RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat fir-rigward tal-poteri ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni
24.7.2007 - (COM(2006)0912 – C6‑0027/2007 – 2006/0307(COD)) - ***I
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Karin Scheele
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat fir-rigward tal-poteri ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni
(COM(2006)0912 – C6‑0027/2007 – 2006/0307(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0912)[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 37, 95 u 152 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0027/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0299/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 ARTIKOLU 1, PUNT 1 Artikolu 3, paragrafu 2 (Regolament (KE) Nru 1829/2003) | |
2. Fejn meħtieġ, miżuri sabiex jiġi determinat jekk tip ta' ikel jaqax fl-ambitu ta' din is-Sezzjoni li għandhom l-għan li jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju taħt l-Artikolu 35(4). |
2. Fejn meħtieġ, miżuri sabiex jiġi determinat jekk tip ta' ikel jaqax fl-ambitu ta' din it-Taqsima għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3) minħabba li huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh. |
Emenda 2 ARTIKOLU 1, PUNT 1 A (ġdid) Artikolu 5, paragrafu 7 (Regolament (KE) Nru 1829/2003) | |
|
(1a) Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 7 hu sostitwit b'dan li ġej: |
|
"7. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità, għandha tistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi regoli li jikkonċernaw il-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3)." |
Emenda 3 ARTIKOLU 1, PUNT 1 B (ġdid) Artikolu 7, paragrafu 3 (Regolament (KE) Nru 1829/2003) | |
|
(1b) Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 hu sostitwit b'dan li ġej: |
|
"3. Deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3), minħabba li hi mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi tissupplimentah." |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Parlament Ewropew għandu jkollu d-dritt ta’ skrutinju għal dawn id-deċiżjonijiet. | |
Emenda 4 ArtiKOLU 1, PuNT 1 c (ġdid) Artikolu 8, paragrafu 8 (Regolament (KE) Nru 1829/2003) | |
|
(1c) Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 8 hu sostitwit b'dan li ġej: |
|
"8. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3)." |
Emenda 5 ARTIKOLU 1, PUNT 1 D (ġdid) Artikolu 11, paragrafu 5 (Regolament (KE) Nru 1829/2003) | |
|
(1d) Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 5 hu sostitwit b'dan li ġej: |
|
"5. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità, tista' tistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi regoli li jikkonċernaw il-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3)." |
Emenda 6 ARTIKOLU 1, PUNT 2 Artikolu 12, paragrafu 4 (Regolament (KE) Nru 1829/2003) | |
4. Limiti xierqa aktar baxxi jistgħu jiġu stabbiliti b'mod partikolari fir-rigward ta' ikel li għandu fih jew jikkonsisti minn GMOs jew sabiex jittieħed kont ta' avvanzi fix-xjenza u t-teknoloġija. "Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(4). |
4. Limiti xierqa aktar baxxi jistgħu jiġu stabbiliti b'mod partikolari fir-rigward ta' ikel li għandu fih jew jikkonsisti minn GMOs jew sabiex jiġu kkunsidrati avvanzi fix-xjenza u t-teknoloġija. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3). |
Emenda 7 ARTIKOLU 1, PUNT 2 A (ġdid) Artikolu 14, (Regolament (KE) Nru 1829/2003) | |
|
(2a) L-Artikolu 14 hu sostitwit b'dan li ġej: |
|
"1. Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' din it-Taqsima, fost oħrajn dawk rigward il-miżuri meħtieġa biex l-operaturi jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' l-ittikkettar. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3). |
|
2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta regoli speċifiċi li jikkonċernaw l-informazzjoni li trid tingħata mill-fornituri ta' l-ikel tal-massa li jipprovdu ikel lill-konsumatur finali. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3). |
|
Sabiex tkun ikkunsidrata s-sitwazzjoni speċifika tal-fornituri ta’ l-ikel tal-massa, dawn ir-regoli jistgħu jipprovdu għall-adattament tar-rekwiżiti ta' l-Artikolu 13(1)(e)." |
Emenda 8 ARTIKOLU 1, PUNT 3 Artikolu 15, paragrafu 2 (Regolament (KE) Nru 1829/2003) | |
2. Fejn meħtieġ, miżuri sabiex jiġi determinat jekk tip ta' ikel jaqax fl-ambitu ta' din is-Sezzjoni li għandhom l-għan li jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju taħt l-Artikolu 35(4). |
2. Fejn meħtieġ, miżuri sabiex jiġi determinat jekk tip ta' għalf jaqax fl-ambitu ta' din it-Taqsima għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3) minħabba li huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh. |
Emenda 9 ARTIKOLU 1, PUNT 3 A (ġdid) Artikolu 17, paragrafu 7 (Regolament (KE) Nru 1829/2003) | |
|
(3a) Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 7 hu sostitwit b'dan li ġej: |
|
"7. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità, għandha tistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi regoli li jikkonċernaw il-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3)." |
Emenda 10 ARTIKOLU 1, PUNT 3 B (ġdid) Artikolu 20, paragrafu 8 (Regolament (KE) Nru 1829/2003) | |
|
(3b) Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 8 hu sostitwit b'dan li ġej: |
|
"8. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3)." |
Emenda 11 ArtiKOLU 1, PuNT 3 c (ġdid) Artikolu 23, paragrafu 5 (Regolament (KE) Nru 1829/2003) | |
|
(3c) Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 5 hu sostitwit b'dan li ġej: |
|
"5. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità, tista' tistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi regoli li jikkonċernaw il-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3)." |
Emenda 12 ARTIKOLU 1, PUNT 4 Artikolu 24, paragrafu 4 (Regolament (KE) Nru 1829/2003) | |
2. Miżuri sabiex jiġu stabbiliti limiti xierqa aktar baxxi b'mod partikolari ta' għalf li għandu fih jew jikkonsisti minn GMOs, jew sabiex jittieħed kont ta' l-avvanzi fix-xjenza u t-teknolġija, li għandhom l-għan li jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju taħt l-Artikolu 35(4). |
2. Miżuri sabiex jiġu stabbiliti limiti xierqa aktar baxxi b'mod partikolari ta' għalf li għandu fih jew jikkonsisti minn GMOs, jew sabiex jiġu kkunsidrati l-avvanzi fix-xjenza u t-teknolġija, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3) minħabba li huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh. |
Emenda 13 ARTIKOLU 1, PUNT 4 A (ġdid) Artikolu 26, (Regolament (KE) Nru 1829/2003) | |
|
(4a) L-Artikolu 26 hu sostitwit b'dan li ġej: |
|
"Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' din it-Taqsima, fost oħrajn dawk rigward il-miżuri meħtieġa biex l-operaturi jkunu konformi mar-rekwiżit ta' l-ittikkettar. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3)." |
Emenda 14 ARTIKOLU 1, PUNT 6 Artikolu 35, paragrafu 3 (Regolament (KE) Nru 1829/2003) | |
(6) Fl-Artikolu 35, paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej: |
(6) Fl-Artikolu 35, il-paragrafu 3 hu sostitwit b'dan li ġej: |
"3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. |
"3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. |
4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a (1) sa (4) u (5) (b) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. |
|
It-termini taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 5a (3)(c) u (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu ffissati għal xahrejn, xahar u xahrejn rispettivament. |
|
- [1] Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
PROĊEDURA
Titolu |
Ikel u għalf ġenetikament modifikat (poteri ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni) |
|||||||
Referenzi |
COM(2006)0912 - C6-0027/2007 - 2006/0307(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
22.12.2006 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 17.1.2007 |
|||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Karin Scheele 27.2.2007 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
26.6.2007 |
|
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
17.7.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
40 18 3 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Adamos Adamou, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Irena Belohorská, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, Dorette Corbey, Chris Davies, Avril Doyle, Edite Estrela, Jill Evans, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Alessandro Foglietta, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Jens Holm, Marie Anne Isler Béguin, Caroline Jackson, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Marie-Noëlle Lienemann, Jules Maaten, Marios Matsakis, Linda McAvan, Alexandru-Ioan Morţun, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Dagmar Roth-Behrendt, Guido Sacconi, Amalia Sartori, Karin Scheele, Carl Schlyter, Kathy Sinnott, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Anders Wijkman, Glenis Willmott |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Alfonso Andria, Antonio De Blasio, Jiří Maštálka, Miroslav Mikolášik, Renate Sommer, Andres Tarand, Lambert van Nistelrooij |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Francesco Ferrari, Albert Deß |
|||||||
Data tat-tressiq |
24.7.2007 |
|||||||