RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-Programm Speċifiku "Ġustizzja Ċivili" bħala parti mill-Programm Ġenerali "Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja"

28.6.2007 - (8699/2/2007 – C6‑0179/2007 – 2005/0040(COD)) - ***II

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Inger Segelström

Proċedura : 2005/0040(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0262/2007
Testi mressqa :
A6-0262/2007
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-Programm Speċifiku "Ġustizzja Ċivili" bħala parti mill-Programm Ġenerali "Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja"

(8699/2/2007 – C6‑0179/2007 –2005/0040 (COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (8699/2/2007 – C6‑0179/2007),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0122)[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6‑0262/2007),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni komuni tal-KunsillEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 16 a (ġdida)

 

(16a) Fid-dawl tal-prerogattivi tal-Parlament Ewropew kif definiti fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Kummissjoni għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew kull informazzjoni neċessarja rigward kull stadju ta' l-implimentazzjoni tal-programm, b'mod partikulari fir-rigward tal-prijoritajiet maħsuba tiegħu għas-sena kkonċernata. F’każ li l-Parlament jagħmel xi suġġerimenti jew xi rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni ħadet l-impenn li tipprovdi rispons raġunat u li tinforma lir-rappreżentanti tal-laqgħa ta' l-Istati Membri fi ħdan il-kumitati kif inhu stipulat b'din id-Deċiżjoni.

Ġustifikazzjoni

Fl-14 ta' Diċembru 2006, il-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari. Fil-pożizzjoni komuni tiegħu mressqa lilna u bi qbil mal-ftehima fl-ewwel qari, il-Kunsill aċċetta l-emendi tal-Parlament, iżda rrifjuta dawk li jikkonċernaw il-possibilità li l-Parlament jimblokka d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar implimentazzjoni speċjalment meta jintgħażlu l-prijoritajiet tas-sena. Barra minn hekk, il-Viċi-President Frattini, ippropona li jkun hemm djalogu aktar trasparenti , għal kuntrarju tad-dritt tal-Veto tal-Paaralment, meta jkunu qed jiġu identifikati l-prijoritajiet għall-iffinanzjar annwali. Dan l-impenn diġà sar fl-ittra tal-31 ta' Mejju 2007, ara n-nota spjegattiva. Ir-'rapporteur' tagħkom dan ma tqisux biżżejjed, iżda sabiex jintlaħaq kompromess, u minħabba li dawn il-programmi finanzjarji għandhom jidħlu fis-seħħ malajr kemm jista' jkun, hija tqis li l-Parlament jista' jirrinunċja l-emenda preċedenti tiegħu ta' Diċembru 2006 li teħtieġ dritt ta' skrutinju u jaċċetta l-proposta tal-Kummissjoni. Minħabba li hija ftehima istituzzjonali, hija għandha minħabba raġunijiet ta' trasparenza, tkun imsemmija fil-premessi tal-proposta leġiżlattiva, sabiex iċ-ċittadini Ewropej, jew għall-inqas dawk kollha li jixtiequ jieħdu vantaġġ mid-dispożizzjonijiet il-ġodda, jsiru konxji tagħha.

Din l-emenda ta' dikjarazzjoni tinkorpora l-ħsieb prinċipali tal-proposta tas-Sur Frattini u, jekk il-Kunsill jaċċettaha, dan il-programm finanzjarju (u l-programm finanzjarju għall-ġlieda kontra d-drogi, li dwarha għadna nistennew il-pożizzjoni komuni) jista' jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.

  • [1]  Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.
  • [2]  Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.

NOTA SPJEGATTIVA

Ittra tal-31 ta' Mejju 2007 tas-Sur Franco Frattini, Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea, lis-Sur Jean-Marie Cavada u lis-Sra Inger Segelström, Chairperson u rapporteur għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Qed niktiblek dwar is-suġġett ta' l-istrumenti finanzjarji l-ġodda fl-oqsma tal-libertà, tas-sigurtà u l-ġustizzja għal perjodu 2007-2013. F'Diċembru 2006, intlaħqet ftehima bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-proposti kollha tagħna. Id-diversi strumenti li jiffurmaw il-programmi ġenerali 'Solidarjetà u mmaniġġjar tal-flussi migratorji' u 'Sigurtà u s-salvagwardja tal-libertajiet' kienu adottati dakinhar, jew se jiġu adottati dalwaqt wara l-verifika legali-lingwistika tat-testi. Dan huwa wkoll il-każ għall-programmi 'Drittijiet fundamentali u ċ-ċittadinanza' u 'Ġustizzja kriminali', li jiffurmaw parti mill-programm Ġenerali 'Drittijiet fundamentali u l-ġustizzja'.

Madanakollu, għad fadal xi ftit nuqqas ta' qbil bejn min-naħa l-Kummissjoni u l-Kunsill u min-naħa l-oħra l-Parlament dwar il-programmi speċifiċi 'Ġustizzja ċivili' u 'Prevenzjoni mid-droga u informazzjoni' li qed iżomm għal mument l-adozzjoni ta' dawn il-programmi fit-tieni qari. Kif taf inti, dan in-nuqqas ta' qbil huwa marbut mal-proċedura ta' komitoloġija applikabbli.

Naf li l-Parlament, bħall-Kunsill u l-Kummissjoni dejjem għaraf u enfasizza l-importanza ta’ dawn il-programmi u jagħti importanza kbira lill-implimentazzjoni tagħhom. Jiena stess kemm-il darba rrimarkajt l-importanza ta' dawn il-programmi finanzjarji. F’termini tas-sustanza tagħhom u ta’ l-iffinanzjar tagħhom, huma jirrappreżentaw rispons għal aspettattivi speċifiċi ħafna li jissemmew mill-gruppi professjonali kkonċernati u mill-pubbliku inġenerali. Għalhekk huwa essenzjali, li għandna ngħelbu dan in-nuqqas ta’ qbil malajr ħafna sabiex iż-żewġ programmi kkonċernati jkunu jistgħu jiġu implimentati qabel tmiem din is-sena, peress li kull dewmien fl-adozzjoni tagħhom żgur li jkun ta' ħsara għall-ħruġ tal-flus għall-ispiża allokata għall-2007 fil-qasam tal-ġustizzja ċivili u tal-prevenzjoni mid-droga.

Il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lill-proċedura ta’ komitoloġija l-ġdida li daħlet fl-2006, li tagħti aktar drittijiet lill-Parlament, u qed tikkunsidra b’reqqa jekk din tapplikax għal kull miżura kkonċernata. Aktar minn hekk, l-opinjoni tagħha, li jaqbel magħha l-Kunsill, hi li ma tapplikax għall-programmi ‘Ġustizzja ċivili’ u ‘Prevenzjoni midd-droga u informazzjoni dwarha’.

Madanakollu, nixtieq nirrimarka li sa Jannar li għadda l-Kummissjoni ressqet soluzzjoni ta’ kompromess maħsuba biex titqies ix-xewqa tal-Parlament li jinżamm infurmat b'kollox. Għalhekk, f’ittra tal-25 ta’ Jannar 2007 jien ipproponejt, fuq bażi eċċezzjonali, li l-Kummissjoni għandha tieħu impenn politiku biex tkun konformi max-xewqat tal-Parlament billi tfornih fi żmien adattat bl-informazzjoni kollha dwar il-programmi ta' ħidma annwali. Indikajt ukoll il-volontà tiegħi, u dik ta’ l-istaff tiegħi, li jekk il-Kumitat LIBE jkun jixtieq, nattendu għal laqgħa mal-Kumitat u nwieġbu għall-mistoqsijiet tiegħu dwar dan is-suġġett. Dan l-impenn min-naħa tal-Kummissjoni jikkonsolida ‘d-dritt ta' skrutinju' tal-Parlament, kif stipulat fid-deċiżjoni ta' komitoloġija ta' l-1999, billi jkun żgurat li l-Parlament ikun infurmat b'kollox dwar l-iżviluppi f'kull stadju tal-proċedura għall-adozzjoni tal-programmi annwali.

F’laqgħa li saret fuq stedina tas-Sra Segelström fil-bidu ta’ Frar 2007, li għaliha attendew l-istaff tiegħi kif ukoll rappreżentanti tal-Presidenza Ġermaniża, il-Parlament laqa' b'sodisfazzjon il-proposti fil-prinċipju. F’din il-laqgħa, il-Kummissjoni kkonfermat il-volontà tagħha biex tistipula b’mod formali l-impenn tagħha mal-Parlament f’dikjarazzjoni annessa mal-programm. Sfortunatament minn dak iż-żmien lil hawn ma kienx possibbli li jsir aktar progress.

Sadanittant, il-Kunsill qed jipprepara li jadotta l-pożizzjonijiet komuni fuq iż-żewġ programmi, wara l-ftehima politika li ntlaħqet fl-20 ta' April 2007.


Kif taf inti, l-iskop ta' dawn il-programmi huwa li jikkofinanzja proġetti li jkunu saru l-iktar mill-NGOs u li jimplimenta miżuri ta' interess pubbliku fl-oqsma kkonċernati. Per eżempju, minbarra l-implimentazzjoni ta' proġetti speċifiċi b'dimensjoni Ewropea jew l-appoġġ għal ħidma ta' l-NGOs, l-għan huwa li jiġu ffinanzjati miżuri koperti mill-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drogi (2005-2008), li jippermettu n-netwerk ġudizzjarju Ewropew sabiex ikompli l-attivitajiet tiegħu jew li jissussidja assoċjazzjonijiet li isimhom kien imressaq mill-Parlament innifsu.

Il-benefiċjarji ta' dawn l-azzjonijiet mhux se jifhmu r-raġunijiet għal aktar dewmien fl-adozzjoni tal-programmi.

Barra minn hekk, iktar dewmien fl-adozzjoni ta' dawn il-programmi jista' jfixkel miżuri bħal studju komparattiv tal-liġi dwar it-tema sensittiva ta' adozzjoni internazzjonali jew il-preparazzjoni ta' qafas ta' riferenza fil-qasam tal-liġi Ewropea tal-kuntratti. Fil-qasam speċifiku tal-prevenzjoni mid-drogi, se jiġi mitlub li jkun hemm djalogu mas-soċjetà ċivili permezz tat-twaqqif u l-iffinanzjar ta' forum.

Fid-dawl ta' l-impenn mogħti lill-Kummissjoni u l-bżonn li jiġu implimentati mingħajr dewmien il-programmi finanzjarji l-ġodda, qed nitolbok sabiex tikkunsidra mill-ġdid il-proposti tagħna sabiex il-programmi jkunu adottati fil-pront.

(Sentenza ta' l-għeluq u firma)

PROĊEDURA

Titolu

Programm speċifiku “Ġustizzja Ċivili” (2007-2013)

Referenzi

08699/2/2007 - C6-0179/2007 - 2005/0040(COD)

Data ta' l-ewwel qari tal-PE – Numru P

14.12.2006                     T6-0580/2006

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2005)0122 - C6-0096/2005

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni

21.6.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

21.6.2007

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Inger Segelström

6.6.2005

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

27.6.2007

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

27.6.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

49

0

0

Membri preżenti għall-vot finali

Alexander Alvaro, Alfredo Antoniozzi, Kathalijne Maria Buitenweg, Giuseppe Castiglione, Giusto Catania, Carlos Coelho, Fausto Correia, Elly de Groen-Kouwenhoven, Panayiotis Demetriou, Bárbara Dührkop Dührkop, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Roland Gewalt, Lilli Gruber, Adeline Hazan, Jeanine Hennis-Plasschaert, Lívia Járóka, Ewa Klamt, Roger Knapman, Magda Kósáné Kovács, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Barbara Kudrycka, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Dan Mihalache, Viktória Mohácsi, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Athanasios Pafilis, Luciana Sbarbati, Inger Segelström, Károly Ferenc Szabó, Vladimir Andreev Urutchev, Ioannis Varvitsiotis, Manfred Weber, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Adamos Adamou, Edit Bauer, Simon Busuttil, Gérard Deprez, Koenraad Dillen, Iratxe García Pérez, Ignasi Guardans Cambó, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Metin Kazak, Jörg Leichtfried, Marianne Mikko, Herbert Reul, Rainer Wieland

Data tat-tressiq

28.6.2007