RAPPORT dwar il-proposta biex tagħlaq id-dibattitu fuq l-istqarrija tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura minn Saïd El Khadraoui f'isem il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu dwar il-konklużjoni tal-Ftehima dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, mill-oħra
17.9.2007 - (8044/3/2007 – COM(2006)0169 – C6‑0210/2007 – 2006/0058(CNS)) - *
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Saïd El Khadraoui
ABBOZZ TA' RIZOLUZZJONI LEGIZLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta biex tagħlaq id-dibattitu fuq l-istqarrija tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura minn Saïd El Khadraoui f'isem il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu dwar il-konklużjoni tal-Ftehima dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, mill-oħra
(8044/3/2007 – COM(2006)0169 – C6‑0210/2007 – 2006/0058(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill (COM(2006)0169)[1],
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehima dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, min-naħa l-oħra, li fiha l-abbozz tal-ftehima kif iffirmat bejn id-delegazzjonijiet ta' l-UE u l-Istati Uniti fit-30 t'April 2007 (8044/3/2007),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2006 dwar l-iżvilupp ta' l-aġenda għall-politika esterna dwar l-avjazzjoni tal-Komunità[2];
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni ta' l-14 ta' Marzu 2007 t-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, min-naħa l-oħra[3],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 80 u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0210/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0320/2007),
1. Japprova l-konklużjoni tal-ftehima;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u lill-Istati Uniti ta' l-Amerika bil-pożizzjoni tal-Parlament.
- [1] Għadha mhix ippublikata fil-GU.
- [2] ĠU C 287 E, 24.11.2006, p.84.
- [3] Testi addottati, P6_TA(2007)0071.
NOTA SPJEGATTIVA
Lejn ftehima dwar l-avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika
Is-servizzi ta' l-ajru bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-preżent joperaw fuq il-bażi ta' ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri individwali u l-Istati Uniti. Dawn l-arranġamenti bilaterali fihom dispożizzjonijiet li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja f'Novembru 2002 iddeċidiet li mhumiex kompatibbli mal-liġi Komunitarja. Għalhekk ġie deċiż li jinħoloq qafas legali ġdid għar-relazzjonijiet dwar l-avjazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti ta' l-Amerika u għan-negozjati dwar il-Ftehima dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, min-naħa l-oħra, li sar mill-Kummissjoni Ewropea skond mandat li rċeviet mill-Kunsill f'Ġunju 2003. Dan il-mandat stipula l-objettiv li tiġi stabbilita Zona Miftuħa ta' l-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti, li toħloq suq waħdani għat-trasport bl-ajru bejn l-UE u l-Istati Uniti, li fiha l-investiment ikun jista' jsir mingħajr xkiel u l-linji ta' l-ajru ta' l-UE u ta' l-Istati Uniti jkunu jistgħu jipprovdu servizzi ta' l-ajru mingħajr restrizzjonijiet ta' xejn, inklużi dawk fis-swieq domestiċi taż-żewġ partijiet.
It-twettiq sħiħ tal-mandat jirrikjedi tibdiliet leġiżlattivi sinifikanti fl-Istati Uniti ta' l-Amerika, partikolarment biex jitneħħew ir-restrizzjonijiet ġuridiċi fuq li l-linji ta' l-ajru ta' l-Istati Uniti jkunu ta' proprjetà barranija, kif ukoll fuq il-kabotaġġ. Dawn il-kwistjonijiet għadhom ta' sensittività politika kbira fl-Istati Uniti. Għal din ir-raġuni, il-mandat għaraf il-possibbiltà li l-ftehim jiġi implimentat f'fażijiet suċċessivi, bil-kundizzjoni li jingħataw garanziji li jiżguraw il-progress lejn l-istadji sussegwenti. Matul in-negozjati, l-UE aċċettat li l-kabotaġġ ma setax jiġi inkluż fi ftehim ta' l-ewwel fażi, imma lill-Istati Uniti għamlithielha ċara li ftehim ta' l-ewwel fażi jkunilha aċċettabbli biss jekk isir progress sinifikanti lejn it-tneħħija tar-restrizzjonijiet dwar il-proprjetà u l-kontroll tal-linji ta' l-ajru ta' l-Istati Uniti. Fit-2 ta' Novembru 2005, id-Dipartiment tat-Trasport (DOT) ta' l-Istati Uniti ħareġ "Avviż ta' Proposta ta' Regolament" (NPRM) li jinterpreta mod ieħor ir-rekwiżit statutorju li l-linji ta' l-ajru ta' l-Istati Uniti jkunu taħt "il-kontroll reali" ta' ċittadini ta' l-Istati Uniti, b'tali mod li jespandi l-opportunitajiet għaċ-ċittadini ta' pajjiżi oħra biex jinvestu u jieħdu sehem fit-tmexxija tal-linji ta' l-ajru ta' l-Istati Uniti. Dan il-pass kien biżżejjed għall-UE, bil-kundizzjoni li n-NPRM jiġi adottat bħala regola finali li tkun tikkostitwixxi bidliet ċari, sinifikanti u sodi fil-politika ta' l-Istati Uniti s-sjieda u l-kontroll.
Madankollu f'Diċembru 2006 d-DOTT iddeċieda li jirtira l-NPRM, wara li kien ikkunsidra numru kbir ta' kummenti mill-pubbliku, inklużi dawk li rċieva mill-Kungress ta' l-Istati Uniti. Dan ġab fil-ħtieġa li jsir rawnd ġdid ta' negozjati dwar l-abbozz tal-ftehima, sabiex isir aċċettabbli b'mod ieħor min-naħa ta' l-UE. Fit-2 ta' Marzu 2007 dawn irriżultaw f'abbozz ta' ftehim ġdid, li ġie ffirmat fis-sammit bejn l-UE u l-Istati Uniti fit-30 t'April 2007. Il-Kunsill approva l-abbozz ta' ftehima u ddeċieda li japplikah b'mod proviżorju mit-30 ta' Marzu 2008. |
|
L-ewwel reazzjoni tal-Parlament
Il-Parlament irrisponda minnufih għal dan l-abbozz ta' ftehim permezz ta r-riżoluzzjoni tiegħuta' l-14 ta' Marzu 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehima dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, minnnaħa l-oħra (T6-0071/2007). Il-Parlament laqa' l-Ftehima ta' l-ewwel fażi bħala passimportanti lejn suq integrat ta' l-avjazzjoni transatlantika li għandu jkun ta' benefiċċju għall-konsumaturi. Għalkemm kien jippreferi l-konklużjoni ta' ftehima ġenerali waħda u bilanċjata,kien lest jaċċetta approċċ gradwali, għax l-Artikolu 21 ta' l-abbozz tal-ftehima jistipulaaġenda u skeda ċara tan-negozjati dwar ftehima tat-tieni fażi, inklużi dispożizzjonijiet li jippermettu li partijiet oħrajn jissospendu d-drittijiet speċifikati fil-ftehima ta' l-ewwel fażi, f'każ li wara 30 xahar mill-bidu tan-negozjati dwar ftehima tat-tieni fażi ma jintlaħaq l-ebda qbil. Il-ftehima tat-tieni fażi għandha tittratta kwistjonijiet bħall-kabotaġġ, id-dritt ta' l-istabbiliment, is-sjieda u l-kontroll de facto u l-għajnuna statali.
Il-Parlament innota wkoll li fl-abozz tal-ftehima l-iżvilupp tal-konverġenza regolatorja huwa kkunsidrat b'mod parzjali biss u fil-biċċa l-kbira tiegħu tħalla f'idejn il-kumitat konġunt. Madankollu l-Parlament laqa' l-koperazzjoni bejn l-UE u l-awtoritajiet ta' l-Istati Uniti responsabbli mill-qasam tas-sikurezza fl-avjazzjoni. Fir-rigward tas-sigurtà, l-importanza tal-miżuri ta' sigurtà għall-avjazzjoni ġiet rikonoxxuta, iżda dawn iridu jkunu bbażati fuq evalwazzjoni xierqa tar-riskji u m'għandhomx ikunu eċċessivi jew mhux ikkoordinati. L-effiċjenza ta' miżuri addizzjonali li ġew introdotti fl-2001 għandha tiġi riveduta mill-Istati Uniti u l-Kummissjoni, sabiex jitneħħew ħoloq dgħajfin jew duplikati mill-katina tas-sikurezza. Il-Parlament kien favur il-kunċett ta' 'one stop security', jiġifieri l-iċċekkjar tal-passiġġieri u tal-bagalji fil-bidu tal-vjaġġ tagħhom biss u mhux ukoll waqt kull trasferiment. Il-privatezza taċ-ċittadini Ewropej u ta' dawk ta' l-Istati Uniti għandha tiġi rispettata meta tkun skambjata d-dejta personali tal-passiġġier bejn l-UE u l-Istati Uniti.
Jirrikonoxxi li s-settur ta' l-avjazzjoni jġib miegħu ħafna effetti ambjentali negattivi, b'mod partikolari bħala sors ta' storbju u bħala kontributur sinifikanti għall-bidla klimatika, u li dawn l-effetti se jikbru hekk kif tiżdied l-avjazzjoni; Ġie enfasizzat il-bżonn li kemm l-UE u kemm l-Istati Uniti jieħdu miżuri effettivi biex inaqqsu l-impatt ambjentali negattiv ta' l-avjazzjoni. F'dan ir-rigward il-Parlament laqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni li tinkludi l-avjazzjoni fis-sistema ta' l-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet, iżda rrimarka li jeħtieġ li jsiru taħditiet ma' l-Istati Uniti fi stadju bikri bil-ħsieb li t-traffiku ta' l-ajru transatlantiku jiġi kopert fis-sistema ta' l-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet sa l-2012. Fl-aħħarnett, il-partijiet interessati ta' l-Istati Uniti u l-UE fl-avjazzjoni għandhom jipparteċipaw f'djalogu kontinwu dwar l-istandards soċjali, bil-għan li jiġu promossi l-fehim reċiproku, kundizzjonijiet ugwali u standards soċjali għoljin fl-istess ħin, u għandha tiġi applikata l-leġiżlazzjoni soċjali internazzjonali.
Il-Parlament stieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li tgħarraf b'mod sħiħ lill-Parlament u tikkonsulta miegħu bis-sħiħ qabel u matul in-negozjati dwar it-tieni fażi, u laqa' b'sodisfazzjon il-laqgħat regolari bejn il-Membri tal-Parlament Ewropew u l-Kungress ta' l-Istati Uniti biex jiddiskutu l-kwistjonijiet rilevanti kollha dwar il-ftehima dwar l-avjazzjoni ta' bejn l-UE u l-Istati Uniti. Għalhekk ir-Rapporteur se jfittex li jkun hemm djalogu u skambju ta' informazzjoni iżjed sistematiku b'mod dirett ma' l-Amministrazzjoni u l-Kungress ta' l-Istati Uniti, bil-għan li jkun jista' jimmonitorja aħjar l-implimentazzjoni tal-ftehima kurrenti u l-preparazzjoni tal-ftehima tat-tieni fażi.
Rimarki oħrajn
Fis-7 ta' Ġunju 2007 l-Kunsill staqsa lill-Parlament permezz ta' ittra biex jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz tal-Ftehima. Fl-istess ittra, il-Kunsill għarraf lill-Parlament li l-Ftehima se tibda tiġi applikata b'mod proviżorju mit-30 ta' Marzu 2008.
Fid-dawl tar-rimarki t'hawn fuq dwar it-triq li għandha twassal għal din il-Ftehima u tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament ta' l-14 ta' Marzu 2007, ir-Rapporteur tiegħek jipproponi li l-Ftehima tiġi approvata. Fl-istess ħin, huwa jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet kollha li m'humiex inklużi biżżejjed fl-ewwel fażi tal-ftehima jiġu kkunsidrati fil-ftehima tat-tieni fażi.
PROĊEDURA
Titolu |
Ftehima dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-KE u l-Istati Uniti |
|||||||
Riferenzi |
COM(2006)0169 - C6-0210/2007 - 2006/0058(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-Parlament |
7.6.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 9.7.2007 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħtu opinjon(i) Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 9.7.2007 |
|
|
|
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
LIBE 3.9.2007 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Saïd El Khadraoui 30.6.2006 |
|
|
|||||
Eżaminazzjoni fil-kumitat |
22.11.2006 |
24.1.2007 |
27.8.2007 |
11.9.2007 |
||||
Data ta' l-adozzjoni |
11.9.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Michael Cramer, Arūnas Degutis, Christine De Veyrac, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Timothy Kirkhope, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Sepp Kusstatscher, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Robert Navarro, Josu Ortuondo Larrea, Paweł Bartłomiej Piskorski, Luís Queiró, Reinhard Rack, Brian Simpson, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Silvia-Adriana Ţicău, Yannick Vaugrenard, Lars Wohlin, Roberts Zīle |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Johannes Blokland, Jeanine Hennis-Plasschaert, Elisabeth Jeggle, Anne E. Jensen, Antonio López-Istúriz White, Helmuth Markov, Willem Schuth, Catherine Stihler, Ari Vatanen |
|||||||
Sostituti(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Ralf Walter |
|||||||