RAPPORT dwar Strateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi

20.7.2007 - (2007/2006(INI))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Irena Belohorská

Proċedura : 2007/2006(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0291/2007
Testi mressqa :
A6-0291/2007
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar Strateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi

(2007/2006(INI))

Il-Parlament Ewropew,

- –   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: "Strateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi" (COM(2006)0372),

- wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm Komunitarju ta' Azzjoni għall-Ambjent (is-sitt EAP)[1],

- wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għat-twaqqif ta' qafas għall-Azzjoni Komunitarja sabiex jintlaħaq użu sostenibbli tal-pestiċidji (COM(2006)0373),

- wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (COM(2006)0388),

–   wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (COM(2006)0778),

- wara li kkunsidra l-Artikolu 175 tat-Trattat KE,

- wara li kkunsidra l-Artikolu 6 tat-Trattat KE, li bis-saħħa tiegħu l-ħarsien ta' l-ambjent irid ikun integrat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Komunità b'mod partikulari bil-ħsieb li jkun promoss l-iżvilupp sostenibbli,

- wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidji fl-ikel jew fuq l-ikel u fuq jew fl-għalf ta' li joriġinaw minn pjanti jew annimali[2],

- wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li twaqqaf qafas għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika dwar l-ilma[3], id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità ta' l-ilma għall-konsum mill-bniedem[4], id-Direttiva tal-Kunsill 75/440/KEE tas-16 ta' Ġunju 1975 rigward il-kwalità meħtieġa ta' l-ilma tal-wiċċ maħsub għall-astrazzjoni għall-ilma għax-xorb fl-Istati Membri[5], u d-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorazzjoni[6],

- wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 rigward ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Kimiċi (REACH) u t-twaqqif ta' Aġenzija Ewropea għall-Kimiċi[7] u d-Direttiva 2006/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 67/545/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-klassifikazzjoni, l-ippakkettar u l-ittikkettar ta' sustanzi perikolużi sabiex jaddattawha għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 rigward ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tal-Kimiċi (REACH) u t-twaqqif ta' Aġenzija Ewropea għall-Kimiċi[8],

–   wara li kkusidra d-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbilità ambjentali rigward il-prevenzjoni u t-tiswija tad-dannu ambjentali[9], id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta' l-ambjenti naturali u ta' fawna u flora selvaġġi, u d-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni tat-tjur selvaġġi[10],

- wara li kkunsidra r-rapport ta' sinteżi tal-Kummissjoni Ewropea bit-titlu "Possibilitajiet għal Politika Ambjentali futura ta' l-UE dwar Prodotti għall-Ħarsien tal-Pjanti" (1997),

- wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali (A6‑0291/2007),

A. billi l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (PPPs) fl-UE bejn l-1992 u l-2003 baqa' sinifikanti u għadu ma naqasx minkejja l-politiki proattivi segwiti b'suċċess minn uħud mill-Istati Membri sabiex inaqqsu l-użu tal-pestiċidji fl-irziezet,

B. billi għadhom jinstabu ammonti mhux mixtieqa ta' ċertu pestiċidji fl-ambjent, partikularment fil-ħamrija u fl-ilma; billi residwi f'valuri li jaqbżu l-limitu regolamentarju għadhom jinstabu fil-prodotti agrikoli,

C. billi, minkejja li ma jistgħux jinċaħdu l-benefiċċji li joħorġu mill-użu tal-pestiċidji u l-irwol li għandhom fl-iżgurar ta' produzzjoni agrikola kompetittiva u sostenibbli, il-pubbliku ġenerali għandu jkun infurmat aħjar dwar il-possibilità ta' riskji għas-saħħa u ambjentali u dwar l-effetti tagħhom, fil-qosor u fit-tul, relatati ma' l-użu tagħhom;

D.  billi dan ifisser li l-pestiċidi m'għandhomx jintużaw qabel ma jkunu saru l-istudji kollha dwar l-impatti fuq is-saħħa u l-ambjent; u billi t-tqabbil tad-dejta u ta' l-aqwa prattiki tat-tnaqqis ta' l-użu fl-Istati Membri differenti għandu jkun inkoraġġit u jitqies bħala punt ta' riferenza,

E.  billi hemm in-nuqqas ta' sistema trasparenti għar-rappurtaġġ u l-immonitorjar ta' l-użu tal-pestiċidji u tal-livelli tar-residwi fil-prodotti, inkluż l-iżvilupp ta' indikaturi xierqa;

1.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jkun hemm qafas legali Ewropew fil-qasam ta' l-użu tal-pestiċidji peress li l-leġiżlazzjoni fis-seħħ ma wrietx li hija biżżejjed sabiex tikseb il-prevenzjoni tal-perikli u tar-riskji għall-ħajja u l-ambjent li jippreżenta l-użu tal-pestiċidji;

2.  Jikkunsidra li huwa imporanti li tkun adottata leġiżlazzjoni bbażata fuq approċċ aktar iffukat b'mod sod fuq it-tnaqqis ta' l-użu tal-pestiċidji u aktar ambizzjuż f'termini ta' prestazjoni ambjentali permezz ta' l-għoti ta' appoġġ sinifikanti lill-biedja organika u lill-metodi ta' produzzjoni integrati;

3.  Jilqa' l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidji li tidentifika n-nuqqasijiet tal-leġiżlazzjoni Komunitarja attwali u jipproponi li jirregola l-fażi ta' l-użu sabiex "jintela l-vojt" bejn it-tqegħid tal-PPPs fis-suq, min-naħa l-waħda u t-tmiem taċ-ċiklu tal-ħajja ta' tali prodotti, min-naħa l-oħra;

4.  Juri li l-UE issa adottat aktar minn tuzzana atti legali li direttament jew indirettament jirregolaw l-użu tal-PPPs; madankollu jenfasizza li d-dispożizzjonijiet proposti sabiex jirregolaw l-użu tal-PPPs qed iwasslu lejn id-direzzjoni tajba;

5.  Jinnota li l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidji tkopri biss il-PPPs, li jiffurmaw biss parti tal-pestiċidji; jistieden immedjatament lill-Kummissjoni sabiex tinkludi l-prodotti għall-kontroll ta' l-insetti jew l-annimali li jeqirdu l-pjanti (prodotti bijoloġiċi tat-tip 14-19) kif definiti fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 rigward it-tqegħid ta' prodotti bijoloġiċi fis-suq[11] fi ħdan l-Istrateġija Tematika, minħabba li jippreżentaw riskji simili għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex testendi l-ambitu ta' l-Istrateġija Tematika sabiex tinkludi bijoċidji oħra mill-aktar fis possibbli;

6.  Jikkunsidra li huwa essenzjali li l-imġieba ta' l-utenti tal-pestiċidji titjieb sabiex ikunu evitat l-użu ħażin, l-użu eċċessiv u l-inċidenti ta' vvalenar; jilqa' l-ħolqien ta' sistema ta' taħriġ u edukazzjoni għall-utenti professjonali tal-pestiċidi, li għaliha l-Kummissjoni għandha tfassal linji gwida li jqisu d-differenzi li jeżistu bejn ir-reġjunijiet Ewropej varji; iqis li ċ-ċertifikazzjoni u t-taħriġ jridu jkunu prerekwiżit għall-impjegar ta' utenti professjonali tal-pestiċidi u li jrid ikun hemm ukoll żvilupp professjonali kontinwu sabiex jiġu aġġornati l-ħila u l-għarfien tekniku tagħhom u biex jiġi żgurat użu sikur u effettiv tal-pestiċidi; jissuġġerixxi li jitwaqqfu jew jittejjbu servizzi konsultattivi għall-bdiewa sabiex jiżdied l-għarfien tagħhom rigward l-użu sikur tal-pestiċidji u sabiex ikun inkoraġġut l-iskambju ta' prassi tajba;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra, skond il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, metodi xierqa sabiex dawk li jimmanifatturaw il-PPPs u/jew l-ingredjenti attivi tagħhom ikunu involuti fil-ħidma ta' trattar jew rimedjar tad-dannu għas-saħħa tal-bniedem jew ta' l-ambjent li tista' tkun ikkawżata mill-użu tal-PPPs;

8.  Jirrakomanda li l-bejgħ u d-distribuzzjoni tal-pestiċidi għandu jsir taħt is-sorveljanza ta' professjonist jew prattikant ikkwalifikat, u li dawn it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu rreġistrati f'reġistru sabiex jiġi żgurat li jkun hemm kontroll adegwat tat-tqegħid fis-suq ta' l-użu ta' prodotti bħal dawn;

9.  Jenfasizza li l-imminimizzar tal-perikli u r-riskji għas-saħħa u għall-ambjent mill-użu tal-pestiċidji ma jistgħax jintlaħaq b'mod effettiv mingħajr djalogu kostruttiv u bini ta' kapaċità, inkluż stimolu finanzjarju, ma' pajjiżi terzi flimkien ma' kontrolli stretti fuq il-prodotti importati fl-UE sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet ugwali fil-kompetizzjoni;

10. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tifformula politika ta' protezzjoni u koperazzjoni fil-konfront tal-ġara ta' l-UE, dwar l-użu tal-pestiċidji u l-PPPs;

11. Jenfasizza l-importanza ta' l-irwol tal-midja biex il-pubbliku ġenerali, u utenti tal-pestiċidi li m'humiex professjonisti, ikunu infurmati dwar kwistjonijiet ta' pestiċidi; u jissuġġerixxi li jitfasslu kampanji ta' informazzjoni pubblika u ta' ħolqien ta' kuxjenza;

12. Jilqa' b'mod ġenerali l-miżuri magħżula mill-Kummissjoni; stresses, however, that ambitious National Action Plans of the Member States are key elements in the whole process;

13. Barra minn hekk, jiddispjaċih li l-Kummissjoni għażlet li teskludi l-kriterji kwantitattivi u kwalitattivi fil-Pjanijiet Nazzjonali ta' Azzjoni, b'hekk jitnaqqas il-livell ta' l-ambizzjoni tagħhom;

14. Jenfasizza li mingħajr miri ta' tnaqqis kwantitattiv fl-użu fil-Pjanijiet Nazzjonali ta' Azzjoni, it-terminu "tnaqqis ta' perikli, riskji u dipendenza fuq il-pestiċidji" huwa definit b'mod impreċiż u ambigwu ħafna, u mhux se jwassal lill-Istati Membri sabiex inaqqsu l-ammont ta' pestiċidji wżati jew sabiex jagħtu prijorità lil alternattivi mhux kimiċi għall-protezzjoni tal-pjanti u għall-imaniġġjar ta' organiżmi ta' ħsara u ta' uċuħ tar-raba';

15. Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tikkombina t-tneħħija ta' perikli, riskji u dipendenza fuq il-pestiċidji ma' kriterji kwantitattivi fil-Pjanijiet Nazzjonali ta' Azzjoni, billi tistipula li l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-miri nazzjonali, l-iskedi u l-kriterji tagħhom sabiex inaqqsu l-użu tal-pestiċidji, billi jikkunsidraw l-esperjenza pożittiva minn uħud mill-Istati Membri li diġà jużaw miri ta' tnaqqis kwantitattiv, li wrew li l-użu tal-pestiċidji jista' jkun imnaqqas mingħajr spejjeż għall-bdiewa;

16. Jenfasizza li mpenn biex jitwaqqaf l-użu tal-PPPs, biex isiru anqas perikolużu u biex jitfittxu prodotti alternattivi għall-protezzjoni tal-pjanti, riżorsi u metodi alternattivi li jirrispettaw aktar l-ambjent u jagħmlu anqas ħsara lill-bniedem u lill-annimali, għandu, barra milli joffri benefiċċi lill-ambjent u lis-saħħa pubblika, itejjeb il-kwalità tal-prodotti agrikoli Ewropej u jżid il-valur miżjud tagħhom bħala riżultat ta' kuxjenza tal-pubbliku u sensittività tal-konsumatur aktar mifruxa fir-rigward ta' dawn il-kwistjonijiet;

17. Jaqbel li l-Pjanijiet Nazzjonali ta' Azzjoni għandhom ikunu adattati għal kondizzjonijiet speċifiċi ta' klima, ta' agrikoltura u ta' kundizzjonijiet ta' organiżmi ta' ħsara ta' kull Stat Membru, fejn ċertu trattamenti speċifiċi huma neċessarji u partikularment fil-każ ta' uċuħ tar-raba' minuri;

18. Jemmen li l-Kummissjoni għandha tispeċifika l-għajnuna finanzjarja Ewropea li tista' tintuża mill-Istati Membri sabiex jagħmlu studji, jiġbru bażijiet tad-dejta u jżidu l-għarfien rigward il-pestiċidi;

19. Jilqa' l-istqarrija tal-Kummissjoni li r-riżultat mistenni l-aktar importanti ta' l-Istrateġija Tematika huwa t-tnaqqis ta' l-impatti negattivi ta' l-użu tal-pestiċidji fuq is-saħħa tal-bniedem;

20. Jiddispjaċih li, minkejja li l-pestiċidji huma konnessi ma' effetti immunoloġiċi, effetti li jfixklu l-endokrina, disturbi newrotossiċi u mal-kanċer[12], is-saħħa hija msemmija ftit li xejn fl-Istrateġija Tematika;

21. Jenfasizza li s-sustanzi li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni, jew persisitenti, bijo-akkumulattivi jew tossiċi, jew li juru karatteristiċi li jħawdu s-sistema endokrinali, m'għandhomx jiġu approvati bħala sustanzi attivi fil-pestiċidi;

22. Jirrimarka li l-feti, it-tfal żgħar, it-tfal kif ukoll in-nisa tqal, l-anzjani, dawk li għandhom mard kroniku u dawk li għandhom problemi mediċi diġà eżistenti huma aktar vulnerabbli u aktar esposti għall-pestiċidi, speċjalment għall-effetti kumulattivi ta' tipi differenti ta' pestiċidi, milli hija l-bqija tal-popolazzjoni;

23. Jissottolinea li awtorizzazzjoni minn qabel ta' PPP hija kundizzjoni minn qabel għall-użu tagħha u li tali awtorizzazzjoni hija bbażata fuq evalwazzjoni xjentifika tal-PPP u ta' l-ingredjenti attivi tiegħu fejn il-prodott ikunu ittestjat sabiex ikunu ddeterminati r-riskji li joffri lis-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali u lill-ambjent, meta wżat kif suppost;

24. Iqis li hu essenzjali li ssir aktar riċerka dwar l-effetti fuq is-saħħa ta' l-użu tal-pestiċidi, u b'mod partikulari dwar l-użu kumbinat u kumulattiv tiegħu;

25. Jilqa' tajjeb il-projbizzjoni ta' sustanzi fuq il-bażi tal-perikli intrisiċi tagħhom u dak li jissejjaħ "prinċipju ta' sostituzzjoni" fejn is-sustanzi l-aktar perikolużu jitneħħew mis-suq meta jkunu jeżistu alternattivi aktar sikuri, inklużi dawk mhux kimiċi;

26. Jistieden lill-Kummissjoni, f'ħidma ma' l-Istati Membri u ma' l-Industrija, sabiex tieħu miżuri biex tipprevjeni l-importazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' PPPs foloz u/jew mhux awtorizzati;

27. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li meta jinstabu livelli ta' pestiċidji li jaqbżu l-valuri rilevanti ta' limitu fi jew fuq ikel impurtat, jittieħdu l-istess miżuri u jkunu imposti l-istess penali bħal fil-każ ta' prodotti mmanifatturati fl-UE; jistieden sabiex jittieħdu passi immedjati sabiex jiżguraw jsiru li kontrolli suffiċjentement fuq merkanzija impurtata (li ġeneralment ikunu suġġetti għal leġiżlazzjoni anqas stretta fuq l-użu tal-PPPs, li jfisser li hemm riskju akbar ta' livelli ta' residwu illegali) fl-Istati Membri kollha bl-istess mod, sabiex il-bdiewa u l-manifatturi Ewropej ma jkunux fi żvantaġġ u jkunu stabbiliti kondizzjonijiet ugwali fl-UE;

28. Jistieden sabiex ikun hemm kontrolli xierqa u sabiex ikun hemm projbizzjoni fuq l-importazzjoni fl-UE ta' prodotti ta' l-ikel magħmula bl-użu ta' PPPs u ta' pestiċidji li l-użu u l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom mhumiex permessi fl-UE;

29. Jistieden sabiex ikun hemm sistemi koordinati għall-ġbir ta' informazzjoni dwar il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-bejgħ, id-distribuzzjoni u l-użu ta' pestiċidji disponibbli b'mod ġenerali;

30. Jemmen li denominazzjonijiet ta' żoni, inklużi żoni protetti ta' ġbir ta' l-ilma għax-xorb, b'użu mnaqqas jew mingħajr użu ta' pestiċidji u protezzjoni mtejba ta' l-ambjent akwatiku mit-tniġġis tal-pestiċidji, huma meħtieġa sabiex tkun evitata l-espożizzjoni mhux mixtieqa; jikkunsidra li għandhom ikunu stabbiliti "żoni buffer" ta' wisa' xierqa b'kunsiderazzjoni tal-kondizzjonijiet agrikoli, ġeografiċi u meteoroloġiċi differenti; iqis li l-użu tal-pestiċidi f'zoni residenzjali u madwarhom, f'parkijiet pubbliċi, fi grawnds ta' l-isport, fi grawnds ta' l-iskola u f'postijiet fejn jilgħabu t-tfal għandu jkun ipprojbit, minħabba li l-Kummissjoni rrikonoxxiet li r-riskji għall-pubbliku inġenerali kkawżati mill-esponiment għall-pestiċidi f'zoni bħal dawn huma għoljin;

31. Jinnota l-kontaminazzjoni mill-pestiċidji ta' l-ilma ta' taħt l-art u ta' l-ilma tal-wiċċ fl-Ewropa u jenfasizza l-bżonn li l-koeżjoni ta' l-Istrateġija Tematika tissaħħaħ mal-Qafas ta' Direttiva 2000/60/KE dwar il-politka ta' l-ilma; jirrimarka li l-purifikazzjoni ta' l-ilma, iżda, issir fil-biċċa l-kbira biss għall-konsum mill-bniedem, waqt li l-bqija ta' l-ilma mniġġes jidħol fil-ġisem tal-bniedem mill-flora u mill-fawna, u jwassal għal spejjeż għoljin ta' trattament;

32. Jirrikonoxxi li l-projbizzjoni fuq il-bexx mill-ajru hija inevitabbli; iqis, madankollu, li l-bexx jista' jintuża fejn jirrapreżenta vantaġġi ċari għall-ambjent jew fejn m'hemmx alternattivi vijabbli, iżda fl-istess ħin għandu jkun obbligatorju li l-pubbliku ġenerali jkun mgħarraf dwar il-ħin tal-bexx, l-ammonti u t-tip ta' pestiċida;

33. Calls on the Commission to speed up Community harmonisation of maximum residue levels, as the current situation means that there is an uneven playing field within the EU, hampering trade and confusing consumers;

34. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi r-residwi massimi fl-iktar livell baxx possibbli sakemm ma jistax ikun ippruvat li anke l-aħjar tekniċi u metodi disponibbli ma jistgħux jevitaw residwi sa inqas minn ċertu livell; f'dan ir-rigward jistieden lill-Istati Membri biex itejjbu l-monitoraġġ tal-konċentrazzjoni ta' pestiċidi fi prodotti ta' l-ikel u mezzi ambjentali;

35. Jilqa' l-istedina proposta lill-Istati Membri biex ineħħu dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri biex japplikaw rati ta' VAT imnaqqsa għall-pestiċidi; jikkunsidra li l-Kummissjoni għandha tgħin lill-Istati Membri biex jintroduċu miżuri ta' appoġġ xierqa għall-bdiewa, iffinanzjati taħt l-iżvilupp rurali u permezz ta' imposta fuq il-pestiċidji; jikkunsidra li imposta fuq il-pestiċidji tista' tkun strument importanti biex jintlaħaq tnaqqis sinifikanti fl-użu tal-pestiċidji;

36. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tappoġġa lill-Istati Membri fit-twaqqif ta' sistema ta' taxxi jew imposti biex ikun influenzat - b'mod kwantitattiv u kwalitattiv - l-użu tal-pestiċidji; u jistieden lill-Istati Membri biex jintroduċu taxxi jew imposti fuq il-pestiċidji bħala miżuri li jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' metodi u prattiċi ġenerali u speċifiċi ta' Ġestjoni Integrata ta' Organiżmi ta' Ħsara (IPM); iqis li l-Istati Membri jridu jikkunsidraw l-introduzzjoni ta' sistema ta' taxxi fuq il-pestiċidi sabiex jiffinanzjaw l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-implimentazzjoni ġenerali tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali;

37. Jinsisti li l-Kummissjoni tipproponi definizzjonijiet ċari u kriterji minimi għall-IPM, inkluż il-persentaġġ li dejjem qed jiżdied ta' żoni fl-Ewropa wżati għall-biedja organika u tapplika standards IPM ġenerali u speċifiċi għall-uċuħ tar-raba' obbligatorji għall-art kollha kkoltivata skond il-biedja organika;

38. Jirrikonoxxi li diversi preokupazzjonijiet dwar l-ambjent kienu integrati fir-regolamenti varji li flimkien jagħmlu l-Politika Komuni għall-Agrikultura, u b'hekk jagħmlu l-metodi ta' produzzjoni agrikola aktar favur l-ambjent;

39. Jissottolinea l-ħtieġa għat-tixrid ta' prattiċi ta' biedja li jippromwovu użu ta' dożi aktar baxxi ta' pestiċidji (fost affarijiet oħra, biedja ta' produzzjoni itegrata u organika), li għandhom jikkontribwixxu għal tnaqqis globali fl-użu tal-pestiċidji;

40. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jippromwovu metodi tal-kultivazzjoni bi ftit użu tal-pestiċidi u agrikoltura organika, u biex jiżguraw li l-utenti professjonali tal-pestiċidi jersqu lejn użu aktar favur l-ambjent tal-prodotti disponibbli kollha għall-protezzjoni ta' l-uċuħ, u jagħtu prijorità lill-alternattivi mhux kimiċi, lin-newba ta' l-uċuħ u lit-tnaqqija aktar milli lill-użu sistematiku tal-pestiċidi;

41. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jagħmlu disponibbli riżorsi xieraq għar-riċerika dwar ir-resistenza, għall-koltivazzjoni u l-forniment ta' firxa wiesgħa ta' uċuħ tar-raba' ma' karatteristiċi ta' resistenza varji, għar-riċerika dwar metodi ta' rotazzjoni ta' uċuħ tar-raba' u ta' koltivazzjoni tal-ħamrija li jiġġieldu l-organiżmi ta' ħsara u l-mard tal-pjanti u għall-innovazzjonijiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-pjanti, inklużi alternattivi mhux kimiċi;

42. Jisiteden lill-Istati Membri biex jiżguraw il-ħażna u l-maniġġar sikuri tal-pestiċidi, u li pestiċidi li ma ntużawx u li skadew u l-materjal ta' l-imballaġġ vojt jinġabru b'mod kontrollat u li l-pestiċidi li ma għandhomx jintużaw ikunu ttrattati skond ir-regoli dwar l-iskart perikoluż;

43. Jistieden sabiex ikunu provduti fondi Komunitarji għar-riċiklaġġ tal-pestiċidji, peress li fl-UE aktar minn 200,000 tunellata ta' pestiċidiji għadhom qed jinħażnu taħt l-art u f'kumulu ta' stokk barra;

44. Jirrikonoxxi li t-tagħmir ta' l-applikazzjoni tal-pestiċidi miżmum tajjeb huwa essenzjali biex jitnaqqsu l-impatti negattivi tal-pestiċidi fuq is-saħħa u l-ambjent, b'mod partikulari fir-rigward tal-ħaddiema, il-bdiewa u r-residenti konċernati, u jenfasizza li t-tagħmir ta' l-applikazzjoni għandu jkun iċċekkjat regolarment;

45. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tqis il-kwistjoni ferm inkwetanti tal-mortalità fost in-naħal domestiku - problema li hi assoċjata ma' l-użu ta' ċerti insettiċidi sistematiċi (li fihom is-sustanzi attivi Fipronil u Imidaclopride) sabiex jiġu kkurati ż-żerriegħ tas-'sunflower' u tal-qamħirrum;

46. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu emendati l-istandards Ewropej tan-negozju konnessi mal-forma, mad-daqs u mal-kwalitajiet estetiċi tal-frott u l-ħxejjex friski, filwaqt li jinkuraġġixxi l-użu intensiv tal-pestiċidi;

47. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tiddisinja Strateġija Tematika li tiġbor taħtha leġiżlazzjoni eżistenti u futura; jissuġġerixxi li tkun proposta taħlita ta' strumenti li jistgħu jkunu infurzati li ma jkunux kuntradittorji iżda kumplimentari għal xulxin;

48. Jilqa' l-fatt li, fuq il-bażi ta' Strateġija Tematika, il-Kummissjoni ressqet qafas legali Komunitarju komprensiv għal miżuri ddisinjati biex joħolqu użu sostenibbli tal-PPPs;

49. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.
  • [2]  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.
  • [3]  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.
  • [4]  ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32.
  • [5]  ĠU L 194, 25.7.1975, p. 26.
  • [6]  ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19.
  • [7]  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
  • [8]  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 850.
  • [9]  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva 2006/21/KE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15).
  • [10]  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva 2006/105/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 368).
  • [11]  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/140/KE (ĠU L 414, ta' l-30.12.2006, p. 78).
  • [12]  Strateġija Ewropea Ambjentali u Sanitarja (COM(2003)0338, p.5

NOTA SPJEGATTIVA

F'Lulju 2006 il-Kummissjoni ressqet Strateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidji lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, flimkien ma' Proposta għal Direttiva li tistabbilixxi qafas għal Azzjoni Komunitarja li tikseb użu sostenibbli tal-pestiċidji u Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tpoġġija fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

L-objettiv ta' l-istrateġija huwa li jitnaqqsu r-riskji u l-impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mill-użu tal-pestiċidi. L-istrateġija ħarġet mis-Sitt Programm Komunitarju ta' Azzjoni għall-Ambjent, (adottat f'Lulju 2002) li jistieden biex il-pestiċidi jintużaw b'mod sostenibbli u sabiex jimminimizzaw l-impatti negattivi għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

Irid jiġi rikonoxxut li l-aktar għan importanti ta' din il-politika huwa l-ħarsien tas-saħħa u ta' l-ambjent. Saru ħafna sforzi biex ikunu minimizzati r-riskji marbuta ma' l-użu tal-pestiċidi iżda ammonti mhux mixtieqa għadhom jinstabu fil-ħamrija u fl-ilma. Il-pestiċidi huma preżenti fl-ambjenti kollha, 44% tal-frott ittestjat huwa mniġġes bil-pestiċidi, 5.5% iktar mill-livell massimu ta' residwi. Huwa pjuttost diżappuntanti li wieħed jara li s-suġġett huwa ttrattat fil-biċċa l-kbira mill-Ministeri għall-Agrikoltura fl-Istati Membri b'biss ftit involviment mill-Ministeri għall-Ambjent.

Il-bżonn ta' leġiżlazzjoni effettiva fil-qasam ta' l-użu tal-pestiċidi għad hemm qbil dwaru. L-Istrateġija Tematika "timla' l-vojt" bejn iż-żewġ fażijiet li diġà huma rregolati - il-fażi tat-tqegħid fis-suq ta' prodotti u t-tmiem taċ-ċiklu tal-ħajja (limiti massimi ta' residwi u leġiżlazzjoni dwar l-iskart). L-Istrateġija Tematika tirregola l-fażi ta' l-użu.

Waqt li tirrikonoxxi li l-użu tal-pestiċidi huwa neċessarju għall-produttività agrikola, ir-rapporteur tagħkom hija ta' l-opinjoni li hemm metodi oħra kif jitnaqqas l-użu tal-pestiċidi mingħajr ma' titnaqqas il-produttività tal-qasam agrikolu. Il-biedja organika, ir-rotazzjoni ta' l-uċuħ tar-raba', it-tneħħija ta' ħaxix ħażin jew sostituzzjoni possibbli/sostituzzjoni parzjali tal-pestiċidji mill-GMOs jistgħu jkunu alternattivi.

Ir-rapporteur tagħkom ma tridx tibdel il-pestiċidi mal-GMOs immedjatament. Il-kwistjoni hi li l-effetti mhux mixtieqa tal-kimiċi-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem huma magħrufa sew. Min-naħa l-oħra l-effetti tal-GMOs fuq is-saħħa tal-bniedem għadhom ma kinux mistħarrġa. Għalhekk, jista' jkun vitali li ssir iktar riċerka.

Peress li t-titolu ta' l-"Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidji" jista' jiżgwida minħabba l-fatt li jkopri biss prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jiffurmaw parti biss mill-grupp ta' pestiċidji. Għaldaqstant, l-ambitu ta' l-Istrateġija Tematika għandu jkun estiż sabiex jinkludi l-bijoċidi malajr kemm jista' jkun.

Huwa aċettat minn ħafna li l-għarfien kurrenti dwar il-pestiċidi u l-użu tagħhom mhux biżżejjed. Għalhekk ir-rapporteur tagħkom tilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien ta' programmi ta' taħriġ ta' l-utenti professjonali tal-pestiċidi biex jiġi żgurat li dawk li jużaw il-pestiċidi jkunu mgħarrfa sewwa dwar ir-riskji marbuta ma' dan l-użu.

Il-pedament tal-proċess kollu hija l-introduzzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali (NAPs). Madankollu, huwa ta' dispjaċir li l-Kummissjoni għażlet li teskludi l-kriterji kwantitattivi fl-NAPs u kkonċentrat biss fuq it-"tnaqqis tal-perikli, tar-riskji u tad-dipendenza fuq il-pestiċidji". Dan huwa terminu vag li mhux ser jagħmel pressjoni fuq l-Istati Membri biex inaqqsu l-ammont ta' pestiċidi jew li jibdlu l-pestiċidi iktar perikolużi ma' oħrajn anqas perikolużi. L-NAPs iridu jkunu konkreti u jispeċifikaw bl-iktar indikatur xieraq kif il-perikli, ir-riskji u d-dipendenza fuq il-pestiċidi se jitnaqqsu. Għalhekk ir-rapporteur tagħkom hija tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tgħaqqad it-tneħħija ta' perikli, riskji u dipendenza fuq il-pestiċidi ma' kriterji kwantitattivi fil-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali. F'dan ir-rigward, l-esperjenza pożittiva tad-Danimarka fl-użu ta' indiċi ta' frekwenza ta' applikazzjoni tista' tittieħed bħala eżempju.

Huwa diżappuntanti ħafna li għalkemm il-Kummissjoni rrikonoxxiet it-tnaqqis ta' l-impatti negattivi tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem bħala l-għan ewlieni ta' l-istrateġija, ma jinstabx artikolu wieħed fl-istrateġija li jittratta speċifikament din il-kwistjoni u li s-saħħa hija ttrattata biss b'mod marġinali. L-Istrateġija Tematika tonqos milli tindirizza li l-pestiċidi huma l-kawża ta' diversi difetti immunoloġiċi, mard newrotossiku u anke l-kanċer. Tonqos milli tirrikonoxxi li n-nisa tqal, it-tfal u l-feti huma l-aktar grupp vulnerabbli.

Ir-rapporteur tagħkom, iżda, tilqa' diversi miżuri li introduċiet il-Kummissjoni, tappoġġja l-prinċipju ta' sostituzzjoni, il-projbizzjoni fuq il-bexx mill-ajru, il-projbizzjoni fuq rati tal-VAT imnaqqsa, aktar protezzjoni ta' l-ambjent akwatiku, l-għażla ta' zoni b'użu ta' pestiċidi mnaqqas jew imneħħi għal kollox. Madankollu, għandhom ikunu stabbiliti "zoni ta’ lqugħ" sabiex iħarsu lill-pubbliku ġenerali mill-espożizzjoni.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali (18.4.2007)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

dwar strateġija tematika dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi
(2007/2006(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Michl Ebner

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.   Jinnota li fl-Ewropa jeżistu forom paralleli differenti ta' biedja, u li l-użu ta' prodotti għall-Ħarsien tal-pjanti (PPPs) huwa karatteristika tas-sistema tal-maġġoranza tagħhom; b'urġenza għandu jiġi eżaminat jekk il-provvista ta' ikel ta' kwalità għolja u kwantità suffiċjenti tistax tkun iggarantita mingħajr prodotti kimiċi għall-protezzjoni tal-pjanti.

2.   Jenfasizza li jeżisti impenn biex jiġi kkontrollat l-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti biex isiru anqas perikolużi u biex jinstabu prodotti alternattivi għall-protezzjoni tal-pjanti, kif ukoll riżorsi u metodi li huma aktar favorevoli għall-ambjent u jagħmlu anqas ħsara lill-bnedmin u l-annimali u li, barra mill-benefiċċji għall-ambjent u s-saħħa pubblika, itejbu l-kwalità tal-prodotti agrikoli Ewropej u jżidu l-valur miżjud tagħhom bħala riżultat ta' kuxjenza pubblika wiesgħa u sensitività tal-konsumaturi rigward dawn il-kwistjonijiet;

3.   Jikkunsidra li l-interess m'għandux ikun iffukat primarjament fuq l-użu kostanti tal-PPPs iżda pjuttost fuq is-sostenibilità tal-produzzjoni agrikola fir-rigward tas-sikurezza ta' l-ikel, is-saħħa tal-konsumaturi, il-forniment ta' ilma nadif għax-xorb, il-konservazzjoni tal-flora u l-fawna diversi u s-saħħa ta' dawk li jaħdmu fl-agrikoltura; huwa tal-fehma li l-użu tal-PPPs jista' jkun għodda f'dan ir-rigward, iżda għandu jkun suġġett għal regoli speċjali minħabba l-ħsara potenzjali li jistgħu jikkawżaw fuq is-saħħa;

4.   Jinnota l-bżonn ta' tixrid ta' prattiki tal-biedja li jippromwovu użu aktar baxx ta' dożi ta' pestiċidi (produzzjoni integrata u biedja organika, fost l-oħrajn); dan jagħti kontribut għan-nuqqas fl-użu tal-pestiċidi b'mod ġenerali;

5.   Jinnota li mmaniġġjar sostenibbli tar-reżistenza u aktar żvilupp f'metodi għall-protezzjoni tal-pjanti huma possibbli biss jekk ikun hemm disponibbli għażla biżżejjed wiesgħa ta' prodotti u aġenti għall-ħarsien tal-pjanti, li wkoll ikabbru l-appoġġ fost il-bdiewa u operaturi oħra għall-atti legali varji, li jirregolaw l-użu tagħhom u jżidu l-possibilità li wieħed ikun konformi magħhom;

6.   Jinnota li sadattant l-UE ħarġet aktar minn tużżana atti legali li jirregolaw l-użu dirett jew indirett tal-PPPs; jenfasizza, madankollu, li d-dispożizzjonijiet ippjanati għall-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti sejrin fid-direzzjoni t-tajba;

7.   Jitlob li d-deċiżjonijiet dwar l-użu ta' PPPs awtorizzati għandha titħalla lill-bdiewa taħt il-gwida ta' konsulenti kkwalifikati biżżejjed; huwa tal-fehma, li r-regolamenti u l-kontrolli għandhom iħallu spazju għad-deċiżjoni indipendentement miċ-ċirkustanzi partikolari fl-Istati Membri differenti;

8.   Jenfasizza li l-leġiżlazzjoni tal-Komunità m'għandhiex tistipula restrizzjonijiet kwantitattivi ġenerali, għax dan jista' jħajjar lill-bdiewa u operaturi oħra jużaw sustanzi li huma anqas voluminużi iżda aktar perikolużi;

9    Jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiggarantixxu finanzjament adegwat tal-programmi ta' istruzzjoni, ta' pariri u ta' tagħlim kontinwu; jinnota li dawn il-miżuri aktar jagħtu kontribut biex titjieb is-sitwazzjoni mid-dmirijiet żejda ta' dokumentazzjoni u rapporti; kontroll li jkopri l-aspetti kollha xorta waħda mhuwiex realistiku;

10. Jitlob li d-dispożizzjonijiet ippjanati m'għandhomx iżidu l-piż fuq il-bdiewa billi joħolqu burokrazija żejda, iżda jemmen li minflok, l-opportunità li qed joffri l-proċess ta' armonizzazzjoni komprensiv għandha tittieħed biex jiġu ssimplifikati proċeduri ta' monitoraġġ mingħajr ma jsiru anqas effettivi;

11. Jitlob li r-regolament ta' statistika ppjanat ma jwassalx għal piżijiet ġodda fuq il-bdiewa;

12. Jinnota li ħafna aspetti mill-immaniġġjar integrat tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li huwa obbligatorju mill-2014, għadhom mhumiex ċari; dan jista' jwassal, fil-kuntest tal-Cross-compliance, għal inċertezza kunsiderevoli u nuqqas ta' ċarezza fil-liġi għall-bdiewa;

13. Jitlob li miżuri volontarji u ta' appoġġ jieħdu preċedenza fuq miżuru obbligatorji; id-deċiżjoni dwar it-taħlita adegwata ta' strumenti għandha tibqa' f'idejn l-Istati Membri wara analiżi tas-sitwazzjoni lokali fil-qafas tal-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali;

14. Jitlob biex jitfasslu pjanijiet nazzjonali ta' azzjoni b'konsultazzjoni mill-qrib mas-settur tal-biedja, b'mod trasparenti, filwaqt li jiġi kkunsidrat l-impatt ta' miżuri bħal dawn fuq l-ambjent u li jiġi żgurat li l-objettivi huma verifikabbli; jiffavorixxi ko-ffinanzjar Komunitarju għall-pjanijiet nazzjonali ta' azzjoni; huwa ta' l-opinjoni wkoll li l-pubbliku għandu jkun infurmat b'mod komprensiv u li tkun żgurata tkomplija regolari tal-ħidma sabiex l-Istati Membri jkunu motivati biex ikomplu bl-isforzi kontinwi tagħhom;

15. Jilqa' b'sodisfazzjon kbir aktar armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-permessi u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti; Jinnota, madankollu, li l-proċeduri għandhom ikunu aktar stretti, ottimizzati u prevedibbli, sabiex prodotti innovattivi, u ħafna drabi b'riskju anqas, jidħlu fis-suq aktar faċilment; l-armonizzazzjoni għandha sservi wkoll biex jitneħħew inċertezzi legali eżistenti;

16. Jistieden lill-Kummissjoni biex tħaffef l-armonizzazzjoni tal-Komunità ta' livelli massimi ta' residwi, peress li s-sitwazzjoni eżistenti tfisser li fl-UE hemm nuqqas ta' ugwaljanza fil-kompetizzjoni; dan ifixkel il-kummerċ u joħloq konfużjoni fost il-konsumaturi;

17. Jitlob lill-Kummissjoni biex, flimkien ma' l-Istati Membri u l-industrija, tieħu miżuri kontra l-importazzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' PPPs iffalsifikati u/jew ipprojbiti;

18. Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li meta jiġi ċċekkjat jekk ikel impurtat jaqbiżx il-limiti permessi, jiġu applikati l-istess miżuri u sanzjonijiet li jintużaw għall-prodotti ta' l-UE; jitlob biex jittieħdu passi immedjatament biex jiġi żgurat li jsiru kontrolli frekwenti biżżejjed fuq prodotti impurtati (li ġeneralment huma suġġetti għal leġiżlazzjoni anqas stretta dwar l-użu ta' PPPs, li jfisser li r-riskju ta' livell ta' residwu illegali huwa ogħla) fl-Istati Membri kollha bl-istess mod, sabiex il-bdiewa u l-manifatturi Ewropej ma jitpoġġewx f'sitwazzjoni ta' żvantaġġ u jiġu stabbiliti l-istess kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni fi ħdan l-UE;

19. Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jagħmlu disponibbli biżżejjed riżorsi għar-riċerka fir-reżistenza, għall-koltivazzjoni u l-forniment ta' għażla wiesgħa ta' uċuħ b'karatteristiċi varji ta' reżistenza, għar-riċerka ta' metodi fir-rotazzjoni ta' l-uċuħ u koltivazzjoni tal-ħamrija biex jikkumbattu l-annimali li jagħmlu l-ħsara u l-mard tal-pjanti, kif ukoll għall-innovazzjonijiet fil-qasam tal-ħarsien tal-pjanti, inklużi alternattivi mhux kimiċi;

20. Jitlob għal kontrolli xierqa fuq importazzjonijiet fl-UE ta' ikel li jkun ġie prodott bl-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u pestiċidi li l-użu u l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom mhumiex permessi fl-UE;

21. Jitlob għal sistemi koordinati għall-kollezzjoni ta' informazzjoni dwar il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-bejgħ, id-distribuzzjoni u l-użu ta' pestiċidi ġeneralment disponibbli;

22. Jitlob biex ikun ipprovdut iffinanzjar mill-Komunità għar-riċiklaġġ ta' pestiċidi, peress li fi ħdan l-UE aktar minn 200,000 tunnellata ta' pestiċidi għadhom jiġu maħżuna f'ħażniet taħt l-art u f'miżbliet barra;

23. Jistieden lill-Kummissjoni biex tifformula politika ta' protezzjoni u kooperazzjoni fir-rigward tal-ġara ta' l-UE dwar l-użu tal-pestiċidi u l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

PROĊEDURA

Titolu

Strateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi

Numru tal-proċedura

2007/2006(INI)

Kumitat responsabbli

ENVI

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI
18.1.2007

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data mħabbra fis-seduta plenarja

-

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Michl Ebner
11.9.2006

Previous drafts(wo)man

-

Eżami fil-kumitat

27.2.2007

21.3.2007

12.4.2007

 

 

Data ta' l-adozzjoni

12.4.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

3

-

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Vincenzo Aita, Katerina Batzeli; Sergio Berlato, Thijs Berman, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, Giuseppe Castiglione, Dumitru Gheorghe Mircea Coşea, Joseph Daul, Albert Deß, Gintaras Didžiokas, Michl Ebner, Carmen Fraga Estévez, Duarte Freitas, Lutz Goepel, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Elisabeth Jeggle, Heinz Kindermann, Diamanto Manolakou, Mairead McGuinness, Neil Parish, Rosa Miguélez Ramos, Radu Podgorean, María Isabel Salinas García, Agnes Schierhuber, Willem Schuth, Czesław Adam Siekierski, Alyn Smith, Marc Tarabella, Jeffrey Titford, Witold Tomczak, Donato Tommaso Veraldi, Janusz Wojciechowski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Herbert Bösch, Bernadette Bourzai, Béla Glattfelder, Gábor Harangozó, Christa Klaß, Wiesław Stefan Kuc, Astrid Lulling, Jan Mulder

Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali skond ir-Regola 178(2)

-

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

-

PROĊEDURA

Titolu

Strateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi

Numru tal-proċedura

2007/2006(INI)

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI
18.1.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI
18.1.2007

 

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

 

 

 

 

 

Koperazzjoni aktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Irena Belohorská
3.10.2006

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Eżami fil-kumitat

30.1.2007

26.2.2007

5.6.2007

 

 

Data ta' l-adozzjoni

26.6.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+

-

0

54

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Irena Belohorská, Johannes Blokland, Hiltrud Breyer, Dorette Corbey, Chris Davies, Mojca Drčar Murko, Edite Estrela, Jill Evans, Anne Ferreira, Matthias Groote, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Jens Holm, Caroline Jackson, Christa Klaß, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Aldis Kušķis, Jules Maaten, Alexandru-Ioan Morţun, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Guido Sacconi, Richard Seeber, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Marcello Vernola, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Anders Wijkman, Glenis Willmott

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jens-Peter Bonde, Christofer Fjellner, Monica Frassoni, Milan Gaľa, Ambroise Guellec, Erna Hennicot-Schoepges, Anne Laperrouze, Kartika Tamara Liotard, David Martin, Jiří Maštálka, Lambert van Nistelrooij, Justas Vincas Paleckis

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Corina Creţu

Data tat-tressiq

20.7.2007

Kummenti
(informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)