RAPPORT dwar ir-rapport annwali li jikkonċerna l-attivitajiet ta' l-Ombudsman Ewropew fis-sena 2006

26.7.2007 - (2007/2131(INI))

Kumitat għall-Petizzjonijiet
Rapporteur: Luciana Sbarbati
PR_INI_AnnOmbud

Proċedura : 2007/2131(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0301/2007
Testi mressqa :
A6-0301/2007
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-rapport annwali li jikkonċerna l-attivitajiet ta' l-Ombudsman Ewropew fis-sena 2006

(2007/2131(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali rigward l-attivitajiet ta' l-Ombudsman Ewropew fl-2006,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 195,230 u 232 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 43 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew, tad-9 ta' Marzu 1994, rigward ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq ta' l-obbligi ta' l-Ombudsman[1],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2001 dwar il-modifika ta' l-Artikolu 3 ta' l-Istatut ta' l-Ombudsman[2],

–   wara li kkunsidra l-ftehima ta' qafas dwar il-koperazzjoni milħuqa bejn il-Parlament Ewropew u l-Ombudsman fil-15 ta' Marzu 2006, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' April 2006,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Ottubru 2005 dwar 'Setgħa li jkunu adottati u trasmessi komunikazzjonijiet lill-Ombudsman Ewropew u awtorità lill-impjegati ċivili li jidhru quddiem l-Ombudsman Ewropew (SEC(2005)1227),

–   wara li kkunsidra l-ittra ta' l-Ombudsman tal-11 ta' Lulju 2006 indirizzata lill-President tal-Parlament Ewropew, bil-għan li tippromwovi l-proċedura ta' reviżjoni ta' l-istatut,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 195(2), it-tieni u t-tielet sentenza, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A6‑0301/2007),

A. billi r-rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' l-Ombudsman Ewropew fis-sena 2006 ġie ppreżentat uffiċjalment lill-President tal-Parlament Ewropew fid-data 12 Marzu 2007 u billi l-Ombudsman, Is-Sur Nikiforos Diamandouros, ippreżenta r-rapport tiegħu lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fid-data 2 Mejju 2007 fi Brussell,

B.  billi l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jistipula li: "Kull persuna għandha d-dritt li dak kollu li jirrigwardaha jiġi trattat b'mod imparzjali, b'mod ġust u fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji ta' l-Unjoni.",

C. billi l-Artikolu 43 tal-Karta jistipula li: "Kull ċittadin ta' l-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju tagħha reġistrat fi Stat Membru għandhom id-dritt li jirrikorru għand l-Ombudsman Ewropew f'każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet ta' l-istituzzjonijiet, tal-korpi jew ta' l-aġenziji ta' l-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea meta tkun qed taġixxi fl-irwol ġudizzjarju tagħha.",

D. billi, fil-kuntest taż-żieda tad-demokrazija parteċipatorja fl-Ewropa u ta' komunikazzjoni aħjar ta' l-Unjoni Ewropea liċ-ċittadini tagħha, huwa essenzjali li ċ-ċittadini jirċievu risposti immedjati u sostanzjali għall-mistoqsijiet, l-ilmenti u l-petizzjonijiet tagħhom mill-Istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej, u billi huwa essenzjali li dawk l-istituzzjonijiet u korpi jirċievu r-riżorsi meħtieġa tal-baġit biex jiżguraw li ċ-ċittadini jirċievu tali tweġibiet immedjati u sostanzjali,

E   billi, minkejja li għaddiet leġiżlatura u nofs mill-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tas-6 ta' Settembru 2001, li biha l-Parlament approva il-kodiċi Ewropew ta' mġieba tajba fl-amministrazzjoni ta' l-Ombudsman Ewropew, l-istituzzjonijiet prinċipali l-oħra ta' l-Unjoni għadhom ma laqgħux l-istedina, li qed issir b'ċertu enfasi, biex iġibu l-prassi tagħhom f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-istess kodiċi,

F.  billi fl-2006 in-numru ta' rapporti stabbilizza ruħu fil-livell diġà għoli ta' l-2004, aktar minn tliet kwarti ta' tali rapporti għadhom qed ikunu barra mill-isfera ta' kompetenza ta' l-Ombudsman u r-raġuni prinċipali tiddipendi mill-fatt li mhux qed jitressqu kontra istituzzjoni jew entità komunitarja,

G. billi, mill-investigazzjonijiet konklużi, jirriżulta li f'95 każ (jiġifieri 26% tas-sitwazzjonijiet eżaminati) ma setgħax jinstab b'ċertezza difett ta' amministrazzjoni ħażina,

H. billi l-attivitajiet ta' l-Ombudsman u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandhom jibqgħu separati u, bħala regola ġenerali, sabiex ikunu evitati kunflitt f'dak li jirrigwarda l-prerogattivi tagħhom, għandhom jinkludu rinviji reċiproċi tad-dokumenti rispettivi b'effett definittiv,

I.   billi fl-2006 assistejna, min-naħa waħda għal tnaqqis sinifikattiv fi-każijiet ta' amministrazzjoni ħażina li ssolvew b'mod amikevoli, u min-naħa l-oħra għal żieda daqstant sensibbli ta' l-investigazzjonijiet konklużi b'osservazzjoni kritika, kif ukoll b'impatt żgħir pożittiv fuq l-istituzzjonijiet ta' l-istessi abbozzi ta' rakkomandazzjonijiet,

J.   billi la l-kummenti kritiċi fid-deċiżjonijiet li temmu każijiet bla rimedju ta' amministrazzjoni ħażina, u lanqas ir-rakkomandazzjonijiet jew ir-rapporti speċjali ta' l-Ombudsman m'għanhom effett li jorbot, peress li l-poteri tiegħu ma jestendux fir-rimendju dirett ta' episodji ta' amministrazzjoni ħażina, imma huma intenzjonati li jinkoraġġixxu l-awtoreglamentazzjoni fl-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-Unjoni Ewropea,

K. billi t-tressiq ta' rapport speċjali lill-Parlament Ewropew jibqa' l-mezz aħħari ta' l-Ombudsman sabiex jieħu azzjoni meta istituzzjoni tirrifjuta li tikkonforma ma' rakkomandazzjoni ta' l-Ombudsman,

L.  billi mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Nizza l-Parlament gawda mill-istess dritt bħall-Istati Membri, il-Kunsill u l-Kummissjoni biex iressaq azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-bażi ta' inkompetenza, ksur ta' rekwiżit essenzjali ta' proċedura, ksur tat-Trattat KE jew ta' kwalunkwe liġi relatata ma' l-applikazzjoni tiegħu, jew użu ħażin ta' poteri,

M. billi, fl-2006 l-Ombudsman kejjel il-poteri tiegħu qabel użhom, meta ppreżenta lill-Parlament żewġ rapporti speċjali wara ċ-ċaħda ta' l-abbozz ta' rakkomandazjzoni relatat min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni,

N  billi l-metodu l-ġdid ta' l-Ombudsman fir-rigward tal-Kummissjoni, li jikkonsisti fil-promozzjoni ta' kultura ta' servizz bħala parti integrata tal-prattiki ta' amministrazzjoni tajba u rimedju indispensabbli sabiex att jew imġieba kapriċċuża jkunu mibdula f'virtù, għandu jkun imwettaq b'mod fin fuq bażi ta' kunsens,

O. billi l-kummenti kritiċi magħmula mill-Ombudsman Ewropew rigward il-41 każ ta' amministrazzjoni ħażina msemmija fir-rapport ta' l-2006 (osservazzjonijiet kritiċi, rakkomandazzjonijiet u rapporti speċjali) jistgħu jservu bħala bażi sabiex fil-futur tkun evitata r-ripetizzjoni ta' żbalji u tħaddim ħażin billi jittieħdu u jiġu implimentati miżuri xierqa mill-istituzzjonijiet u minn korpi oħra ta' l-UE,

P.  billi l-koperazzjoni volontarja stabbilita mill-Ombudsman fin-Netwerk Ewropea ta' l-Ombudsman ħadmet għal aktar minn għaxar snin bħala sistema flessibbli għall-iskambju ta' informazzjoni u ta' l-aħjar prattika u bħala mezz sabiex isiru lmenti lill-Ombudsman u lill korpi simili oħra li huma l-aktar kapaċi jindirizzawhom,

Q. billi l-irwol ta' l-Ombudsman bħala tutur taċ-ċittadin Ewropew żviluppa wara aktar minn għaxar snin ta' attività, wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, grazzi għall-awtonomija tiegħu u għall-kontroll fuq it-trasparenza ta' l-operat tiegħu, mwettaq b'mod demokratiku mill-Parlament Ewropew,

R.  billi l-Ombudsman iddikjara li għandu l-volontà li juża l-poteri tiegħu ta' inizjattiva proprja meta jsir ilment lilu minn ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti barra l-UE li f'oqsma oħra jkunu fl-ambitù tal tiegħu,

S.  billi fit-30 ta' Novembru 2006 l-Ombudsman u s-Superviżur tal-Protezzjoni tad-Dejta ffirmaw Memorandum ta' Ftehim rigward il-koperazzjoni u l-modalitajiet ta' l-eżerċizzju tal-poteri rispettivi tagħhom,

T.  billi fost il-prinċipji kardinali ta' l-integrazzjoni Ewropea hemm dak ta' l-ugwaljanza demokratika taċ-ċittadini Ewropej kollha, mingħajr diskriminazzjoni nazzjonali jew lingwistika, u li r-rapporti għandhom numerużi min-naħa taċ-ċittadini, ta' l-assoċjazzjonijiet jew l-impriżi li ma kisbux l-informazzjoni mitluba fil-lingwa tagħhom rigward proċedura komunitarja ta' appalt jew ta' kompetizzjoni,

U. billi l-Ombudsman f'Lulju 2006 tenna t-talba tiegħu biex jikseb reviżjoni ta' l-istatut u billi parti mit-talbiet tiegħu, rigward il-modifika ta' l-Artikolu 3 ta' l-istatut diġà ġiet approvata mill-Parlament Ewropew fuq il-bażi tar-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2001 msemmija aktar 'il fuq,

1.  japprova r-rapport annwali għall-2006 ppreżentat mill-Ombudsman Ewropew, japprezza il-preżentazzjoni tal-mudell konsolidat ta' valutazzjoni fil-qosor ta' l-attivitajiet li saru u l-analiżi tematika tad-deċiżjonijiet u tal-problemi li hemm taħt il-fażijiet differenti tal-proċediment; madankollu jistieden lill-Ombudsma sabiex jintroduċi bidliet tekniċi sabiex il-qari tal-kapitli varji jkun aktar faċli, bħal tabelli għall-istatistika u taqsiriet għas-sezzjoni analitika;

2.  Jistieden sabiex l-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej kollha jingħataw r-riżorsi meħtieġa tal-baġit sabiex jiżguraw li ċ-ċittadini jirċievu tweġibiet immedjati u sostantivi għall-mistoqsijiet, l-ilmenti u l-petizzjonijiet tagħhom;

3.  iqis li l-Ombudsman kompla jeżerċita il-poteri tiegħu b'mod ekwilibrat u dinamiku, kemm f'dak li jirrigwarda t-trattament tar-rapporti, kif ukoll l-iżivilupp u l-konklużjoni ta' l-investigazzjonijiet, u fil-manteniment tar-rapporti kostruttivi ma' l-istituzzjonijiet u ma' l-entitajiet komunitarji u s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini sabiex jisħqu fuq id-drittijiet tagħhom quddiem l-amministrazzjoni pubblika Komunitarja;

4.  Jinkoraġġixxi lill-Ombudsman Ewropew sabiex isegwi l-isforżi tiegħu u jippromwovi l-attivitajiet tiegħu b'mod effettiv u flessibbli sabiex f'għajnejn iċ-ċittadin huwa jkun jirrappreżenta l-gwardjan ta' amministrazzjoni tajba fl-istituzzjonijiet Ewropej;

5.  jenfasizza li l-objettiv prinċipali ta' l-intervent ta' l-Ombudsman huwa li "jfittex rikonċiljazzjoni amikevoli bejn ir-rikorrent u l-istituzzjoni, biex b'hekk jevita nuqqas ta' qbil quddiem l-imħallef";

6.  Jaqbel li t-terminu 'amministrazzjoni ħażina' (imħassar) għandu jkun interpretat b'mod wiesa' biex jinkludi mhux biss atti amministrattivi illegali jew ksur ta' regoli jew prinċipji legali mandatorji, imma jinkludi wkoll, bħala eżempju, każijiet fejn l-awtoritajiet amministrattivi tgħażżnu, kienu neġliġenti jew urew nuqqas ta' trasparenza jew ksiru prinċipji oħra ta' amministrazzjoni tajba;

7.  Jinkoraġġixxi lill-Ombudsman sabiex ikompli jippromwovi kultura ġenwina ta' servizz bħala komponent integrali ta' prattika amministrattiva tajba sabiex jiżgura li l-amministrazzjoni pubblika ta' l-Unjoni Ewropea tkun iffukata lejn il-ftuħ u d-djalogu mal-membri tal-pubbliku li jużaw is-servizzi, jirrikonoxxu u jiskużaw ruħhom għal żbalji u jfittxu soluzzjonijiet sodisfaċenti għal ilmeni;

8.  iqis li mhux biżżejjed li wħud mill-istituzzjonijiet jew entitajiet Komunitarji oħra, minn ta' l-ewwel il-Kummissjoni u l-Kunsill, adottaw kodiċijiet separati ta' mġieba amministrattiva tajba, partikularment il-Kummissjoni, għar-relazzjonijiet ta' l-istaff tagħha mal-pubbliku, datat 13 ta' Settembru 2000, u il-Kunsill, għar-relazzjoni professjonali ta' l-istaff tiegħu mal-pubbliku, datat 25 ta' Ġunju 2001;

9   Jinnota li l-"Kodiċi Ewropew ta' Mġieba Amministrattiva Tajba" propost mill-Ombudsman Ewropew u approvat mill-Parlament Ewropew fis-6 ta' Settembru 2001 jkopri l-istaff ta' l-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji kollha, u b'differenza mill-kodiċijiet l-oħra, ġie aġġornat regolarment u ppubblikat fuq il-websajt ta' l-Ombudsman;

10. jenfasizza li l-effikaċja tiegħu erga omnes ġiet spjegata lill-President mill-Ombudsman tal-Parlament b'ittra datata 11 ta' Marzu 2002 li ġiet ukoll ippublikata fuq il-websajt ta' l-Ombudsman; għalhekk iqis li kwalunkwe kodiċi ieħor fis-seħħ f'ambitu ristrett ma jistax jibdel lilu nnifsu u lanqas jidderoga favur dak "Ewropew";

11. iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet kollha sabiex jikkoperaw b'mod kostruttiv ma' l-Ombudsman fil-fażijiet kollha tal-proċediment, u sabiex jużaw soluzzjonijiet amikevoli, u jagħtu lok għal osservazzjonijiet ta' kritika, u japplikaw l-abbozzi ta' rakkomandazzjoni;

12. iħeġġeġ lill-Ombudsman sabiex kull sena jagħmel abbozz tal-lista ta' l-aħjar prattiki amministrattivi u l-lista ta' dawk li ma jikkonformawx mad-deċiżjonijiet tiegħu kif ukoll jippreżenta studju dwar ir-riżultat ta' l-osservazzjonijiet ta' kritika;

13. iħeġġeġ lil dawk suġġetti ta' kummenti kritiċi sabiex jirrispettaw u jikkunsidraw dawk il-kummenti fl-azzjonijiet futuri tagħhom, sabiex ikunu evitati (imħassar) kwalunkwe episodji ta' (imħassar) inkonsistenza (imħassar) bejn (imħassar) id-dikjarazzjonijiet uffiċjali u l-azzjonijiet jew in-nuqqasijiet amministrattivi;

14. ifakkar lill-istituzzjonijiet u lill-entitajiet komunitarji kollha dwar l-obbligi li joħorġu mill-applikazzjoni tar-regolament (KE) nru. 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, rigward l-aċċess mill-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li għandu jkun effettiv sabiex il-proposta ta' reviżjoni li bħalissa qed tiġi eżaminata, tkun kredibbli, kif ukoll dawk li joħorġu mid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' l-24 ta' Ottubru 1995, rigward it-tutela ta' persuni fisiċi f'dak li jirrigwarda t-trattament ta' dejta personali, kif ukoll iċ-ċircolazzjoni libera ta' tali dejta;

15. iġedded l-istedina lill-Kummissjoni sabiex tuża b'mod tajjeb il-poteri ta' diskrezzjoni tagħha biex tagħti bidu għal proċedura ta' ksur ta' l-ex-Artikolu 226 KE jew biex tipproponi penali skond l-Artikolu 228 KE, u tevita b'attenzjoni kbira dewmien jew nuqqas ta' azzjoni li mhux ġustifikati, li huma inkompatibbli mal-poteri tal-Kummissjoni għas-Sorvlejanza ta' l-applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja;

16. Jikkunsidra li, jekk istituzzjoni tirrifjuta li ssegwi rakkomandazzjoni f'rapport speċjali ta' l-Ombudsman minkejja li l-Parlament kien approva dik ir-rakkomandazzjoni, il-Parlament jista', b'mod leġittimu, juża l-poteri tiegħu biex iressaq azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja rigward att jew nuqqas li kien suġġett ta' rakkomandazzjoni ta' l-Ombudsman;

17. jistieden lill-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji kollha kif ukoll lir-rappreżentanti permanenti ta' l-Istati Membri sabiex jikkoperaw biex ikun hemm trasparenza u rispett tar-regoli ta' amministrazzjoni tajba msemmija f'dan ir-rapport, mingħajr ma jitfgħu r-responsabbilità fuq iċ-ċentri ta' poter, bħall-Presidenza tal-Kunsill jew ta' Kunsill Superjuri ta' l-iskejjel Ewropej, li huwa diffiċli li jiġu kkontrollati mill-Ombudsman;

18. ifakkar lill-Uffiċju Ewropew għall-Għażla ta' l-Istaff (EPSO) dwar ir-rispett effettiv u integrali tar-regoli u l-prattiċi konsolidati fil-qasam tat-trasparenza u l-ftuħ tal-proċeduri tal-kompetizzjonijiet, partikolarment f'dak li jirrigwarda l-aċċess tal-kandidati għal informazzjoni li tirrigwardhom dwar l-eżamijiet ikkoreġuti, dwar l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjonijiet lingwistiċi u sabiex ma jgħaddux ir-responsabbilitajiet tagħhom fuq id-deċiżjonijiet tal-Board ta' l-Eżami;

19. Jilqa' tajjeb id-dikjarazzjoni ta' l-Ombudsman Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li jittratta l-attivitajiet ta' self tal-Bank Ewropew għall-Investiment barra l-UE billi juża l-poteri tiegħu ta' inkjesta, u jinnota li l-Ombudsman se jkollu bżonn jevalwa u jiżgura l-kapaċità interna li jaffronta l-ilmenti f'dak ir-rigward;

20. Jistieden lill-Ombudsman sabiex jikkunsidra l-konklużjoni ta' Memorandu ta' Ftehim mal-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) dwar il-metodi ta' koperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet f'dak li jirrigwarda l-eżerċizzju tal-poteri ta' l-Ombudsman li jinvestiga lmenti rigward każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet ta' l-EIB, u huwa tal-fehema li l-EIB huwa l-aħjar biex b'mod attiv jinforma liċ-ċittadini affettwati mill-proġetti ffinanzjati mill-Bank dwar il-possibilità li jsir ilment lill-Ombudsman, inkluż fil-każ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti barra l-UE;

21. Jilqa' l-fatt li l-Ombudsman jista' jmexxi inkjesti rigward l-imġieba ta' korpi li qed jopraw taħt it-tielet pilastru,

22. jikkunsidra l-fatt li l-Ombudsman ippreżenta żewġ rapporti speċjali, li minnhom waħda diġà kellha l-effett utli tagħha u l-oħra se tiġi eżaminata fil-Parlament; jappoġġa l-konklużjonijiet indirizzat mill-Ombudsman lill-Presidenza tal-Kunsill rigward il-ħtieġa li jkunu applikati regoli konsistenti dwar il-lingwi użati mill-Presidenzi tal-Kunsill u dwar il-ħtieġa li jkun iċċarat l-istatus tal-Presidenza bħala parti mill-Kunsill bħala istituzzjoni;

23. Kieku jilqa' l-issikkar tal-proċeduri parlamentari interni sabiex fil-futur jiggarantixxu pproċessar mħaffef tar-rapport annwali ta' l-Ombudsman mill-Kumitat Parlamentari għall-Petizzjonijiet;

24. iħeġġeġ lill-Ombudsman sabiex jippreżenta lill-Parlament it-talbiet li jqis xierqa biex jittejjeb l-iskambju ta' informazzjon bejn is-servizzi reċiproki u tissaħħaħ il-koperazzjoni, fil-qafas stabbilit mill-Artikolu 1 tal-ftehima interistituzzjonali tal-15 ta' Marzu 2006, b'attenzjoni partikolari fuq is-settur tal-komunikazzjoni, ta' l-informazzjoni teknoloġika u tat-traduzzjoni; Jiddispjaċih għall-fatt li il-Kumitat tiegħu għall-Petizjonijiet ma ġiex ikkonsultat.

25. Jinsab kuntent li nżammu relazzjonijiet kostruttivi mal-(imħassar) Kumitat Parlamentari għall-Petizzjonijiet, kemm fir-rigward tal-partiċipazzjoni ta' l-Ombudsman fil-laqgħat tal-Kumitat u fir-rigward tar-rispett reċiproku tal-kompetenzi u l-prerogattivi; għalhekk jistieden lill-Ombudsman sabiex jippreżenta, b'ħeffa, lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet, il-pożizzjoni tiegħu dwar l-investigazzjonijiet l-aktar importanti, mibdija mill-uffiċju tiegħu, sabiex tinħoloq interazzjoni utli;

26.      itenni l-parir favorevoli tiegħu, li diġà esprima fl-2001, dwar it-talba għal modifika ta' l-istatut ta' l-Ombudsman fil-qasam ta' l-aċċess għad-dokumenti u x-xhieda, billi jilqa' l-prinċipju li l-aktar addattamenti miltuba jservu sabiex jiċċaraw il-poteri ta' l-Ombudsman, quddiem l-eżigenzi li dejjem qed jikbru fil-qadi ta' dmirijietu u l-fatt li fil-prattika, l-istituzzjonijiet prinċipali Ewropej diġà aċċettaw il-biċċa l-kbira minnhom;

27. Jenfasizza li dawn il-bidliet m'għandhomx jaffettwaw il-bażi u n-natura ta' l-irwol ta' l-Ombudsman bħala gwardjan ta' l-interessi taċ-ċittadin (imħassar), fir-rigward ta' l-amministrazzjoni pubblika ta' l-Unjoni Ewropea;

28. Jirrikonoxxi l-kontribut utli tan-Netwerk Ewropea ta' l-Ombudsman, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarità, fl-iżgurar ta' rimedji extra-ġudizjarji (imħassar);

29. Jinkoraġġixxi l-konsultazzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, b'mod konġunt man-Netwerk Ewropea ta' l-Ombudsman, sabiex ikunu risolti l-kwistjonijeit li diġà ġew trattati bħala suġġett ta' petizzjonijiet (imħassar);

30. Ifaħħar l-istrateġija ta' komunikazzjoni adottata mill-Ombudsman bl-użu ta' mezzi varji biex iċ-ċittadin ikun infurmat u titqajjem kuxjenza, billi jkun hemm għajnuna fl-istabbilizzazzjoni ta' varjetà ta' forom ta' djalogu sabiex iċ-ċittadini jitressqu aktar qrib ta' l-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-Unjoni Ewropea, li għalhekk, fuq tul ta' żmien, għandha twassal għal aktar għarfien tad-drittijiet taċ-ċittadini u tal-kompetenzi tal-Komunitajiet, kif ukoll għal aktar fehim ta' l-ambitu ta' kompetenza ta' l-Ombudsman;

31. jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonjijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet u lill-Parlamenti ta' l-Istati Membri u lill-Ombudsman tagħhom u lill-korpi kompetenti simili.

  • [1]  JO L 113 du 4.5.1994, p. 15. Décision modifiée par la décision 2002/262/CE, CECA, Euratom (JO L 92 du 9.4.2002, p. 13).
  • [2]  ĠU C 72 E, 21.3.2002, p. 336.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-kultura ta' servizz liċ-ċittadin

Sentejn ilu, l-uffiċċju ta' l-Ombudsman Ewropew iċċelebra l-għaxar snin tiegħu. Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, li din is-sena daħal fl-għoxrin sena mill-ħolqien tiegħu wara l-Att Uniku, jirrikonoxxi li ċ-ċittadinanza Ewropea għamlet qabża fil-kwalità wara t-Trattat ta' Maastricht, bil-possibilità li titressaq petizzjoni lil korp parlamentari, li jibqa' l-uniku ġudikant, jew inkella jirrikorri quddiem korp aktar tekniku, li għalkemm jopera fil-qasam extra-ġudizjarju, isegwi proċedura, mingħajr ma jeskludi il-kontroll parlamentari fil-każ ta' riluttanza ta' l-istituzzjoni komunitarja responsabbli mill-"amministrazzjoni ħażina". Il-kultura tas-servizz liċ-ċittadin li għandha l-għan li jkun hemm amministrazzjoni pubblika ta' kwalità - trasparenti, imminenti, malajr u ta' koperazzjoni - ġiet promossa u alimentata fuq il-livell komunitarju permezz ta' l-isforż konġunt tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u ta' l-Ombudsman u d-data ta' l-att tal-ħolqien tiegħu tista' tkun dik tar-riżoluzzjoni tas-6 ta' Settembru 2001, data ta' adozzjoni min-naħa tal-Parlament Ewropew tal-kodiċi ta' kondotta amministrattiva tajba propost mill-Ombudsman Ewropew.

Eżami ta' l-istatistika

L-istatistika għall-2006 turi 3,830 rapporti lill-Ombudsman, 2% inqas meta mqabbel ma' l-2005, imma fuq l-istess livell tar-rekord milqugħ fl-2004 fir-rigward tas-snin ta' qabel (+53%). Fis-57% tal-każijiet, intbagħtu b'mod elettroniku, u fil-biċċa l-kbira, 3,619, minn ċittadini individwali, u biss 211 minn assoċjazzjonijiet jew intrapriżi. Skond iċ-ċittadinanza ta' l-awturi tar-rapporti, il-klassifka hija hekk: Spanjoli (20,4%), Ġermaniżi (14%), Franċiżi (8,7%), Belġjani (6,3%), Polakki (6%), Taljani (5,4%), Ingliżi (3,8%). Madankollu, il-klassifika tinbidel jekk il-persentaġġ tar-rapporti jiġi diviż bil-persentaġġ ta' popolazzjoni nazzjonali ta' l-UE. F'dan ir-rigward hemm 11-il pajjiżi li għandu l-kwozjent akbar minn wieħed, limitu li meta jinqabeż in-numru ta' rapporti jkun eċċessiv meta mqabbel mal-popolazzjoni: Il-Lussemburgu (14,2), Malta (10), Ċipru (7,6), Il-Belġju (2,8), L-iSlovenja (2,7), Spanja (2,2). Mil-lat lingwistiku, l-Ingliżi u l-Ispanjoni jaqbżu l-20%, il-Ġermaniżi u l-Franċiżi l-10% u l-Pollakki l-5%.

Mil-lat ta' ammissibilità, aktar minn 95% tal-każijiet li diġa ġew eżaminati ttenniet mill-ġdid id-dominanza ta' dawk li huma barra mill-kompetenza ta' l-Ombudsman (78,5%), f'dak li għandu x'jaqsam ma' rapporti li ma jirrigwardawx istituzzjoni jew entità Komunitarja (93,7), jew inkella li ma għandhomx x'jaqsmu ma' amministrazzjoni ħażina (5,4%). Fost il-każijiet li huma fil-kompetenza ta' l-Ombudsman (21,5%), 449 minn 838 rapport kienu ddikjarati milqugħa b'mod formali u minn dawn, 258 taw lok għal investigazzjoni. B'kollox, fl-2005, l-Ombudsman żvolġa 582 investigazzjoni li minnhom 315 kienu diġà għaddejjin waqt l-2005 u 9 inbdew fuq inizzjattiva tiegħu.

Bħas-snin li għaddew, il-Kummissjoni hija responsabbli għal 66% ta' l-inkjesti (387), l-Uffiċċju Ewropew għall-għażla ta' l-istaff (EPSO) għal 13% (74), il-Parlament Ewropew għal-8% (49) u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal-2% (11). Il-piramida ta' amministrazzjoni ħażina tibbaża fuq in-nuqqas ta' trasparenza, inklużi ċ-ċaħda ta' informazzjoni (25%) dwar in-nuqqas ta' ġustizzja u l-abbuż ta' poter (19%) u tispiċċa b'każijiet ta' żball ġuridiku (5%) u ta' nuqqas ta' twettiq ta' l-irwol ta' "gwardjan tat-Trattat" min-naħa tal-Kummissjoni (4%).

L-attivitajiet ta' l-Ombudsman Ewropew jibqgħu definiti mill-istadji differenti tal-proċess ta' trattazzjoni tar-rikorsi, b'aktar dettall meta l-investigazzjoni tirriżulta f'każ ta' amministrazzjoni ħażina (talba ta' osservazzjoni, soluzzjonijiet ta' konċiljazzjoni - 28 proposta fl-2006, waħda konkluża b'suċċess -, osservazzjonijiet ta' kritika - ifformulati f'41 każ fl-2006 - rakkomandazzjonijiet ta' kritika - 13 proposti fl-2006 - rapporti speċjali tal-Parlament Ewropew - 2 imressqa fl-2006-) Il-garanziji li toffri tali proċedura liċ-ċittadin, jikkontribwixxu sabiex isaħħu l-poteri tiegħu ta' persważjoni, minkejja l-effetti, li ma jorbtux b'mod ġuridiku, tad-deċiżjonijiet tiegħu. Barra minn hekk l-Ombudsman, li huwa emanazzjoni tal-Parlament, anki fl-awtonomija tal-funzjoni tiegħu jibbenifika minn relazzjoni ta' fiduċja ma' l-Assemblea, li timmanifesta ruħha fil-ġudizzju politiku dwar ir-rapport annwali jew fuq ir-rapporti speċjali.

Fl-aħħar, l-istituzzjoni tagħmel użu mill-appoġġ tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet - li l-Ombudsman għamel intevent f'4 laqgħat tiegħu fl-2006 - u mill-koperazzjoni fi ħdan in-netwerk Ewropea ta' l-Ombudsman, li hemm ix-xewqa li titlesta u li tittejjeb. Madankollu, huwa xieraq li fuq il-livell Ewropew tkun enfasizzata, għalkemm mhux ippreċiżat fid-dispożizzjonijiet eżekuttivi (artikolu 2.4) u lanqas f'dawk tar-regolament tal-Parlament Ewropew (artikolu 191.9), li r-relazzjoni ta' kuljum bejn l-attivitajiet ta' l-Ombudsman u dawk tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet iridu jinkludu rinviji reċiproċi ta' fajls b'effett definittiv, u dan bil-għan li jkunu evitati konflitti ta' kompetenzi.

Analiżi tal-poteri u tad-deċiżjonijiet l-aktar spissi dwar xi kategoriji ta' atti jew fir-rigward ta' entitajiet speċifiċi

Ir-rapport jaqsam id-deċiżjonijiet dwar l-inkjesti mitmuma fl-2006 (250) f'ħames kategoriji. Fl-ambitu tagħhom iqumu l-problemi konnessi man-nuqqas ta' ftuħ ta' l-istituzzjonijiet u tal-korpi Komunitarji (25% ta' l-inkjesti, 9 deċiżjonijiet skond il-kapitolu 3), ma' l-irwol tal-Kummissjoni bħala garanti tat-Trattat relattivament mal-proċedura taħt l-Artikolu 226 (9 deċiżjonijiet skond il-kapitolu 3), mal-ġestjoni tal-kuntratti, tar-riżarċiment u tas-sussidji (8 deċiżjonijiet skond il-kapitolu 3) u mal-problemi ta' ingaġġar u ġestjoni ta' l-istaff ta' l-istituzzjonijiet (18-il deċiżjoni skond il-kapitolu 3).

Dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti

F'ħafna każijiet imressqa minħabba l-applikazzjoni ta' eċċezzjonijiet dwar l-aċċess pubbliku fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, il-proċess intemm fl-istadju ta' l-osservazzjonijiet kritiċi, li huma arma ta' prevenzjoni sabiex każijiet simili jkunu evitati fil-futur, fejn ir-rakkomandazzjoni tkun inutli jew mhux xierqa. Huwa każ ta' interpretazzjoni abbużiva u estensiva min-naħa tal-Kummissjoni, tal-proċeduri li jistgħu jingħaqdu ma' dawk ġudizjarji, fis-sitwazzjoni partikolari ta' l-arbitraġġ maħsuba fi ħdan l-OMC (paġna 91), l-istess bħall-ġustifikazzjoni arbitrarja taċ-ċaħda tall-Kummissjoni għall-aċċess, ibbażata fuq il-fatt li t-tixrid tal-pjanijiet nazzjonali rigward il-kummerċ tal-permessi għall-gass b'effett ta' serra kien se jaħdem kontra l-kummerċjanti jew inkella d-dokumenti mibgħuta jew irċevuti mill-Istati Membri jkunu atti interni (paġna 94). Rigward dan, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet isostni li huwa opportun li l-Ombudsman, kif ħabbar fit-2 ta' Mejju li għadda, fl-2007 jagħmel studju dettaljat dwar l-impatt konkret ta' l-osservazzjonijiet ta' kritika fformulati fl-2006.

Dwar l-osservazzjonijiet ta' kritika li ma nstemgħux

Min-naħa l-oħra, l-approċċ il-ġdid propost mill-Ombudsman għall-każijiet b'nuqqas ċar ta' suċċess ta' l-osservazzjonijiet ta' kritika (paġna 82, 84 u 92), iqajjem ftit perplessità, u jikkonsisti fil-promozzjoni ta' kultura ta' servizz fuq nett fl-Amministrazzjoni Pubblika Komunitarja (APK) negligenti, permezz tal-Kummissarju responsabbli. Peress li huma aktar problemi relatati mal-ġestjoni ta' l-istaff mill-Kummissjoni, jekk trid tkun imrawwma kultura ta' servizz f'tali settur prinċipali, iridu jiġu eliminati l-iżbalji mill-għeruq bl-involviment ukoll tas-servizz responsabbli ta' l-att jew ta' l-imġieba ħażina billi jkun interpellat biex jirrispetta l-artikoli relevanti tal-kodiċi Ewropew ta' mġieba amministrattiva tajba. B'mod simili, minkejja l-osservazzjoni ta' kritika konklużiva ta' l-investigazzjoni dwar in-nuqqas ta' rimedji kontra d-deċiżjoni dwar il-meritu skolastiku ta' l-Iskola Ewropea fi Brussell (paġna 90-91), l-Ombudsman għandu jirrilassa l-kontrolli fuq il-Kummissjoni u eventwalment anki fuq l-Istati Membri. F'dan ir-rigward, ma jidhirx li huwa biżżejjed il-fatt li l-Iskejjel Ewropej għandhom kodiċi ta' mġieba amministrattiva tajba, kif inhu l-każ ta' l-Eżekuttiv, sabiex jiggarantixxu kultura effettiva ta' servizz!

Dwar l-irwol tal-Kummissjoni bħala gwardjan tat-Trattat

F'dak li jikkonċerna l-poter ta' diskrezzjoni tal-Kummissjoni sabiex taġixxi skond l-Artikolu 226 u 228 tat-Trattat KE fuq nuqqasijiet min-naħa ta' l-Istati Membri, il-funzjoni tajba tas-sistema hija determinanti anki għar-riżultat ta' l-eżami ta' ħafna petizzjonijiet. F'dan l-ambitu jibqgħu ħafna mill-mistoqsijiet imqajjma f'rapporti preċedenti, eżempju dwar ir-reklamar ta' l-atti rigward il-proċeduri ta' ksur, partikolarment il-korrispondenza bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri (rapport De Rossa 2003). Fil-każistika ta' l-2006, fir-rigward ta' dan it-titolu deher b'mod ċar l-abbuż tal-poter ta' diskrezzjoni tal-Kummissjoni minħabba li ma ħaditx passi mill-ewwel, fil-parti tal-proċedura qabel dik kontenzjuża, u nħbiet wara konsiderazzjonijiet politiċi, fosthom id-diffikultà li jintlaħaq il-kunsens tal-kulleġġ tal-kummissarji dwar is-suġġett delikat tal-ksur tal-libertà tas-servizzi mill-ġermaniżi fis-settur ta' l-imħatri sportivi. Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet għalhekk ifaħħar l-użu tajjeb min-naħta ta' l-Ombudsman, tal-poteri tiegħu, inkluż ir-rapport speċjali li rranġa s-sitwazzjoni (paġna 110).

Il-konklużjonijiet li wasal għalihom l-Ombudsman jidhru anqas ċari u inċiżivi anki meta immalafama d-dewmien bla raġuni ta' l-Eżekuttiv fil-promozzjoni ta' diversi stadji ta' qabel il-fażi kontenzjuża: tqegħid fil-mora u parir ġustifikat fil-konfront ta' l-Istat li naqas, Spanja (paġna 105). Filwaqt li mhix ekwivoka u hija koerenti l-osservazzjoni ta' kritika li biha ġie mmarkat bħala att ta' amminnistrazzjoni ħazina l-interpretazzjoni ħażina ta' regola jew ta' prinċipju tal-liġi min-naħa tal-Kummissjoni li daret mal-lewża għall-konvenjenza, minflok ippromwoviet ġudizju ta' nuqqas ta' osservanza skont l-Artikolu 228, fir-rigward tal-Ġermanja li diġà hija kkundannata għal-nuqqas ta' osservanza ta' l-obbligi Komunitarji fil-qasam ta' l-ippakkettar ta' wħud mix-xarbiet (paġna 93). L-abbozz ta' rakkomandazzjoni qed juri li jħalli aktar riżultat, imbagħad, milqugħ mill-istituzzjoni li minnha huwa ċċensurat id-dritt ta' differiment sine die, bl-iskuża li l-kwistjoni finali trid tkun iffaċċata globalment, proċedura ta' ksur taħt l-Artikolu 226 kontra d-Danimarka, li naqset fil-qasam tat-taxxi fuq il-karozzi (paġna 103). Nuqqas ta' azzjoni jew dewmiet daqshekk kbar għandhom ikunu suġġetti għaċ-ċensura politika tal-Parlament waqt l-eżami tar-rapport annwali dwar l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja.

Fuq il-poteri ta' l-uffiċċju li jagħmel inkjesta

Fil-qasam kontrattwali u fl-ambitu tal-ġestjoni ta' l-istaff, tnejn mill-inkjesti mibdija mill-uffiċċju ta' l-Ombudsman juri kif il-poteri tiegħu huma niggieża effikaċi li għandhom l-għan li jistimolaw l-awtotutela ta' l-amministrazzjoni: minn banda, bir-risposta pożittiva tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni ta' klawżola ta' fakultà ta' meditazzjoni fl-iskemi kontrattwali tiegħu u l-impenn biex jingħata rendikont fl-ewwel parti ta' l-2007 (paġna 111), u mill-banda l-oħra, bid-deċiżjoni tal-Parlament li jrażżan il-limiti ta' l-età fil-programmi ta' taħriġ tiegħu (paġna 113). Bl-istess mod, f'ambitu kompletament differenti, l-operat tal-Kummissjoni f'serje ta' lmenti rigward l-iżvilupp ta' port industrijali fil-Gzejjer Kanari, suġġett kemm ta' inkjesta ta' l-Uffiċċju ta' l-Ombudsman (paġna 112) u kemm ta' petizzjoni tal-Parlament Ewropew, inħolqot il-problema ta' l-possibbilità li ż-żminijiet ma jaqblux u ta' l-opinjonijiet dwar it-trattament ta l-istess sitwazzjoni bejn l-Ombudsman u l-Parlament, fil-każ li t-tnejn iridu jiddeċiedu dwar is-suġġett, għalkemm huma mistennija li jeżaminawh minn lati differenti ta' kompetenza. F'każijiet simili dan il-kumitat jistieden lill-Ombudsman sabiex jippreżenta l-pożizzjoni awtonoma tiegħu billi juża kif l-aħjar jista', skond Artikolu 195 paragrafu 3 tar-Regolament, il-metodi li għandu disponibbli għalih sabiex ikun hemm djalogu kostruttiv mal-Parlament.

Dwar l-irwol ta' l-EPSO fil-proċedura ta' impjegar

Fir-rapport dwar ir-rapport annwali ta' l-Ombudsman fl-2003 dan il-kumitat kien ta twissija (paragrafu 18) lill-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla ta' l-Istaff (EPSO) sabiex jidra l-prattika tat-trasparenza u l-ftuħ tal-proċeduri li jkunu għaddejjin, b'konformità mar-rapport speċjali ta' l-Ombudsman (1004/97 PD) u mar-rappot ta' H. Bösch (A5-280/00). B'mod partikolari, f'dak li jirrigwarda l-aċċess tal-kandidati għall-eżamijiet tagħhom ikkoreġuti, ir-Rapporteur De Rossa enfasizza li f'dak iż-żmien, fl-2003, il-kandidati tal-kompetizzjonijiet fl-istituzzjonijiet Ewropej setgħu jistrieħu fuq dan id-dritt.

Wara tliet snin, fl-2003, ma jistax jibqa' jissejjaħ dritt akkwistat, kif jista' jidher faċilment mill-osservazzjoni ta' kritika ta' l-Ombudsman rigward l-informazzjoni fil-qosor u mhux xierqa dwar it-tip ta' żbalji fit-traduzzjoni, mogħtija mill-EPSO permezz ta' l-"evaluation sheet" (674/2004/PB a pag. 97). L-interess leġittimu tal-kandidati li jkollhom aċċess għall-informazzjoni li tinteresshom qed jirriskja li jkun preġudikat aktar mir-rikors sistematiku, għall-eżamijiet ta' l-ewwel għażla tal-kandidati, ta' mistoqsijiet differenti, aċċessibbli biss permezz ta' kompjuter u ġestiti minn entitajiet esterni speċjalizzati. Għalhekk huwa xieraq ħafna li jinbdew wkoll l-inkjesti ta' l-uffiċċju dwar l-aċċess tal-kandidati: partikolarment, għall-eżamijiet magħmula u għat-tweġibiet it-tajba tal-kwestjonarji kif ukoll għall-kriterji ta' evalwazzjoni stabbiliti mill-ġurija qabel l-eżamijiet (OI/5/05/PB paġna 98); b'mod ġenerali dwar it-twettiq, min-naħa ta' l-EPSO tal-kundizzjonijiet, tal-kundizzjonijiet essenzjali stabbiliti fl-imsemmi rapport speċjali ta' l-Ombudsman ta' l-1999.

Barra minn hekk, dan il-kumitat iqis inammissibbli r-rifjut ta' l-EPSO li jitlob skuża pubblika lil kandidat li ġie eskluż, fuq il-bażi ta' żball grossolan tal-ġurija matul l-evalwazzjoni tat-titlu ta' studju, minkejja bosta stediniet ta' l-Ombudsman. Att arroganti u prepotenti li anki l-Ombudsman stess kellu jagħmel eċċezzjoni billi ħa post l-EPSO biex jirranġa l-iżball f'isem il-Komunità Ewropwa (paġna 108). Dan jirrappreżenta l-antiteżi ta' dik il-kultura ta' servizz li għandha torjenta l-korpi u l-istituzzjonijiet Ewropej kollha u mhux b'kumbinazzjoni li l-EPSO qiegħda fit-tieni post fil-lista s-sewda ta' l-entitajiet li għamlu atti ta' amministrazzjoni ħażina. Għalhekk, dan il-kumitat iħeġġeġ lill-Ombudsman sabiex jagħmel kontroll strett u fil-fond ta' l-EPSO, mingħajr distinzjoni bejn ix-xogħol amministrattiv ta' l-istaff tiegħu u d-deċiżjonijiet tal-ġurija, kif sostna tajjeb l-Ombudsman fil-rigward ta' l-EPSO (1217/04/OV paġna 66), billi jkunu kkontrollati, partikolarment, it-tweġibiet tiegħu għall-ilmenti tal-kandidati f'dak li jirrigwarda ir-rispett tal-patti, tar-rekwiżiti tal-forma, mill-lingwa tal-kandidati, kif ukoll il-protezzjoni tad-dejta personali.

L-Ombudsman bħala attur fil-ħajja demokratika ta' l-Unjoni

Fir-rapporti preċedenti dan il-kumitat enfasizza l-irwol ta' l-Ombudsman bħala garanti tal-ftuħ u tar-responsabbilità demokratika fil-postijiet amministrattivi u fejn isiru d-deċiżjonijiet ta' l-UE (2003), il-figura tiegħu li tispikka bl-iskop ta' informazzjoni ta' kwalità fl-ambitu tal-mandat tiegħu (2004) u l-valur miżjud fuq il-livell ta' ammnistrazzjoni tajba fl-interventi tiegħu, anki barra l-każijiet ta' amministrazzjoni ħażina (2005). Din is-sena jispikka l-irowl ta' l-Ombudsman bħala attur fil-ħajja demokratika ta' l-Unjoni", peress li huwa figura intermedjarja għaċ-ċittadin fir-relazzjoni tiegħu mal-PAC (nota). Partikolarment, fl-irwol tiegħu li jaqta' linja bejn l-amministrazzjoni tajba u dik ħażina. F'dan ir-rigward, l-Ombudsman Ewropew jidher li wieġeb b'mod pożittiv għall-istedina magħmula lilu fl-2004, dik biex jippreċiża l-kunċett ta' amministrazzjoni ħażina.

B'tali opinjoni, hemm qbil sħiħ dwar il-kontenut tal-paragrafu 2.2.3 rigward atti u mġieba li jitbiegħdu mill-kriterji ta' amministrazzjoni tajba. Fl-istess nifs, huma apprezzati l-isputni pożittivi tal-PAC, bħar-rikonoxximent ta' żbalji, il-manifestazzjoni ta' apoloġiji u t-tfittxija ta' soluzzjonijeit sodisfaċenti għar-rikorrent. Bħala eżempju, il-modi li bihom il-Bank Ewropew għall-Investiment irreveda iċ-ċaħda tiegħu ta' aċċess għal rapport ta' awditur, billi nnegozzja mar-rikorrent l-aċċess għal biċċiet kbar mit-test (paġna 77-78) juri t-tip ta' appoċċ kostruttiv, xieraq biex jittrasforma mġieba difettuża f'waħda virtuża, bħala mudell għal sitwazzjonijiet simili. Għalhekk, dan il-kumitat jinkoraġġixxi lill-Ombudsman sabiex kull sena jagħmel abbozz tal-lista ta' l-aħjar prattiki amministrattivi, f'każijiet eżemplari jew 'star' (6 fl-2006) billi jitqabblu magħhom il-każijiet fejn l-imġieba ta' l-istituzzjonijiet kienet ħażina.

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet iħeġġeġ lill-Ombudsman Ewropew sabiex iżomm livell għoli ta' sorveljanza tar-relazzjonijiet taċ-ċittadin mal-Kunsill tal-Ministri ta' l-UE u tal-Parlament stess f'dak li jirrigwarda l-metodi ta' aċċess għad-dokumenti pubbliċi, kif ukoll tal-Kummissjoni fl-eżerċizzju tad-doveri tagħha ta' tutela tal-liġi Komunitarja.

Wieħed mill-prinċipju kardinarli li għandu jitfakkar huwa l'ugwaljanza demokratika taċ-ċittadini Ewropej, mingħajr diskriminazzjoni nazzjonali jew lingwistika. Għalhekk għandha titfaħħar il-pożizzjoni iebsa li ħa l-Ombudsman quddiem ir-ripetizzjoni ta' amministrazzjoni ħażina mill-Kunsill, minħabba n-nuqqas tal-verżjoni Ġermaniża fuq il-websajt tal-Presidenza tiegħu u għalhekk ir-rapport speċjali preżentat fit-30 ta' Novembru 2006 ħaqqu appoġġ sħiħ u meritat, fejn il-konklużjonijiet tiegħu (paġna 109) ma jistgħux ikunu wżati sabiex titnieda mill-ġdid l-assjoma skond liema wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi huma "aktar ugwali mill-oħrajn".

Madankollu, għandhom jingħataw l-istess tifħir l-inizzjattivi ta' l-Ombudsman l-ewwel taħt forma ta' proposta lill-Kunsill sabiex tinstab soluzzjoni amikevoli, u wara taħt forma ta' osservazzjoni ta' kritika lill-Istati Membri (paġna 104-5) sabiex jikkundannaw u jneħħu il-prassi li jkun hemm sponsors kummerċjali tal-Presidenza fil-kariga, sitwazzjoni simili ta' dik ta' l-Irlanda. "Episodju" li jpoġġi fil-beraħ il-probelma delikata ta' konflitt ta' interess fl-wieħed mill-istrutturi prinċipali fil-qalb leġiżlattiva ta' l-Unjoni, li mhux b'kumbinazzjoni tmur f'direzzjoni trasversali mill-istituzzjonijiet Ewropej għall-awtoritajiet nazzjonali. L-Ombudsman għalhekk għamel tajjeb li qajjem, u jagħmel aħjar jekk jirreferi is-segwitu, fuq il-bażi ta' konsultazzjonijiet mibdija mar-Rappreżentanti permanenti ta' l-Istati Membri.

Koperazzjoni bbażata dejjem aktar fuq il-fatti

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet ċertament jappoġġa b'mod ferventi l-abbozz tal-proċeduri tiegħu sabiex l-eżami tar-rapport annwali ta' l-Ombudsman jagħmlu aktar malajr (paragrafu 4 rapport Schwab), kif ukoll jinkoraġġixxi lill-Ombudsman sabiex jagħmel sforz simili, billi jippreżenta r-rapport tiegħu fl-ewwel terz tas-sena, u jadotta xi taqsiriet ta' l-istatistiċi u sintesi tal-parti analitika (kapitolu 3 tar-rapport attwali). Madankollu huwa biss b'riżorsi xierqa ta' bilanċ li huwa possibbli li jkun affrontat l-ostaklu tal-multilingwismu Parlamentari, li din is-sena ħtieġ aktar minn xahrejn supplimentari għall-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra tat-test oriġinali tar-rapport bl-ingliż.

Għaddew 7 snin mit-talba ta' l-Ombudsman ta' dak iż-żmien J. Söderman, għall-modifika ta' l-Artikolu 3 paragrafu 2 dwar il-konsultazzjoni libera tal-fajls ta' l-istituzzjonijiet u dwar is-smigħ inkondizzjonat tal-ħaddiema uffiċjali u ta' l-aġenti Ewropej; fir-rapport ta' Almeida Garrett (A5-240/01), il-Parlament laqa' tajjeb (fis-6/9/01) il-modifiki mitluba għad-deċiżjoni tad-9/3/94, imma l-proċedura leġiżlattiva speċjali, minkejja li l-ftehima bejn il-Kummissjoni u l-Kunsill, ġiet abbandunata (ara vedi OEIL ACI 1999/2215). Ir-Rapporteur tiegħek, li diġà kien ifformula l-parir għal dan il-Kumitat, jista' biss ifakkar il-konklużjonijiet, approvati fil-Kumitat fid-29/05/01 (bi qbil mar-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali), partikolarment in-numru 4 bi qbil sħiħ ma' l-emendi għall-Artikolu 3 ta' l-Istatut propost mill-Ombudsman. "Il-Kumitat jista' biss jilqa' l-fatt li l-Ombudsman diġà interpreta il-poteri tiegħu u eżerċita il-prerogattivi tiegħu ta' investigazzjoni b'mod progressive u dan ma qajjimx reazzjoni negattiva mill-Kummissjoni".

Din id-darba, anki b'konsiderazzjoni tal-proposti l-aktar wiesgħa għall-addattament ta' l-Istatut preżentati minn M. Diamandouros fil-11/7/06, itenni il-parir favorevoli tiegħu, sakemm tinżamm ċertu koerenza fl-iżvilupp progressiv tal-poteri tiegħu, ġustifikat mill-bżonnijiet li dejjem qed jikbru tad-dmirijiet tiegħu li fil-fatt, diġà ġew aċċettati mill-istituzzjonijiet prinċipali Ewropej. Fil-prattika, hemm modifiki li jinvolvu tkabbir kwalitattiv tal-poteri ta' l-Ombudsman mingħajr effett fuq in-natura tal-Kompetenza tiegħu u fuq in-nuqqas ta' effikaċja tal-koerenza fid-deċiżjonijiet kollha tiegħu (ara l-każistika tat-Trib. 1° fl-ord. tat-22/5/00 kawża T-103/99).

Tali konklużjoni ta' ftuħ għas-sustanza tal-modifiki mitluba fl-istatut hija wkoll koerenti ma' uħud mill-każiztika Komunitarja riċenti. Fis-sentenza tat-Tribunal ta' l-ewwel istanza ta' l-10/4/02, fil-kawża T-209/00, fejn l-Ombudsman ma jgawdix mill-istess poter ta' diskrezzjoni bħall-Kummissjoni biex jagħti bidu għal-proċedura ta' ksur "billi ma jistax jirrifjuta, barra minn f'każijiet ġustifikati b'mod objettiv, sabiex jagħmel tkomplija ta' lment ammissibbli u li jista' jintlaqa'" jew b'dik tal-Qorti tat-23/3/04 fil-kawża Lamberts C-234/02, fejn għalkemm id-deċiżjonijiet ma jorbtux, jistgħu jagħtu lok għal azzjoni ta' responsabbilità extrakuntrattwali skond l-Artikolu 288 TKE. Anki għal raġunijiet ta' operat, huwa xieraq li l-Ombudsmand jitqiegħed f'pożizzjoni li jeżerċita bis-sħiħ il-poteri tiegħu ta' investigazzjoni.

Xorta huwa fondamentali li l-Ombudsman ikompli jaqdi dmirijietu b'mod dinamiku u elastiku, li jaqbel man-natura ta' l-attivitajiet tiegħu, li huma laboratorju veru ta' soft law". Dan il-Kumitat għalhekk jinkoraġġixxi lill-Ombudsman ta' l'Unjoni sabiex imexxi investigazzjonijiet fl-ambitu ta' dak li jissejjaħ it-tielet pilastru, tal-koperazzjoni ġudizjarja u tal-Pulizija fil-qasam tal-Liġi Kriminali, u, eżempju, jestendihom fl-operat ta' l-Europol. Fl-istess ħin jinkoraġġih sabiex juża n-netwek Ewropea ta' l-Ombudsman u jagħmel użu wkoll mill-esperjenza ta' dan il-Kumitat sabiex isolvi kwistjonijiet li jirrigwardaw il-politiki ta' l-Unjoni li jippreġudikaw is-soluzzjoni ta' probelmi nazzjonali jew lokali, li tfaċċaw fit-truf tan-netwerk, bħal dik imqajjma mill-Ombudsman tal-Friuli-Venezia Giulia dwar iċ-ċaqliq tal-merkanzija (paġna 114).

Fl-aħħar, biex twettaq bis-sħiħ is-sussissidjarjetà fir-rimedji extraġudizjarji, in-netwerk teħtieġ tkun imkabbra biex tinkludi dawk il-figuri ta' medjazzjoni speċjalizzata għat-tuteli tal-minuri, għall-problemi fil-familja, għall-protezzjoni tad-dejta personali, għad-drittijiet tal-ħabsin jew ta' dawk morda, b'mod li tiżdied il-popolarità u tiġi estiża l-influenza lil hinn mil-limiti ta' kompetenza territorjali, f'prospettiva ta' forom differenti ta' djalogu, li dan il-Kumitat jinterpreta bħala sinjar pożittiv fil-proċess biex iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet jitressqu aktar qrib taħt il-protezzjoni ta' l-Unjoni Ewropea. Bħala konklużjoni, wieħed jista' josserva kif, anki mill-esperjezna Taljana ma' l-Ombudsman - parzjalment deludenti - minn ħafna ombudsman tal-periferija biex jikkumpensaw in-nuqqas ta' Ombudsman wieħed nazzjonali, jistgħu jinġabru provi li jkabbru l-importanza ta' l-Ombudsman Ewropew u tal-viżibilità tiegħu; jekk huwa veru - u ma jidhirx li huwa sorprendenti - li l-websajt ta' l-Ombudsman Ewropew jintuża l-aktar minn utenti ta' l-internet ta' provenjenza ġeografika Taljana (paġna 160).

PROĊEDURA

Titolu

Ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' l-Ombudsman Ewropew fl-2006

Konsultazzjoni mal-PE

2007/2131(INI)

Kumitat responsabbli
  Awtorizzazzjoni tat-data mħabbra fis-seduta plenarja

PETI
30.1.2007

Rapporteur
  Ħatra

Luciana Sbarbati
2.5.2007

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Eżaminazzjoni fil-kumitat

25.6.2007

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

17.7.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+ :

– :

0 :

25

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marcin Libicki, Kathy Sinnott, Maria Matsouka, Robert Atkins, Simon Busuttil, Daniel Caspary Luis Herrero-Tejedor, Mairead McGuinness, Manolis Mavrommatis, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Andreas Schwab, Rainer Wieland, Proinsias De Rossa, Glyn Ford, Miguel Angel Martínez Martínez, Radu Podgorean, Marian Harkin, Luciana Sbarbati, Margrete Auken

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Tatjana Ždanoka

Sostiut(i) (art. 178, par. 2) preżenti għall-votazzjoni finali

Elspeth Attwooll, Metin Kazak, Dimitrios Papadimoulis

Ħażna

26.7.2007

Osservazzjonijiet (disponibbli f'lingwa waħda biss)