniew Zaleski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Danutė Budreikaitė, Elisa Ferreira, Małgorzata Handzlik, Jens Holm, Eugenijus Maldeikis, Zuzana Roithová

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Corien Wortmann-Kool, Sepp Kusstatscher

(1)

Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.


OPINION OF THE COMMITTEE ON LEGAL AFFAIRS ON THE LEGAL BASIS

Mr Miroslav Ouzký

Chairman

Committee on the Environment, Public Health and Food Safety

BRUSSELS

Subject:           Opinion on the legal basis of the proposal for a Regulation of the European Parliament and the Council on the banning of exports and the safe storage of metallic mercury (COM(2006)0636 – C6‑0363/2006 – 2006/0206(COD))(1)

Dear Mr Chairman,

By letter of 4 May 2007 you asked the Committee on Legal Affairs pursuant to Rule 35(2), to consider whether the legal basis of the above Commission proposal was valid and appropriate.

The committee considered the above question at its meeting of 11 June 2007.

The proposal has a dual legal basis, Article 133 and Article 175(1) of the EC Treaty.

The Committee adopted an amendment to the proposal deleting Article 133 as legal basis, as it considered that such a double legal basis was not justified in so far as the proposed act does not simultaneously pursue several objectives without one being secondary and indirect in relation to the other.

On the contrary, the Commission, in its explanatory memorandum, stated that the measure is motivated by the objectives of protecting human health and the environment and not by commercial policy considerations.

The legal bases under consideration:

Article 133

1. The common commercial policy shall be based on uniform principles, particularly in regard to changes in tariff rates, the conclusion of tariff and trade agreements, the achievement of uniformity in measures of liberalisation, export policy and measures to protect trade such as those to be taken in the event of dumping or subsidies.

2. The Commission shall submit proposals to the Council for implementing the common commercial policy.

3. Where agreements with one or more States or international organisations need to be negotiated, the Commission shall make recommendations to the Council, which shall authorise the Commission to open the necessary negotiations. The Council and the Commission shall be responsible for ensuring that the agreements negotiated are compatible with internal Community policies and rules.

The Commission shall conduct these negotiations in consultation with a special committee appointed by the Council to assist the Commission in this task and within the framework of such directives as the Council may issue to it. The Commission shall report regularly to the special committee on the progress of negotiations.

The relevant provisions of Article 300 shall apply.

4. In exercising the powers conferred upon it by this Article, the Council shall act by a qualified majority.

5. Paragraphs 1 to 4 shall also apply to the negotiation and conclusion of agreements in the fields of trade in services and the commercial aspects of intellectual property, in so far as those agreements are not covered by the said paragraphs and without prejudice to paragraph 6.

By way of derogation from paragraph 4, the Council shall act unanimously when negotiating and concluding an agreement in one of the fields referred to in the first subparagraph, where that agreement includes provisions for which unanimity is required for the adoption of internal rules or where it relates to a field in which the Community has not yet exercised the powers conferred upon it by this Treaty by adopting internal rules.

The Council shall act unanimously with respect to the negotiation and conclusion of a horizontal agreement insofar as it also concerns the preceding subparagraph or the second subparagraph of paragraph 6.

This paragraph shall not affect the right of the Member States to maintain and conclude agreements with third countries or international organisations in so far as such agreements comply with Community law and other relevant international agreements.

6. An agreement may not be concluded by the Council if it includes provisions which would go beyond the Community's internal powers, in particular by leading to harmonisation of the laws or regulations of the Member States in an area for which this Treaty rules out such harmonisation.

In this regard, by way of derogation from the first subparagraph of paragraph 5, agreements relating to trade in cultural and audiovisual services, educational services, and social and human health services, shall fall within the shared competence of the Community and its Member States. Consequently, in addition to a Community decision taken in accordance with the relevant provisions of Article 300, the negotiation of such agreements shall require the common accord of the Member States. Agreements thus negotiated shall be concluded jointly by the Community and the Member States.

The negotiation and conclusion of international agreements in the field of transport shall continue to be governed by the provisions of Title V and Article 300.

7. Without prejudice to the first subparagraph of paragraph 6, the Council, acting unanimously on a proposal from the Commission and after consulting the European Parliament, may extend the application of paragraphs 1 to 4 to international negotiations and agreements on intellectual property in so far as they are not covered by paragraph 5.

Article 175

1. The Council, acting in accordance with the procedure referred to in Article 251 and after consulting the Economic and Social Committee and the Committee of the Regions, shall decide what action is to be taken by the Community in order to achieve the objectives referred to in Article 174.

2. By way of derogation from the decision-making procedure provided for in paragraph 1 and without prejudice to Article 95, the Council, acting unanimously on a proposal from the Commission and after consulting the European Parliament, the Economic and Social Committee and the Committee of the Regions, shall adopt:

(a) provisions primarily of a fiscal nature;

(b) measures affecting:

— town and country planning,

— quantitative management of water resources or affecting, directly or indirectly, the availability of those resources,

— land use, with the exception of waste management; (c) measures significantly affecting a Member State's choice between different energy sources and the general structure of its energy supply.

The Council may, under the conditions laid down in the first subparagraph, define those matters referred to in this paragraph on which decisions are to be taken by a qualified majority.

3. In other areas, general action programmes setting out priority objectives to be attained shall be adopted by the Council, acting in accordance with the procedure referred to in Article 251 and after consulting the Economic and Social Committee and the Committee of the Regions.

The Council, acting under the terms of paragraph 1 or paragraph 2 according to the case, shall adopt the measures necessary for the implementation of these programmes.

4. Without prejudice to certain measures of a Community nature, the Member States shall finance and implement the environment policy.

5. Without prejudice to the principle that the polluter should pay, if a measure based on the provisions of paragraph 1 involves costs deemed disproportionate for the public authorities of a Member State, the Council shall, in the act adopting that measure, lay down appropriate provisions in the form of:

— temporary derogations, and/or

— financial support from the Cohesion Fund set up pursuant to Article 161.

The content of the Regulation may be analysed as follows:

Article 1 - Subject matter, scope and definitions.

The proposed Regulation sets out the requirement to ban the export of metallic mercury as from 1 July 2011.

Article 2 - Sets out a requirement to store metallic mercury in a way which is safe for human health and the environment.

The three most relevant sources of metallic mercury in the Community are covered by this obligation. The storage obligation applies to mercury independently whether or not it is classified as waste. Storage in this context does not only cover short-to medium-term options, but also encompasses long-term options. In terms of timing, this aspect is linked to the entry into force of the export ban for metallic mercury and calomel.

Article 3 - Clarifies the interface with existing waste legislation.

Under the given legal situation, any storage of metallic mercury (which is liquid) in any kind of landfill would conflict with Article 5 (3) (a) of Directive 1999/31/EC. The leaching limit values and other criteria laid down in section 2.4 of Council Decision 2003/33/EC establishing criteria and procedures for the acceptance of waste at landfills, applicable to granular waste, cannot be applied in the case of liquid mercury. Article 3 proposes to derogate from these rules with regard to two specific storage options for metallic mercury, namely underground storage in salt mines adapted for the purpose and temporary storage in dedicated facilities which can be considered safe for human health and the environment.

Article 4 - Complements Article 2 by adding some more detailed requirements for the application of the two storage options.

It focuses on the need to carry out a proper safety assessment, taking into account the nature of the substance. It also stipulates minimum requirements as to the content of the relevant permit for temporary storage facilities.

Article 5 - Provides for the exchange of information between Member States and industry.

The exchange of information is no to be limited to metallic mercury alone, but also encompass mercury compounds and products containing mercury.

Article 6 - Imposes some information obligations on the Member States.

It provides that Member States are to submit copies of permits given to mercury storage facilities to the Commission. Member States also have to inform the Commission on the effects of the instrument three years and five months after the entry into force of the export ban at the latest.

Article 7 - Provides that the Commission is to assess the application of the Regulation and its effects on the market and deliver a report no later than four years after the entry into force of the export ban.

The assessment will be based on information submitted by Member States.

Article 8 - Stipulates that the Commission has to report to Parliament and to the Council on international developments relating to mercury, in particular on multilateral negotiations on supply and demand issues.

This should allow monitoring the coherence of global and Community measures, with the aim of obtaining the maximum benefits for the environment.

Article 9 - The standard text concerning the entry into force of the instrument.

Appraisal

The legal basis defines the Community's competence ratione materiae and specifies how that competence is to be exercised, namely the legislative instrument(s) which may be used and the decision-making procedure.

In the light of the above, it is to be established whether Article 133 together with Article 175(1), Article 133 alone or Article 175(1) alone should constitute the proper legal basis of the proposed Regulation.

From an analysis of the proposal, it is clear that its fundamental purpose is to protect human health and the environment, and that it is not motivated by commercial policy considerations.

At its meeting of 11 June 2007 the Committee on Legal Affairs accordingly decided, unanimously(2), to recommend that the appropriate legal basis for the proposal for a Regulation of the European Parliament and the Council on the banning of exports and the safe storage of metallic mercury (COM(2006)0636) is Article 175(1) of the EC Treaty.

Yours sincerely,

Giuseppe Gargani

(1)

Not yet published in OJ.

(2)

The following were present for the final vote: Cristian Dumitrescu (acting chairman), Lidia Joanna Geringer de Oedenberg (vice-chairwoman), Manuel Medina Ortega (draftsman), Carlo Casini, Janelly Fourtou, Luis de Grandes Pascual, Kurt Lechner, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Hans-Peter Mayer, Michel Rocard, Aloyzas Sakalas, Gabriele Stauner, József Szájer, Jaroslav Zvěřina and Tadeusz Zwiefka.


PROCEDURE

Title

The banning of exports and the safe storage of metallic mercury

References

COM(2006)0636 - C6-0363/2006 - 2006/0206(COD)

Date submitted to Parliament

26.10.2006

Committee responsible

       Date announced in plenary

ENVI

14.11.2006

Committee(s) asked for opinion(s)

       Date announced in plenary

INTA

14.11.2006

ITRE

14.11.2006

 

 

Not delivering opinions

       Date of decision

ITRE

27.2.2007

 

 

 

Rapporteur(s)

       Date appointed

Dimitrios Papadimoulis

28.11.2006

 

 

Date adopted

3.5.2007

 

 

 

Result of final vote

+:

–:

0:

39

10

0

Members present for the final vote

Adamos Adamou, Margrete Auken, Liam Aylward, Pilar Ayuso, Martin Callanan, Chris Davies, Avril Doyle, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Matthias Groote, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Jens Holm, Marie Anne Isler Béguin, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Peter Liese, Jules Maaten, Marios Matsakis, Linda McAvan, Alexandru-Ioan Morţun, Roberto Musacchio, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Dimitrios Papadimoulis, Vittorio Prodi, Dagmar Roth-Behrendt, Guido Sacconi, Karin Scheele, Carl Schlyter, Richard Seeber, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Glenis Willmott

Substitute(s) present for the final vote

Christofer Fjellner, Jutta Haug, Karin Jöns, Henrik Lax, Miroslav Mikolášik, Stefan Sofianski, Bart Staes

Substitute(s) under Rule 178(2) present for the final vote

Gabriela Creţu, Miguel Angel Martínez Martínez

Avviż legali - Politika tal-privatezza