RAPPORT dwar ir-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995, ibbażata fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, dwar it-twaqqif ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta' l-Europol)

28.6.2007 - (COM(2007)0215 – C6‑0169/2007 – 2007/0076(CNS)) - *

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Genowefa Grabowska

Proċedura : 2007/0076(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0260/2007
Testi mressqa :
A6-0260/2007
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995, ibbażata fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, dwar it-twaqqif ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta' l-Europol)

(COM(2007)0215 – C6‑0169/2007 – 2007/0076(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0215)[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 3(4) ta' l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, skond liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0169/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6‑0260/2007),

1.  Japprova r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex javżah jekk ikollu l-intenzjoni li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

  • [1]  Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

NOTA SPJEGATTIVA

L-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ta' l-2005[1] jipprovdi għal sistema ssimplifikata ta' adeżjoni għall-Bulgarija u r-Rumanija mal-konvenzjonijiet (u protokolli) konklużi mill-Istati Membri fuq il-bażi ta' l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

L-Anness I għall-Att ta' Adeżjoni msemmi hawn fuq fih il-lista tas-seba' konvenzjonijiet u protokolli kkonċernati fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Intern, inklużi l-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995 dwar it-twaqqif ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta' l-Europol), il-Protokoll ta' l-24 ta' Lulju 1996 dwar l-interpretazzjoni, permezz ta' deċiżjonijiet preliminari mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, tal-Konvenzjoni dwar it-twaqqif ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, it-tnejn li huma bbażati fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, il-Protokoll tad-19 ta' Ġunju 1997, imfassal fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 41(3) tal-Konvenzjoni ta' l-Europol, dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta' l-Europol, il-membri ta' l-organi tiegħu, id-deputati diretturi u l-impjegati tal-Europol, il-Protokoll tat-30 ta' Novembru 2000, imfassal fuq bażi ta' l-Artikolu 43(1) tal-Konvenzjoni dwar it-twaqqif ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta' l-Europol) li jemenda l-Artikolu 2 u l-Annessi ta’ dik il-Konvenzjoni, il-Protokoll tat-28 ta’ Novembru 2002 li jemenda l-Konvenzjoni dwar it-twaqqif ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta’ l-Europol) u l-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta' l-Europol, il-membri ta' l-organi tiegħu, id-d-deputati diretturi u l-impjegati tal-Europol, il-Protokoll tas-27 ta' Novembru 2003, imfassal fuq bażi ta' l-Artikolu 43(1) tal-Konvenzjoni dwar it-Twaqqif ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta' l-Europol) li temenda dik il-Konvenzjoni.

Meta wieħed iqis is-sistema simplifikata msemmija hawn fuq, ma jibqax neċessarju li jiġu negozjati u konklużi protokolli ta' adeżjoni speċifiċi. Sabiex il-Konvenzjoni ta' l-Europol u l-protokolli relatati jkunu jistgħu jidħlu fis-seħħ għall-Bulgarija u għar-Rumanija, il-Kunsill għandu biss jadotta deċiżjoni li tiddetermina d-data li fiha l-Konvenzjoni u l-protokolli tagħha għandhom jidħlu fis-seħħ, wara li jikkonsulta l-Parlament[2].

Għalhekk, ir-rapporteur jipproponi li tiġi adottata d-deċiżjoni tal-Kunsill mingħajr emendi. Madankollu, ir-rapporteur jistieden lill-Kunsill sabiex jirrettifika d-deċiżjoni tal-Kunsill ibbażata fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dħul fis-seħħ ta' l-aħħar tliet protokolli[3] ġaladarba dawn daħlu fis-seħħ f'Marzu/April 2007. Peress li ma jkun possibbli l-ebda effett retroattiv għall-Bulgarija u r-Rumanija għandha tiġi maħsuba data ġdida wara l-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni.

  • [1]  ĠU 2005, L 157, p.203
  • [2]  Skond l-Artikolu 3(3) u 3(4) ta' l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ta' l-2005, ĠU 2005, L 157, p.203
  • [3]  Il-Protokolli tat-30 ta' Novembru 2000, tat-28 ta' Novembru 2002 u tas-27 ta' Novembru 2003.

PROĊEDURA

Titolu

L-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-Konvenzjoni tas-26 ta’ Lulju 1995 dwar it-twaqqif ta’ l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta’ l-Europol)

Referenzi

COM(2007)0215 - C6-0169/2007 - 2007/0076(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

11.6.2007

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

19.6.2007

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Genowefa Grabowska

21.5.2007

 

 

Proċedura simplifikata – data tad-deċiżjoni

21.5.2007

Eżami fil-kumitat

5.6.2007

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

27.6.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Alfredo Antoniozzi, Giusto Catania, Carlos Coelho, Fausto Correia, Esther De Lange, Panayiotis Demetriou, Bárbara Dührkop Dührkop, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Roland Gewalt, Lilli Gruber, Adeline Hazan, Jeanine Hennis-Plasschaert, Lívia Járóka, Ewa Klamt, Roger Knapman, Magda Kósáné Kovács, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Barbara Kudrycka, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Dan Mihalache, Viktória Mohácsi, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Luciana Sbarbati, Inger Segelström, Károly Ferenc Szabó, Vladimir Andreev Urutchev, Ioannis Varvitsiotis, Manfred Weber, Tatjana Ždanoka

Substitute(s) present for the final vote

Edit Bauer, Simon Busuttil, Gérard Deprez, Koenraad Dillen, Maria da Assunção Esteves, Iratxe García Pérez, Ignasi Guardans Cambó, Metin Kazak, Jörg Leichtfried, Marianne Mikko, Herbert Reul