RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 92/49/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni
15.6.2007 - (COM(2006)0924 – C6‑0009/2007 – 2006/0289(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Pervenche Berès
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 92/49/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni
(COM(2006)0924 – C6‑0009/2007 – 2006/0289(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0924)[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 47(2) u 55 tat-Trattat KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0009/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6‑0237/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 ARTIKOLU 1 Artikolu 51, parti introduttorja (Direttiva 92/49/KE) | |
L-aġġustamenti tekniċi li ġejjin maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE u din id-Direttiva, inkluż billi jissupplimentawhom, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 91/675/KEE |
L-aġġustamenti tekniċi li ġejjin maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE u din id-Direttiva, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument permezz ta' żieda ta' elementi mhux essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 2(2), tad-Direttiva 91/675/KEE. |
(għall Artikolu 2(2) tad-Direttiva 91/675/KEE ara l-abbozz tar-rapport PA667423, PE388.706v01-00, emenda 1) | |
Ġustifikazzjoni | |
Il-mod kif it-test qiegħed ifformulat hawn fuq jikkorrispondi aħjar mas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 51 tad-Direttiva 92/49/KE. Is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jipprovdu għal emendar, tħassir u supplimentazzjoni. |
- [1] Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
NOTA SPJEGATTIVA
Wara r-reviżjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE f'Lulju 2006 ġiet introdotta proċedura ġdida ta' komitoloġija, proċedura regolatorja bi skrutinju.
Il-proċedura regolatorja bi skrutinju żżid b'mod sinifikanti d-drittijiet ta' superviżjoni (oversight) tal-Parlament Ewropew ta' miżuri ta' implimentazzjoni u tagħti lill-Parlament Ewropew id-dritt mhux biss li jeżerċita skrutinju ta' abbozz ta' miżura ta' implimentazzjoni, iżda wkoll twessa' r-raġunijiet li fuq il-bażi tagħhom il-Parlament Ewopew jista' jopponi abbozz ta' miżura jew jistà jipproponi emendi għal abbozz ta' miżura ta' implimentazzjoni.
Sabiex jirrifletti emendi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, il-Parlament Ewropew abbozza lista ta' atti prijoritarji li jridu jiġu aġġornati biex jikkonformaw mal-proċedura regolatorja bi skrutinju l-ġdida.
Id-Direttiva 92/49/KEE tistipola r-regoli għat-tnedija u t-tmexxija ta' kummerċ ta' assigurazzjoni diretta minbarra l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (i.e non-life) kif ukoll toħloq il-qafas għal rikonoxximent reċiproku ta' sistemi prudenti ta' kontroll, anke permezz ta' standards minimi għal sistema ta' solvenza.
Ir-Rapporteur iħoss li referenza għall-91/675/KEE u l-proċedura regolatorja l-antika għandha tinbidel b'referenza għall-proċedura regolatorja bi skrutinju l-ġdida, li għandha tapplika għall-iskop ta' adozzjoni ta' kwalunkwe miżura ta' implimentazzjoni jew twettiq ta' tibdil tekniku skond din id-Direttiva.
PROĊEDURA
Titolu |
Assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni fuq il-ħajja (poteri ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni) |
|||||||
Referenzi |
COM(2006)0924 - C6-0009/2007 - 2006/0289(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
22.12.2006 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 17.1.2007 |
|||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Pervenche Berès 13.2.2007 |
|
|
|||||
Diskussjoni fil-kumitat |
7.5.2007 |
21.5.2007 |
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
11.6.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-vot finali |
+: –: 0: |
26 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-vot finali |
Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Jonathan Evans, Jean-Paul Gauzès, Gunnar Hökmark, Sophia in ‘t Veld, Wolf Klinz, Guntars Krasts, Gay Mitchell, Joseph Muscat, Joop Post, John Purvis, Alexander Radwan, Bernhard Rapkay, Heide Rühle, Eoin Ryan, Olle Schmidt, Cristian Stănescu, Margarita Starkevičiūtė, Ieke van den Burg, Sahra Wagenknecht |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-vot finali |
Harald Ettl, Werner Langen |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali |
Joel Hasse Ferreira, Evelyne Gebhardt |
|||||||
Data tat-tressiq |
15.6.2007 |
|||||||