RAPPORT dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Programm Statistiku Komunitarju 2008-2012

15.6.2007 - (COM(2006)0687 – C6‑0427/2006 – 2006/0229(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Zsolt László Becsey

Proċedura : 2006/0229(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0240/2007
Testi mressqa :
A6-0240/2007
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta ghal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Programm Statistiku Komunitarju 2008-2012

(COM(2006)0687 – C6‑0427/2006 – 2006/0229(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0687)[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0427/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6‑0240/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Iqis li l-ammont ta' referenza indikat fil-proposta leġiżlattiva għandu jkun kompatibbli mal-limitu massimu ta' l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju plurijennali (MFF) il-ġdid u jirrimarka li l-ammont annwali għandu jiġi deċiż fi ħdan il-proċedura tal-baġit annwali f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Punt 37 ta' l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tikkonsultah jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 2

(2) Skond ir-Regolament (KE) Nru 322/97, il-Komunità għandu jkollha aċċess f’waqtu għal tagħrif statistiku li jkun komparabbli bejn l-Istati Membri li jkun aġġornat, affidabbli, pertinenti u prodott bl-iżjed mod effiċjenti possibbli għall-formulazzjoni, l-applikazzjoni, is-sorveljar u l-valutazzjoni tal-politika tagħha.

(2) Skond ir-Regolament (KE) Nru 322/97, il-Komunità għandu jkollha aċċess f’waqtu għal tagħrif statistiku li jkun komparabbli bejn l-Istati Membri, reġjuni individwali ta' l-Unjoni Ewropea u tipi individwali ta' klassifikazzjoni komuni ta' l-unitajiet territorjali, skond id-dispożizzjonijiet kostituzzjonali ta' l-Istati Membri, li jkun aġġornat, affidabbli, pertinenti u prodott bl-iżjed mod effiċjenti possibbli għall-formulazzjoni, l-applikazzjoni, is-sorveljar u l-evalwazzjoni tal-politika tagħha.

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda hi meħtieġa biex ikun żgurat li t-tagħrif statistiku pprovdut jippermetti li jsiru sommarji komparabbli kemm f'livell nazzjonali kif ukoll reġjonali, li hija prekondizzjoni għall- evalwazzjoni xierqa ta' kemm hi effettiva l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni.

Emenda 2

Premessa 4

(4) Il-metodu speċifiku għall-kompilazzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja jinħtieġ kooperazzjoni mill-qrib b’mod speċjali f’sistema statistika Komunitarja fi proċess ta’ żvilupp permezz tal-Kumitat tal-Programm Statistiku, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom, għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-addattament tas-sistema, partikolarment permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ strumenti legali meħtieġa biex tkun stabbilita l-imsemmija statistika Komunitarja. Għandu jitqies il-piż fuq il-parteċipanti fl-istħarriġ – ikunu min ikunu: unitajiet tan-negozju, tal-gvern ċentrali jew lokali, familji jew individwi.

(4) Il-metodu speċifiku għall-kompilazzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib b’mod speċjali f’sistema statistika Komunitarja fi proċess ta’ żvilupp permezz tal-Kumitat tal-Programm Statistiku, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom, għal dak li għandu x'jaqsam ma l-adattament tas-sistema, partikolarment permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ strumenti legali meħtieġa biex tkun stabbilita l-imsemmija statistika Komunitarja. Għandu jitqies il-piż fuq il-parteċipanti fl-istħarriġ – ikunu min ikunu: unitajiet tan-negozju, tal-gvern ċentrali, reġjonali jew lokali, familji jew individwi.

Ġustifikazzjoni

L-unitajiet reġjonali aktarx li ma kinux inklużi fost il-parteċipanti ta' l-istħarriġ bi żvista, imma dan seta' joħloq nuqqas ta' ftehim, u għalhekk inħass il-bżonn li jiżdiedu.

Ma tridx tkun eskluża referenza għal-livell reġjonali, l-aktar meta l-livelli nazzjonali u lokali huma msemmija b'mod espliċitu.

Emenda 3

Premessa 5

(5) Il-produzzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja fil-qafas leġiżlattiv tal-programm ta’ ħames snin tinkiseb permezz ta’ kooperazzjoni koordinata, koerenti u mill-qrib bejn l-Eurostat u l-awtoritajiet nazzjonali. Għal dan il-għan, l-Eurostat għandu jiżgura li tkun teżisti koordinazzjoni taħt diversi suriet ta' l-awtoritajiet nazzjonali f'netwerk li jirrappreżenta s-Sistema Statistika Ewropea (l-ESS) għall-assigurazzjoni tal-provvediment f’waqtu ta’ statistika li tkun tappoġġja l-ħtiġiet politiċi ta’ l-Unjoni Ewropea.

(5) Il-produzzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja fil-qafas leġiżlattiv tal-programm ta' ħames snin tinkiseb permezz ta' kooperazzjoni koordinata, koerenti u mill-qrib bejn l-Eurostat u l-awtoritajiet nazzjonali. Għal dan il-għan, l-Eurostat għandu jiżgura li tkun teżisti koordinazzjoni taħt diversi suriet ta' l-awtoritajiet nazzjonali f'netwerk li jirrappreżenta s-Sistema Statistika Ewropea (l-ESS) għall-assigurazzjoni tal-provvediment f’waqtu ta’ statistika li tkun ta' standard tali li jippermetti l-komparabilità meħtieġa bejn l-Istati Membri li tkun tappoġġja l-ħtiġiet politiċi ta’ l-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji spiss huma tant differenti li jkun diffiċli li jinħarġu statistiċi affidabbli li jirriflettu r-riżultati reali.

Emenda 4

Premessa 6

(6) Fil-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Komunitarja taħt din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet statistiċi Komunitarji u nazzjonali għandhom jirrispettaw il-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi Ewropew tal-Prattika Statistika, li ġie mehmuż mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Mejju 2005 dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet statistiċi Komunitarji u nazzjonali.

(6) Fil-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Komunitarja skond din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet statistiċi Komunitarji u nazzjonali għandhom jirrispettaw il-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi Ewropew tal-Prattika Statistika, li ġie mehmuż mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Mejju 2005 dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabiltà ta' l-awtoritajiet statistiċi Komunitarji u nazzjonali. F'dan il-proċess, għandhom isiru sforzi biex tkun promossa l-konverġenza fis-sens ta' tagħrif statistiku miġbur u l-possibilità li dan ikun trattat b'mod xjentifiku.

Ġustifikazzjoni

Il-ġbir ta' tagħrif bażiku għandu jsir skond kriterji standard sabiex ikun żgurat li meta r-riżultati jiġu pproċessati, ikunu jistgħu jiġu mqabbla.

Emenda 5

Premessa 7

It-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma ta’ l-istatistika annwali tal-Kummissjoni għandha tqis il-ħtieġa ta' analiżi kontinwa tal-prijoritajiet statistiċi, inklużi s-simplifikazzjoni tal-proċessi u t-tnaqqis fil-ħtiġiet li qed tonqsilhom l-importanza tagħhom, bil-għan li jsir l-aħjar użu tar-riżorsi disponibbli.

(7) Fid-dawl tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-piż tar-reazzjoni, is-simplifikazzjoni u t-tfassil ta' prijoritajiet fil-qasam ta' l-istatistika Komunitarja, it-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma ta’ l-istatistika annwali tal-Kummissjoni għandha tqis il-ħtieġa ta' analiżi kontinwa tal-prijoritajiet statistiċi, inklużi s-simplifikazzjoni tal-proċessi u t-tnaqqis fil-ħtiġiet li qed tonqsilhom l-importanza tagħhom, bil-għan li jsir l-aħjar użu tar-riżorsi disponibbli.

 

Ġustifikazzjoni

L-għan tat-tħejjija tal-programmi ta' ħidma statistika annwali għandu jkun li jsir l-aħjar użu mir-riżorsi disponibbli skond il-prinċipji ta' 'regolazzjoni aħjar' u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq.

Emenda 6

Premessa 8

(8) Billi l-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, jiġifieri l-Programm Statistiku Komunitarju 2008 -2012, ma jistgħux jintlaħqu b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(8) Billi l-objettiv ta’ din id-Deċiżjoni, jiġifieri it-twaqqif tal-Programm Statistiku Komunitarju 2008-2012, ma jistax jintlaħaq b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri, b'mod partikolari minħabba l-ħtieġa tal-produzzjoni regolari ta' statistika f'livell reġjonali, sabiex jidhru ċari d-differenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni skond l-Artikolu 158 tat-Trattat KE, u għalhekk, minħabba d-daqs jew l-effetti ta' l-azzjoni, jista' jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-objettivi.

Ġustifikazzjoni

Il-prijorità ewlenija tas-solidarjetà, tal-koeżjoni ekonomika u soċjali u ta' l-iżvilupp sostenibbli hija mmirata b'mod dirett sabiex id-dejta tinġabar fil-kuntest tal-politika reġjonali Ewropea. Meta tkun implimentata l-politika reġjonali jeħtieġ li l-istatistika tkun disponibbli f'livell reġjonali sabiex ikun hemm ċertezza dwar differenzi fl-iżvilupp reġjonali u jkun immoniterjat l-intervent tal-politika reġjonali (ara l-Anness II, Titolu XVII, 'Koeżjoni ekonomika u soċjali').

Emenda 7

Premessa 10 a (ġdida)

 

(10a) Sabiex ikun hemm iktar koerenza u effettività f'miżuri Komunitarji għall-bliet u sabiex ikunu jistgħu jsiru paraguni kredibbli, għal skopijiet statistiċi Komunitarji jeħtieġ li jkun definit xi jfissru 'belt Ewropea' u 'zona metropolitana Ewropea'.

Emenda 8

Artikolu 2, paragrafu 1

1. Filwaqt li jqis ir-riżorsi disponibbli ta’ l-awtoritajiet nazzjonali u tal-Kummissjoni, il-programm għandu jkun iggwidat mill-prijoritajiet politiċi Komunitarji prinċipali ta’:

1. Filwaqt li jqis ir-riżorsi disponibbli ta' l-awtoritajiet nazzjonali u tal-Kummissjoni, il-programm għandu jkun iggwidat mill-prijoritajiet politiċi Komunitarji prinċipali ta':

– prosperità, kompetittività, u tkabbir ekonomiju,

– prosperità, kompetittività, innovazzjoni u tkabbir ekonomiku,

– solidarjetà, koeżjoni ekonomika u soċjali u żvilupp sostenibbli,

– solidarjetà u żvilupp tal-bniedem,

u

 

– koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, żvilupp sostenibbli u sfidi demografiċi.

 

 

– sigurtà, u

 

 

 

– tkabbir ulterjuri ta’ l-Unjoni Ewropea.

.

Ġustifikazzjoni

Il-koeżjoni territorjali ma tistax issa tkun separata mill-koeżjoni ekonomika u soċjali, għaliex hija wkoll, bħall-oħrajn, hija msemmija fl-abbozz ta' trattat ta' kostituzzjoni.

Iridu jiżdiedu prijoritajiet oħra biex jirriflettu t-tħassib prinċipali ta' l-UE. L-Unjoni issa kisbet ammont ta' għarfien f'firxa sħiħa ta' oqsma tekniċi. Bħala sieħba ewlenija fl-għajnuna għall-iżvilupp, hija tista' tgħin ħafna, permezz ta' pariri tekniċi u finanzjarji, fl-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tas-sistemi statistiċi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Biex ikunu żgurati ċarezza u fehim aħjar fir-rigward ta' l-affidabilità tad-dejta huwa importanti li d-dejta, li fuq il-bażi tagħha jittieħdu d-deċiżjonijiet tal-Komunità, tkun pubblika.

Emenda 9

Artikolu 3, paragrafu 1, parti introduttorja

1. Il-programm għandu jiġi eżegwit skond il-prinċipji tal-Kodiċi Ewropew tal-Prattika Statistika bil-għan li tkun prodotta u mxerrda statistika Komunitarja armonizzata ta’ kwalità għolja u li jkun żgurat li s-sistema statistika Ewropea kollha kemm hi tiffunzjona kif jixraq. L-awtoritajiet nazzjonali u l-awtorità statistika Komunitarja għandhom:

1. Il-programm għandu jiġi eżegwit skond il-prinċipji tal-Kodiċi ta' Prattika Tajba ta' l-Istatistika Ewropea bil-għan li tkun prodotta u mxerrda statistika Komunitarja armonizzata ta’ kwalità għolja diżaggregata skond is-sess, meta xieraq, u li jkun żgurat li s-sistema statistika Ewropea kollha kemm hi tiffunzjona kif jixraq. L-awtoritajiet nazzjonali u l-awtorità statistika Komunitarja għandhom:

Ġustifikazzjoni

Għalkemm id-dejta nġabret diżaggregata skond is-sess, l-istatistika li tinħadem fuqha ħafna drabi m'hijiex ippubblikata bl-istess mod.

Emenda 10

Artikolu 3, paragrafu 1, punt (a)

(a) jistabbilixxu ambjent istituzzjonali u organizzattiv li jippromwovi l-effikaċja u l-kredibilità ta’ l-awtoritajiet statistiċi nazzjonali u Ewropej li jipproduċu u jxerrdu statistika uffiċjali;

 

(a) jistabbilixxu ambjent istituzzjonali u organizzattiv li jippromwovi l-effikaċja u l-kredibilità ta’ l-awtoritajiet statistiċi nazzjonali u Ewropej li jipproduċu u jxerrdu statistika uffiċjali inkluża statistika reġjonali bbażata fuq in-Nomenklatura ta' l-Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (in-NUTS);

Ġustifikazzjoni

In-Nomenklatura ta’ l-Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (in-NUTS) għandha tissemma espressament sabiex jiġi enfasizzat l-għan tal-Komunità li tipprovdi analiżi waħda uniformi ta' l-unitajiet territorjali għall-produzzjoni ta' statistika reġjonali għall-Unjoni Ewropea.

Emenda 11

Artikolu 3, paragrafu 1 punt (c)

(c) jiżguraw li l-istatistika Komunitarja tkun konformi ma’ l-istandards ta’ kwalità Ewropej u jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ l-utenti istituzzjonali ta’ l-Unjoni Ewropea, il-gvernijiet, l-istituzzjonijiet tar-riċerka, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-impriżi u l-pubbliku ġenerali.

(c) jiżguraw li l-istatistika Komunitarja tkun konformi ma’ l-istandards ta’ kwalità Ewropej u tissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-utenti istituzzjonali ta’ l-Unjoni Ewropea, il-gvernijiet, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-istituzzjonijiet tar-riċerka, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-impriżi u l-pubbliku ġenerali.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikunu identifikati l-livelli differenti ta' l-utenti fi Stat Membru.

L-awtoritajiet lokali u reġjonali jeħtieġu statistika tal-Komunità li tkun affidabbli, sabiex jippjanaw il-politiki tagħhom u biex jiddefendu l-interessi reġjonali tagħhom.

Emenda 12

Artikolu 3, paragrafu 1, punt (c a) (ġdid)

(ca) jiżguraw li l-aggregati miġbura jkunu ta' standard permezz ta' liema l-istatistika Komunitarja tkun koerenti u tkun tista' titqabbel ma' statistika dinjija, inklużi il-Prinċipji Fundamentali ta' l-Istatistika Uffiċjali adottati mill-Kummissjoni għall-Istatistika tan-NU fl-14 ta' April 1994;

Ġustifikazzjoni

Il-komparabilità ta' l-istatistika għandha tkun żgurata mhux biss fil-livell ta' Komunità, iżda wkoll fil-kuntest ta' l-istandards internazzjonali.

Emenda 13

Artikolu 3 paragrafu 1, punt (c b) (ġdid)

(cb) jipprovdu, fejn mitlub u fejn it-talba tkun iġġustifikata, l-appoġġ tekniku meħtieġ fil-qasam ta' l-organizzazzjoni statistika, u jippermettu li l-prattika tajba tkun maqsuma ma' istituzzjonijiet oħra jew pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

Kif issemma hawn fuq, l-Unjoni għandha ħafna għarfien u riżorsi umani u finanzjarji li huma estremament utli għall-kooperazzjoni. It-tqabbil ta' l-istatistika differenti mad-dinja għadu inkomplet ħafna minħabba li l-materjal mhux adegwat, b'mod partikulari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Emenda 14

Artikolu 4, paragrafu 1

1. Il-programm għandu jiżgura appoġġ statistiku kontinwu għad-deċiżjonijiet u l-valutazzjonijiet fis-setturi politiċi Komunitarji kurrenti u jipprovdi appoġġ statistiku għal kwalunkwe rekwiżiti addizzjonali li jinħolqu minn inizjattivi politiċi Komunitarji ġodda.

1. Il-programm għandu jiżgura appoġġ statistiku kontinwu għad-deċiżjonijiet u l-evalwazzjonijiet fis-setturi politiċi Komunitarji kurrenti u jipprovdi appoġġ statistiku għal kwalunkwe rekwiżiti addizzjonali li jinħolqu minn inizjattivi politiċi Komunitarji ġodda, bl-enfasi fuq l-affidabilità, il-kwalità u l-komparabilità tat-tagħrif statistiku.

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda hi meħtieġa biex tiżgura li t-tagħrif statistiku disponibbli jippermetti li jsiru sommarji komparattivi preċiżi sabiex wieħed jevalwa kemm hi effettiva l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni.

Emenda 15

Artikolu 4, paragrafu 2

2. Waqt it-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma statistiċi annwali, il-Kummissjoni għandha tqis l-effikaċja fl-infiq fil-produzzjoni ta’ l-istatistika u tiżgura reviżjoni kontinwa tal-prijoritajiet, bl-iskop li jintgħamel l-aħjar użu tar-riżorsi ta’ l-Istati Membri u tal-Kummissjoni u li jitnaqqas il-piż tar-rispons impost fuq il-parteċipanti fl-istħarriġ.

2. Waqt it-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma għal statistika annwali, il-Kummissjoni għandha tqis l-effikaċja fl-infiq fil-produzzjoni ta’ l-istatistika u tiżgura reviżjoni kontinwa tal-prijoritajiet, bl-iskop li jsir l-aħjar użu mir-riżorsi ta’ l-Istati Membri u tal-Kummissjoni u li jitnaqqas il-piż tar-rispons impost fuq il-parteċipanti fl-istħarriġ, waqt li tingħata attenzjoni xierqa biex tkun żgurata l-kontinwità kronoloġika tad-dejta miġbura.

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda hi meħtieġa sabiex tiżgura l-kontinwità kronoloġika tat-tagħrif statistiku disponibbli u biex tiżgura li dan ikopri perjodu twil biżżejjed ta' żmien biex ikunu jistgħu jiġu evalwati t-tendenzi fil-proċessi li jkunu għaddejjin fir-reġjuni. Din l-informazzjoni hi ta' importanza fundamentali biex wieħed jevalwa kemm hi effettiva l-politika ta' koeżjoni tal-Komunità.

Emenda 16

Artikolu 4, paragrafu 2 a (ġdid)

2a. Meta tħejji l-programmi ta' ħidma statistika annwali, il-Kummissjoni għandha tagħmel studji ex-ante dwar l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe attivitajiet finanzjarji ġodda li huma ppjanati li jimponu piżijiet addizzjonali fuq l-Istati Membri.

Emenda 17

Artikolu 4, paragrafu 3

3. Il-programm għandu jiżgura l-iżvilupp ta' strumenti għat-tkattir tal-flessibilità tas-Sistema Statistika Ewropea u għat-titjib tal-kapaċità tagħha biex tissodisfa l-ħtiġiet ġodda ta' l-utenti b’mod opportun.

3. Il-programm għandu jiżgura l-iżvilupp ta' strumenti għat-tkattir tal-flessibilità tas-Sistema Statistika Ewropea u għat-titjib tal-kapaċità tagħha biex tissodisfa l-ħtiġiet ġodda ta' l-utenti b'mod opportun. Il-programm għandu jiggarantixxi wkoll konverġenza fis-sens tal-kwalità tal-materjal statistiku miġbur u l-possibilità ta' l-ipproċessar xjentifiku tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Il-ġbir ta' tagħrif bażiku għandu jsir skond kriterji standard sabiex ikun żgurat li meta r-riżultati jiġu pproċessati, ikunu jistgħu jiġu mqabbla.

Emenda 18

Artikolu 4, paragrafu 3 a (ġdid)

3a. Il-programm għandu jiżgura wkoll it-trasparenza filwaqt li jitqies, inter alia, l-Artikolu 1(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1104/2006 tat-18 ta' Lulju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 831/2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatisika tal-Komunità, rigward fakoltà ta' użu ta' dejta kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi1.

_________________

1 ĠU L 197, 19.7.2006, p. 3.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu konklużjonijiet statistiċi għall-għanijiet xjentifiċi, dan ir-Regolament tal-Kummissjoni jistipula l-kundizzjonijiet li bihom jista' jingħata aċċess għad-dejta kunfidenzjali li ġiet mgħoddija lill-Kummissjoni. Huwa jsemmi l-istħarriġ differenti u s-sorsi ta' dejta li japplika għalihom.

Emenda 19

Artikolu 6, paragrafu 1

1. Matul it-tielet sena ta’ l-eżekuzzjoni tal-programm, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport intermedju dwar il-progress u tippreżentah lill-Kumitat għall-Programm Statistiku.

1. Matul it-tielet sena ta’ l-eżekuzzjoni tal-programm, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport intermedju dwar il-progress u tippreżentah lill-Kumitat għall-Programm Statistiku, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Reviżjoni bħal din għandha tinkludi:

a) jekk ikun jixraq, proposta mill-Kummissjoni sabiex iċ-ċiklu tal-produzzjoni tal-Programm Statistiku Komunitarju jiġi konformi maċ-ċiklu ta' l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew sa l-2014 u bi qbil ma' kull modifika futura tat-Trattat KE;

b) analiżi ta' l-effetti fuq il-kompetittività ta' l-SMEs b'riżultat tat-tnaqqis propost mill-piż amministrattiv, partikolarment b'referenza għall-forniment ta' dejta INTRASTAT, propost fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-piż ta' risposta, simplifikazzjoni, u ffissar ta' prijoritajiet fil-qasam ta' l-istatistika Komunitarja;

c) għandha tingħata attenzjoni speċjali bħala parti mir-reviżjoni maħsuba għall-ħruġ ta' ġabriet ta' dejta ('datasets'), għodod u metodoloġiji li ser iservu bħala l-bażi għall-produzzjoni ta' analiżijiet li jkunu imparzjali u oġġettivi ta' l-impatti soċali u ekonomiċi ta' oqsma importanti li huma fil-bżonn ta' mmoniterjar u reviżjoni kontinwi bħal m'huma l-Perspettivi Finanzjarji, l-implimentazzjoni kif jixraq tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar servizzi fis-suq intern1, il-Politika Agrikola Komuni u l-Patt għall-Istabilità u t-Tkabbir;

d) oqsma ġodda ta' politika bħall-inovazzjoni, l-enerġija, il-migrazzjoni u l-forniment ta' dejta fiskali għandhom jiġu inkorporati fir-reviżjoni statistika maħsuba għall-2010 sabiex tiġi prodotta ġabra ta' dejta li tkun imparzjali u oġġettiva li sservi bħala bażi għall-evalwazzjoni ta' żviluppi fl-oqsma ġodda msemmija;

e) il-kondiviżjoni tal-piż finanzjarju bejn il-baġits tal-Komunità u ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-programm kif ukoll il-kapaċitajiet istituzzjonali ta' l-Istati Membri għandhom jiġu analizzati kif jixraq filwaqt li jitqiesu l-interessi ta' l-Istati Membri li daħlu fl-Unjoni Ewropea bejn l-2004 u l-2007.

_________

1 ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.

Emenda 20

Anness I, punt 2.1, kaxxa, bulit 3

· Li jiġi stabbilit proċess għal tikkettar ta’ kwalità għall-istatistika uffiċjali Ewropea.

· Li jiġi stabbilit proċess għal tikkettar ta’ kwalità għall-istatistika uffiċjali Ewropea, b'liema proċess għandu jkun possibbli wkoll li jkun hemm ċertezza dwar il-konformità tad-dejta ppubblikata ġejja minn fejn ġejja, kemm jekk hija lokali, nazzjonali, Ewropea jew jekk ġejja minn pajjiż terz, u għandu jinkludi studji dwar il-fattibiltà ta' żvilupp ta' proċeduri, standards u kriterji xierqa għal dak il-għan.

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni ta' studji dwar i-fattibiltà hija pass vitali biex jiddaħħal tikkettar ta' kwalità ta' statistika uffiċjali Ewropea u biex tissaħħaħ il-kredibilità ta' l-istatistika u ta' l-ESS kollha kemm hi.

Emenda 21

Anness I, punt 3.3

Sabiex jittejbu s-servizz statistiku għall-utenti u l-effiċjenza tas-Sistema Statistika Ewropea kollha kemm hi, hija meħtieġa attenzjoni akbar fuq l-esiġenzi tal-qofol għall-politika Ewropea. Dan għandu jkun ibbażat fuq il-metodu “Il-prijorità għall-Ewropa”, strateġija prammatika biex titħaffef il-kompilazzjoni ta’ l-aggregati Ewropej li huma ta’ importanza partikolari għall-politika Komunitarja. Iridu jissaħħu wkoll il-flessibilità tas-Sistema Statistika Ewropea u l-kapaċità tagħha biex tissodisfa minnufih il-ħtiġiet ġodda ta’ l-utenti.

Sabiex jittejbu s-servizz statistiku għall-utenti u l-effiċjenza tas-Sistema Statistika Ewropea kollha kemm hi, hija meħtieġa attenzjoni akbar fuq l-esiġenzi tal-qofol għall-politika Ewropea. F'każijiet speċifiċi, dan għandu jkun ibbażat fuq "L-approċċ Ewropew għall-istatistika", strateġija prammatika biex titħaffef il-kompilazzjoni ta’ l-aggregati Ewropej li huma ta’ importanza partikolari għall-politika Komunitarja. Iridu jissaħħu wkoll il-flessibilità tas-Sistema Statistika Ewropea u l-kapaċità tagħha biex tissodisfa minnufih il-ħtiġiet ġodda ta’ l-utenti.

Ġustifikazzjoni

L-'approċċ Ewropew għall-istatistika' għandu jkun applikat biss f'ċerti każijiet marbuta ma' kwistjonijiet ta' politika speċifika u rekwiżiti territorjali.

Emenda 22

Anness I, punt 3.5, kaxxa, bulit

· Li jiġu stabbiliti strutturi, għodod, u proċessi konġunti bl-involviment ta’ l-awtoritajiet nazzjonali u s-servizzi relevanti tal-KE u bl-iffaċilitar ta’ l-ispeċjalizzazzjoni ta’ ċerti Stati Membri f’attivitajiet statistiċi speċifiċi għall-ġid tas-Sistema Statistika Ewropea ġenerali.

· Li jiġu stabbiliti strutturi, għodod, u proċessi konġunti bl-involviment ta’ l-awtoritajiet nazzjonali u s-servizzi relevanti tal-KE, li jiġu żviluppati n-netwerks ta' l-ESS u li tiġi ffaċilitata l-ispeċjalizzazzjoni ta’ ċerti Stati Membri f’attivitajiet statistiċi speċifiċi għall-ġid tas-Sistema Statistika Ewropea ġenerali.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li n-netwerks ta' l-ESS jiġu żviluppati sabiex isir xogħol fuq oqsma speċifiċi ta' eċċellenza, filwaqt li jkun evitat li jsir sforz doppju u filwaqt li titjieb l-effiċjenza tas-Sistema Statistika Ewropea (ESS).

Emenda 23

Anness II, titolu I, L-inizjattivi ewlenin għall-2008-2012, bulit 1

· Għandha tkun proposta sistema ta' fluss waħdanija għall-Intrastat mill-Kummissjoni biex tidħol fis-seħħ fl-2010;

· Għandha tkun proposta sistema ta' fluss waħdanija għall-Intrastat mill-Kummissjoni biex tidħol fis-seħħ fl-2010. Sabiex tiġi simplifikata l-istatistika ta' l-Intrastat, għandhom jitnedew studji speċifiċi bil-għan li jkunu identifikati metodi li jissimplifikawha kemm jista' jkun filwaqt li jkun żgurat livell aċċettabbli ta' kwalità ta' dejta li tkun f'waqtha;

Emenda 24

Anness II, titolu IV, L-inizjattivi ewlenin għall-2008-2012, bulit 2

· Għandha tkun żviluppata statistika li tipprovdi tagħrif soċjo-ekonomiku dwar il-popolazzjonijiet ta' l-immigranti, flimkien ma’ l-eżekuzzjoni ta’ moduli ad hoc fl-Istħarriġ dwar il-Popolazzjoni fis-Settur tax-Xogħol u l-ġbir ta’ tagħrif dwar l-immigranti bħala parti mill-Programm taċ-Ċensiment Komunitarju ta' l-2011;

· Għandha tkun żviluppata statistika, diżaggregata skond is-sess, meta xieraq, li tipprovdi tagħrif soċjo-ekonomiku dwar il-popolazzjonijiet ta' l-immigranti, flimkien ma’ l-eżekuzzjoni ta’ moduli ad hoc fl-Istħarriġ dwar il-Popolazzjoni fis-Settur tax-Xogħol u l-ġbir ta’ tagħrif dwar l-immigranti bħala parti mill-Programm taċ-Ċensiment Komunitarju ta' l-2011;

Emenda 25

Anness II, titolu VIII, Is-sitwazzjoni kurrenti, paragrafu 2

Il-kopertura ta' statistika fuq il-flussi ta' passiġġieri u oġġetti u fuq it-traffiku hija tajba għall-mezzi kollha ta' trasport ħlief għat-traffiku ta' passiġġieri stradali u għall-mezzi mhux motorizzati. Barra dan, preżentement l-istatistika fuq it-traffiku għall-mezzi kollha ta' trasport jonqosha data importanti meħtieġa għas-sorveljar tal-konġestjoni, l-emissjonijiet fl-arja u impatti ambjentali negattivi ulterjuri. L-istatistika fuq it-trasport tal-merkanzija għadha ffukata l-aktar fuq mezzi ta' trasport partikolari u ma tipprovdix tagħrif biżżejjed dwar sistemi ta' trasport intermodali.

Il-kopertura ta' statistika fuq il-flussi ta' passiġġieri u oġġetti u fuq it-traffiku hija tajba għall-mezzi kollha ta' trasport ħlief għat-traffiku ta' passiġġieri stradali u għall-mezzi mhux motorizzati. Barra dan, preżentement l-istatistika fuq it-traffiku għall-mezzi kollha ta' trasport jonqosha dejta importanti meħtieġa għas-sorveljar tal-konġestjoni, l-emissjonijiet fl-arja u impatti ambjentali negattivi ulterjuri. L-istatistika fuq it-trasport tal-merkanzija għadha ffukata l-aktar fuq mezzi ta' trasport partikolari u ma tipprovdix tagħrif biżżejjed dwar sistemi ta' trasport intermodali. Biex jitnaqqsu l-ispejjeż, l-istatistika ma tqisx il-kundizzjonijiet li fil-fatt jaffettwaw il-kompetizzjoni inter- u intramodali, b'mod partikulari fir-rigward tal-varji aspetti tal-kundizzjonijiet ta' ħidma: taxxa, rati ta' l-użu u tal-ħlas, spejjeż tas-salarji u tariffi.

Ġustifikazzjoni

Statistika Komunitarja dwar it-trasport ma tqisx il-kundizzjonijiet ta' ħidma tal-modi varji tat-trasport kif xieraq, b'liema statistika tkun tista' tiġi żgurata l-kompetittività rispettiva tagħhom.

Emenda 26

Anness II, titolu V, L-inizjattivi ewlenin għall-2008-2012, bulits 2a 2b (ġodda)

 

· Għandhom jinġabru u jitqassmu studji komparattivi dwar il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni inter- u intramodali, anke, b'mod partikulari, rati tat-taxxa diretta u indiretta, taxxa ta' l-użu u rati tal-ħlas, spejjeż tas-salarji u skali tat-tariffi.

· Fuq il-bażi ta' l-istudju li l-Kummissjoni impenjat ruħha li tippubblika fl-2008, l-indikaturi ta' l-ispiża globali għall-modi varji ta' trasport għandhom ikunu ppubblikati regolarment, anke - u b'attenzjoni partikulari għal - l-ispejjeż esterni tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Statistika Komunitarja dwar it-trasport għandha tkun issupplimentata b'indikaturi addizzjonali permezz ta' liema jkun possibbli li titqabbel il-kompetittività ta' kull mod ta' trasport.

Emenda 27

Anness II, titolu VIII, Is-sitwazzjoni kurrenti, paragrafu 1

L-istatistika dwar is-suq tax-xogħol hija rregolata minn qafas legali b’saħħtu sabiex tkun żgurata trażmissjoni regolari ta’ data għall-istima ta’ l-impjieg, il-qgħad, il-pagi u n-nefqa fuq l-impjieg. Minkejja dan, setturi politiċi ġodda jeħtieġu estenzjoni tal-leġiżlazzjoni statistika għal oqsma oħra bħal mhuma (i) l-istatistika dwar postijiet battala, li tivvaluta l-aspett tad-domanda tas-suq tax-xogħol u tikkumplimenta l-istatistika dwar l-impjieg u l-qgħad, (ii) is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol ta' l-immigranti u l-promozzjoni ta’ integrazzjoni aħjar ta’ din il-popolazzjoni u (iii) it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol u l-irfid ta’ politika xierqa li tiżgura l-inkorporazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol mingħajr diffikultajiet. Setturi oħra bħal mhuma l-kwalità fix-xogħol u l-impjieg fil-kuntest ta’ popolazzjoni tas-settur tax-xogħol li qed tixjieħ, l-adattabilità tal-ħaddiema u ta’ l-impriżi kif ukoll il-ħtiġiet tas-suq tax-xogħol tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni għandhom ikomplu jiffukaw l-attenzjoni fuq l-iżvilupp ta’ l-istatistika.

 

L-istatistika dwar is-suq tax-xogħol hija rregolata minn qafas legali b’saħħtu sabiex tkun żgurata trażmissjoni regolari ta' dejta għall-istima ta’ l-impjieg, il-qgħad, il-pagi u n-nefqa fuq l-impjieg. Minkejja dan, setturi politiċi ġodda jeħtieġu estenzjoni tal-leġiżlazzjoni statistika għal oqsma oħra bħal mhuma (i) l-istatistika dwar postijiet battala, li tevalwa l-aspett tad-domanda tas-suq tax-xogħol u tikkumplimenta l-istatistika dwar l-impjieg u l-qgħad, (ii) is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol ta' l-immigranti u l-promozzjoni ta’ integrazzjoni aħjar ta’ din il-popolazzjoni, (iii) is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol ta' ħaddiema aktar anzjani u (iv) it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol u l-irfid ta’ politika xierqa li tiżgura l-inkorporazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol mingħajr diffikultajiet. Setturi oħra bħal mhuma l-kwalità fix-xogħol u l-impjieg fil-kuntest ta’ popolazzjoni tas-settur tax-xogħol li qed tixjieħ, l-adattabilità tal-ħaddiema u ta’ l-impriżi kif ukoll il-ħtiġiet tas-suq tax-xogħol tas-soċjetà ta' l-informazzjoni għandhom ikomplu jiffukaw l-attenzjoni fuq l-iżvilupp ta l-istatistika. Statistika dwar l-impjieg u l-qgħad titfassal l-aktar biex tissodisfa rekwiżiti makroekonomiċi. B'hekk tonqos mill tqis għalkollox id-disparitajiet territorjali, b'mod partikulari f'ċerti zoni urbani.

Emenda 28

Anness II, titolu VIII, L-inizjattivi ewlenin għall-2008-2012, bulit 3 a (ġdid)

· Statistika dwar l-impjieg u l-qgħad għandha tinkludi indikaturi territorjali iktar iffukati, b'mod partikulari għal zoni urbani u ta' agglomerazzjoni sabiex il-varjazzjonijiet lokali ta' l-impjieg u tal-qgħad jitqiesu aktar bis-sħiħ. Verifiki urbani mwettqa mill-ESS għandhom jiffukaw aktar fuq dan l-aspett. Il-Kummissjoni, fl-evalwazzjoni tagħha ta' nofs it-term fl-2010, għandha teżamina l-ispiża jekk jiddaħħal stħarriġ urban għal agglomerazzjonijiet ta' aktar minn 500 000 abitant.

Emenda 29

Anness II, titolu XI, Is-sitwazzjoni kurrenti

Fl-evalwazzjoni tagħha ta' nofs it-term fl-2010, il-Kummissjoni Ewropea se teżamina jekk l-Indikatur ta' l-Iżvilupp tal-Bniedem tan-NU jistax ikun estiż fl-Unjoni Ewropea sabiex jitqiesu wkoll u fatturi ta' djar ('housing') u ta' impjieg/qgħad.

Emenda 30

Anness II, titolu XI, L-inizjattivi ewlenin għall-2008-2012, bulit 6

· L-istatistika fuq il-ħtiġiet taż-żgħażagħ li trid tinbena b’suċċess bl-użu ta’ sorsi eżistenti u, meta jkun meħtieġ, b’integrazzjoni aħjar ta’ din l-istatistika fi stħarriġ eżistenti;

 

· Jeħtieġ li l-istatistika dwar iż-żgħażagħ fil-livelli edukattivi kollha u dwar l-integrazzjoni ekonomika u soċjali taż-żgħażagħ tinbena b’suċċess bl-użu ta’ sorsi eżistenti u, meta jkun meħtieġ, b’integrazzjoni aħjar ta’ din l-istatistika fi stħarriġ eżistenti;

Emenda 31

Anness II, titolu XI, L-inizjattivi ewlenin għall-2008-2012, bulit 6 a (ġdid)

 

· L-istatistika dwar it-tfal b'referenza għal-limitu ta' l-età tat-tfulija miftiehem b'mod internazzjonali, li hu ta' 18-il sena, skond il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tan-Nazzjonijiet Uniti, għandha tinġabar skond il-qagħda soċjali u l-faqar fost it-tfal;

Emenda 32

Anness II, titolu XI, L-inizjattivi ewlenin għall-2008-2012, bulit 7 a (ġdid)

 

· Se jitfassal memorandum ta' ftehim b'koperazzjoni ma' l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi sabiex ikunu definiti l-modalitajiet prattiċi ta' koperazzjoni;

Emenda 33

Anness II, titolu XIII, L-inizjattivi ewlenin għall-2008-2012, bulit 3

· Għandhom jitjiebu d-disponibilità, il-komparabilità, il-prontezza u r-relevanza politika ta' l-istatistika dwar is-saħħa pubblika – inkluża l-istatistika dwar id-diżabilità u l-kura tas-saħħa – filwaqt li tingħata attenzjoni speċifika għal żvilupp metodoloġiku ulterjuri u konsiderazzjoni tal-kuntesti differenti f’kull pajjiż.

· Għandhom jitjiebu d-disponibilità, il-komparabilità, il-prontezza u r-relevanza politika ta' l-istatistika dwar is-saħħa pubblika – inkluża l-istatistika dwar id-diżabilità u l-kura tas-saħħa, diżaggregata skond is-sess – filwaqt li tingħata attenzjoni speċifika għal żvilupp metodoloġiku ulterjuri u filwaqt li jitqiesu l-kuntesti differenti f’kull pajjiż.

Emenda 34

Anness II, titolu XX, L-inizjattivi ewlenin għall-2008-2012, bulit 3

· Għandu jsir enfasi partikolari fuq il-kejl u s-sorveljanza tal-faqar, il-progress fejn tidħol il-koeżjoni soċjali, is-sostenibilità ambjentali u l-Indikaturi ta’ l-Għanijiet ta’ Żvilupp għall-Millenju.

· Għandha ssir enfasi partikolari, filwaqt li titqies id-dimensjoni tas-sess, fuq il-kejl u s-sorveljanza tal-faqar, il-progress fejn tidħol il-koeżjoni soċjali, is-sostenibilità ambjentali u l-Indikaturi ta’ l-Għanijiet ta’ l-Iżvilupp għall-Millennju.

  • [1]  Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

NOTA SPJEGATTIVA

1.        SFOND

Il-programm ta' ħames snin propost għall-2008 - 2012 huwa s-seba' programm ta' ħidma suċċessiv fuq medda medja ta' żmien ippreparat mill-Eurostat. L-għan ta' kull programm kien li jipprovdi ħarsa globali lejn l-istrateġiji, il-prijoritajiet u l-pjanijiet ta' ħidma għall-perjodu ta’ ppjanar previst. Il-pjan attwali, li jirrigwarda l-2003-2007, tnieda bid-Deċiżjoni 2367/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002. Il-programm ta’ ħames snin huwa appoġġjat minn programmi annwali li jipprovdu objettivi ta’ ħidma iktar dettaljati għal kull sena.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97[1] dwar Statistika Komunitarja jitlob il-preparazzjoni ta' programm statistiku Komunitarju 'li jiddefinixxi l-approċċi, l-oqsma prinċipali u l-objettivi ta' l-azzjonijiet previsti għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin'.

Id-deċiżjoni proposta issa hija suġġetta għal kodeċiżjoni skond l-Artikolu 285 tat-Trattat tal-Komunità Ewropea.

2.        IL-PREŻENTAZZJONI TAL-PROGRAMM

In-Nota Spjegattiva tal-proposta tal-Kummissjoni fiha osservazzjonijiet ġenerali dwar il-programm. Id-dokument huwa organizzat bl-istess mod bħall-programm ta' qabel li ġie ppreżentat lill-Parlament u fih erba' elementi:

(a)       Memorandum ta' Spjegazzjoni;

           Spjega ta' l-isfond tal-proposta attwali;

(b)       Att ġudizzjarju

           L-elementi essenzjali fi ħdan il-qafas legali;

(c)       Anness 1: Approċċi

Il-prijoritajiet u l-mod ta' kif il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li timmaniġġja l-programmi operazzjonali annwali;

(d)       Anness II Objettivi u azzjonijiet

Wara taqsima dwar Attivitajiet Statistiċi Trażversali (Cross-sectional Statistical Activities) b'appoġġ għall-prijoritajiet ġenerali tal-politiki Komunitarji hemm deskrizzjoni tax-xogħol statistiku propost mir-rapport fir-rigward ta' l-20 'titolu' tat-Trattat. Għal kull 'titolu' l-Anness jipprovdi deskrizzjoni tax-xogħol li jrid jitwettaq taħt l-intestatura ta' Qafas Legali, Sitwazzjoni Attwali u l-Inizjattivi Prinċipali previsti għall-2008-2012.

(e)      Rapport finanzjarju

Din it-taqsima fiha sommarju f'forma ta' tabelli ta' l-aspetti tal-programm u l-allokazzjoni tar-riżorsi proposta għal kull sena u għal kull tip ta' riżors. Ma' dan hemm ukoll test li, fost affarijiet oħra, jindirizza l-kwistjoni ta' l-immoniterjar u l-evalwazzjoni, kif ukoll il-miżuri kontra l-frodi.

3.        Il-kummenti tar-rapporteur

Ir-rapporteur b'mod ġenerali jaqbel mal-proposti tal-Kummissjoni. Madanakollu, hu jipproponi emendi:

L-Artikolu 3.1 tar-Regolament tal-Kunsill 322/1997 jitlob li l-firxa tal-Programm Statistiku Komunitarju ma taqbiżx il-ħames snin. Fil-preżent iċ-ċiklu tal-produzzjoni tal-Programm Statistiku Komunitarju ma jsegwix iċ-ċiklu leġiżlattiv la tal-Parlament Ewropew u lanqas tal-Kummissjoni. Għalhekk qed jiġi propost li bħala parti mir-reviżjoni maħsuba għall-2010 kif speċifikat fir-Regolament tal-Kunsill 322/1997 il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti sabiex iż-żewġ ċikli jiġu konformi mill-2014. Il-proposta taqbel max-xewqa tal-Parlament Ewropew li ċ-ċiklu leġiżlattiv jiġi konformi maċ-ċiklu baġitarju.

Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-ġabra ta' dejta kumplessa prodotta mill-Programm Statistiku Komunitarju tibqa' relevanti u koerenti, u li jiġi żgurat li l-burokrazija marbuta mal-ġbir tagħha ma ssirx piż amministrattiv, partikolarment għall-SMEs, għaliex dan imur kontra l-Istrateġija ta' Liżbona u l-intenzjoni ta' tnaqqis ġeneriku ta' 25% tal-burokrazija li dwaru kien hemm qbil fost l-Istati Membri. Għalhekk, huwa importanti li l-proposti tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar 'it-tnaqqis tal-piż tar-risposta, is-simplifikazzjoni, u l-iffissar ta' prijoritajiet fil-qasam ta' l-istatistika' jiġu implimentati f'waqthom. Għalhekk qed jiġi propost li r-reviżjoni maħsuba għall-2010 tevalwa l-effetti kompetittivi fuq l-SMEs li jirriżultaw mit-tnaqqis propost mill-piż amministrattiv relatat ma' l-istatistika (COM 2006) 693), partikolarment b'referenza għall-forniment ta' dejta INTRASTAT.

Barra minn hekk, huwa jagħmel l-osservazzjonijiet li ġejjin:

Filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu l-intenzjoni li tiġi adottata soluzzjoni għall-impasse kostituzzjonali sa Ġunju 2009 li dwarha kien hemm qbil fil-Laqgħa Għolja ta' l-UE ta' Diċembru 2005 ser ikun meħtieġ li fl-okkażjoni tar-reviżjoni wara tliet snin fl-2010 it-tqassim settorjali tal-lista ta' xogħlijiet ('titoli') fl-Anness II jiġi aġġustat għax fil-preżent dawn huma bbażati fuq it-Trattat ta' Nizza.

NACE 2 ser jieħu post NACE 1 sa l-2008. Madanakollu, mhux ser jiġi adottat b'mod sħiħ mill-Awtoritajiet Nazzjonali ta' l-Istatistika qabel l-2011. Il-bżonn li ż-żewġ sistemi jaħdmu b'mod parallel ser jitfa' piż baġitarju fuq l-Awtoritajiet Nazzjonali ta' l-Istatistika sakemm tinkiseb kontabilità statistika koerenti u konsistenti. It-tħaddim ta' sistemi paralleli ser jiswa ħafna flus, partikolarment għal Stati Membri li għadhom kif daħlu.

Bħala parti mir-reviżjoni fl-2010 l-Kummissjoni għandha tindirizza l-kwistjoni tal-ġabriet ta' dejta, l-għodod u l-metodoloġiji meħtieġa, li ser iservu bħala bażi għall-produzzjoni ta' analiżi imparzjali u oġġettiva ta' l-impatti soċali u ekonomiċi ta' oqsma importanti li huma fil-bżonn ta' mmoniterjar u reviżjoni kontinwi bħall-Perspettivi Finanzjarji, l-implimentazzjoni kif jixraq tad-Direttiva dwar is-Servizzi u r-riforma tal-Politika Agrikola Komuni.

Ir-reviżjoni ta' l-2010 għandha tagħti analiżi dettaljata tal-kondiviżjoni tal-piż tal-programm bejn il-baġit ta' l-UE u l-Istati Membri, partikolarment fil-każ ta' Stati li daħlu riċentement.

Oqsma ġodda ta' politika bħall-inovazzjoni, l-enerġija, il-migrazzjoni u l-forniment ta' dejta fiskali għandhom jiġu inkorporati fir-reviżjoni statistika maħsuba għall-2010 sabiex ikun possibbli li tiġi prodotta ġabra ta' dejta li tkun imparzjali u oġġettiva li sservi bħala bażi għall-evalwazzjoni ta' żviluppi fl-oqsma ġodda msemmija.

  • [1]  ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġit (11.4.2007)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Programm Statistiku Komunitarju 2008-2012
(COM(2006)0687 – C6‑0427/2006 – 2006/0229(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Janusz Lewandowski

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-karatteristiċi ewlenin tal-programm propost

L-għan ewlieni ta' l-Istatistika Komunitarja uffiċjali hu li ssostni fuq bażi rikorrenti l-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-Komunità b'informazzjoni fattwali, oġġettiva, komparabbli, koerenti u ta' min joqgħod fuqha.

F'dan l-isfond, l-għan tal-proposta huwa li joħloq programm strateġiku komprensiv għall-Istatistika Komunitarja uffiċjali. Dan se jkun jinkludi l-produzzjoni u t-tqassim ta' prodotti u servizzi lill-utenti, it-titjib tal-kwalità ta' l-istatistika u t-tkomplija ta' l-iżvilupp tas-Sistema Statistika Ewropea (ESS - is-sħubija bejn l-Eurostat, l-awtoritajiet nazzjonali ta' l-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħrajn responsabbli biex jaħdmu u jxerrdu l-Istatistika Ewropea f'kull Stat Membru).

Il-programm jimxi fuq il-prijoritajiet politiċi li ġejjin:

 prosperità, kompetittività u tkabbir ekonomiku,

 solidarjetà, koeżjoni ekonomika u soċjali u żvilupp sostenibbli,

 sigurtà, u

 tkabbir ulterjuri ta' l-Unjoni Ewropea.

Ir-rekwiżit għal Programm Statistiku Komunitarju (CSP) plurijennali joħroġ mill-Artikolu 3.1 tar-Regolament tal-Kunsill 322/97; skond dan ir-regolament is-CSP għandu jiddefinixxi l-metodi, l-oqsma ewlenin u l-għanijiet ta' l-azzjonijiet maħsuba għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin u jikkostitwixxi l-qafas għall-ġbir ta' l-istatistika kollha tal-Komunità. Is-CSP jiġi implimentat permezz ta' programmi ta' ħidma annwali li jipprovdu objettivi tax-xogħol iktar dettaljati għal kull sena kif ukoll permezz ta' leġiżlazzjoni speċifika għal azzjonijiet aktar importanti. Is-CSP hu suġġett għal rapporti li juru l-progress f'nofs it-terminu u għal evalwazzjoni formali wara l-iskadenza tal-perjodu tal-programm.

Implikazzjoni finanzjarja

Ir-rekwiżiti tar-riżorsi operattivi ta' l-Eurostat biex ikun implimentat l-programm huma ta' €274.2 miljun tul il-perjodu tal-programm (2008-2012). Dan l-ammont jirrappreżenta r-riżorsi tal-baġit ta' l-Eurostat meħtieġa biex jitwettqu l-attivitajiet kollha deskritti fil-programm, minbarra:

 L-ispiża għall-istaff u l-amministrazzjoni,

 Riżorsi operattivi fuq linji oħra tal-baġit ta' l-istatistika li jistgħu jinfetħu wkoll biex ikopru ħtiġijiet regolatorji ġodda tul il-perjodu 2008-2012 (azzjonijiet tat-tip Edicom),

 Riżorsi operattivi li jidħlu minn Direttorati Ġenerali oħra fuq il-linji tal-baġit tagħhom,

 Riżorsi f'livell nazzjonali u reġjonali.

L-Eurostat se torganizza mill-ġdid ir-riżorsi operattivi u umani tagħha sabiex tirrispetta l-prijoritajiet ġenerali tal-programm. Madankollu, minħabba l-iżvilupp fix-xogħol fuq l-istatistika - u minkejja l-objettiv biex ir-riżorsi jiġu allokati mill-ġdid billi l-prijoritajiet se jiġu riveduti - il-Kummissjoni tantiċipa li l-livell maħsub ta' riżorsi jista' ma jkunx biżżejjed biex jilqa' l-ħtiġijiet kollha. Fil-każ li jiġri dan, il-Kummissjoni se tindika fil-programmi ta' ħidma annwali kull meta jinħass il-bżonn li jkun pospost ix-xogħol maħsub f'dan il-programm, fid-dawl ta':

 ir-riżorsi allokati lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet tal-baġit, u

 ir-riżorsi disponibbli fis-Sistema Statistika Ewropea (ESS) biex isir ix-xogħol.

Emendi proposti mir-rapporteur għal opinjoni

Għandu jkun irrimarkat li l-awtorità tal-baġit tfittex li talloka ammont ta' referenza finanzjarja li għandu jitqies li jkun suffiċjenti biex jilqa' għall-ħtiġijiet kollha li jistgħu jinqalgħu matul il-perjodu tal-programm (2008-2012). Ir-rapporteur ta' opinjoni għalhekk jikkunsidra li l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipposponi x-xogħol maħsub fil-programm se toħloq taħwid u tnaqqas mill-kjarezza tal-baġit f'dawk li huma approprijazzjonijiet tal-baġit assenjati għal qasam ta' politika partikolari.

It-tieni, ir-rapporteur ta' opinjoni hu tal-fehma li kien ikun ta' fejda li jsir programm li jkopri - bħal ma jiġri kważi fil-programmi plurijennali kollha tal-Komunità - il-perjodu sħiħ tal-qafas finanzjarju plurijennali kurrenti - MFF (2007-2013). Fl-MFF kurrenti "l-istatistika" hija parti minn "azzjonijiet oħra" li tinkludi l-marġni li jibqa' taħt l-intestatura 1 a. Għal raġunijiet ta' kjarezza l-MFF li jmiss għandu jistipula b'mod ċar kemm jintefqu flus għall-programm ta' statistika plurijennali. Dan jagħmilha eħfef biex l-awtorità tal-baġit tassessja l-marġni reali li jibqa' taħt intestatura partikulari.

Ir-rapporteur ta' opinjoni jipproponi żewġ emendi:

1.  Emenda standard li tirreferi għal Art. 37 ta' IIA u li għandha l-għan li żżomm mal-limitu massimu ta' sotto-intestatura 1.

2.  It-tieni emenda tiżgura li ż-żewġ fergħat ta' l-awtorità tal-baġit jirċievu r-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu. Inkella jkun impossibbli għall-awtorità tal-baġit li tiddisponi mill-ewwel evalwazzjoni tal-programm kurrenti meta tkun qiegħda tinnegozja fuq l-MFF li jmiss u l-programmi plurijennali ta' wara.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda 1

Paragrafu 1 a (ġdid)

1a. Iqis li l-ammont ta' referenza indikat fil-proposta leġiżlattiva għandu jkun kompatibbli mal-limitu ta' l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju plurijennali (MFF) il-ġdid u jirrimarka li l-ammont annwali għandu jiġi deċiż fi ħdan il-proċedura tal-baġit annwali f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Punt 37 ta' l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006.

Ġustifikazzjoni

Emenda standard

Proposta għal deċiżjoni

Test propost mill-Kummissjoni[1]Emendi tal-Parlament

Emenda 2

Artikolu 6, paragrafu 1

1. Matul it-tielet sena ta’ l-eżekuzzjoni tal-programm, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport intermedju dwar il-progress u tippreżentah lill-Kumitat għall-Programm Statistiku.

1. Matul it-tielet sena ta’ l-eżekuzzjoni tal-programm, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport intermedju dwar il-progress u tippreżentah lill-Kumitat għall-Programm Statistiku, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu infurmati bir-rapport intermedju dwar il-progress. Ir-rapport finali li jkopri l-perjodu sħiħ tal-programm (li għandu jitlesta sa l-2013) se jitqassam tard wisq biex ikun żgurat li s-sejbiet tiegħu jiġu inklużi fil-programm ta' statistika plurijennali li jmiss kif ukoll fil-qafas finanzjarju plurijennali li jmiss.

PROĊEDURA

Referenzi

COM(2006)0687 - C6-0427/2006 - 2006/0229(COD)

Kumitat responsabbli

ECON

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

12.12.2006

 

 

 

Rapporteur ta’ opinjoni:

       Data tal-ħatra

Janusz Lewandowski

13.12.2006

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

11.4.2007

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

10.4.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

18

1

0

Membri preżenti għall-vot finali

Reimer Böge, Herbert Bösch, Simon Busuttil, Joan Calabuig Rull, Hynek Fajmon, Szabolcs Fazakas, Louis Grech, Nathalie Griesbeck, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Anne E. Jensen, Wiesław Stefan Kuc, Janusz Lewandowski, Nils Lundgren, Vladimír Maňka, Francesco Musotto, Gérard Onesta, Kyösti Virrankoski

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Margarita Starkevičiūtė

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (4.5.2007)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Programm Statistiku Komunitarju 2008-2012
(COM(2006)0687 – C6‑0427/2006 – 2006/0229(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Mieczysław Edmund Janowski

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fil-qafas finanzjarju għall-perjodu 2007-2013 li kien adottat fl-2006 l-Istati Membri ddeċidew li jallokaw iktar minn terz tal-baġit għal miżuri ta' politika reġjonali, bil-għan aħħari li jkunu implimentati l-prinċipji ta' koeżjoni u solidarjetà bejn ir-reġjuni aktar żviluppati u dawk inqas żviluppati ta' l-UE.

Meta wieħed iqis il-firxa u l-kumplessità tal-politika reġjonali u r-riżorsi finanzjarji kbar li din iġġib magħha, hu essenzjali li jkunu stabbiliti modi effettivi biex wieħed ikejjel il-progress fl-implimentazzjoni tal-politika strutturali fuq livell reġjonali kif ukoll biex jevalwa l-effettività ta' l-azzjoni li tkun ittieħdet.

Id-disponibilità ta' statistika ta' min jorbot fuqha li tkun komprensiva kemm tista' hija prekondizzjoni essenzjali għal monitoraġġ u evalwazzjoni effettivi.

Wieħed għandu jenfasizza li, min-naħa tal-politika ta' koeżjoni u ta' l-implimentazzjoni ta' fondi strutturali, hu ta' importanza essenzjali li jkun hemm statistika biex ikunu jistgħu jitħejjew sommarji fil-livell tal-Komunità, ta' l-Istati Membri u dak reġjonali.

Aktar minn hekk, l-istatistika m'għandhiex biss tkun preċiża u komprensiva, imma trid ukoll tkopri l-oqsma kollha ta' l-Unjoni Ewropea u għal tul biżżejjed ta' żmien, b'attenzjoni xierqa għall-ħtieġa ta' kontinwità fil-ġbir tagħha, sabiex wieħed ikun jista' jqabbel il-qagħda f'reġjuni individwali kif ukoll jevalwa x-xejriet fil-proċessi li jkunu għaddejjin fir-reġjuni.

M'huwiex aċċettabbli, pereżempju, li jkun permess li l-insegwiment ta' prijoritarijiet għal żmien qasir jew xi problemi organizzattivi temporanji, iwassal għal sitwazzjonijiet fejn il-ġbir ta' dejta simili jkun sospiż għal perjodu ta' żmien, billi għal tul ta' żmien medju dan iwassal biex tingħata stampa mhix sħiħa jew frammentarja tas-sitwazzjoni.

Inkunu nistgħu nevalwaw biss il-firxa reali ta' l-iżvilupp reġjonali u tas-sehem li tagħti l-politika ta' koeżjoni f'dak l-iżvilupp jekk ikollna aċċess għal statistika komprensiva u ta' min jorbot fuqha.

Din tippermetti evalwazzjoni aktar preċiża ta' kemm huma effettivi l-miżuri individwali, biex b'hekk il-miżuri li jittieħdu fil-ġejjieni jkunu mmirati hekk li jkollhom effett u impatt b'saħħtu kemm jista' jkun.

Ta' min jisħaq fuq il-fatt li l-informazzjoni li toħroġ mill-metodi ta' l-analiżi ta' l-istatistika użati bħalissa fil-qasam tal-politika reġjonali, ibbażati fuq l-unitajiet statistiċi tan-NUTS fis-seħħ, mhix dejjem ta' min joqgħod fuqha għal kollox. Dan jiġri, b'mod partikulari, minħabba l-kalkolu medju tad-dejta tar-reġjuni fejn il-livell ta' l-iżvilupp ekonomiku tal-belt kapitali jkun ogħla sew minn dak ta' zoni oħra fir-reġjun. Hemm evidenza oġġettiva għal dan, ibbażata fuq l-użu ta' unitajiet ta' statistika għal territorji iżgħar, u msaħħa minn dak li wieħed jista' jara b'għajnejh. Meta wieħed iżomm dan f'moħħu, iridu jsiru sforzi biex niżguraw li l-istatistika tagħtina stampa vera tas-sitwazzjoni ekonomika reali.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni[1]Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 2

(2) Skond ir-Regolament (KE) Nru 322/97, il-Komunità għandu jkollha aċċess f’waqtu għal tagħrif statistiku li jkun komparabbli bejn l-Istati Membri li jkun aġġornat, affidabbli, pertinenti u prodott bl-iżjed mod effiċjenti possibbli għall-formulazzjoni, l-applikazzjoni, is-sorveljar u l-valutazzjoni tal-politika tagħha.

(2) Skond ir-Regolament (KE) Nru 322/97, il-Komunità għandu jkollha aċċess f’waqtu għal tagħrif statistiku li jkun komparabbli bejn l-Istati Membri, reġjuni individwali ta' l-Unjoni Ewropea u tipi individwali ta' klassifikazzjoni komuni ta' l-unitajiet territorjali għall-istatistika (in-NUTS), li jkun aġġornat, affidabbli, pertinenti u prodott bl-iżjed mod effiċjenti possibbli għall-formulazzjoni, l-applikazzjoni, is-sorveljar u l-evalwazzjoni tal-politika tagħha.

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda hi meħtieġa biex ikun żgurat li t-tagħrif statistiku pprovdut jippermetti li jsiru sommarji komparabbli kemm f'livell nazzjonali kif ukoll reġjonali, din hija prekondizzjoni għall-evalwazzjoni xierqa ta' kemm hi effettiva l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni.

Emenda 2

Premessa 4

(4) Il-metodu speċifiku għall-kompilazzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja jinħtieġ kooperazzjoni mill-qrib b’mod speċjali f’sistema statistika Komunitarja fi proċess ta’ żvilupp permezz tal-Kumitat tal-Programm Statistiku, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom[6], għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-addattament tas-sistema, partikolarment permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ strumenti legali meħtieġa biex tkun stabbilita l-imsemmija statistika Komunitarja. Għandu jitqies il-piż fuq il-parteċipanti fl-istħarriġ – ikunu min ikunu: unitajiet tan-negozju, tal-gvern ċentrali jew lokali, familji jew individwi.

(4) Il-metodu speċifiku għall-kompilazzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja jinħtieġ kooperazzjoni mill-qrib b’mod speċjali f’sistema statistika Komunitarja fi proċess ta’ żvilupp permezz tal-Kumitat tal-Programm Statistiku, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom, għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-addattament tas-sistema, partikolarment permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ strumenti legali meħtieġa biex tkun stabbilita l-imsemmija statistika Komunitarja. Għandu jitqies il-piż fuq il-parteċipanti fl-istħarriġ – ikunu min ikunu: unitajiet tan-negozju, tal-gvern ċentrali, reġjonali jew lokali, familji jew individwi.

Ġustifikazzjoni

L-unitajiet reġjonali aktarx li ma kinux inklużi fost il-parteċipanti ta' l-istħarriġ bi żvista, imma dan jista' joħloq nuqqas ta' ftehim, u għalhekk hemm bżonn li jiżdiedu.

Ma tridx tkun eskluża referenza għal-livell reġjonali, l-aktar meta l-livelli nazzjonali u lokali huma msemmija b'mod espliċitu.

Emenda 3

Premessa 5

(5) Il-produzzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja fil-qafas leġiżlattiv tal-programm ta’ ħames snin tinkiseb permezz ta’ kooperazzjoni koordinata, koerenti u mill-qrib bejn l-Eurostat u l-awtoritajiet nazzjonali. Għal dan il-għan, l-Eurostat għandu jiżgura li tkun teżisti koordinazzjoni taħt diversi suriet ta' l-awtoritajiet nazzjonali f'netwerk li jirrappreżenta s-Sistema Statistika Ewropea (l-ESS) għall-assigurazzjoni tal-provvediment f’waqtu ta’ statistika li tkun tappoġġja l-ħtiġiet politiċi ta’ l-Unjoni Ewropea.

(5) Il-produzzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja fil-qafas leġiżlattiv tal-programm ta’ ħames snin tinkiseb permezz ta’ kooperazzjoni koordinata, koerenti u mill-qrib bejn l-Eurostat u l-awtoritajiet nazzjonali. Għal dan il-għan, l-Eurostat għandu jiżgura li tkun teżisti koordinazzjoni taħt diversi suriet ta' l-awtoritajiet nazzjonali f'netwerk li jirrappreżenta s-Sistema Statistika Ewropea (l-ESS) għall-assigurazzjoni tal-provvediment f’waqtu ta’ statistika, li tkun ta' standard tali li jippermetti l-komparabilità meħtieġa bejn l-Istati Membri, li tkun tappoġġja l-ħtiġiet politiċi ta’ l-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji spiss huma tant differenti li jkun diffiċli li jinħarġu statistiċi affidabbli li jirriflettu r-riżultati reali.

Emenda 4

Premessa 6

(6) Fil-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Komunitarja taħt din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet statistiċi Komunitarji u nazzjonali għandhom jirrispettaw il-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi Ewropew tal-Prattika Statistika, li ġie mehmuż mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Mejju 2005 dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet statistiċi Komunitarji u nazzjonali.

(6) Fil-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Komunitarja taħt din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet statistiċi Komunitarji u nazzjonali għandhom jirrispettaw il-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi Ewropew tal-Prattika Statistika, li ġie mehmuż mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Mejju 2005 dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet statistiċi Komunitarji u nazzjonali. F'dan il-proċess, għandhom isiru sforzi biex tkun promossa l-konverġenza f'termini ta' tagħrif statistiku miġbur u l-possibilità li dan ikun trattat b'mod xjentifiku.

Ġustifikazzjoni

Il-ġbir ta' tagħrif bażiku għandu jsir skond kriterji standard sabiex ikun żgurat li r-riżultati, meta jiġu pproċessati, ikunu jistgħu jiġu mqabbla.

Emenda 5

Premessa 6 a (ġdida)

(6a) Bi qbil ma' l-għanijiet tal-Komunità dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa stipulata fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat KE kif ukoll fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) 1083/2006 dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-fondi strutturali u l-fond ta' koeżjoni, l-Istati Membri huma mitluba jżommu statistika separata dwar l-irġiel u n-nisa ta' l-inqas fejn tali statistika hija prekundizzjoni diretta jew indiretta għall-iffinanzjar mill-Fondi Strutturali Ewropej u l-Fond ta' Koeżjoni.

 

Ġustifikazzjoni

Fl-istatistika għandha ssir distinzjoni bejn l-irġiel u n-nisa, peress li, b'konformità ma' l-għanijiet tal-Komunità dwar it-trattament ugwali, għandu jkun possibbli li wieħed jaċċerta ruħu dwar kif il-politiki Ewropej qed ikollhom effetti speċifiċi fuq iż-żewġ sessi. Dan huwa direttament marbut mal-prijorità prinċipali ta' "solidarjetà, il-koeżjoni ekonomika u soċjali u l-iżvilupp sostenibbli", għaliex dawn l-oqsma tal-politika Ewropea huma kommessi għall-objettiv tal-'Gender mainstreaming' (ara l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006).

Emenda 6

Premessa 8

(8) Billi l-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, jiġifieri l-Programm Statistiku Komunitarju 2008 -2012, ma jistgħux jintlaħqu b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(8) Billi l-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, jiġifieri l-Programm Statistiku Komunitarju 2008-2012, ma jistgħux jintlaħqu b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat, b'mod partikolari hija tista' titlob regolarment il-produzzjoni ta' statistika f'livell reġjonali, sabiex jidhru ċari d-differenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni skond l-Artikolu 158 tat-Trattat KE. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat, din id-Deċiżjoni ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

Ġustifikazzjoni

Il-prijorità prinċipali ta' "solidarjetà, koeżjoni ekonomika u soċjali u żvilupp sostenibbli" hija mmirata direttament lejn id-dejta li tinġabar fil-kuntest tal-politika reġjonali Ewropea. Fid-dawl ta' din id-dimensjoni territorjali ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-qasam tal-politika, huwa neċessarju li l-istatistika tkun disponibbli fil-livell reġjonali sabiex joħorġu ċari d-differenzi fl-iżvilupp reġjonali u għall-kontroll ta' l-interventi tal-politika reġjonali (ara l-Anness II, Titolu XVII, ‘Koeżjoni ekonomika u soċjali’).

Emenda 7

Premessa 10 a (ġdida)

 

(10 a) Sabiex tkun żgurata aktar koerenza u effikaċja fl-azzjonijiet tal-Komunità rigward il-bliet u biex dawn ikunu jistgħu jiġu mqabbla b'mod kredibbli, huwa meħtieġ, għall-iskopijiet statistiċi komunitarji, li tkun stabbilita definizzjoni tal-kunċetti ta' belt u ta' zona metropolitana Ewropea;

Emenda 8

Artikolu 2, paragrafu 1

1. Filwaqt li jqis ir-riżorsi disponibbli ta’ l-awtoritajiet nazzjonali u tal-Kummissjoni, il-programm għandu jkun iggwidat mill-prijoritajiet politiċi Komunitarji prinċipali ta’:

(1) Filwaqt li jqis ir-riżorsi disponibbli ta’ l-awtoritajiet nazzjonali u tal-Kummissjoni, il-programm għandu jkun iggwidat mill-prijoritajiet politiċi Komunitarji prinċipali ta’:

- prosperità, kompetittività, u tkabbir ekonomiju,

– prosperità, kompetittività, innovazzjoni u tkabbir ekonomiku,

– solidarjetà, koeżjoni ekonomika u soċjali u żvilupp sostenibbli,

– solidarjetà, koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, żvilupp sostenibbli u sfidi demografiċi,

 

– edukazzjoni u żgħażagħ,

– sigurtà, u

– sigurtà, trasparenza,

 

koperazzjoni għall-iżvilupp, u

- tkabbir ulterjuri ta’ l-Unjoni Ewropea.

- tkabbir ulterjuri ta’ l-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Il-koeżjoni territorjali ma' tistax issa tkun separata mill-koeżjoni ekonomika u soċjali, għaliex hija wkoll, bħall-oħrajn, hija msemmija fl-abbozz ta' trattat ta' kostituzzjoni.

Iridu jiżdiedu prijoritajiet oħra biex jirriflettu t-tħassib prinċipali ta' l-UE. L-Unjoni issa kisbet ammont ta' għarfien f'firxa sħiħa ta' oqsma tekniċi. Bħala sieħba ewlenija fl-għajnuna għall-iżvilupp, hija tista' tgħin ħafna, permezz ta' pariri tekniċi u finanzjarji, fl-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tas-sistemi statistiċi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Biex ikunu żgurati ċarezza u fehim aħjar fir-rigward ta' l-affidabilità tad-dejta huwa importanti li d-dejta, li fuq il-bażi tagħha jittieħdu d-deċiżjonijiet tal-Komunità, tkun pubblika.

Emenda 9

Artikolu 3, paragrafu 1, sentenza introduttorja

1. Il-programmi għandu jiġi eżegwit skond il-prinċipji tal-Kodiċi Ewropew tal-Prattika Statistika bil-għan li tkun prodotta u mxerrda statistika Komunitarja armonizzata ta’ kwalità għolja u li jkun żgurat li s-sistema statistika Ewropea kollha kemm hi tiffunzjona kif jixraq. L-awtoritajiet nazzjonali u l-awtorità statistika Komunitarja għandhom:

1. Il-programm għandu jiġi eżegwit skond il-prinċipji tal-Kodiċi Ewropew tal-Prattika Statistika bil-għan li tkun prodotta u mxerrda statistika Komunitarja armonizzata ta’ kwalità għolja u li jkun żgurat li s-sistema statistika Ewropea kollha kemm hi tiffunzjona kif jixraq, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-ħtieġa li jkun żgurat il-forniment f'waqtu tat-tagħrif statistiku neċessarju. L-awtoritajiet nazzjonali u l-awtorità statistika Komunitarja għandhom:

Ġustifikazzjoni

Attenzjoni xierqa għandha tingħata għall-ħtieġa tal-forniment f'waqtu ta' tagħrif statistiku mill-Istati Membri, li hi prekundizzjoni biex is-sistema statistika Ewropea taħdem tajjeb.

Emenda 10

Artikolu 3 paragrafu 1, punt (a)

(a) jistabbilixxu ambjent istituzzjonali u organizzattiv li jippromwovi l-effikaċja u l-kredibilità ta’ l-awtoritajiet statistiċi nazzjonali u Ewropej li jipproduċu u jxerrdu statistika uffiċjali;

 

(a) jistabbilixxu ambjent istituzzjonali u organizzattiv li jippromwovi l-effikaċja u l-kredibilità ta’ l-awtoritajiet statistiċi nazzjonali u Ewropej li jipproduċu u jxerrdu statistika uffiċjali u statistiċi reġjonali bbażati fuq in-Nomenklatura ta' l-Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (in-NUTS);

Ġustifikazzjoni

In-Nomenklatura ta’ l-Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (in-NUTS) għandha tissemma espressament sabiex jiġi enfasizzat l-għan tal-Komunità li tipprovdi analiżi waħda uniformi ta' l-unitajiet territorjali għall-produzzjoni ta' statistika reġjonali għall-Unjoni Ewropea.

Emenda 11

Artikolu 3 paragrafu 1, punt (c)

c) jiżguraw li l-istatistika Komunitarja tkun konformi ma’ l-istandards ta’ kwalità Ewropej u jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ l-utenti istituzzjonali ta’ l-Unjoni Ewropea, il-gvernijiet, l-istituzzjonijiet tar-riċerka, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-impriżi u l-pubbliku ġenerali.

c) jiżguraw li l-istatistika Komunitarja tkun konformi ma’ l-istandards ta’ kwalità Ewropej u jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ l-utenti istituzzjonali ta’ l-Unjoni Ewropea, il-gvernijiet, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-istituzzjonijiet tar-riċerka, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-impriżi u l-pubbliku ġenerali;

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikunu identifikati l-livelli differenti ta' l-utenti fi Stat Membru.

L-awtoritajiet lokali u reġjonali jeħtieġu statistika tal-Komunità li tkun affidabbli, sabiex jippjanaw il-politiki tagħhom u biex jiddefendu l-interessi reġjonali tagħhom.

Emenda 12

Artikolu 3, paragrafu 1, punt (c a) (ġdid)

 

(ca) jiżguraw li s-sommarji miġbura jkunu ta' tali standard li jagħmel l-istatistika tal-Komunità komparabbli għal kollox ma' l-istatistika dinjija;

Ġustifikazzjoni

Il-komparabilità ta' l-istatistika għandha tkun żgurata mhux biss fil-livell tal-Komunità imma wkoll fil-kuntest ta' l-ekonomija dinjija sabiex tkun tista' ssir evalwazzjoni aktar preċiża tas-sitwazzjoni reali fl-Unjoni Ewropea, fl-Istati Membri u fir-reġjuni tagħha meta mqabbla mal-kompetituri f'livell dinji.

Emenda 13

Artikolu 3 paragrafu 1, punt (c b) (ġdid)

(cb) jiżguraw li s-sommarji jinġabru skond tali standard li l-istatistika tal-Komunità tkun kompatibbli għal kollox mal-Prinċipji Fundamentali ta' l-Istatistika Uffiċjali adottati mill-Kummissjoni ta' l-Istatistika tan-NU fl-14 t'April 1994;

Ġustifikazzjoni

Il-komparabilità ta' l-istatistika għandha tkun żgurata mhux biss fil-livell ta' Komunità, iżda wkoll fil-kuntest ta' l-istandards internazzjonali.

Emenda 14

Artikolu 3, paragrafu 1, punt (c c) (ġdid)

(ca) jipprovdu, fejn mitlub u fejn it-talba tkun iġġustifikata, l-appoġġ tekniku meħtieġ fil-qasam ta' l-organizzazzjoni statistika, u jippermettu li l-prattika tajba tkun maqsuma ma' istituzzjonijiet oħra jew pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

Kif issemma hawn fuq, l-Unjoni għandha ħafna għarfien u riżorsi umani u finanzjarji li huma estremament utli għall-kooperazzjoni. It-tqabbil ta' l-istatistika differenti mad-dinja għadu inkomplet ħafna minħabba li l-materjal mhux adegwat, b'mod partikulari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Emenda 15

Artikolu 4, paragrafu 1

1. Il-programm għandu jiżgura appoġġ statistiku kontinwu għad-deċiżjonijiet u l-valutazzjonijiet fis-setturi politiċi Komunitarji kurrenti u jipprovdi appoġġ statistiku għal kwalunkwe rekwiżiti addizzjonali li jinħolqu minn inizjattivi politiċi Komunitarji ġodda.

1. Il-programm għandu jiżgura appoġġ statistiku kontinwu għad-deċiżjonijiet u l-evalwazzjonijiet fis-setturi politiċi Komunitarji kurrenti u jipprovdi appoġġ statistiku għal kwalunkwe rekwiżiti addizzjonali li jinħolqu minn inizjattivi politiċi Komunitarji ġodda, bl-enfasi fuq l-affidabilità, il-kwalità u l-komparabilità tat-tagħrif statistiku.

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda hi meħtieġa biex tiżgura li t-tagħrif statistiku disponibbli jippermetti li jsiru sommarji komparattivi preċiżi sabiex wieħed jevalwa kemm hi effettiva l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni.

Emenda 16

Artikolu 4, paragrafu 2

2. Waqt it-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma statistiċi annwali, il-Kummissjoni għandha tqis l-effikaċja fl-infiq fil-produzzjoni ta’ l-istatistika u tiżgura reviżjoni kontinwa tal-prijoritajiet, bl-iskop li jintgħamel l-aħjar użu tar-riżorsi ta’ l-Istati Membri u tal-Kummissjoni u li jitnaqqas il-piż tar-rispons impost fuq il-parteċipanti fl-istħarriġ.

2. Waqt it-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma statistiċi annwali, il-Kummissjoni għandha tqis l-effikaċja fl-infiq fil-produzzjoni ta’ l-istatistika u tiżgura reviżjoni kontinwa tal-prijoritajiet, bl-iskop li jsir l-aħjar użu tar-riżorsi ta’ l-Istati Membri u tal-Kummissjoni u li jitnaqqas il-piż tar-rispons impost fuq il-parteċipanti fl-istħarriġ, waqt li tingħata attenzjoni xierqa biex tkun żgurata l-kontinwità kronoloġika tad-dejta miġbura.

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda hi meħtieġa sabiex tiżgura l-kontinwità kronoloġika tat-tagħrif statistiku disponibbli u biex tiżgura li dan ikopri perijodu twil biżżejjed ta' żmien biex ikunu jistgħu jiġu evalwati t-tendenzi fil-proċessi li jkunu għaddejjin fir-reġjuni. Din l-informazzjoni hi ta' importanza fundamentali biex wieħed jevalwa kemm hi effettiva l-politika ta' koeżjoni tal-Komunità.

Emenda 17

Artikolu 4, paragrafu 3

3. Il-programm għandu jiżgura l-iżvilupp ta' strumenti għat-tkattir tal-flessibilità tas-Sistema Statistika Ewropea u għat-titjib tal-kapaċità tagħha biex tissodisfa l-ħtiġiet ġodda ta' l-utenti b’mod opportun.

3. Il-programm għandu jiżgura l-iżvilupp ta' strumenti għat-tkattir tal-flessibilità tas-Sistema Statistika Ewropea u għat-titjib tal-kapaċità tagħha biex tissodisfa l-ħtiġiet ġodda ta' l-utenti b’mod opportun. Il-programm għandu jiggarantixxi wkoll konverġenza f'termini tal-materjal statistiku miġbur u l-possibilità ta' l-ipproċessar xjentifiku tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Il-ġbir ta' tagħrif bażiku għandu jsir skond kriterji standard sabiex ikun żgurat li meta r-riżultati jiġu pproċessati, ikunu jistgħu jiġu mqabbla.

Emenda 18

Artikolu 4, paragrafu 3 a (ġdid)

(3a) Il-programm għandu jiżgura t-trasparenza, u għandu jitqies, fost oħrajn, l-Artikolu 1(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1104/2006 tat-18 ta' Lulju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 831/2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatisika tal-Komunità, rigward fakoltà ta' użu ta' data kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi1.

_________________

1 ĠU L 197, 19.7.2006, p 3.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu konklużjonijiet statistiċi għall-għanijiet xjentifiċi, dan ir-Regolament tal-Kummissjoni jistipula l-kundizzjonijiet li bihom jista' jingħata aċċess għad-dejta kunfidenzjali li ġiet mgħoddija lill-Kummissjoni. Huwa jsemmi l-istħarriġ differenti u s-sorsi ta' dejta li japplika għalihom.

Emenda 19

Anness II, Titolu XVII, sottotitolu 4

L-inizjattivi ewlenin għall-2008–2012

Il-ħidma li trid titwettaq taħt il-programm statistiku 2008-2012 għandha tkun determinata mill-għamla li tieħu l-politika reġjonali Komunitarja l-ġdida fl-ambitu tal-perjodu l-ġdid ta’ programmazzjoni għall-fondi strutturali. Għandha titkompla l-ħidma ta’ konsolidazzjoni fuq id-data eżistenti, partikolarment fl-oqsma tal-verifika urbana, it-trasport, l-ambjent u r-riċerka u l-iżvilupp. L-eżekuzzjoni ta’ qafas leġiżlattiv għad-data dwar il-Popolazzjoni Reġjonali u r-reviżjoni antiċipata tar-Regolament ESA 95 li jiġbor fih id-data tal-Kontijiet Reġjonali se jkunu ta’ importanza sinifikanti għax-xogħol ta' l-indikaturi strutturali. Il-konsistenza metodoloġika ta’ l-istatistika reġjonali għandha titjieb bl-inklużjoni ta' metodoloġija aktar rigoruża fil-qafas leġiżlattiv relevanti meta dan ikun rivedut u l-applikazzjoni ta’ l-istandards tal-kwalità li diġà bdiet tkun eżegwita fid-data dwar il-kontijiet reġjonali għandha tkun estiża għal statistika reġjonali oħra biex jiġu żgurati l-komparabilità u l-prontezza.

L-inizjattivi ewlenin għall-2008–2012

Il-ħidma li trid titwettaq taħt il-programm statistiku 2008-2012 għandha tkun determinata mill-għamla li tieħu l-politika reġjonali Komunitarja l-ġdida fl-ambitu tal-perjodu l-ġdid ta’ programmazzjoni għall-fondi strutturali. Għandha titkompla l-ħidma ta’ konsolidazzjoni fuq id-dejta eżistenti, partikolarment fl-oqsma tal-verifika urbana, it-trasport, l-ambjent u r-riċerka u l-iżvilupp. L-eżekuzzjoni ta’ qafas leġiżlattiv għad-dejta dwar il-Popolazzjoni Reġjonali u r-reviżjoni antiċipata tar-Regolament ESA 95 li jiġbor fih id-data tal-Kontijiet Reġjonali se jkunu ta’ importanza sinifikanti għax-xogħol ta' l-indikaturi strutturali. Il-konsistenza metodoloġika ta’ l-istatistika reġjonali għandha titjieb bl-inklużjoni ta' metodoloġija aktar rigoruża fil-qafas leġiżlattiv relevanti meta dan ikun rivedut, billi tkun żgurata l-produzzjoni ta' u ċ-ċitazzjoni ta' statistiċi separati dwar l-irġiel u n-nisa, kif ukoll permezz ta' l-applikazzjoni ta’ l-istandards tal-kwalità li diġà bdiet tkun eżegwita fid-dejta dwar il-kontijiet reġjonali li għandha tkun estiża għal statistika reġjonali oħra biex jiġu żgurati l-komparabilità u l-prontezza.

Ġustifikazzjoni

Fl-istatistika għandha ssir distinzjoni bejn l-irġiel u n-nisa, peress li, b'konformità ma' l-għanijiet tal-Komunità dwar it-trattament ugwali, għandu jkun possibbli li wieħed jaċċerta ruħu dwar kif il-politiki Ewropej qed ikollhom effetti speċifiċi fuq iż-żewġ sessi. Dan huwa direttament marbut mal-prijorità prinċipali ta' "solidarjetà, il-koeżjoni ekonomika u soċjali u l-iżvilupp sostenibbli", għaliex dawn l-oqsma tal-politika Ewropea huma kommessi għall-objettiv tal-'Gender mainstreaming' (ara l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006).

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Programm Statistiku Komunitarju 2008-2012

Referenzi

(COM(2006)0687 – – C6-0427/2006 – 2006/0229(COD))

Kumitat responsabbli

ECON

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

12.12.2006

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni:

       Data tal-ħatra

Mieczysław Edmund Janowski

1.2.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

20.3.2007

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

2.5.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazjoni finali

+:

–:

0:

44

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alfonso Andria, Stavros Arnaoutakis, Jean Marie Beaupuy, Rolf Berend, Wolfgang Bulfon, Antonio De Blasio, Vasile Dîncu, Gerardo Galeote, Iratxe García Pérez, Eugenijus Gentvilas, Ambroise Guellec, Gábor Harangozó, Jim Higgins, Alain Hutchinson, Mieczysław Edmund Janowski, Gisela Kallenbach, Tunne Kelam, Evgeni Kirilov, Miloš Koterec, Constanze Angela Krehl, Mario Mantovani, Miguel Angel Martínez Martínez, Yiannakis Matsis, Miroslav Mikolášik, Jan Olbrycht, Maria Petre, Markus Pieper, Elisabeth Schroedter, Stefan Sofianski, Grażyna Staniszewska, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Vladimír Železný

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Bastiaan Belder, Brigitte Douay, Den Dover, Riitta Myller, Zita Pleštinská, Christa Prets, Miloslav Ransdorf, Richard Seeber, László Surján, Károly Ferenc Szabó

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali

Véronique De Keyser, Samuli Pohjamo, Henrik Lax

  • [1]  Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (4.5.2007)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Programm Statistiku Komunitarju 2008-2012
(COM(2006)0687 – C6‑0427/2006 – 2006/0229(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Edit Bauer

EMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni[1]Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 2 a (ġdida)

 

(2a) Ir-rapport tal-Kunsill ta' l-Ewropa ta' l-1998 dwar l-Integrazzjoni tas-Sessi - qafas konċettwali, metodoloġija u preżentazzjoni ta' prattiki tajbin jiddikjara li l-produzzjoni u l-użu regolari ta' statistika diżaggregata skond is-sess fl-iżvilupp u r-reviżjoni tal-politka huma element ewlieni ta' l-approċċ ta' integrazzjoni għal opportunitajiet indaqs.

Emenda 2

Premessa 2 b (ġdida)

 

(2b) Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-inkorporazzjoni ta' opportunitajiet indaqs għan-nisa u għall-irġiel fil-politiki u l-attivitajiet Komunitarji kollha (Komunikazzjoni dwar l-Integrazzjoni tas-Sessi), il-Kummissjoni terġa' tafferma l-impenn tagħha għall-integrazzjoni tas-sessi: filwaqt li tqis b'mod sistematiku d-differenzi bejn il-kundizzjonijiet, is-sitwazzjonijiet u l-ħtiġijiet tan-nisa u ta' l-irġiel fil-politiki u l-azzjonijiet Komunitarji kollha.

Emenda 3

Premessa 3 a (ġdida)

 

(3a) Sabiex jinkiseb tagħrif xieraq dwar il-pożizzjoni tan-nisa fl-Unjoni Ewropea, isiru paraguni sistematiċi bejn diversi pajjiżi, jintlemħu l-bidliet maż-żmien u jkunu garantiti l-immoniterjar u l-evalwazzjoni tal-miżuri implimentati, għandha tinġabar, tkun ikkompilata, analizzata, armonizzata u mxerrda regolarment statistika diżaggregata skond is-sess.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jkollna l-għodda neċessarja kemm biex inkunu nistgħu nifhmu s-sitwazzjoni tan-nisa kif ukoll biex nimplimentaw l-integrazzjoni tas-sessi fil-politiki kollha ta' l-UE.

Emenda 4

Premessa 6

(6) Fil-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Komunitarja taħt din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet statistiċi Komunitarji u nazzjonali għandhom jirrispettaw il-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi Ewropew tal-Prattika Statistika, li ġie mehmuż mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Mejju 2005 dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet statistiċi Komunitarji u nazzjonali.

(6) Fil-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Komunitarja skond din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet statistiċi Komunitarji u nazzjonali għandhom jirrispettaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Kunsill ta' l-Ewropa biex l-istatistika tkun diżaggregata skond is-sess u l-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi ta' Prattika Tajba ta' l-Istatistika Ewropea, li ġie mehmuż mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Mejju 2005 dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabiltà ta' l-awtoritajiet statistiċi Komunitarji u nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm id-dejta nġabret diżaggregata skond is-sess, l-istatistika li tinħadem fuqha ħafna drabi m'hijiex ippubblikata bl-istess mod.

Emenda 5

Artikolu 2, paragrafu 1, inċiż 2

– solidarjetà, koeżjoni ekonomika u soċjali u żvilupp sostenibbli,

– solidarjetà, ugwaljanza bejn is-sessi, koeżjoni ekonomika u soċjali u żvilupp sostenibbli,

Ġustifikazzjoni

Kif iddikjarat fl-Artikoli 2 u 3(2) tat-Trattat KE, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija objettiv ewlieni li jrid jintlaħaq mill-Unjoni.

Emenda 6

Artikolu 3, paragrafu 1, parti introduttorja

1. Il-programmi għandu jiġi eżegwit skond il-prinċipji tal-Kodiċi Ewropew tal-Prattika Statistika bil-għan li tkun prodotta u mxerrda statistika Komunitarja armonizzata ta’ kwalità għolja u li jkun żgurat li s-sistema statistika Ewropea kollha kemm hi tiffunzjona kif jixraq. L-awtoritajiet nazzjonali u l-awtorità statistika Komunitarja għandhom:

1. Il-programm għandu jiġi eżegwit skond il-prinċipji tal-Kodiċi ta' Pratika Tajba ta' l-Istatistika Ewropea bil-għan li tkun prodotta u mxerrda statistika Komunitarja armonizzata ta’ kwalità għolja diżaggregata skond is-sess u li jkun żgurat li s-sistema statistika Ewropea kollha kemm hi tiffunzjona kif jixraq. L-awtoritajiet nazzjonali u l-awtorità statistika Komunitarja għandhom:

Ġustifikazzjoni

Għalkemm id-dejta nġabret diżaggregata skond is-sess, l-istatistika li tinħadem fuqha ħafna drabi m'hijiex ippubblikata bl-istess mod.

Emenda 7

Artikolu 3, paragrafu 1 punt (c)

(c) jiżguraw li l-istatistika Komunitarja tkun konformi ma’ l-istandards ta’ kwalità Ewropej u jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ l-utenti istituzzjonali ta’ l-Unjoni Ewropea, il-gvernijiet, l-istituzzjonijiet tar-riċerka, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-impriżi u l-pubbliku ġenerali.

(c) jiżguraw li l-istatistika Komunitarja tkun konformi ma’ l-istandards ta’ kwalità Ewropej, tqis il-prospettiva tas-sessi, tinftiehem faċilment u tissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-utenti istituzzjonali ta’ l-Unjoni Ewropea, il-gvernijiet, l-istituzzjonijiet tar-riċerka, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-impriżi u l-pubbliku ġenerali.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm id-dejta nġabret diżaggregata skond is-sess, l-istatistika li tinħadem fuqha ħafna drabi m'hijiex ippubblikata bl-istess mod.

Emenda 8

Artikolu 3, paragrafu 1, punt (c a) (ġdid)

 

(ca) jiggarantixxu l-armonizzazzjoni ta' l-istatistika b'tali mod li d-dejta, il-parametri, il-ġerarkiji u l-kategoriji stabbiliti mill-Istati Membri huma paragunabbli direttament ukoll minn perspettiva tas-sessi.

Ġustifikazzjoni

Hemm xi diffikultajiet fl-armonizzazzjoni ta' statistika marbuta ma' aspetti tas-sessi li jostakolaw l-inkorporazzjoni ta' perspettiva tas-sessi fid-definizzjoni u fl-evalwazzjoni ta' politiki ta' l-UE.

Emenda 9

Artikolu 4, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. Il-programm għandu jiggarantixxi li l-proċess statistiku kollu jqis perspettiva tas-sessi, filwaqt li jiżgura li mhux il-ġbir tad-dejta biss, iżda l-pubblikazzjoni u t-tixrid tagħha wkoll ikunu diżaggregati skond is-sess.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm id-dejta nġabret diżaggregata skond is-sess, l-istatistika li tinħadem fuqha ħafna drabi m'hijiex ippubblikata bl-istess mod.

Emenda 10

Anness I, taqsima 1, paragrafu 1

Tagħrif statistiku affidabbli dwar is-sitwazzjoni ekonomika, soċjali u ambjentali fl-UE u l-komponenti tagħha fuq livelli nazzjonali u reġjonali huwa prekondizzjoni meħtieġa għall-proċess ta’ l-integrazzjoni Ewropea. Dan jipprovdi lill-Istituzzjonijiet Ewropej, lill-Istati Membri u liċ-ċittadini bil-mezzi fattwali meħtieġa biex jivvalutaw il-bżonn għal inizjattivi politiċi Ewropej u l-progress tagħhom. L-istatistika armonizzata u komparabbli hija wkoll indispensabbli għall-għarfien ta’ l-Ewropa mill-pubbliku ġenerali, għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fid-dibattitu dwar il-ġejjieni ta’ l-Ewropa u fil-proċess demokratiku u għall-parteċipazzjoni ta’ l-operaturi ekonomiċi fis-suq uniku.

Tagħrif statistiku affidabbli diżaggregat skond is-sess dwar is-sitwazzjoni ekonomika, soċjali u ambjentali fl-UE u l-komponenti tagħha fuq livelli nazzjonali u reġjonali huwa prekondizzjoni meħtieġa għall-proċess ta’ l-integrazzjoni Ewropea. Dan jipprovdi lill-Istituzzjonijiet Ewropej, lill-Istati Membri u liċ-ċittadini bil-mezzi fattwali meħtieġa biex jevalwaw il-bżonn għal inizjattivi politiċi Ewropej u l-progress tagħhom u jippermetti l-integrazzjoni ta' opportunitajiet indaqs. L-istatistika armonizzata u komparabbli hija wkoll indispensabbli għall-għarfien ta’ l-Ewropa mill-pubbliku ġenerali, għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fid-dibattitu dwar il-ġejjieni ta’ l-Ewropa, biex jinkiseb tagħrif xieraq dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u fil-proċess demokratiku u għall-parteċipazzjoni ta’ l-operaturi ekonomiċi fis-suq uniku.

Ġustifikazzjoni

Statistika diżaggregata skond is-sess hija parti integrali ta' l-integrazzjoni tas-sessi.

Emenda 11

Anness II, titolu, " Attivitajiet statistiċi intrasezzjonali li jappoġġjaw il-prijoritajiet politiċi ġenerali tal-Komunità", sottotitolu -1 "L-indikaturi tas-sessi" (ġdid)

 

L-indikaturi tas-sessi

 

Il-qafas legali

 

L-Artikolu 2, u b'mod partikulari l-Artikolu 3(2), tat-Trattat KE, jirrikjedu lill-Unjoni Ewropea, fl-attivitajiet kollha li tiżviluppa biex tilħaq l-objettivi tagħha, biex tipprova telimina l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa u tippromwovi l-ugwaljanza. Kif jidher mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Integrazzjoni tas-Sessi u mir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 1997 dwar dik il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, l-Unjoni Ewropea żviluppat bosta indiktauri tas-sessi biex tevalwa l-progress li sar fil-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi f'serje ta' politiki, bħall-edukazzjoni, ir-riċerka, il-politika soċjali u ta' l-impjiegi, il-politika reġjonali, il-koperazzjoni għall-iżvilupp, il-bilanċ bejn is-sessi fit-teħid ta' deċiżjonijiet, il-konċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, l-ugwaljanza tal-pagi u l-vjolenza domestika.

 

Is-sitwazzjoni kurrenti

 

Il-kompilazzjoni u l-użu regolari ta' statistika diżaggregata skond is-sess u ta' indiktauri għat-tfassil u l-iżvilupp ta' politiki huma element ewlieni ta' l-integrazzjoni ta' opportunitajiet indaqs. Madankollu, minkejja l-progress kollu li sar, għadu diffiċli li toħroġ stampa xierqa tas-sitwazzjoni tan-nisa fl-Unjoni Ewropea, sabiex isir tqabbil inkroċjat tad-dejta, jew biex ikunu studjati l-bidliet li saru maż-żmien.

 

L-inizjattivi ewlenin għall-2008-2012

 

· Is-sessi se jkun integrati fil-proċess statistiku kollu kemm hu b'tali mod li jkun hemm diżaggregazzjoni skond is-sess mhux biss ta' kull dejta li tinġabar, iżda wkoll waqt l-ipproċessar, il-pubblikazzjoni u t-tixrid tagħha.

 

· Definizzjoni, bl-istess mod, ta' sistema ta' indikaturi tas-sessi li tippermetti deskrizzjoni tas-sitwazzjoni tas-sessi u l-orjentament tal-politiki.

Ġustifikazzjoni

Mindu kienet inkluża fit-Trattat ta' Amsterdam, l-Unjoni inkorporat l-integrazzjoni tas-sessi bħala objettiv politiku ewlieni.

Emenda 12

Anness II, titolu IV, L-inizjattivi ewlenin għall-2008-2012, inċiż 2

· Għandha tkun żviluppata statistika li tipprovdi tagħrif soċjo-ekonomiku dwar il-popolazzjonijiet ta' l-immigranti, flimkien ma’ l-eżekuzzjoni ta’ moduli ad hoc fl-Istħarriġ dwar il-Popolazzjoni fis-Settur tax-Xogħol u l-ġbir ta’ tagħrif dwar l-immigranti bħala parti mill-Programm taċ-Ċensiment Komunitarju ta' l-2011;

· Għandha tkun żviluppata statistika, diżaggregata skond is-sess, li tipprovdi tagħrif soċjo-ekonomiku dwar il-popolazzjonijiet ta' l-immigranti, flimkien ma’ l-eżekuzzjoni ta’ moduli ad hoc fl-Istħarriġ dwar il-Popolazzjoni fis-Settur tax-Xogħol u l-ġbir ta’ tagħrif dwar l-immigranti bħala parti mill-Programm taċ-Ċensiment Komunitarju ta' l-2011;

Emenda 13

Anness II, titolu VIII, Is-sitwazzjoni kurrenti, paragrafu 1

L-istatistika dwar is-suq tax-xogħol hija rregolata minn qafas legali b’saħħtu sabiex tkun żgurata trażmissjoni regolari ta’ data għall-istima ta’ l-impjieg, il-qgħad, il-pagi u n-nefqa fuq l-impjieg. Minkejja dan, setturi politiċi ġodda jeħtieġu estenzjoni tal-leġiżlazzjoni statistika għal oqsma oħra bħal mhuma (i) l-istatistika dwar postijiet battala, li tivvaluta l-aspett tad-domanda tas-suq tax-xogħol u tikkumplimenta l-istatistika dwar l-impjieg u l-qgħad, (ii) is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol ta' l-immigranti u l-promozzjoni ta’ integrazzjoni aħjar ta’ din il-popolazzjoni u (iii) it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol u l-irfid ta’ politika xierqa li tiżgura l-inkorporazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol mingħajr diffikultajiet. Setturi oħra bħal mhuma l-kwalità fix-xogħol u l-impjieg fil-kuntest ta’ popolazzjoni tas-settur tax-xogħol li qed tixjieħ, l-adattabilità tal-ħaddiema u ta’ l-impriżi kif ukoll il-ħtiġiet tas-suq tax-xogħol tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni għandhom ikomplu jiffukaw l-attenzjoni fuq l-iżvilupp ta’ l-istatistika.

 

L-istatistika dwar is-suq tax-xogħol hija rregolata minn qafas legali b’saħħtu sabiex tkun żgurata trażmissjoni regolari ta’ dejta għall-istima ta’ l-impjieg, il-qgħad, il-pagi u n-nefqa fuq l-impjieg. Minkejja dan, setturi politiċi ġodda jeħtieġu estenzjoni tal-leġiżlazzjoni statistika għal oqsma oħra bħal mhuma (i) l-istatistika dwar postijiet battala, li tevalwa l-aspett tad-domanda tas-suq tax-xogħol u tikkumplimenta l-istatistika dwar l-impjieg u l-qgħad, (ii) statistika dwar ix-xogħol informali, inkluż ix-xogħol tal-familja mhux imħallas, (iii) is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol ta' l-immigranti u l-promozzjoni ta’ integrazzjoni aħjar ta’ din il-popolazzjoni, (iv) is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol tal-ħaddiema anzjani, u (v) it-tranżizzjoni għax-xogħol mill-edukazzjoni u t-taħriġ f'kull livell u l-irfid ta’ politika xierqa li tiżgura l-inkorporazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol mingħajr diffikultajiet. Setturi oħra bħal mhuma l-kwalità fix-xogħol u l-impjieg fil-kuntest ta’ popolazzjoni tas-settur tax-xogħol li qed tixjieħ, il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, il-konċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja u x-xogħol, l-adattabilità tal-ħaddiema u ta’ l-impriżi kif ukoll il-ħtiġiet tas-suq tax-xogħol tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni għandhom ikomplu jiffukaw l-attenzjoni fuq l-iżvilupp ta’ l-istatistika.

Emenda 14

Anness II, titolu XI, Is-sitwazzjoni kurrenti, paragrafu 2 a (ġdid)

 

Għall-finijiet tal-ġbir ta' dejta dwar iż-żgħażagħ, l-indikaturi eżistenti għandhom jitranġaw sabiex ikun jista' jinġabar tagħrif li bih ikun possibbli li jkun stabbilit fil-livell nazzjonali u Ewropew kemm in-numru ta' studenti li għandhom responsabiltajiet tal-familja u l-kundizzjonijiet ta' l-għajxien tagħhom, kif ukoll sa liema punt ir-responsabiltajiet tal-familja huma fattur biex iż-żgħażagħ, u b'mod partikulari t-tfajliet, jitilqu l-istudji tagħhom.

Emenda 15

Anness II, titolu XI, L-inizjattivi ewlenin għall-2008-2012, inċiż 6

· L-istatistika fuq il-ħtiġiet taż-żgħażagħ li trid tinbena b’suċċess bl-użu ta’ sorsi eżistenti u, meta jkun meħtieġ, b’integrazzjoni aħjar ta’ din l-istatistika fi stħarriġ eżistenti;

 

· Jeħtieġ li l-istatistika dwar iż-żgħażagħ fil-livelli edukattivi kollha u dwar l-integrazzjoni ekonomika u soċjali taż-żgħażagħ tinbena b’suċċess bl-użu ta’ sorsi eżistenti u, meta jkun meħtieġ, b’integrazzjoni aħjar ta’ din l-istatistika fi stħarriġ eżistenti;

Emenda 16

Anness II, titolu XI, L-inizjattivi ewlenin għall-2008-2012, inċiż 6 a (ġdid)

 

· L-istatistika dwar it-tfal b'referenza għal-limitu ta' l-età tat-tfulija miftiehem b'mod internazzjonali, li hu ta' 18-il sena, skond il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tan-Nazzjonijiet Uniti, għandha tiġi kkompilata skond il-qagħda soċjali u l-faqar fost it-tfal;

Emenda 17

Anness II, titolu XI, L-inizjattivi ewlenin għall-2008-2012, inċiż 7

· Id-data soċjali kollha miġbura fuq il-livell ta’ l-UE dwar l-individwi għandha tkun diżaggregata skond is-sess u għandu jiġi definit sett ta’ indikaturi tal-qofol fuq l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa;

· Id-dejta soċjali kollha miġbura fuq il-livell ta’ l-UE dwar l-individwi għandha tkun diżaggregata skond is-sess u għandu jiġi definit sett ewlieni ta’ indikaturi fuq l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, b'mod partikulari għal dik li hi l-konċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali, privata u tal-familja, il-parteċipazzjoni fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet u kull forma ta' introjtu;

Emenda 18

Anness II, titolu XI, L-inizjattivi ewlenin għall-2008-2012, inċiż 7 a (ġdid)

 

· Se jitfassal memorandum ta' ftehim b'koperazzjoni ma' l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi sabiex ikunu definiti l-modalitajiet prattiċi ta' koperazzjoni;

Emenda 19

Anness II, titolu XI, L-inizjattivi ewlenin għall-2008-2012, inċiż 7 b (ġdid)

 

· L-indikaturi eżistenti se jitranġaw biex titqies il-konċiljazzjoni ta' l-edukazzjoni u l-ħajja tal-familja;

Emenda 20

Anness II, titolu XI, L-inizjattivi ewlenin għall-2008-2012, inċiż 8

· Għandha tkun żviluppata u eżegwita metodoloġija komuni biex tinkiseb jew tittejjeb data statistika eżistenti fuq il-limitu u l-impatt tad-diskriminazzjoni.

· Se tkun żviluppata u eżegwita metodoloġija komuni biex tinkiseb jew tittejjeb dejta statistika eżistenti fuq il-limitu u l-impatt tad-diskriminazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 13 tat-Trattat KE.

Emenda 21

Anness II, titolu XIII, L-inizjattivi ewlenin għall-2008-2012, inċiż 3

· Għandhom jitjiebu d-disponibilità, il-komparabilità, il-prontezza u r-relevanza politika ta' l-istatistika dwar is-saħħa pubblika – inkluża l-istatistika dwar id-diżabilità u l-kura tas-saħħa – filwaqt li tingħata attenzjoni speċifika għal żvilupp metodoloġiku ulterjuri u konsiderazzjoni tal-kuntesti differenti f’kull pajjiż.

· Għandhom jitjiebu d-disponibilità, il-komparabilità, il-prontezza u r-relevanza politika ta' l-istatistika dwar is-saħħa pubblika – inkluża l-istatistika dwar id-diżabilità u l-kura tas-saħħa, diżaggregata skond is-sess – filwaqt li tingħata attenzjoni speċifika għal żvilupp metodoloġiku ulterjuri u filwaqt li jitqiesu l-kuntesti differenti f’kull pajjiż.

Emenda 22

Anness II, titolu XX, L-inizjattivi ewlenin għall-2008-2012, inċiż 3

· Għandu jsir enfasi partikolari fuq il-kejl u s-sorveljanza tal-faqar, il-progress fejn tidħol il-koeżjoni soċjali, is-sostenibilità ambjentali u l-Indikaturi ta’ l-Għanijiet ta’ Żvilupp għall-Millenju.

· Għandha ssir enfasi partikolari, filwaqt li titqies id-dimensjoni tas-sess, fuq il-kejl u s-sorveljanza tal-faqar, il-progress fejn tidħol il-koeżjoni soċjali, is-sostenibilità ambjentali u l-Indikaturi ta’ l-Għanijiet ta’ l-Iżvilupp għall-Millennju.

PROĊEDURA

Titolu

Programm Statistiku Komunitarju, 2008-2012

Referenzi

COM(2006)0687 - C6-0427/2006 - 2006/0229(COD)

Kumitat responsabbli

ECON

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM

12.12.2006

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Edit Bauer

16.1.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

11.4.2007

2.5.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

2.5.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

4

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Katerina Batzeli, Edit Bauer, Emine Bozkurt, Ilda Figueiredo, Věra Flasarová, Anneli Jäätteenmäki, Lívia Járóka, Piia-Noora Kauppi, Urszula Krupa, Pia Elda Locatelli, Astrid Lulling, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Christa Prets, Amalia Sartori, Eva-Britt Svensson, Anna Záborská

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Hedh, Kartika Tamara Liotard, Marusya Ivanova Lyubcheva, Heide Rühle

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Daciana Octavia Sârbu

  • [1]  Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.

PROĊEDURA

Titolu

Programm Statistiku Komunitarju, 2008-2012

Referenzi

COM(2006)0687 - C6-0427/2006 - 2006/0229(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

16.11.2006

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

12.12.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

12.12.2006

DEVE

12.12.2006

INTA

12.12.2006

BUDG

12.12.2006

 

CONT

12.12.2006

EMPL

12.12.2006

ENVI

12.12.2006

ITRE

12.12.2006

 

IMCO

12.12.2006

TRAN

12.12.2006

REGI

12.12.2006

AGRI

12.12.2006

 

PECH

12.12.2006

CULT

12.12.2006

JURI

12.12.2006

LIBE

12.12.2006

 

AFCO

12.12.2006

FEMM

12.12.2006

PETI

12.12.2006

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

28.11.2006

DEVE

19.12.2006

INTA

18.12.2006

CONT

27.11.2006

 

EMPL

13.12.2006

ENVI

27.2.2007

ITRE

27.2.2007

IMCO

19.12.2006

 

TRAN

19.12.2006

AGRI

19.12.2006

PECH

21.12.2006

CULT

28.11.2006

 

JURI

10.4.2007

LIBE

21.5.2007

AFCO

1.3.2007

PETI

2.5.2007

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Zsolt László Becsey

12.12.2006

 

 

Eżami fil-kumitat

10.4.2007

10.4.2007

8.5.2007

 

Data ta’ l-adozzjoni

5.6.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Udo Bullmann, David Casa, Manuel António dos Santos, Christian Ehler, Jonathan Evans, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Robert Goebbels, Donata Gottardi, Dariusz Maciej Grabowski, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in ‘t Veld, Guntars Krasts, Andrea Losco, Astrid Lulling, Cristobal Montoro Romero, Joseph Muscat, Joop Post, John Purvis, Alexander Radwan, Dariusz Rosati, Heide Rühle, Eoin Ryan, Antolín Sánchez Presedo, Cristian Stănescu, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Ieke van den Burg, Sahra Wagenknecht

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Harald Ettl, Ján Hudacký, Werner Langen, Maria Petre, Gilles Savary, Andreas Schwab

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Neena Gill, Anne Ferreira

Data tat-tressiq

15.6.2007