RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 li jistabbilixxi struttura Komunitarja għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għat-twettiq tal-Politika Komuni tas-Sajd.
12.9.2007 - (COM(2007)0369 – C6‑0235/2007 – 2007/0127(CNS)) - *
Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Paulo Casaca
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 li jistabbilixxi struttura Komunitarja għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għat-twettiq tal-Politika Komuni tas-Sajd.
(COM(2007)0369 – C6‑0235/2007 – 2007/0127(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0369),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0235/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0317/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda il-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
NOTA SPJEGATTIVA
L-armonizzazzjoni u l-affidabilità ta' data u informazzjoni miġbura dwar l-attivitajiet tal-baħar huma ta' importanza kritika għas-settur tas-sajd u l-isforzi kollha li jsiru biex titjieb il-kwalità tagħhhom għandhom jiġu appoġġjati. F'dan ir-rigward, ir-Regolament tal-Kunsill 1543/2000 huwa magħmul minn qafas Komunitarju inizjali mmirat biex jikkordina l-ġbir u l-immaniġġjar tad-data neċessarja għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri.
Madankollu, fid-dawl ta' ħsieb ġdid dwar l-immaniġġjar tas-sajd u b'mod partikolari x-xewqa li jiġi applikat l-approċċ ta' l-ekosistema u biex isiru preparamenti għal politika marittima għall-Unjoni, il-Kummissjoni pproponiet li r-Regolament tal-Kunsill (KE) 1543/2000 irid jiġi rrevokat u mibdul ma' regolament ġdid u iżjed komprensiv għall-ġbir tad-data, li jkun iżjed adattat biex jissodisfa rekwiżiti attwali u futuri. F'dan il-kuntest, il-Parlament ġie kkonsultat b'mod formali skond l-Artikolu 37 tat-Trattat u attwalment ir-rapporteur tagħkom qed jipprepara abbozz tar-rapport dwar din il-kwistjoni.
Huwa mistenni li r-regolamenti l-ġodda għandhom jidħlu fis-seħħ fl-2008. Madankollu, fl-interim, huwa neċessarju li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1543/2000 sabiex jiġi evitat irduppjar bejn ir-regolamenti l-qodma u l-ġodda u biex jiġi evitat kwalunkwe piż amministrattiv mhux neċessarju fuq l-Istati Membri u l-Kummissjoni. B'mod speċifiku, dan jelimina l-obbligu legali preżenti fuq l-Istati Membri skond Regolament Nru 1543/2000 biex jippreżentaw programmi nazzjonali fuq sitt snin għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data mill-2007 sa l-2012, skond regoli li daqt iridu jinbidlu. Minflok, iridu jitfasslu programmi ta' tranżizzjoni li jkopru s-snin 2007 u 2008.
Il-proposta attwali tal-Kummissjoni tagħmel dawn il-bidliet neċessarji u loġiċi u b'riżultat ta' dan hija appoġġjata mir-rapporteur tagħkom mingħajr emendi.
PROĊEDURA
Titolu |
Ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għat-twettiq tal-Politika Komuni tas-Sajd |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0369 - C6-0235/2007 - 2007/0127(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
16.7.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
PECH 3.9.2007 |
|||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Paulo Casaca 17.7.2007 |
|
|
|||||
Data ta’ l-adozzjoni |
11.9.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-vot finali |
+: –: 0: |
18 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-vot finali |
Elspeth Attwooll, Marie-Hélène Aubert, Luis Manuel Capoulas Santos, David Casa, Paulo Casaca, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Avril Doyle, Emanuel Jardim Fernandes, Carmen Fraga Estévez, Pedro Guerreiro, Ian Hudghton, Heinz Kindermann, Philippe Morillon, Seán Ó Neachtain, Luca Romagnoli, Struan Stevenson, Catherine Stihler, Daniel Varela Suanzes-Carpegna |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-vot finali |
Jan Mulder |
|||||||
Data tat-tressiq |
12.9.2007 |
|||||||