RAPPORT dwar l-imminimizzar ta' l-ispejjeż amministrattivi imposti mil-leġiżlazzjoni

3.7.2007 - (2005/2140(INI))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Jan Mulder

Proċedura : 2005/2140(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0275/2007
Testi mressqa :
A6-0275/2007
Dibattiti :
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-imminimizzar ta' l-ispejjeż amministrattivi imposti mil-leġiżlazzjoni

(2005/2140(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Regolamemti Aħjar għat-Tkabbir u l-Impjiegi fl-Unjoni Ewropea (COM(2005)0097) u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar metodoloġija komuni ta' l-UE għal analiżi ta' spejjeż amministrattivi imposti mil-leġiżlazzjoni (COM(2005)0518),

–   wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma ta' l-Istaff tal-Kummissjoni bit-titolu 'Anness mal-komunikazzjoni dwar metodoloġija komuni ta' l-UE għal analiżi ta' spejjeż amministrattivi imposti mil-leġiżlazzjoni: Ġabra ta' metodoloġija komuni proposta ta' l-UE u Rapport dwar Fażi Pilota (April - Settembru 2005)' (SEC(2005)1329),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 'Wasal iż-żmien li nirrankaw - Is-Sħubija l-Ġdida għat-tkabbir u għall-impiegi' (COM(2006)0030),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 'Time to move up a gear - The new partnership for growth and jobs' (COM(2006)0030),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-20 ta' April 2004 dwar analiżi ta' impatt tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità u l-proċeduri ta' konsultazzjoni[1],

–   wara li kkunsidra r-Rapport mill-Kummissjoni - 'Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 2004' (COM(2005)0098),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Kompetittività tat-13 ta' Marzu 2006, fuq il-bażi tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru dwar il-politika tal-Komunità li tappoġġja l-SMEs,

–    wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Reviżjoni Strateġika ta' Regolamenti Aħjar fl-Unjoni Ewropea (COM(2006)0689),

–    wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni - Kejl ta' spejjeż amministrattivi u tnaqqis ta' piżijiet amministrattivi fl-Unjoni Ewropea (COM(2006)0691),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Programm ta' Azzjoni għal Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0023),

–    wara li kkunsidra l-Proġett Pilota 'Minimizzar tal-Piżijiet Amministrattivi' (Baġit ta' l-UE 2007, kapitolu 26 01, l-artikolu 08),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l- Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6‑0275/2007),

A.  Billi l-kwistjoni ta' l-imminimizzar ta' spejjeż amministrattivi imposti mil-leġiżlazzjoni hija waħda mill-aspetti l-aktar importanti tal-mira ġenerali ta' regolamentazzjoni aħjar,

B.   Billi huwa importanti li tintlaħaq koperazzjoni flessibbli u koerenti ma' kumitati oħrajn fil-Parlament dwar suġġetti li jista' jkollhom impatt sinifikattiv fuq l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Unjoni Ewropea,

C.  Billi l-missjoni tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju hija li ċ-ċittadini ta' l-UE jkunu żgurati li l-fondi ta' l-UE jinġabru u jintefqu b'mod effettiv u xieraq, u li huma jkunu allokati b'mod korrett għall-ħidmiet li l-UE ġiet mitluba biex twettaq; billi biex jinkiseb dan il-għan il-Komunità tfittex biex tiżviluppa sistema ta' responsabilità pubblika ta' l-UE moderna, effettiva u effiċjenti li tista' tiżgura implimentazzjoni soda tal-baġit, tmexxija aħjar u responsabilità ċara,

D.  Billi l-ispejjeż regolatorji, li għalihom l-obbligi amministrattivi huma element wieħed biss, iridu jkunu analizzati f'kuntest wiesa' li jinkludi spejjeż u benefiċċji ta' regolamenti ekonomiċi, soċjali u ambjentali, u li reviżjoni regolari u analiżi integrata għandhom jitqiesu minn kulħadd bħala komponenti ewlenin ta' regolamenti aħjar,

E.   Billi l-ispejjeż ta' konformità huma l-ispejjeż kollha ta' konformità mar-regolamenti, bl-eċċezzjoni ta' nefqa finanzjarja diretta u konsegwenzi fuq perjodu ta' żmien fit-tul u jistgħu, fil-kuntest tal-Mudell ta' Nefqa Standard, jinqasmu fi spejjeż ta' konformità u spejjeż amministrattivi sustantivi,

F.   Billi l-ispejjeż amministrattivi huma definiti bħala l-ispejjeż imġarba minn intrapriżi, mis-settur volontarju, mill-awtoritajiet pubbliċi u miċ-ċittadini fl-ilqugħ ta' obbligi legali biex jipprovdu informazzjoni dwar l-azzjoni jew produzzjoni tagħhom, kemm lil awtoritajiet pubbliċi jew lil entitajiet privati,

G.  Billi l-Qorti ta' l-Awdituri Ewropea b'mod ripetut sostniet li, fuq il-bażi tar-riżultati tal-verifika tagħha, hija ta' l-opinjoni li waħda mill-kawżi prinċipali għal irregolaritajiet hija r-regoli u regolament ta' bażi, li ma jippermettux għal immaniġġjar ta' riskju xieraq u jfixklu b'mod qawwi l-infiq legali u regolari tal-fondi ta' l-UE,

H.  Billi l-Programm ta' Azzjoni propost għal Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea jista' jnaqqas il-piżijiet amministrattivi b'25% fl-2012, u jkopri l-leġiżlazzjoni tal-Komunità kif ukoll piżijiet regolatorji nazzjonali, li jistgħu jwasslu għal żieda fil-livell ta' GDP ta' l-UE b'madwar 1.4% jew EUR150 biljun fuq perjodu ta' żmien medju[2],

I.    Billi l-Kunsill Ewropew tat-8 u tad-9 ta' Marzu 2007 iddeċieda li fir-Rebbiegħa 2008, fuq il-bażi ta' reviżjoni mill-Kummissjoni, li huwa se jqis jekk hix meħtieġa aktar azzjoni, li se jitqiesu alternattivi differenti, inkluż grupp ta' esperti indipendenti li jipprovdi konsultazzjoni lill-istituzzjonijiet dwar il-ħidma tagħhom lejn regolamentazzjoni aħjar,

J.    Billi l-Kunsill Ewropew tat-8 u tad-9 ta' Marzu 2007 appoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi, bħala proġett pilota, kumitat ta' esperti indipendenti biex jassisti l-Kummissjoni u l-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' Programm ta' Azzjoni dwar it-Tnaqqis tal-Piż Amministrattiv,

K.  Billi t-tnaqqis ta' piżijiet amministrattivi huwa miżura importanti għal spinta fl-ekonomija Ewropea, b'mod speċjali permezz ta' l-impatt tiegħu fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs),

L.   Billi l-leġiżlazzjoni hija l-pedament ta' soċjetajiet li jiffunzjonaw b'mod xieraq, b'kunsiderazzjoni ta' l-aspetti soċjali, ekonomiċi u ambjentali u b' evalwazzjoni ugwali tal-valur tagħhom,

1. Jilqa' l-ftehima interisituzzjonali dwar leġiżlazzjoni aħjar u jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlament sabiex iwettquha;

2. Ifakkar li l-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità anness mat-Trattat KE jipprovdi li l-Kummissjoni għandha "tqis b'mod xieraq il-ħtieġa għal kwalunkwe piż, kemm finanzjarju kemm amministrattiv, li huwa r-responsabilità tal-Komunità, tal-gvernijiet nazzjonali, ta' l-awtoritajiet lokali, ta' l-operaturi ekonomiċi u taċ-ċittadini biex ikun minimizzat u proporzjonat ma' l-objettiv li jrid jinkiseb";

3. Jaqbel li l-ambjent regolatorju fejn joperaw in-negozji huwa fattur li jiddetermina l-kompetittività, it-tkabbir sostenibbli u l-prestazjoni fl-impjegar tagħhom, u li l-iżgurar li l-ambjent regolatorju eżistenti u futur ikun trasparenti, ċar, effettiv u ġeneralment ta' kwalità għolja għandu jkun objettiv importanti tal-politika ta' l-UE;

4. Jenfasizza l-importanza li jkunu applikati bis-sħiħ il-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità fl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja;

5. Iħoss li l-konsultazzjoni kostanti tal-partijiet li għandhom sehem hija strumentali waqt l-eżaminar tal-proposti leġiżlattivi; juri li l-konsultazzjoni għandha tinvolvi l-gruppi kollha kkonċernati, b'iffukar partikolari fuq dawk li jġorru l-akbar piżijiet konsegwenza tal-leġiżlazzjoni, u li l-għażla ta' gruppi kkonsultati għandha tkun trasparenti u bbilanċjata; jenfasizza wkoll li l-proċedura ta' konsultazzjoni għandha tirrispetta bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tat-Trattat rigward l-irwol ta' l-imsieħba soċjali kif previst fl-Artikolu 138, kif ukoll il-prinċipji stipulati f' COM (2002)704 li jeħtieġu lill-Kummissjoni li tiżgura li l-partijiet kollha li għandhom sehem ikollhom l-opportunità li jesprimu l-opinjoni tagħhom;

6. Jenfasizza wkoll li protagonisti iżgħar għandhom ikunu kkonsultati b'mod attiv għax f'sens sempliċi huma m'humiex kapaċi jikkompetu ma' korporazzjonijiet multinazzjonali u korporazzjonijiet kbar jew organizzazzjonijiet li għandhom ir-riżorsi biex jimpjegaw 'lobbyists' u konsulenti b'nefqa konsiderevoli biex iressqu l-ilmenti tagħhom;

7. Huwa ta' l-opinjoni li huwa importanti, bit-tnaqqis ta' piżijiet amministrattivi għal negozji u ċittadini, li l-Kummissjoni tikkonsulta gruppi ta' mira ex-post biex tiddetermina sa liema punt piżijiet amministrattivi tnaqqsu b'mod effettiv;

8. F'dan ir-rigward jenfasizza l-ħtieġa li l-portals attwali ta' l-internet ikunu aċċessibbli għal kull ċittadin, kumpanija jew NGO Ewropej fil-lingwi uffiċjali ta' l-UE, biex jiżguraw aċċessibilità u influwenza massima;

9. Jilqa' l-enfasi mpoġġi fuq il-konsultazzjoni bikrija tal-partijiet interessati, inklużi l-imsieħba soċjali, l-SMEs, il-leġiżlaturi, il-korpi ta' l-infurzar tal-liġi u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi; jenfasizza l-irwol tad-djalogu soċjali bħala għodda utli, li tikkontribwixxi għal tmexxija Ewropea aħjar billi jiżgura bilanċ aħjar ta' l-interessi permezz ta' l-involviment tal-partijiet kollha fit-teħid ta' deċiżjonijiet u fil-proċess ta' implimentazzjoni; jenfasizza li l-'partijiet kollha' jrid jinkludi dawk li jaħdmu ġo SMEs, kif stipulat fil-Karta ta' l-SME u kif miftiehem fil-Kunsill ta' Liżbona; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tieħu inizjattivi biex testendi u ttejjeb id-djalogu soċjali fuq il-livell Ewropew u, fuq il-bażi tar-riżultat, tkompli ttejjeb l-istandards soċjali mingħajr ma titraskura l-ħtieġa li jinżammu l-impiegi;

10. Jistieden lill-Kummissjoni biex tirraporta dwar l-inizjattivi attwali tagħha biex tiggarantixxi l-konsultazzjoni diretta tal-partijiet li għandhom sehem; iħoss li huwa importanti wkoll li l-Kummissjoni twettaq analiżi ex-post li tipprovdi evidenza tar-riżultati miksuba;

11. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, meta tipproponi leġiżlazzjoni ġdida, tipprovdi indikazzjoni dwar x'inhuma l-ispejjeż ta' l-implimentar u ta' l-immonitorjar tal-leġiżlazzjoni proposta; jargumenta li l-Kummissjoni għandha tqabbel dawk l-ispejjeż ma' l-infiq totali riżultat ta' leġiżlazzjoni speċifika;

12. Jenfasizza li l-effett tas-simplifikazzjoni u l-aġġornar ta' leġiżlazzjoni eżistenti m'għandux ikun id-deregolamentazzjoni, it-tidgħjif tal-leġiżlazzjoni jew iż-żarmar ta' standards soċjali bażiċi; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-leġiżlazzjoni tkompli twassal titjib fl-istandards soċjali filwaqt li fl-istess ħin ma tkunx ta' ħsara għall-kompetittività tan-negozji; jirrikonoxxi li mezz importanti sabiex jittejbu l-istandards soċjali huwa t-tnaqqis ta' l-impjegar, billi titrawwem klima regolatorja li tippromwovi l-intrapriża u l-ħolqien ta' impiegi;

13.  Iqis li huwa importanti ħafna li ssir oppożizjoni lil kwalunkwe pperfezzjonar jew żieda mhux meħtieġa tal-leġiżlazzjoni magħmula mill-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tqis dan meta toħroġ regolamenti u direttivi; iħoss b'mod qawwi li l-Kummissjoni ssostni b'mod ċar x'inhuma r-rekwiżiti minimi ta' regolamenti u direttivi;

14. Jistenna li meta jiżdied il-livell ta' kejl ta' rekwiżiti u kontroll li jaqbeż ir-rekwiżiti minimi maħruġa mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw u jindikaw dan fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew fil-miżuri implimentattivi; Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkontrolla l-Istati Membri fir-rigward ta' piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa ġejjin minn miżuri implimentattivi u leġiżlazzjoni nazzjonali;

15. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, fi ħdan il-qafas tal-fethima interistituzzjonali dwar ir-regolamentazzjoni aħjar, tadotta leġiżlazzjoni mmirata u kkunsidrata sew b'konsegwenzi li jistgħu jitbassru li għandhom jikkontribwixxu lejn il-ħolqien ta' kundizzjonijiet favorevoli billi tipprovudi inċentivi xierqa għall-intrapriżi u l-kumpaniji, tnaqqas l-ispejjeż u l-proċeduri superfluwi, tneħħi l-barrieri għall-addattabilità u l-innovazzjoni u b'mod ġenerali tipprovdi ċertezza legali;

16. Iħeġġeġ biex il-Kummissjoni, meta tipproponi leġiżlazzjoni ġdida, tindika l-piż amministrattiv li din timponi fuq is-setturi ekonomiċi, soċjali u ambjentali varji meta mqabbla ma' setturi ekwivalenti barra l-Unjoni Ewropea; jipproponi li dan jingħata attenzjoni speċjali fi ħdan l-ittestjar propost ġdid dwar il-kompetittività, li huwa parti integrali mill-analiżijiet ta' l-impatt;

17. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta lill-Parlament il-'proġett dwar l-ittestjar tal-kompetittività' li bħalissa qed jiġi elaborat, sabiex tippermetti skambju ta' opinjonijiet qabel dan jidħol fis-seħħ;

18. Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Parlament jikkoperaw u jieħdu impenn dwar strateġija komuni u komprensiva sabiex jippromwovu regolamentazzjoni aħjar bil-għan li tissaħħaħ is-Sħubija għat-Tkabbir u l-Impiegi, prinċipalment permezz ta' l-eżami ta' oqfsa differenti ta' leġiżlazzjoni nazzjonali u ta' l-inkorporazzjoni ta' l-aħjar prattiki pruvati u identifikati; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tirrispetta l-prattiki u l-istrateġiji nazzjonali differenti adottati mill-Istati Membri, kemm jekk jimplimentaw id-direttivi Ewropej fl-oqsma ta' l-impiegi u l-protezzjoni soċjali permezz ta' ftehima kollettiva u kemm jekk permezz ta' regolamentazzjoni u liġi;

19. Jenfasizza l-importanza ta' regolamentazzjoni aħjar u ta' l-infurzar tal-leġiżlazzjoni eżistenti, fl-Istati Membri kollha, u jistieden sabiex il-proċeduri ta' ksur ikunu rapidi biex jiżguraw kundizzjonijiet ugwali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex itejbu l-mekkaniżmi għall-identifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni li trid tiġi ssimplifikata;

20. Jappoġġja l-Programm ta' Azzjoni tal-Kummissjoni biex ikejjel in-nefqa amministrattiva għal kumpaniji fl-Ewropa u biex inaqqas piżijiet amministrattivi b'25% sa l-2013;

21. Jinnota li l-istrateġija għal tnaqqis ta' 25% tirreferi għal piżijiet amministrattivi għal kumpaniji, b'mod speċjali l-piżijiet mhux meħtieġa u ma tistax, kif il-Kummissjoni nnifisha tistipula, titqies bħala tneħħija ta' regolamenti;

22. Jagħti appoġġ sħiħ lill-inizjattiva tal-Kummissjoni iżda, fl-istess waqt, se jibqa' attent li l-mira ta' leġiżlazzjoni ma tkunx affettwata minn dak l-approċċ;

23. Jenfasizza l-ħtieġa ta' proċeduri ta' rittmu mgħaġġel biex inaqqsu b'mod effettiv piżijiet amministrattivi b'25% sa l l-2013; jenfasizza li l-Parlament u l-Kunsill għandhom ikunu ta' appoġġ sħiħ biex il-proċess ta' simplifikazzjoni jaħdem;

24. Għalhekk jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni għal "azzjonijiet ta' rittmu mgħaġġel" rigward miżuri tal-Kummissjoni, proposti kollettivi u proposti solitarji; Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel aktar użu mill-esperjenza miksuba minn Stati Membri li diġà wettqu kejl ta' linja bażi, biex jistabbilixxu aktar 'azzjonijiet ta' rittmu mgħaġġel';

25. Jinnota l-identifikazzjoni ta' 13-il qasam ta' prijorità fil-Programm ta' Azzjoni tal-Kummissjoni, bbażati fuq l-irraġunar li 80% tal-piż amministrattiv totali se jinstab f'dawk l-oqsma; Jenfasizza li din l-analiżi hija bbażata fuq esperjenzi u kejl nazzjonali[3]; jaqbel mal-Kummissjoni li dan l-approċċ huwa prammatiku, iżda jħoss li għandu jitqies bħala l-ewwel fażi;

26. Għalhekk japoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex testendi l-Programm ta' Azzjoni għal oqsma oħrajn li fil-preżent m'humiex inklużi; jistenna li l-Kummissjoni tinkludi l-identifikazzjoni ta' kull tnaqqis tal-piżijiet eliġibbli li jista' jsir fl-istrateġija tagħha ta' esternalizzazzjoni għall-kejl attwali mill-konsulenti esterni;

27. Huwa ta' l-opinjoni li l-introduzzjoni tal-Programm ta' Azzjoni tal-Komunità għal tnaqqis tal-piż amminstrattiv, susseggwentement ifisser li l-Kummissjoni għandha talloka biżżejjed riżorsi u approprjazzjonijiet; għalhekk, jappoġġja l-fatt li l-Kummissjoni, għal dan il-għan, għamlet disponibbli madwar EUR 19.6 miljun eskluża l-VAT; jistieden lill-Kummissjoni biex tirraporta lil Kumitat għall-Baġit dwar mil-liema linji tal-baġit qed jittieħdu l-approprjazzjonijiet, sa liema punt dan jaffettwa politiki oħrajn, kif u meta se jintefqu u liema huma l-bażijiet legali li jiġġustifikaw dan l-infiq;

28. Jenfasizza li, jekk il-Kummissjoni tħoss li mhix kapaċi talloka biżżejjed riżorsi u approprjazzjonijiet fi ħdan il-qafas amministrattiv attwali, hija għandha tidentifika u tikkomunika soluzzjonijiet possibbli biex jintegħlbu dawn il-problemi għall-awtorità tal-baġit;

29. Jinnota li t-tnaqqis ta' 25% għandu jirrifletti tnaqqis nett tal-piżijiet; għalhekk, jenfasizza l-ħtieġa li l-piżijiet amministrattivi jkunu inklużi li jsegwu regolamenti ġodda mill-2008, kif ukoll fl-analiżi finali fl-2012; jenfasizza li tnaqqis ta' 25% fi ħdan 13-il qasam ta' prijorità jista' jitqies biss bħala mira grossa ta' tnaqqis; jinnota li l-approċċ attwali, għalhekk, ma jistax jiżgura tnaqqis attwali ta' 25% għall- kumpaniji;

30. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippubblika u tippreżenta lill-Kumitati relevanti, b'tabella tal-progress b'miri preċiżi li jridu jintlaħqu f'perjodu taż-żmien stabbilit għall-implimentazzjoni ta' miżuri, identifikati bħala meħtieġa biex tinkiseb mira ta' tnaqqis ta' 25% sa l-2013 u biex tirrapporta dwar il-progress tagħha lill-kumitati kompetenti kull sena;

31. Jenfasizza li l-Kunsill, il-Parlament u l-Kummissjoni għandhom jimpenjaw infushom b'mod sħiħ u jassumu responsabilità politika rigward it-tnaqqis ta' piżijiet amministrattivi; huwa konvint li, mingħajr pussess fil-livell politiku, l-UE ma tkunx tista' tibdel b'suċċess il-kultura ta' tfassil tal-liġijiet fl-Ewropa;

32. Għandu l-intenzjoni li japplika b'mod sħiħ proċeduri ta' l-analiżi ta' l-impatt biex jiddeterminaw l-effett ta' emendi għal proposti, u jistieden lill-Kunsill biex jagħmel l-istess; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi l-assistenza u l-ħila meħtieġa;

33. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, waqt l-implimentazzjoni tal-linji gwida dwar l-analiżi ta' impatt, tiżgura li studju ta' l-attività ekonomika jtejjeb il-kwalità ta' l-impatt reali; jinsisti li huwa imperattiv li l-analiżi ta' impatt isiru b'mod dettalljat, trasparenti u bbilanċjat, billi jingħata piż uguali lill-aspetti soċjali, ekonomiċi u ambjentali;

34. Jenfasizza li l-pussess fil-livell politiku jeħtieġ ukoll li jkun akkumpanjat bi prattika fil-livelli ta' mmaniġġjar u ta' implimentazzjoni; għalhekk jenfasizza li kull Direttorat Ġenerali (DG) irid ikun mgħarraf bil-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa fl-oqsma ta' politika tiegħu permezz ta' kejl ta' linja ta' bażi tal-bidu u jipproponi wkoll sistema, eżempju, bħall-kapaċitajiet ta' verifika interni f'kull DG fil-Kummissjoni, li jistgħu jipprovdu konsultazzjoni u jgħinu lid-Diretturi Ġenerali biex isaħħu u jimplimentaw il-politiki ta' tnaqqis u miri individwali għal kull DG;

35. Jitlob lill-Kummissjoni biex tirraporta dwar l-istruttura organizzattiva interna tagħha tal-politika ta' tnaqqis tal-piżijiet; Jitlob biex din l-istruttura organizzattiva titqabbel ma' l-istrutturi organizzattivi ta' Stati Membri differenti, li diġà għandhom politika ta' tnaqqis ta' piż amministrattiv fis-seħħ;

36. Jistieden lill-Kummissjoni biex, sa l-2008, tevalwa l-valur miżjud tal-Bord ta' l-Analiżi ta' l-Impatt (IAB) fil-proċeduri ta' l-analiżi ta' l-impatt; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta b'mod speċifiku dwar l-impatt ta' l-IAB meta mqabbel ma' l-impatt ta' bordijiet konsultattivi indipendenti fi Stati Membri differenti u biex tanalizza l-valur miżjud massimu possibbli ta' skrutinju indipendenti b'mod reali fil-livell Ewropew;

37. Jipproponi li l-approprjazzjonijiet riservati fil-linja 26 01 08 fil-Baġit ta' l-UE għal proġett pilota li jimminimizza l-piżijiet amministrattivi, jintużaw biex jitwaqqaf bord ta' esperti indipendenti, li jinkludi rappreżentanti minn gruppi ta' partijiet interessati, li jimmonitorja b'mod sħiħ l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni: 'It-tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-UE'; Jinnota li dan ifisser ukoll li l-kumitat ta' esperti indipendenti jista' jiffoka fuq il-proċeduri, kejl u proposti leġiżlattivi ta' impatt kollha 'l barra mit-13-il qasam ta' prijorità;

38. Jissottolinea li l-elezzjoni u l-ħidma ta' dan il-bord ta' esperti għandu jkun kompletament trasparenti u li l-membri tal-bord għandhom ikunu meħtieġa li jagħmlu dikjarazzjoni ta' interess;

39. Huwa sodisfatt bl-appoġġ li diġà ngħata lil dan l-approċċ mill-Kunsill u mill-Kummissjoni kif stipulat fil-paragrafu 25 tal-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill tar-Rebbiegħa tat-8 u tad-9 ta' Marzu 2007; jenfasizza li dan huwa wkoll bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet mogħtija min-Nationaler Normenkonntrollrat (il-Ġermanja), Better Regulation Commission (Renju Unit) u l-Bord Konsultattiv dwar il-Piż Amministrattiv Olandiż (l-Olanda) fid-dokument ta' pożizzjoni tagħhom dwar il-Programm ta' Azzjoni tal-Kummissjoni[4];

40. Jipproponi wkoll li l-bord indipendenti, barra milli jikkontrolla b'mod sħiħ l-implimentazzjoni tal-programm ta' Azzjoni Ewropew, janalizza wkoll is-sejbiet u r-riżultat tal-konsulti ta' l-Internet u ta' dawk fuq il-livell lokali kif; jipproponi biex il-bord indipendenti jingħata aċċess għall-analiżi ta' l-impatt ta' proposti ta' tnaqqis qabel l-adozzjoni tagħhom mill-Kummissjoni;

41. Jitlob lill-Kummissjoni biex taħtar rappreżentant ta' ħsieb indipendenti biex jippresiedi l-bord u biex jipproċedi biex il-bord ikun qed jopera b'mod sħiħ f'Settembru 2007; jitlob ukoll li l-membri l-oħrajn tal-bord jirrappreżentaw lill-partijiet esterni li għandhom sehem fil-proċess leġiżlattiv, u jinkludi esperti u akkademiċi indipendenti fil-qasam ta' tnaqqis tal-piż amministrattiv;

42. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippermetti wkoll lill-bord indipendenti biex jikkumenta wkoll dwar il-passi li diġà ttieħdu fl-2006 u fl-2007, li stabbilew il-politika ta' tnaqqis ta' piż amministrattiv;

43. Jagħti istruzzjonijiet lill President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri.

  • [1]  ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 146.
  • [2]  Arjan M. Lejour, George M.M. Gelauff, "Five Lisbon Highlights: L-impatti ekonomiċi biex jintlaħqu dawn il-miri', Dokument CPB Nru 104, CPB, L-Aja, 2006.
  • [3]  "Proġett pilota dwar Piżijiet Amministrattivi", WIFO-CEPS, Ottubru 2006.
  • [4]  Dokument ta' pożizzjoni dwar il-Programm ta' Azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea, 1 ta' Marzu 2007.

OPINION OF THE COMMITTEE ON EMPLOYMENT AND SOCIAL AFFAIRS (7.3.2006)

for the Committee on Budgetary Control

on minimising administrative costs imposed by legislation

(2005/2140(INI))

Draftsman: Ole Christensen

SUGGESTIONS

The Committee on Employment and Social Affairs calls on the Committee on Budgetary Control, as the committee responsible, to incorporate the following suggestions in its motion for a resolution:

1.  Agrees that the regulatory environment in which businesses operate is a determinant of their competitiveness, sustainable growth and employment performance, and that ensuring that the existing and future regulatory environment is transparent, clear, effective and generally of high quality should be an important objective of EU policy;

2.  Emphasises the importance of fully applying the principles of subsidiarity and proportionality in adopting Community legislation;

3.  Stresses that the effect of simplifying and updating existing legislation should not be deregulation, diluting health and safety legislation or dismantling basic social standards; calls on the Commission to make sure that legislation continues to deliver improvements in social standards whilst at the same time not being detrimental to business competitiveness; recognises that one important way of improving social standards is to reduce unemployment, by fostering a regulatory climate which promotes enterprise and job creation;

4.  Welcomes the interinstitutional agreement on better lawmaking and calls on the Council, the Commission and Parliament to make this a reality;

5.  Calls on the Commission, within the framework of the interinstitutional agreement on better law-making, to adopt targeted, well-considered legislation with predictable consequences which will contribute to creating favourable conditions by providing suitable incentives for undertakings and companies, reducing superfluous expenditure and procedures, removing barriers to adaptability and innovation and generally providing legal certainty;

6.  Highlights the need for the Commission, the Member States and Parliament to cooperate and to commit to a common and comprehensive strategy to promote better regulation in order to strengthen the Partnership for Growth and Jobs, namely through the examination of the different national legislative frameworks and the incorporation of the best proven practices identified; calls on the Commission to respect the different practices and national strategies adopted by the Member States whether they implement European directives in the fields of employment and social protection through collective agreement or by regulation and law;

7.  Calls on the Commission to ensure that, during implementation of the impact assessment guidelines a study of economic activities improves the quality of the actual impact; insists that it is imperative that impact assessments, whether by a European institution or the Member States, are conducted in a thorough, transparent and balanced way, giving equal weight to social, economic and environmental aspects;

8.  Stresses the importance of better implementation and enforcement of existing legislation, especially social legislation and legislation to drive the completion of the internal market across all Member States, and calls for infringement procedures to be rapid in order to ensure a level playing field; calls on the Commission and the Member States to improve mechanisms for identifying legislation which must be simplified;

9.  Welcomes the emphasis which is put on early consultation of stakeholders, including the social partners, SMEs, legislators, law enforcement bodies and non-governmental organisations; underlines the role of social dialogue as a useful tool, contributing to better European governance by ensuring a better balance of interests through the involvement of all actors in decision-making and in the implementation process; stresses that 'all actors' must include those working in SMEs, as laid down in the SME Charter and agreed by the Lisbon Council; calls on the Commission to take initiatives to extend and enhance social dialogue at European level and, on the basis of the outcome, to continue to improve social standards without disregarding the need to preserve jobs.

SHORT JUSTIFICATION

Better regulation is one of the key-elements of the re-launch of the Lisbon Strategy which identified the need to boost economic growth and job creation.

Transparent high quality regulation not only serves the interests of industry, but also the European citizen. The ultimate aim of the Better Regulation exercise should be to create more quality jobs.

The present Commission Communication on "Better regulation for growth and jobs" builds on the Commission's initiative "Action Plan on simplifying and improving the regulatory environment" as part of the EU White Paper on Governance (2002) and the Inter-institutional Agreement on Better Lawmaking, agreed in December 2003 by the European Commission, European Parliament and the Council.

The Communication proposes three action lines:

· further promoting the design and application of better regulation tools at the EU level, notably in so far as impact assessments and simplification are concerned,

· working closely with the Member States to ensure that better regulation principles are applied consistently throughout the EU by all regulators,

· reinforcing the constructive dialogue between all regulators at the EU and national levels and with stakeholders.

Simplification of existing legislation

Your draftsperson agrees with the Commission that efficacy and enforceability of legislation can be served by clear and simple drafting, on the condition that the quality remains high. However, he stresses that better regulation should not mean deregulation nor relaxing or dismantling of social standards.

In this same light, your draftsman also wishes to underline the importance of better implementation and enforcement of already existing social legislation.

Impact assessment

The Commission states that it intends to strengthen the assessment of economic impacts of new legislation. This deepening of the economic pillar of the impact assessment should however not compromise the social elements duly being taken into account. Potential economic, social and environmental impacts of new legislation should be given equal weight.

Social dialogue

Social dialogue ensures the involvement of relevant stakeholders, while at the same time contributes to a better balance of interests and to more practical resolutions. It should be recognised as a valid tool of co-regulation, that could serve the better quality of regulation.

Therefore, social dialogue should be reinforced both on the European and the national level.

PROCEDURE

Title

Minimising administrative costs imposed by legislation

Procedure number

2005/2140(INI)

Committee responsible

CONT

Opinion by
  Date announced in plenary

EMPL
8.9.2005

Enhanced cooperation – date announced in plenary

no

Drafts(wo)man
  Date appointed

Ole Christensen
12
.9.2005

Previous drafts(wo)man

---

Discussed in committee

5.10.2005

26.1.2006

 

 

 

Date adopted

22.2.2006

Result of final vote

+:

–:

0:

32

1

2

Members present for the final vote

Jan Andersson, Roselyne Bachelot-Narquin, Jean-Luc Bennahmias, Emine Bozkurt, Iles Braghetto, Philip Bushill-Matthews, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Luigi Cocilovo, Jean Louis Cottigny, Proinsias De Rossa, Harald Ettl, Richard Falbr, Ilda Figueiredo, Joel Hasse Ferreira, Roger Helmer, Stephen Hughes, Karin Jöns, Sepp Kusstatscher, Jean Lambert, Raymond Langendries, Bernard Lehideux, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Mario Mantovani, Ana Mato Adrover, Maria Matsouka, Ria Oomen-Ruijten, Csaba Őry, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Pier Antonio Panzeri, José Albino Silva Peneda, Jean Spautz, Gabriele Zimmer

Substitute(s) present for the final vote

Elspeth Attwooll, Edit Bauer, Mihael Brejc

Substitute(s) under Rule 178(2) present for the final vote

---

Comments (available in one language only)

...

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (12.9.2006)

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar it-tnaqqis fl-ispejjeż amministrattivi imposti mil-leġiżlazzjoni
(2005/2140(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Bert Doorn

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

A. billi fis-16 ta' Mejju 2006 l-Parlament Ewropew adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:

- ir-riżoluzzjoni dwar Leġiżlazzjoni Aħjar 2004: l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' sussidjarjetà – it-12-il rapport annwali[1], ibbażata fuq ir-rapport Doorn;

- ir-riżoluzzjoni dwar l-implimentazzjoni, il-konsegwenzi u l-impatt tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ tas-suq intern[2], ibbażata fuq ir-rapport McCarthy;

- ir-riżoluzzjoni tal-21 u t-22 rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar l-immonitorjar ta' l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja (2003 u 2004)[3], ibbażata fuq ir-rapport Frassoni;

- ir-riżoluzzjoni dwar strateġija għas-simplikazzjoni ta' l-ambjent regolatorju[4], ibbażata fuq ir-rapport Gargani,

B.  billi wieħed mix-xogħlijiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew huwa li jara li l-istituzzjonijiet Ewropew jonfqu l-fondi Ewropej b'mod xieraq,

1.  Jinnota li r-rapport Mulder dwar it-tnaqqis ta’ l-ispejjeż amministrattivi imposti mil-leġiżlazzjoni jirrepeti r-rapporti ta’ Doorn, McCarthy, Frassoni u Gargani;

2.  Jinsisti li l-Kumitat għall-Affarijiet Legali għandu r-responsabilità ewlenija għall-aġenda ta' leġiżlazzjoni aħjar; Jilqa’, madankollu, l-aspetti tar-rapport Mulder li jittrattaw l-impatt finanzjarju tal-leġiżlazzjoni Ewropea fuq il-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea, partikolarment il-paragrafi 1, 9, 10, 12 u 13;

Paragrafi oħra tar-rapport Mulder għandhom jiġu mħassra

PROĊEDURA

Titolu

It-tnaqqis fl-ispejjeż amministrattivi imposti mil-leġiżlazzjoni

Numru tal-proċedura

2005/2140(INI)

Kumitat risponsabbli

CONT

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI
6.7.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni  
  Data tal-ħatra

Bert Doorn
21.6.2006

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

12.7.2006

12.9.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

12.9.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Berger, Carlo Casini, Rosa Díez González, Bert Doorn, Giuseppe Gargani, Klaus-Heiner Lehne, Hans-Peter Mayer, Aloyzas Sakalas, Francesco Enrico Speroni, Gabriele Stauner, Diana Wallis, Rainer Wieland, Nicola Zingaretti, Jaroslav Zvěřina

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, Manuel Medina Ortega, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Michel Rocard

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

PROĊEDURA

Titolu

It-tnaqqis fl-ispejjeż amministrattivi imposti mil-leġiżlazzjoni

Numru tal-proċedura

2005/2140(INI)

Kumitat risponsabbli
  Data tat-tħabbir ta’ l-awtorizzazzjoni fis-seduta plenarja

CONT
8.9.2005

Kumitat(i) mitlub(a) jagħtu opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI
6.7.2006

ITRE
8.9.2005

EMPL
8.9.2005

ECON
8.9.2005

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

ITRE
13.9.2005

ECON
5.9.2005

 

 

 

Koperazzjoni iktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur
  Data tal-ħatra

Jan Mulder
20.4.2005

 

Diskussjoni fil-kumitat

3.10.2005

21.2.2006

3.5.2006

19.6.2006

13.7.2006

27.2.2007

27.3.2007

4.6.2007

27.6.2007

 

Data ta’ l-adozzjoni

27.6.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+

-

0

25

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Herbert Bösch, Paul van Buitenen, Mogens N.J. Camre, Jorgo Chatzimarkakis,Antonio De Blasio, Petr Duchoň, Szabolcs Fazakas, Christofer Fjellner, Ingeborg Gräßle, Dan Jørgensen, Bogusław Liberadzki, Nils Lundgren, Marusya Ivanova Lyubcheva, Jan Mulder, Francesco Musotto, Borut Pahor, Aldo Patriciello, Bart Staes, Alexander Stubb, Jeffrey Titford, Bernard Piotr Wojciechowski, Marilisa Xenogiannakopoulou

Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali

Silvana Koch-Mehrin, Petya Stavreva

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali skond ir-Regola 178(2)

Karin Jöns

Data tat-tressiq

3.7.2007

Kummenti
(disponibbli b'lingwa waħda biss)