RAPPORT dwar il-Pjan ta' Politika fuq il-Migrazzjoni Legali

17.9.2007 - (2006/2251(INI))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Lilli Gruber

Proċedura : 2006/2251(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0322/2007

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-Pjan ta' Politika fuq il-Migrazzjoni Legali

(2006/2251(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pjan ta’ Politika għall-Immigrazzjoni Legali (COM(2005)0669 finali),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prijoritajiet ta' politika fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi (COM(2006)0402),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta' Frar 2007 bl-isem “il-Pjan ta' Politika fuq il-migrazzjoni legali, il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, il-ġejjieni tan-netwerk Ewropew tal-migrazzjoni” (CdR 233/2006),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' l-4 u l-5 ta' Novembru 2004 u l-Programm ta' The Hague inkluż magħhom[1],  

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bl-isem ''L-Approċċ Globali dwar il-Migrazzjoni sena wara: Lejn politika Ewropea komprensiva dwar il-migrazzjoni'' (COM(2006)0735),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2005 dwar ir-rabtiet bejn il-migrazzjoni legali u illegali u l-integrazzjoni tal-migranti[2],

–   wara li kkunsidra l-Green Paper dwar strateġija ta’ l-UE għat-treġija tal-migrazzjoni ekonomika (COM(2004)0811) u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar dan is-suġġett[3],

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Aġenda Komuni għall-Integrazzjoni - Qafas għall-Integrazzjoni ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi fl-Unjoni Ewropea (COM(2005)0389), u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2006 dwar strateġiji u mezzi għall-integrazzjoni ta' immigranti fl-Unjoni Ewropea[4],

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali[5],

–   wara li kkunsidra r-riżultat tal-konferenza ministerjali UE-Afrika dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp, li saret f'Rabat fl-10 u l-11 ta' Lulju 2006,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta Afrika-UE dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp, adottata fil-konferenza ministerjali UE-Afrika li saret fi Tripli fit-22 u t-23 ta' Novembru 2006,

–   wara li kkunsidra l-istrateġija globali hekk kif affermata mill-ġdid fil-konklużjonijiet tal-Presidenza wara l-Kunsill Ewropew ta' Brussell ta' l-14 u l-15 ta' Diċembru 2006,

–   wara li kkunsidra r-rapport ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE dwar il-migrazzjoni ta' ħaddiema kwalifikati u l-effett tagħha fuq l-iżvilupp nazzjonali, li ġie adottat fit-28 ta' Ġunju 2007;

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem ta' ''L-applikazzjoni ta’ Strateġija Globali għall-Migrazzjoni għar-Reġjuni tal-Lvant u x-Xlokk ta’ l-Ewropa li huma Ġirien ta’ l-Unjoni Ewropea'' (COM(2007)0247),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-migrazzjoni ċirkolari u l-partenarjati ta' mobbiltà bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi (COM(2007)0248),

–   wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi sanzjonijiet kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali (COM(2007)0249) - C6-0143/2007 - 2007/0094(COD)),

–   wara li kkunsidra t-Trattat ta' Amsterdam (li jagħti lill-Komunità poteri u responsabiltajiet fis-setturi ta' l-immigrazzjoni u ta' l-ażil) u l-Artikolu 63 tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0322/2007),

A. billi skond l-Eurostat, in-numru ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti legalment fis-27 Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea huwa ta' madwar 18.5 miljun ruħ (filwaqt li kważi 9 miljun ċittadin ta' l-Unjoni joqgħod fi Stat Membru li mhuwiex tiegħu),

B.  billi l-migrazzjoni huwa fenomenu internazzjonali li fih huma involuti wkoll iċ-ċittadini ta' l-UE bħala migranti huma stess,

C. billi, skond kemm it-trattati eżistenti kif ukoll skond l-abbozz tat-trattat il-ġdid, l-Istati Membri huma responsabbli de jure u de facto għall-iffissar tan-numru ta' migranti ekonomiċi li jitħallew jidħlu fl-UE għal skopijiet ta' impjieg,

D. billi strateġija komprensiva u koerenti għall-immigrazzjoni hija neċessarja fil-livell Ewropew, minħabba li bidla fil-politika ta’ l-immigrazzjoni fi Stat Membru tinfluwenza l-fluss ta' immigrazzjoni u l-iżviluppi fi Stati Membri oħra,

E.  billi r-realtà tax-xjuħija u t-tibdil demografiku jeħtieġu konsiderazzjoni mill-ġdid tal-politiki ta' l-immigrazzjoni minħabba li s-sitwazzjonijiet attwali u tal-ġejjieni tas-swieq tax-xogħol ta' l-UE jistgħu jiġu deskritti bħala li għandhom bżonn ta' immigrazzjoni legali mmexxija sew (skond il-Eurostat il-popolazzjoni f'età tax-xogħol fi ħdan il-popolazzjoni kollha għandha tonqos b'iktar minn 50 miljun sa l-2050),

F.  billi l-mandat ta’ l-IGC kif iddefinit mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2007 jipprevedi l–estensjoni tal-proċedura tal-Komunità għall-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw l-immigrazzjoni legali, u b’hekk tiġi eliminata d-disparità u titjieb l-effettività tat-teħid tad-deċiżjonijiet,

G. billi hemm bżonn ta' definizzjoni ta' l-immigranti li tkun aktar komprensiva u inklużiva, li tinkludi d-definizzjoni ta' l-istatus tal-persuni li m’humiex refuġjati imma li ma jistgħux jintbagħtu lura lejn il-pajjiż ta' l-oriġini tagħhom, sabiex tirrifletti l-iżviluppi tal-flussi migratorji,

H. billi s-sezzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-Pjan ta' Politika dwar l-Migrazzjoni Legali bl-isem 'Tkabbir ta' l-Għarfien u l-Informazzjoni' tgħid li għandhom isiru aktar studji dwar il-permessi għal dawk li qed ifittxu x-xogħol,

I.   billi hu importanti li wieħed jagħraf li ż-żieda fil-fluss tal-migrazzjoni għandha titqies bħala fenomenu globali li għandu għadd ta' raġunijiet u effetti,

J.   billi f’dan il-qasam, il-koperazzjoni min-naħa ta’ l-UE u ta’ l-Istati Membri tagħha mal-pajjiżi terzi ta’ l-oriġini u tat-tranżitu hija essenzjali,

K. billi l-kontrolli dwar l-immigrazzjoni legali kull ma jmorru qed isiru dejjem aktar iebsa; billi għadd ta’ pajjiżi introduċew skemi differenti ta' immigrazzjoni legali bbażati fuq kwoti jew punti; billi huwa ħażin li wieħed jagħti x'jifhem li l-immigrazzjoni m’hix ikkontrollata;

L.  billi l-għażliet ristrettivi żżejjed biex wieħed jidħol legalment fl-Unjoni Ewropea jinkoraġixxu b’mod indirett l-immigrazzjoni irregolari u l-ftuħ ta' mezzi għall-immigrazzjoni legali jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar ta' persuni,

M. billi wieħed għandu jfakkar li l-prinċipju ta' preferenza Komunitarja japplika fil-qasam tal-migrazzjoni ekonomika u billi miżuri tranżitorji japplikaw għall-moviment ħieles taċ-ċittadini ta' l-Istati Membri l-ġodda,

N. billi l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar ta' persuni hi daqstant inseparabbli minn politiki għad-dħul ta' immigranti ekonomiċi daqs kemm hi minn miżuri dwar l-integrazzjoni,

O. billi l-immigrazzjoni legali għandha tkun akkumpanjata minn politika effikaċi għall-integrazzjoni; billi l-integrazzjoni tikkostitwixxi proċess minn żewġ naħat li jikkonċerna kemm lill-immigranti minn pajjiżi terzi kif ukoll lill-popolazzjoni ta’ l-Ewropa, billi l-opportunità għall-individwi li jgħixu mas-sieħeb/sieħba u mat-tfal għandu jkun iffaċilitat,

P.  billi l-immigrazzjoni, fi żmien ftit għaxriet ta' snin, saret tema ċentrali tad-dibattitu pubbliku fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi - tema delikata ferm mil-lat politiku li faċilment tista' tiġi sfruttata għal skopijiet demagoġiċi u populisti;

Q. billi l-politiċi u l-persuni fil-midja għandhom jagħrfu ta’ l-importanza li jintuża lingwaġġ korrett dwar din il-kwistjoni,

R.  billi kemm ir-raġunijiet ta’ l-immigrazzjoni kif ukoll il-konsegwenzi pożittivi tagħha għandhom ikunu aktar preżenti fid-dibattitu pubbliku dwar il-kwistjoni,

S.  billi meta jitqies l-irwol ta' l-immigrazzjoni fl-iżvilupp ekonomiku, fit-tkabbir u b'hekk fl-impjieg fl-Ewropa, ikun utli li r-rappreżentanti tat-trejdunjins, ta' min iħaddem u tas-soċjetà ċivili jimpenjaw ruħhom iktar fid-dibattitu pubbliku dwar dawn il-kwistjonijiet,

T.  billi l-persuni responsabbli għall-politika ekonomika u soċjali għandhom ukoll jinformaw lill-pubbliku ġenerali dwar l-irwol ta' l-immigrazzjoni legali fit-tkabbir u fl-impjieg;

Strateġija ġenerali

1.        Jilqa' r-rispons tal-Kummissjoni għat-talba tal-Kunsill Ewropew għal pjan ta' politika dwar il-migrazzjoni legali li jinkludi proċeduri tad-dħul li jistgħu jirrispondu fil-pront għat-talbiet li ta' spiss ivarjaw fis-suq tax-xogħol;

2.        Jappoġġja l-istrateġija adottata fil-pjan ta’ azzjoni sabiex jingħelbu l-ostakli fi ħdan il-Kunsill dwar il-proposta ta' Direttiva tal-Kunsill ta’ l-2001 dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u ta' residenza taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' impjieg b'paga jew ta' l-eżerċizzju ta' attività ekonomika indipendenti;

3.        Jilqa' l-inizjattiva msemmija qabel dwar “L-Applikazzjoni ta' Strateġija Globali Għall-Migrazzjoni għar-Reġjuni tal-Lvant u x-Xlokk ta’ l-Ewropa li huma Ġirien ta' l-Unjoni Ewropea”; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li jkunu allokati biżżejjed riżorsi umani u finanzjarji għall-implimentazzjoni xierqa ta' l-istrateġija komprensiva dwar il-migrazzjoni; jisħaq dwar il-ħtieġa li jissaħħu d-djalogu reġjonali u l-koperazzjoni dwar il-migrazzjoni legali u jilqa' l-idea li jitwaqqfu pjattaformi ta' koperazzjoni reġjonali għall-migrazzjoni, li jġibu flimkien l-entitajiet relevanti kollha min-naħa ta' l-UE u fir-reġjun konċernat;

4.        Isostni li l-immigrazzjoni illegali ma' tistax tilqa’ kontriha sakemm ma jitwaqqfux mezzi u modi ta' immigrazzjoni legali fl-istess ħin, peress li ż-żewġ fenomeni huma marbuta flimkien mill-viċin;

5.        Iqis li l-ġbir ta’ dejta statistika konsistenti u ta' min joqgħod fuqha relatata mal-fenonmeni tal-migrazzjoni huwa essenzjali; jistenna li r-Regolament (KE) Nru 862/2007 ikun implimentat b’mod mgħaġġel u effettiv mill-Istati Membri kollha; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tissottometti - b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri - evalwazzjoni tan-numru ta' nies li jistgħu jkunu milquta mill-erba' direttivi speċifiċi; jistenna li n-Netwerk Ewropew għall-Migrazzjoni (EMN) jagħti kontribut sostanzjali u malajr f'dan il-qasam (f'assoċjazzjoni mal-Eurostat); jispera li tingħata attenzjoni partikulari lin-nisa meta jitqies li jirrappreżentaw nofs il-migranti;

6.        Jilqa' l-implikazzjonijiet istituzzjonali ta’ l-abbozz tat-Trattat ta' Riforma, kif stabilit mill-mandat ta' l-IGC, li jestendi l-vot b'maġġoranza kwalifikata u poteri ta' kodeċiżjoni għall-koperazzjoni tal-pulizija u tal-ġudikatura fuq kwistjonijiet kriminali kif ukoll dwar l-estensjoni ta’ kompetenzi rigward politiki ta' l-ażil u ta' l-immigrazzjoni ta' l-Unjoni; jilqa' b’mod partikulari l-estensjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja biex tkopri l-migrazzjoni legali u jqis li huwa raġonevoli li l-Istati Membri jkomplu jżommu d-dritt sovran biex jiddeterminaw l-ammont ta' migranti bi skop ta' xogħol li jistgħu jaċċettaw fit-territorji tagħhom;

7.        Jistieden lill-formazzjonijiet varji tal-Kunsill b'responsabilità f'dan il-qasam (il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, l-Impjiegi, il-Politika Soċjali, il-Ħarsien tas-Saħħa u tal-Konsumatur) sabiex iżidu l-isforzi tagħhom ħalli jikkoordinaw id-diskussjonijiet dwar il-Pjan ta' Politika dwar il-Migrazzjoni Legali;

8.        Jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni sabiex tiddefinixxi l-kundizzjonijiet ta’ dħul u ta’ residenza għall-kategoriji magħżula ta’ immigranti ekonomiċi, inkluż ħaddiema mhux kwalifikati jew bi ftit kwalifiki;

9.        Jitlob lill-Kummissjoni biex tbassar il-ħtiġijiet ta' forza tax-xogħol addizzjonali fid-diversi Stati Membri, fuq medda qasira u fuq medda medja ta' żmien; jistieden lill-Istati Membri biex jagħtu stima statistika lill-Kummissjoni sabiex din tkun tista' tipprepara tbassir adegwat dwar il-ħtiġijiet tal-forza tax-xogħol fl-UE; jenfasizza li dawn l-estimi għandhom iqisu wkoll il-migranti mhux ekonomiċi, ir-refuġjati u l-persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni sussidjarja, kif ukoll il-persuni li jibbenefikaw minn għaqda familjari;

10.      Iqis li għandha tingħata attenzjoni partikolari għas-sitwazzjoni tal-minuri li jistgħu jsibu rwieħhom żvantaġġati minħabba ċ-ċaqliq tal-ġenituri tagħhom u għandhom jitressqu proposti biex itaffu dawn l-effetti negattivi;

11.      Iqis li trid tiġi adottata definizzjoni ċara għal kull kategorija ta' migrant ekonomiku kkonċernata mid-direttivi li qed jitħejjew; jistieden lill-Istati Membri sabiex jikkoordinaw bejniethom u sabiex ipartu l-aħjar prattiki permezz tal-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni fl-oqsma ta' l-ażil u ta' l-immigrazzjoni kif maħsub fid-Deċiżjoni 2006/688/KE tal-5 ta’ Ottubru 2006 dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' informazzjoni reċiproka dwar il-miżuri ta' l-Istati Membri fl-oqsma ta' l-ażil u ta' l-immigrazzjoni[6];

12.      Jemmen li għandhom jitneħħew malajr kemm jista’ jkun l-ostakoli interni tranżitorji għall-moviment ħieles tal-ħaddiema mill-Istati Membri l-ġodda;

13.      Jappoġġja t-twaqqif ta' Portal ta' l-UE għall-Immigrazzjoni; f'dan il-kuntest, jilqa' t-tkabbir tas-servizzi tal-EURES biex jappoġġjaw it-tmexxija tal-migrazzjoni ekonomika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi;

Proposta għal direttiva ta' qafas ġenerali

14.      Iqis li huwa indispensabbli li jkun hemm Direttiva mfassla biex tiggarantixxi qafas komuni ta' drittijiet liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi impjegati legalment fi Stat Membru, flimkien mal-ħtieġa li jitwettqu numru ta' obbligi u jinsisti li direttiva bħal din tkun imressqa qabel l-erba' direttivi speċifiċi;

15.      Ifakkar dwar il-ħtieġa li jkunu evitati standards doppji tad-drittijiet bejn il-kategoriji differenti ta' ħaddiema u li jitħarsu b’mod partikulari d-drittijiet ta' ħaddiema staġjonali u ta' apprendisti li jiġu mħallsa, li huma iktar soġġetti għal riskji ta' abbużi;

16.      Japprova l-idea ta' applikazzjoni waħda għal permess konġunt ta' residenza u xogħol;

17.      Iqis ukoll li direttiva għandu jkollha proposti li jippermettu lill-migranti jbiddlu l-istatus tagħhom jew l-impjieg waqt li jibqgħu fl-UE;

18.      Jaqbel li rikonoxximent reċiproku ta' diplomi u kwalifiki oħra hu neċessarju biex jiġi evitat telf f'termini ta' valorizzazzjoni ta' dħul u ta' kompetenzi għall-immigrant kif ukoll għall-pajjiżi ta' residenza u ta' l-oriġini;

19.      Iqis li għandhom jiġi meqjusa miżuri sabiex tkun investigata l-possibiltà li l-immigranti jittrasferixxu d-drittijiet għall-pensjoni tagħhom u tad-drittijiet soċjali akkumulati tagħhom marbuta ma’ l-impjieg tagħhom, li għalihom huma kellhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet, f'każ li wieħed imur definittivament lura f'pajjiżu;

20.      Jistaqsi dwar ir-referenza msemmija fil-pjan ta’ politika dwar il-ġbir ta' dejta bijometrika l-“aktar avvanzata”; iqis li l-ħarsien tad-dejta personali għandu jkun rispettat f'kull każ, b’mod partikulari l-prinċipju tal-proporzjonalità u l-iskop ta' limitazzjoni;

21.      Jappoġġja r-ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema migranti kollha u tal-membri familjari tagħhom min-naħa ta' l-Istati Membri kollha;

Migrazzjoni ċirkolari, migrazzjoni ta’ ritorn u sħubijiet għall-mobilità

22.      Jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq dwar il-migrazzjoni ċirkolari u l-isħubijiet għall-mobilità bejn l-UE u l-pajjiżi terzi; jaqbel li għandhom jiġu evitati l-effetti ħżiena tat-“telf ta' l-imħuħ” (brain drain), billi minflok titrawwem l-idea ta' “ċirkulazzjoni ta' l-imħuħ” (brain circulation);

23.      Barra minn hekk jistieden lill-Kummissjoni biex tispjega r-rabta bejn ċirkularità u integrazzjoni; jirrimarka li skond il-Kummissjoni “l-immigrazzjoni li suppost hija ċirkolari malajr tista' ssir permanenti u b'hekk, ma tilħaqx l-għan maħsub”;

24.      Barra minn hekk, jenfasizza l-importanza ta’ l-istabbiliment ta' relazzjonijiet stabbli u ta' impjieg leġittimu bejn l-intrapriżi u l-ħaddiema biex tittejjeb il-produttività u l-kompetittività ta’ l-UE; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tqis l-effetti li jista' jkollha f'dan ir-rigward l-immigrazzjoni ċirkolari;

25.      Jappoġġja l-idea ta' viżi għal żmien twil u ta' dħul multiplu kif ukoll il-possibiltà li tingħata prijorità lill-immigranti ta’ qabel li jixtiequ permess ġdid ta' residenza bil-għan ta' impjieg temporanju ulterjuri;  

26.      Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis il-possibilitajiet kollha mressqa kemm mill-Parlament Ewropew kif ukoll mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali u sabiex tagħmel studju komprensiv dwar il-possibilità ta' implimentazzjoni ta' sistema ta' blue-card u ta' viża għal dawk li qed ifittxu x-xogħol;

27.      Juri l-interess tiegħu għall-proġett taċ-Ċentru ta' Informazzjoni u ta' Ġestjoni tal-Migrazzjoni li qed jiġi ppjanat f'Mali; jistieden lill-Kummissjoni biex tinforma lill-kumitati rilevanti tal-PE b'informazzjoni dettaljata minn qabel dwar il-bażi legali u d-dispożizzjonijiet baġitarji għall-proġett u aġġornamenti regolari dwar dan u dwar inizjattivi simili maħsuba minn pajjiż terz ieħor; jappoġġja l-idea li jkun applikat l-istess approċċ fir-reġjun tal-ġirien tal-Lvant;

Proposta għal Direttiva relatata mal-kundizzjonijiet ta' dħul u ta' residenza tal-ħaddiema kwalifikati ħafna

28.      Jappoġġja kwalunkwe miżura mfassla sabiex li l-UE ssir iktar attraenti għall-iktar ħaddiema kwalifikati, sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol ta' l-UE ħalli jiżguraw il-prosperità ta' l-Ewropa kif ukoll biex jimxu mal-miri ta' Liżbona; għal dan l-għan, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex:

    –      jesploraw modi li jagħtuhom id-dritt għall-moviment ħieles fl-UE;

–      jesploraw modi li jippermettulhom li jibqgħu fl-UE għal perjodu limitat wara tmiem il-kuntratt tagħhom jew wara li huma jiġu mkeċċija mix-xogħol għax ikunu żejda, sabiex ikunu jistgħu jfittxu impjieg;

29.      Jappoġġja, għalhekk, kwalunkwe miżura ta' simplifikazzjoni mfassla biex tiffaċilita d-dħul ta’ dawn il-ħaddiema, filwaqt li d-definizzjoni ta' ħtiġijiet u kwoti speċifiċi għall-migranti ekonomiċi jitħallew fil-kompetenza ta' l-Istat Membru;

30.      Iqis li meta jkunu qed jiġu definiti l-miżuri Ewropej għall-immigrazzjoni legali huwa importanti li jitqiesu r-riskji ta' “telf ta' l-imħuħ”; jirreferi għar-rapport imsemmi qabel ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE dwar il-migrazzjoni ta' ħaddiema kwalifikati u l-effett ta' din fuq l-iżvilupp nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni - flimkien mal-pajjiżi ta' l-oriġini - biex iwettqu studji statistiċi bil-ħsieb li jiġu identifikati l-oqsma ta' kompetenzi li fihom hemm riskju ċar ta' telf ta' l-imħuħ;

31.      Jappoġġja l-ħolqien ta' permess tax-xogħol maħruġ mill-UE (dik li tissejjaħ blue-card) li jiffaċilita l-moviment liberu ta' l-“imħuħ” fl-Ewropa u t-trasferiment tal-persunal fi ħdan il-kumpaniji multinazzjonali;

Proposta għal Direttiva relatata mal-kundizzjonijiet ta' dħul u ta' residenza tal-ħaddiema staġjonali

32.      Jirrimarka li l-ħaddiema staġjonali minn pajjiżi terzi jikkontribwixxu b'mod essenzjali f'setturi bħall-agrikultura, il-kostruzzjoni u t-turiżmu; jenfasizza l-importanza dejjem tikber ta' l-impjieg irregolari f'dawn is-setturi f'bosta Stati Membri u għalhekk iqis li l-iskema proposta hija essenzjali; f'dan is-sens, jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi sanzjonijiet kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali (COM(2007)0249);

33.      Jenfasizza fl-istess ħin l-importanza kruċjali li għandhom il-flessibilità u r-rapidità fil-proċeduri ta' reklutaġġ fil-każ tax-xogħol staġjonali; jenfasizza l-importanza ta' esperjenzi lokali, b'attenzjoni partikolari għas-settur agrikolu; jenfasizza għalhekk il-ħtieġa li dan jiġi kkunsidrat;

34.      Iqis li l-ħaddiema staġjonali li jirrispettaw ir-regoli eżistenti għal dan it-tip ta' migrazzjoni għandhom jibbenefikaw minn aċċess prijoritarju għal forom oħra ta' immigrazzjoni legali;

Proposta għal direttiva dwar il-proċeduri li jirregolaw id-dħul, il-waqfa u r-residenza temporanji ta' persuni trasferiti fi ħdan l-intrapriżi tagħhom

35.      Japprova l-idea tal-Kummissjoni li ssaħħaħ il-qafas legali sabiex tkun megħjuna l-mobilità fl-Ewropa; ifakkar li s-sitwazzjoni tal-persuni kkonċernati hija regolata fi ħdan il-GATS;

Proposta għal direttiva dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza għal apprendisti bi ħlas

36.      Iqis li teħtieġ definizzjoni ċara tal-kategorija ta’ l-apprendisti bi ħlas (limiti dwar l-età, kompetenzi lingwistiċi, perjodu massimu ta' apprendistat, il-possibilità li jinbidel l-istatut għal xi għamla oħra ta' permess ta’ residenza, eċċ) u li jiġu maħluqa kontrolli sabiex ikun evitat li jsir abbuż ta' l-istatut;‑

37.      Jipproponi li jingħata permess ta’ residenza lil apprendisti bi ħlas, validu għal bejn 6 u 12-il xahar; jappoġġja l-iżvilupp ta' programmi ta' sħubija ma' l-universitajiet ta' pajjiżi terzi;

Integrazzjoni

38.      Ifakkar fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2005 (A6-0136/2005) u tas-6 ta’ Lulju 2006 (A6-0190/2006)[7];

39.      Jilqa’ bi pjaċir il-laqgħa informali li saret f'Potsdam fil-10 u l-l1 ta' Mejju 2007 mill-Ministri responsabbli għall-integrazzjoni; ifakkar li l-politika għall-immigrazzjoni ta' l-UE għandha tkun ibbażata fuq strateġija globali li tikkonċilja l-esiġenzi tas-suq tax-xogħol fl-Istati Membri u l-politiki tad-dħul u ta’ l-integrazzjoni; iqis li għandu jitfassal sommarju ta’ drittijiet u dmirijiet ta’ ħaddiema migranti sabiex ikun eħfef għal dawn il-ħaddiema li jieħdu sehem fil-ħajja ekonomika, soċjali u politika, sabiex tintlaħaq l-integrazzjoni; jara li l-iskejjel huma forum essenzjali għad-djaloġu interkulturali u għall-integrazzjoni;

40.      Itenni li ċ-ċelebrazzjoni ta’ l-2008 bħala s-sena tad-djalogu interkulturali għandha tikkontribwixxi li titjieb l-integrazzjoni ta’ l-immigranti fis-soċjetajiet u l-viċinati ospitanti, u għall-ftehim reċiproku, biex b’hekk jitnaqqsu l-kriżijiet ta’ sfiduċja, ta’ razziżmu u ta’ ksenofobija; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex jippromwovi x-xogħol ta’ l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili favur il-koeżistenza interkulturali u r-rispett reċiproku, u għall-edukazzjoni fis-servizz tal-paċi u tan-nuqqas ta’ vjolenza; ifakkar li l-politiki fil-livelli kollha għandhom ikunu konxji tar-responsabilità tagħhom fl-użu ta’ lingwaġġ korrett f’din il-kwistjoni;

41.     Jistieden lill-Istati Membri sabiex japplikaw id-Direttiva 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt ta’ l-għaqda tal-familji[8]; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jagħtu status legali lin-nisa migranti li jaslu minħabba raġunijiet ta’ rijunifikazzjoni tal-familja li tkun indipendenti minn dak ta’ żwieġhom;

Komunikazzjoni

42.     Jisħaq fuq ir-risponsabbiltà partikulari li għandha l-midja (b’mod partikulari dik tas-servizzi pubbliċi Ewropej tar-radju u t-televiżjoni) fix-xandir ta' xbieha eżatta ta' l-immigrazzjoni, u biex jingħelbu l-isterjotipi;

43.      Iqis li huwa essenzjali li persuni interessati jiġu infurmati - kemm jista' jkun qabel ma jitilqu - dwar it-termini u l-kundizzjonijiet u l-opportunitajiet għall-immigrazzjoni legali fl-Unjoni; din l-informazzjoni għandha tiġi mxandra kemm jista' jkun fil-pajjiżi terzi minn organi pubbliċi (jew permezz ta' ambaxxati ta' l-Istati Membri jew inkella konsulati, jew mid-delegazzjoni tal-Kummissjoni li jkun hemm fil-pajjiż); b’dan il-ħsieb, jitlob li jinħoloq mingħajr dewmien portal Ewropew fuq l-internet dwar l-immigrazzjoni;

44.      Jappoġġja l-proġetti mfassla biex jitfasslu korsijiet ta’ taħriġ u lingwistiċi fil-pajjiż ta' l-oriġini sabiex jgħinu l-immigranti jiżviluppaw kompetenzi u jippreparaw rwieħhom aħjar skond il-ħtiġijiet tax-xogħol fl-UE;

Il-koperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini

45.     Ifakkar fil-ħtieġa li jkun hemm politika ta' żvilupp konġunt; jappoġġja l-għan li jsiru ftehimiet ma' pajjiżi terzi sabiex ikun jista' jkun hemm amministrazzjoni effiċjenti kemm ta' l-immigrazzjoni legali, kif ukoll ta' l-immigrazzjoni illegali; iqis, madankollu, li ftehimiet bħal dawn għandhom ikunu b’konformità sħiħa mad-drittijiet tal-bniedem; rigward dan jistqarr li għandu r-riżervi tiegħu dwar il-finanzjament ta' proġetti f’pajjiżi li ma jirrrispettawx dawn id-drittijiet;

46.     Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri sabiex jesploraw modi li bihom ikun iffaċilitat il-moviment ħieles tal-migranti bejn il-pajjiż fejn jgħixu u pajjiżhom;

47.      Ifakkar li l-fondi li l-immigranti jittrasferixxu lejn il-pajjiżi ta' oriġini tagħhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-pajjiżi kkonċernati; iqis li, filwaqt li jkun żgurat livell adegwat ta’ kontroll u sigurtà ta’ din it-tranżazzjoni, li l-ispejjeż tat-trasferiment ta’ fondi lejn il-pajjiżi ta’ oriġini għandhom jitnaqqsu sabiex jingħata kontribut għall-iżvilupp; jenfasizza li għalkemm għandu jsir kull sforz sabiex it-trasferiment ta’ flus mibgħuta jkun imħaffef u inqas għali, dawn jibqgħu fondi privati li jibbenefikaw qabel kollox lill-familji li jirċevuhom u m'għandhomx jidhru bħala sostitut għall-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp;

48.    Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jipparteċipaw f'dibattitu annwali mal-Parlament dwar il-politika għall-immigrazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni biex f'okkażjonijiet bħal dawn tippreżenta evalwazzjoni komprensiva tas-sitwazzjoni ta' l-immigrazzjoni fl-Ewropa;

49.    Jistieden lill-kumitat rilevanti biex jidħol fi djalogu mill-qrib ma' kumitati simili fil-parlamenti nazzjonali ta’ l-Istati Membri li huma responsabbli għal kwistjonijiet dwar l-immigrazzjoni u biex ikompli bil-koperazzjoni mal-Kummissjoni għall-migranti, ir-refuġjati u l-popolazzjoni ta' l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa;

* *

*

50.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-Parlamenti ta' l-Istati Membri, lill-Kunsill ta' l-Ewropa, lill-Kummissarjat Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati u lill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni.

  • [1]  Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, Anness I, punt III.
  • [2]  ĠU C 124 E, 25.5.2006, p. 535.
  • [3]  ĠU C 272 E, 9.11.2006, p. 442.
  • [4]  Testi Adottati, P6_TA(2006)0318.
  • [5]  ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23.
  • [6]  ĠU L 283, 14.10.2006, p. 40.
  • [7]  ĠU C 303 E, 13.12.2006, p. 845.
  • [8]  ĠU L 283, 14.10.2006, p. 40.

NOTA SPJEGATTIVA

Fl-okkażjoni tal-Kunsill Ewropew ta' Tampere f'Ottubru ta' l-1999, l-Istati Membri kienu stabbilew il-miri tal-politika Ewropea għal immigrazzjoni konsistenti u bbilanċjata, bbażata fuq erba' punti prinċipali: id-definizzjoni ta' politika għall-immigrazzjoni legali, il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, il-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi u l-integrazzjoni tal-ħaddiema immigrati.

L-attakki terroristiċi tal-11 ta' Settembru 2001 sfrattaw l-aġendi kollha dinjija u Ewropej u taw daqqa lill-politika għall-immigrazzjoni "pożittiva", li ġabet id-dinja f’waqfa mhux mistennija. Minħabba f'hekk, fil-Kunsilli Ewropej li ġew wara (minn Sivilja f’Ġunju 2002 sa Le Hague f’Novembru 2004) ġew ittratati biss, kważi esklużivament, kwistjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin. Filfatt, ġew implimenati xi strumenti leġiżlattivi sinifikanti għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, iżda mingħajr suċċess f'li jwasslu għall-formulazzjoni ta' politika komuni konsistenti.

Kien biss fl-2006 li - b'mod partikulari permezz ta' l-insistenza kostanti tal-Parlament Ewropew - it-tema ta' l-immigrazzjoni legali reġgħat tqegħdet fuq il-mejda, fl-okkażjoni tas-samit informali ta' Lahti f'Novembru 2006 u tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell li ġie wara f'Diċembru 2006). Għall-ewwel darba sa minn wara s-samit ta' Tampere, il-koperazzjoni ta’ l-UE mal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu reġgħet dehret fuq l-aġenda sabiex jinħolqu mezzi legali. F'Diċembru, il-Kunsill Ewropew ta' Brussell stieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta komunikazzjoni fuq dan is-suġġett.

Il-programm ta' politika ppubblikat fl-2005 għalhekk ippermetta lill-Kummissjoni li tagħti l-ewwel risposta konkreta għall-kwistjoni ta' l-immigrazzjoni legali, wara perjodu ta' staġnar ta' aktar minn ħames snin.

Filfatt, sa mill-2001 il-Kummissjoni kienet ippreżentat proposta għal direttiva dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u ta' residenza ta' ħaddiema minn pajjiżi terzi li din - wara snin twal imblukkata fil-Kunsill - sa fl-aħħar sfat irtirata mill-Kummissjoni Barroso.

Din il-proposta[1] qatt ma ġiet approvata mill-Kunsill. Meta wieħed iqis il-klima politika l-aktar komuni, u b'mod partikulari minħabba l-11 ta' Settembru 2001, il-Kummissjoni qieset li jkun aħjar li tibdel l-istrateġija tagħha u tmur pass lura. Għalhekk f'Jannar ta' l-2005 hija nediet konsultazzjonijiet vasti - permezz ta' Green Paper - bl-iskop li jiġi determinat l-istrateġija li għandha tiġi adottata biex jiġu mmaniġġjati l-migrazzjonijiet ekonomiċi. Ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet pubbliċi wrew li hemm konsensus qawwi favur politika komuni ta' l-Unjoni Ewropea. Minkejja dan, kien hemm xi nuqqas ta’ qbil rigward l-approċċ li kellu jintuża, kif ukoll ir-rapport Klamt (li ġie adottat mill-Parlament f'Ottubru ta' l-2005) ma rnexxilux jaqbel fuq viżjoni komuni[2].

Il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tirrinunzja għall-approċċ orizzontali u għall-idea ta' direttiva waħda dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza li għandhom japplikaw għall-kategoriji kollha ta' ħaddiema immigranti u minflok ippreferiet tadotta approċċ pass pass u diversifikat: erba' direttivi settorjali li l-iskop tagħhom ikun biss li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għad-dħul għal kategoriji speċifiċi ta' immigranti. L-erba’ proposti ma jkunux ippreżentati fl-istess żmien iżda suċċessivament tul it-tliet snin li jmiss. Japplikaw il-kategoriji li ġejjin:

· ħaddiema bi kwalifiki għoljin (li tiġi ppreżentata f'Settembru 2007)

· ħaddiema staġjonali ( li tiġi ppreżentata fil-ħarifa ta' l-2008)

· apprendisti bi ħlas (li tiġi ppreżentata fil-ħarifa ta' l-2008)

· impjegati ttrasferiti bejn kumpaniji multinazzjonali (li tiġi ppreżentata fl-2009).

Barra minn dawn l-erba' proposti speċifiċi, il-Kummissjoni għandha tippreżenta direttiva ġenerali ta' qafas f'Settembtu 2007 li l-iskop tagħha jkun li jkun hemm bażi komuni ta' drittijiet għall-ħaddiema immigranti li jaħdmu b’mod legali ġo Stat Membru imma li jkunu għad m'għandhomx l-istatus ta' residenza fit-tul[3].

Bħala rtokk finali għall-pjan ta' politika tagħha l-Kummissjoni pproponiet ukoll reċentement (flimkien mad-definizzjoni ta' “pakket ta' miżuri għall-mobilità” b’koperazzjoni ma' pajjiżi terzi ta' oriġini) il-ħolqien ta' portal Ewropew sa tmiem l-2007 sabiex tinforma lill-immigranti potenzjali dwar l-opportunitajiet ta' xogħol legali fl-UE u dwar il-liġijiet tad-dħul. F'dan l-istess kuntest, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tiftaħ ċentri f’pajjiżi terzi li l-iskop tagħhom ikun li jiffaċilitaw l-aċċess għal mezzi legali u biex jiskuraġġixxi l-immigrazzjoni illegali.

Fl-aħħarnett, hija għadha kemm ippreżentat proposta għal direttiva u żewġ komunikazzjonijiet li jirrigwardaw direttament l-immigrazzjoni legali:

- proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi għal sanzjonijiet kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali (COM(2007) 249 finali - 2007/0094 (COD)),

- komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-emigrazzjoni ċirkolari u l-partenarjati ta' mobiltà bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi (COM(2007)0248 finali),

- Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem ta' “L-applikazzjoni ta’ Strateġija Globali għall-Migrazzjoni għar-Reġjuni tal-Lvant u x-Xlokk ta’ l-Ewropa li huma Ġirien ta’ l-Unjoni Ewropea” (COM(2007) 0247 finali),

L-aspett istituzzjonali

Meta fl-1 ta' Jannar 2005 l-Kunsill fl-aħħar implimenta - wara ħafna dewmien - id-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-KE li jaħsbu għal bidla għal kodeċiżjoni u għal maġġoranza kwalifikata fil-każ ta’ “s-suġġetti kollha jew uħud minnhom li jaqgħu taħt it-Titolju IV”, il-Ministri Ewropej b'xorti ħażina xtaqu li jeskludu l-immigrazzjoni legali u l-integrazzjoni mill-iskop ta' din l-azzjoni.

Il-Parlament ikkritika bosta drabi d-deċiżjoni tal-gvernijiet li ltaqghu fi ħdan il-Kunsill u talab li tiġi applikata l-“klawsola ta’ tranżizzjoni” (transition clause) maħsuba fl-Artikolu 67, inkluż fil-każ ta’ miżuri dwar l-immigrazzjoni legali u l-integrazzjoni.

Kieku t-Trattat għall-Kostituzzjoni ġie adottat, il-proċedura ta' votazzjoni normali kienet tiġi estiża għas-settur kollu. Madankollu, ta' min jinnota wkoll, li t-Trattat - bħala riflessjoni tax-xettiċiżmu ta' wara l-11 ta' Settembru - għandu dispożizzjoni ġdida li tista' titqies bħala restrittiva: fil-paragrafu miżjud mill-Konferenza Intergovernattiva huwa ddikkjarat li l-politika Ewropa “ma taffettwax id-dritt ta' l-Istati Membri li jistipulaw limitu fuq id-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi (....) fit-territorju tagħhom bl-iskop li jfittxu xogħol bi ħlas jew mingħajr ħlas”.

Fir-realtà, huwa diffiċli - anke fuq il-bażi tat-Trattati li ġew infurzati - li jiġi estrapolat mill-kompetenzi ġenerali ta' l-UE dwar “il-kundizzjonijiet għad-dħul u għar-residenza” biex tinħareġ regola speċifika li tippermetti li d-dħul fl-Istati Membri jkun amministrat minn sett wieħed ta’ regoli, peress li dan it-tip ta’ dħul jibqa' kompetenza ta’ l-Istati Membri individwali.

Kwalunkwe riforma tat-Trattati eżistenti għandha idealment iġġib magħha titjib lill-proċeduri għad-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-politika għall-immigrazzjoni u s-simplifikazzjoni tagħhom.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur tilqa’ l-pjan ta’ politika tal-Kummissjoni, li hija tqis bħala l-ewwel pass lejn id-definizzjoni ta’ politika komuni rigward l-immigrazzjoni legali. Madankollu jiddispjaċiha li għadu ma ġiex adottat approċċ orizzontali, peress li dak kien jippermetti li jiġu stabbiliti regoli minimi komuni għall-Istati Membri kollha u għall-kategoriji ta’ immigranti. It-tfassil ta' politika komuni huwa importanti ħafna sabiex ikun żgurat li politiki li jvarjaw b’mod eċċessiv minn Stat Membru għal ieħor ma jdawrux ir-rotta tal-fluss tal-migranti mid-destinazzjoni inizjali tagħhom.

Il-klassi politika kemm fuq il-livell ta’ l-UE kif ukoll fuq dak nazzjonali għandha tkun kapaċi taġixxi billi tmur lil hinn minn kunsiderazzjonijiet purament elettorali u trid tadotta approċċ għall-politika dwar l-immigrazzjoni li jkun wieħed komprensiv u integrat, kif issuġġeriet reċentement il-Kummissjoni nnifisha.

Huwa fuq dan l-isfond li l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali għandha tiġi miġġielda fil-ġejjieni.

Għandhom jiġu kkunsidrati aktar fil-fond dawn il-punti:

· L-adozzjoni separata tad-direttivi settorjali: il-ħames direttivi proposti fi ħdan il-pjan ta’ politika għandhom jiġu kkunsidrati bħala “pakkett” wieħed. Jeħtieġ li tiġi mfassla bla telf ta' żmien proposta għal “direttiva ta' qafas” dwar id-drittijiet ta' l-immigranti li għadhom ma kisbux l-istatus ta' residenza fit-tul.

· Proposta għal direttiva dwar xogħol ta’ l-ogħla ħila: jeħtieġ li jinstab bilanċ aċċettabbli bejn direzzjonijiet ta’ azzjoni maħsuba biex jinkuraġġixxu li jiġu fl-Ewropa ħaddiema bl-ogħla ħiliet, u l-ħtieġa li jiġi evitat li jkun hemm “telf ta' l-imħuħ” (brain drain) minn pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Il-proposta tal-Kummissjoni rigward “il-migrazzjoni ċirkulari” jeħtieġ li tiġi mistħarrġa aktar bir-reqqa.

· Definizzjoni tal-kategorija tal- “ħaddiem bl-ogħla ħiliet” meta m'hemmx kriterji komuni għar-rikonoxximent tal-kwalifiki.

· Is-setturi li ġew proposti ma jidhrux li huma l-uniċi li jeħtieġu azzjoni Komunitarja jew li jeħtiġuha bħala prijorità; biżżejjed li wieħed jikkunsidra, pereżempju, il-kura tas-saħħa, il-kejtering jew l-industrija tal-kostruzzjoni.

· Evalwazzjoni ta’ l-iskop propju biex tiġi stabbilita “Karta Ħadra Ewropea” għall-ħaddiema tas-setturi milquta mid-direttivi (u f'setturi oħrajn ukoll).

· Il-formalitajiet burokratiċi li għalihom huma suġġetti l-ħaddiema bl-ogħla ħiliet; dawn jeħtieġ li jsiru aktar flessibbli, u dan japplika wkoll għat-trasferimenti fi ħdan kumpaniji multinazzjonali.

· Għandha tiġi kkunsidrata - fuq il-bażi ta' kriterji speċifiċi - il-possibilità li ħaddiema staġjonali jkunu jistgħu jibdlu l-permessi tax- xogħol staġjonali tagħhom ma' permesi ta’ residenza fit-tul jew ma' permessi biex ifittxu impjieg.

· Bl-istess mod (din id-darba rigward il-proposta għal direttiva dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' apprendisti imħallsa) jeħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet għall-ħruġ ta' permessi għat-tiftix ta’ impieg meta jiskadu l-permessi maħruġa biex ikopru perjodu ta’ taħriġ.

· Hija ta’ interess ewlieni l-proposta mressqa mill-Viċi-President tal-Kummissjoni, Franco Frattini fil-konferenza ta' Tripli dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp tat-22 ta' Novembru 2006 dwar il-possibilità li jitwaqqfu fil-livell Ewropew “pakketti ta' kwoti għad-dħul legali” li jiġu offruti lill-pajjiżi terzi bil-patt li jkun hemm kontroll aħjar tal-flussi ta’ migrazzjoni illegali u r-riammissjoni ta' immigranti illegali. Dawn il-proposti speċifiċi li l-Kummissjoni bi ħsiebha tippreżenta issa għandhom jiġu evalwati.

· Peress li l-unanimità hija meħtieġa dejjem fil-votazzjonijiet tal-Kunsill hemm ir-riskju reali ħafna (kif wieħed jista' jinnota f'setturi oħrajn) li fl-aħħar mill-aħħar it-testi adottati ma jirrappreżentaw xejn għajr “l-iċken denominatur komuni”, li bosta drabi jkun il-frott ta' kompromess dgħajjef li jillimità l-valur miżjud Ewropew.

· 

  • [1]  Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u ta’ residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi sabiex ikollhom impjieg bi ħlas u l-attività ekonomika indipendenti (COM (2001)(O386). Rapport Terroni Cusi, T5-0050/2003 tat-12 ta' Frar 2003.
  • [2]  Il-Parlament adotta r-rapport Klamt dwar il-Green Paper (T6-0408/2005 tas-26 ta' Ottubru 2005).
  • [3]  Skond id-Direttiva 2003/109/KE, dan l-istatus jinkiseb wara ħames snin.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP (8.11.2006)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-migrazzjoni legali: pjan ta' politika 2006-2009
(2006/2251(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Manolis Mavrommatis

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.   Jemmen li l-immigrazzjoni tal-massa hija riżultat ta' ekonomiji falluti, iż-żieda fil-faqar tal-popolazzjoni, ksur tad-drittijiet tal-bniedem, id-degradazzjoni ambjentali, il-qasma dejjem tikber bejn il-pajjiżi sinjuri u dawk fqar, il-gwerra ċivili, gwerer għall-kontroll tar-riżorsi naturali, il-persekuzzjoni minħabba politika;

2.   Huwa konvint li l-Unjoni Ewropea trid timmira għall-irwol maġġuri fit-twettiq ta' l-immigrazzjoni bħala spinta għall-iżvilupp u jinnota li l-unika reazzjoni adattata ta' l-UE għall-fenomenu ta' l-immigrazzjoni hija l-istrateġija fil-livell ta' l-UE, li tistabbilixxi objettivi komuni u mekkaniżmi disponibbli biex tindirizza sfidi komuni fi spirtu ta' solidarjetà reċiproka;

3.   Jilqa' b'sodisfazzjon il-Pjan ta' Politika dwar il-Migrazzjoni Legali ppreżentat mill-Kummissjoni, iżda jaħseb li dan il-pjan jeħtieġ ikun komplimentat minn Pjan ta' Azzjoni dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp, wara l-konklużjonijiet tad-Djalogu fuq Livell Għoli tan-NU dwar il-Migrazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp (14-15 ta' Settembru 2006) u bħala preparazzjoni għall-Konferenza Ministerjali Ewropa-Afrika dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp li ss ssir fi Tripoli, fit-22 u t-23 ta' Novembru 2006;

4.   Jinnota li immigranti huma sors ta' arrikkiment għall-pajjiżi li jospitawhom u jinsisti li dan l-irwol irid jiġi rikonoxxut aktar u jiġi promoss; jenfasizza li l-programmi ta' integrazzjoni ta' l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea għandhom jagħtu iktar attenzjoni għar-riskju tad-diskriminazzjoni kontra l-immigranti;

5.   Jinsisti li l-Unjoni Ewropea għandha twettaq djalogu politiku fuq livell għoli mal-pajjiżi tal-kontinent Afrikan dwar is-suġġett ta' l-immigrazzjoni, fil-forma ta' ftehimiet prattiċi li jikkoordinaw l-iżvilupp ta' dawk il-pajjiżi mal-politika ta' immigrazzjoni ta' l-UE; jilqa' b'sodisfazzjoni il-Konferenza Ministerjali UE-Afrika dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp li għandha ssir fi Tripli fit-22 u t-23 ta' Novembru 2006;

6.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri biex jimplimentaw politiki mmirati lejn it-tnaqqis ta' effetti soċjali u ekonomiċi negattivi tal-ħarba ta' l-imħuħ, waqt li titqies il-kriżi globali ta' riżorsi umani fil-qasam tas-saħħa, b'nuqqasijiet serji ta' ħaddiema fil-qasam tas-saħħa b'mod partikulari f'partijiet ta' l-Afrika;

7.   Jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw stat legali sikur għall-immigranti kkonċernati u jenfasizza l-fatt li kemm iċ-ċittadini ta' l-UE u l-ħaddiema immigranti għandhom drittijiet u obbligi li jridu jkunu rispettati f'kull ħin;

8.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tintegra l-kwistjoni tal-migrazzjoni b'mod sistematiku fid-Dokumenti ta' Strateġija tal-Pajjiż kollha;

9.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tassisti l-politiki ta' integrazzjoni ta' l-Istati Membri permezz ta' strumenti finanzjarji u jenfasizza l-ħtieġa biex ikun stabbilit fond speċifiku li jippermetti miżuri ta' kożvilupp biex ikunu ffinanzjati u garantiti b'fond li jiżgura l-eżistenza fuq perjodu ta' żmien fit-tul ta' mikro-proġetti għall-immigranti;

10. Jappoġġja l-integrazzjoni ġdida ta' immigranti u jafferma li l-politiki u miżuri ta' intergrazzjoni rilevanti għandhom ikunu inklużi fil-livelli kollha rilevanti ta' politika, Ewropea, governattiva, nazzjonali, reġjonali u lokali, bħala kunsiderazzjoni moderna fit-tiswir u l-implimentazzjoni ta' politika pubblika;

11. Jenfasizza l-importanza li jitqies b'mod xieraq il-fatt li 51% ta' l-immigranti fil-pajjiżi industrijalizzati huma nisa, u li n-nisa jiġu permessi jkollhom aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol sabiex itejbu l-kundizzjonijiet ta' xogħol, tal-ħajja u soċjali ta' l-immigranti nisa u l-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni, is-servizzi tas-saħħa, korsijiet tal-lingwi u taħtriġ professjonali u l-parteċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet tan-nisa immigranti fit-tfassil, l-applikazzjoni u l-evalwazzjoni ta' miżuri ta' politika ta' dan it-tip;

12. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jipprovdu finanzjament għal programmi sabiex jitwaqqfu programmi ta' informazzjoni u ta' gwida għal applikanti għal immigrazzjoni legali fl-Unjoni Ewropea fil-pajjiżi ta' l-oriġini tagħhom stess;

13. Jenfasizza li l-leġiżlazzjoni ta' l-UE u nazzjonali dwar il-migrazzjoni internazzjonali għandha tirrifletti standards tad-drittijiet tal-bniedem li sar ftehim fuqhom fil-kamp internazzjonali;

14. Jilqa' b'sodisfazzjon l-proposta tal-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi l-immigrazzjoni ċirkolari u tfittex strutturi legalment vijabbli għal dan l-għan f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, bl-immigranti li jivvjaġġaw bejn il-pajjiż ta' l-oriġini u l-pajjiż ta' destinazzjoni, u b'hekk jakkumulaw tagħrif u esperjenza li jkunu disponibbli għall-pajjiż ta' l-oriġini tagħhom; jinnota li huwa meħtieġ li l-immigrazzjoni ċirkolari tkun akkumpanjata b'miżuri ta' integrazzjoni, bħat-trasferiment ta' talbiet għall-pensjoni u l-pagamenti ta' sigurtà soċjali kollha l-oħra bejn il-pajjiż ta' l-oriġini u l-pajjiż li jospita, għal migranti li qed jitilqu u dawk li qed jirritornaw;

15. Jenfasizza li l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin marbut mal-migrazzjoni għandha tkun żgurata bħala prijorità ta' l-UE u li riżorsi finanzjari xierqa għandhom jiġu indirizzati lejn din l-azzjoni u jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-traġedji umani li qed iseħħu kuljum fil-fruntieri ta' l-Unjoni minħabba l-attentati ta' nies li qed jippruvaw jidħlu klandestinament fit-territorju ta' l-UE;

16. Jappoġġja l-istabiliment ta' applikazzjoni komuni għal permessi ta' xogħol u ta' residenza għall-Istati Membri kollha, kif ukoll il-ħruġ ta' permess komuni ta' xogħol u ta' residenza sabiex l-immigranti ma jkunux sfruttati minn gruppi kriminali li joħorġu permessi bħal dawn;

17. Jappoġġja miżuri fuq livell nazzjonali u ta' l-UE relatati maż-żieda fil-kuxjenza, kampanji kontra d-diskriminazzjoni, pakketti ta' informazzjoni għall-immigranti ekonomiċi li jkunu għadhom jaslu, korsijiet ta' lingwa u ta' orjentazzjoni ċivika, taħriġ, inizjattivi kulturali permezz ta' finanzjar ta' EU xieraq, bħall-AENEAS u l-fond ta' integrazzjoni futur ta' l-UE;

18. Jenfasizza li għalkemm kull sforz għandu jsir sabiex jiġi faċilitat u jkun ta' spiża inqas it-trasferiment ta' bgħit ta' flus, huma jibqgħu fondi privati li primarjament jibbenefikaw lill-familji li jirċevuhom u m'għandhomx jitqiesu bħala sostitut għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp;

19. Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jirratifikaw il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Immigranti u jonora bi sħiħ l-impenji internazzjonali tagħhom relatati mal-protezzjoni ta' l-immigranti u tal-familji tagħhom;

20. Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti biex jiġi stabilit Forum Globali dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp li jsir kull sena b'mod informali u li ma jorbotx, bħala segwitu għat-taħdidiet dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp u sabiex titkattar bejn il-gvernijiet il-koperazzjoni prattika u bbażata fuq l-evidenza;

21. Jenfasizza l-importanza tal-faċilitar ta' l-integrazzjoni mill-ġdid ta' migranti fir-ritorn volontarju tagħhom għall-pajjiżi ta' l-oriġini tagħhom, u b'mod partikulari l-kwistjoni ta' l-iżgurar tal-portabilità tal-pensjonijiet u l-aċċess għal servizzi soċjali, kif ukoll il-faċilitar ta' l-aċċess tagħhom għal self u t-twaqqif ta' negozji żgħar;

22. Jitlob li jkun hemm trattament ugwali fir-rigward tas-sigurtà soċjali għal persuni ta' ċittadinanza ta' pajjiż fl-ACP u jaħseb li l-isħubija ACP-UE hija qafas partikularment xieraq għat-tressiq ta' risposti konġunti dwar il-kwistjoni tal-migrazzjoni, skond l-Artikolu 13 tal-Ftehima ta' Cotonou.

PROĊEDURA

Titolu

Migrazzjoni legali: pjan ta' politika 2006-2009

Numru ta' Proċedura

2006/2251(INI)

Kumitat responsabbli

LIBE

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE
26.10.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Manolis Mavrommatis
25.1.2006

'Rapporteur' ta' opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

28.8.2006

2.10.2006

6.11.2006

 

 

Data ta' l-adozzjoni

6.11.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrietus van den Berg, Danutė Budreikaitė, Marie-Arlette Carlotti, Hélène Goudin, Maria Martens, Luisa Morgantini, Horst Posdorf, Feleknas Uca, Elena Valenciano Martínez-Orozco, Anna Záborská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

John Bowis, Fiona Hall, Alain Hutchinson, Jan Jerzy Kułakowski, Manolis Mavrommatis, Csaba Őry

Sostituti(i) (skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (disponibbli b'lingwa waħda biss)

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI (22.3.2007)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar Pjan ta' Politika dwar l-Immigrazzjoni Legali
(2006/2251(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Maria Badia I Cutchet

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

A.     billi t-tfal ta’ l-immigranti jridu jkunu kapaċi jgawdu l-istess kundizzjonijiet edukattivi bħall-bqija ta’ l-istudenti fis-sistema edukattiva fil-pajjiż ospitanti tagħhom, u li mod tajjeb kif tiġi promossa l-integrazzjoni hu li jkun hemm rappreżentanza bilanċjata ta' immigranti fl-iskola, billi jitħalltu ma' studenti nazzjonali biex tiġi evitata gettoizzazzjoni;

B.     billi, aktar minn hekk, biex tittejjeb id-diffikultà ta’ l-adulti immigranti rigward l-fatt li ma tantx jafu jiktbu u jitkellmu bil-lingwa tal-pajjiż ospitanti, huwa essenzjali li jiġu introdotti politiki għall-integrazzjoni tagħhom;

1.      jirrimarka li l-approċċ għall-immigrazzjoni jrid ikun koerenti fl-aspetti kollha tiegħu, inkluż dawk soċjali, edukazzjonali u kulturali u jkun żviluppat b’koperazzjoni mal-pajjiżi ta’ l-oriġini;

2.      jitlob lill-Istati Membri biex jiżviluppaw politiki mmirati biex jiffaċilitaw l-aċċess għal u l-integrazzjoni ta’ immiġranti u tad-dixxendenti tagħhom fis-sistema edukattiva, u tingħata prijorità lill-immigranti ta' l-ewwel ġenerazzjon, sabiex it-tieni u t-tielet ġenerazzjonijiet ta' l-immigranti jkunu jistgħu jgawdu minn opportunitajiet indaqs; u jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel użu mill-possibilitajiet maħluqa fil-programmi ta’ l-UE, speċjalment fil-programm “Ċittadini għall-Ewropa”, “Żgħażagħ Attivi” u “Kultura 2007 – 2013”;

3.      jirrakkomanda biex l-Istati Membri jikkonsidraw li jistabbilixxu, taħt programm Komunitarji mfassal għal dan l-għan, bħall-Programm tat-Tagħlim għal tul il-Ħajja, sotto-programmi speċifiċi biex jgħinu lill-immigranti jintegraw fil-pajjiż ospitanti kemm permezz ta’ l-istudju ta’ l-istorja tiegħu kif ukoll permezz tat-tagħlim tal-qari u tal-kitba tal-lingwa tiegħu;

4.      jinsisti dwar il-bżonn li jkun promoss l-involviment tal-pajjiżi li għadhom jiżviluppaw fil-proċessi ta’ Bologna u Kopenħagen, sabiex jiffaċilita r-rikonoxximent tal-kwalifiki akkademiċi u professjonali miksuba f’dawn il-pajjiżi u biex itejjeb bil-mod il-mod is-sistemi edukattivi tagħhom, biex b’hekk jiġbdu aktar studenti lokali;

5.      jirrimarka l-importanza tat-titjib fil-mobilità, fil-kwalità u fl-effiċjenza tas-sistemi edukattivi u ta’ taħriġ fl-UE, u l-importanza tal-garanzija ta’ aċċess għal dawn is-sistemi għal studenti minn pajjiżi terzi;

6.      jissuġġerixxi li l-Istati Membri jappoġġjaw opportunitajiet indaqs fuq ix-xogħol u jiġġieldu n-nuqqas ta' sikurezza u l-ekonomija informali; jirrimarka li informazzjoni minn qabel dwar il-kapaċitajiet ta’ l-immigranti, disponibbli b’mod trasparenti u paragunabbli, tiffaċilita l-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol;

7.      jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi esprima opinjoni dwar il-proposta tal-Kummissjoni, u jenfasizza l-importanza ta' l-integrazzjoni bejn is-sessi fil-politiki tal-migrazzjoni; b’mod partikulari jenfasizza, l-importanza li jiġi żġurat li l-immigranti li jidħlu fl-UE jkunu konxji mill-valuri u mill-liġijiet eżistenti u mill-konvenzjonijiet soċjali dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ diskriminazzjoni fis-soċjetajiet tal-pajjiżi ospitanti li jirriżultaw minn nuqqas ta' kuxjenza kulturali;

8.      jirrakkomanda biex l-Istati Membri jippromwovu kampanji ta’ kuxjenza u ta' informazzjoni fil-pajjiżi ta' oriġini u fil-pajjiżi ospitanti, billi jiġu enfasizzati l-problemi relatati ma' immigrazzjoni illegali u mas-sanzjonijiet li huma imposti fuq min iħaddem immigranti illegali;

9.      jaqbel li jiġi promoss reklutaġġ etiku sabiex jiġi evitat brain-drain, li jaffettwa b’mod speċjali setturi speċifiċi, bħall-kura tas-saħħa, f’bosta reġjuni Afrikani;

10.    jirrakkomanda biex l-Istati Membri jipprovdu inċentivi u appoġġ lil immigranti li qed jikkunsidraw li jirritornaw lura lejn pajjiżhom, sabiex jinkoraġġixxu l-mobilità tax-xogħol u tat-taħriġ u sabiex il-pajjiżi rispettivi tagħhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-kapaċitajiet imtejba ta’ l-immigranti; madankollu ma jaqbilx mal-politiki mmirati biex jisfurzaw lill-immigranti biex imorru lura, ħlief f'każijiet ta' ordnijiet ta' malajr mill-awtoritajiet ta' l-immigrazzjoni jew deċiżjonijiet tal-qorti;

11.    jappella biex jiġu identifikati b’mod formali l-oqsma tal-kapaċitajiet li huma f’riskju ċar ta’ brain-drain;

12.    iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex toffri programm ta’ informazzjoni bażika dwar l-UE fil-pajjiżi ta’ oriġini biex tippromwovi għarfien dwar u rispett għad-drittijiet u d-dmirijiet ta’ l-immigranti;

13.    jikkunsidra li l-użu ta’ teknoloġiji ġodda tal-komunikazzjoni u ta’ l-informazzjoni u websajt b’informazzjoni prattika, jistgħu tikkontribwixxu għall-immodernizzar tas-sistema ta’ aċċess, ta’ skambju u ta’ koordinazzjoni ta’ informazzjoni utli għal immigranti potenzjali; il-websajt EURES dwar il-mobilità tax-xogħol toffri esperjenza ta’ prattika tajba f’dan il-qasam;

14.    jenfasizza li t-tagħlim tal-lingwa tal-pajjiż ospitanti huwa għodda li tiffaċilita l-integrazzjoni; jinnota li l-politiki ta’ integrazzjoni ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju li l-integrazzjoni hi proċess minn żewġ naħat, li tirrikjedi impenn reċiproku min-naħa tas-soċjetà ospitanti u min-naħa tal-komunità ta’ l-immigranti, u jenfasizza l-importanza tat-tagħlim ta’ lingwi barranin kif ukoll tal-lingwa omm ta’ l-immigranti bħala mezz ta’ kif dawn iżommu l-kultura tagħhom;

15.    jenfasizza l-bżonn biex tiġi kkunsidrata l-assikurazzjoni waqt il-perjodu ta’ “integrazzjoni” fil-pajjiż ospitanti, li barra mill-istudju ta’ l-istorja u l-lingwa tal-pajjiż, it-tfal immigranti jingħataw għajnuna biex jadattaw bil-mod għall-kurikulu tal-klassi li huma mistennija jingħaqdu magħha wara li jkunu spiċċaw li korsijiet preparatorji, biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom fl-iskola proprja;

16.    jirrakkomanda biex l-Istati Membri, taħt il-programm "Ewropa għaċ-Ċittadini", jagħmlu arrangamenti ta’ lqugħ immirat u effettiv biex jipprovdu korsijiet ta’ qari u kitba lill-immigranti adulti, peress li mhux ser ikun possibbli li integrazzjoni mingħajr dwan il-miżuri tkun suċċess;

17.    jaqbel mal-bżonn li jiġi rregolat u mmoniterjat l-istejtus ta’ apprentisti immigranti mħallsa biex tkun garantita konformità mal-liġijiet ta’ l-Istati Membri kontra kull forma ta’ abbuż; jilqa’ b’sodisfazzjoni l-possibilitajiet provduti għall-immigranti mill-Programm Leonardo;

18.    jissuggerixxi li l-Istati Membri jiffaċilitaw id-dħul u r-residenza ta’ ħaddiema staġjunali, b’kunsiderazzjoni tan-natura temporanja ta’ din il-kategorija ta’ immigranti, skond ir-rekwiżiti tas-setturi ekonomiċi rispettivi; jikkunsidra li n-nuqqas ta' libertà, u l-biża li jesperjenzaw il-ħaddiema staġjunali illeġali li ma jkunux jistgħu jerġgħu jidħlu lura fil-pajjiż ospitanti b’mod legali, għalhekk se tkun evitata;

19.    Jenfasizza l-importanza u r-responsabilità tal-midja lokali, nazzjonali u internazzjonali, mhux biss biex tinforma lis-soċjetà ospitanti imma wkoll biex titrażmetti informazzjoni lil emmigranti potenzjali fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom, minħabba l-impatt konsiderevoli ta’ stampa li tirrifletti r-realtà tal-fenomenu tal-migrazzjoni;

20.    itenni li ċ-ċelebrazzjoni ta’ l-2008 bħala s-sena għad-djalogu interkulturali trid tikkontribbwixxi għat-titjib ta’ l-integrazzjoni ta’ immigranti fis-soċjetajiet ospitanti u fil-viċinati, u għal ftehim reċiproku, biex b’hekk jitnaqqsu sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' fiduċja, ta' razziżmu u ta' ksenofobija; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippromwovi x-xogħol ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili favur il-koeżistenza interkulturali u r-rispett reċiproku, u favur l-edukazzjoni għas-servizz tal-paċi u n-nuqqas ta' vjolenza;

21.    jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jieħdu vantaġġ tajjeb mill-fondi ta’ korrispondenza u mill-istrumenti ġodda finanzjarji tal-Komunita, sabiex jattivaw dan il-pjan politiku dwar il-migrazzjoni legali;

22.    jenfasiżża l-importanza, fuq livell internazzjonali, tal-prinċipju tal-moviment ħieles ta’ persuni u ta’ ideat bħala l-valur fundamental tal-kultura Ewropea; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri prattiċi biex jissalvagwardjaw dan il-wirt sabiex iqajmu kuxjenza fost il-pubbliku Ewropew u l-atturi ekonomiċi tal-valur miżjud ta' l-immigrazzjoni legali;

23.    jistieden lill-Kummissjoni biex tintroduċi miżuri ta' ko-żvilupp sabiex jinkoraġġixxu lill-immigranti biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-pajjiżi ta’ l-oriġni tagħhom.

PROĊEDURA

Titolu

Pjan ta' Politika dwar l-Immigrazzjoni Legali

Numru ta' Proċedura

2006/2251(INI)

Kumitat responsabbli

LIBE

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT
26.10.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

'Rapporteur' għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Maria Badia i Cutchet
14.11.2006

'Rapporteur' ta' opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

27.2.2007

22.3.2007

0.0.0000

 

 

Data ta' l-adozzjoni

22.3.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Badia i Cutchet, Ivo Belet, Giovanni Berlinguer, Marie-Hélène Descamps, Jolanta Dičkutė, Věra Flasarová, Milan Gaľa, Vasco Graça Moura, Lissy Gröner, Luis Herrero-Tejedor, Ruth Hieronymi, Bernat Joan i Marí, Sándor Kónya-Hamar, Manolis Mavrommatis, Marianne Mikko, Viorica-Pompilia-Georgeta Moisuc, Ljudmila Novak, Zdzisław Zbigniew Podkański, Christa Prets, Pál Schmitt, Gheorghe Vergil Şerbu, Nikolaos Sifunakis, Thomas Wise, Tomáš Zatloukal

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Giusto Catania, Mario Mauro, Nina Škottová

Sostituti(i) (skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI (28.2.2007)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar programm ta' azzjoni għall-migrazzjoni legali
(2006/2251(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Marie Panayotopoulos-Cassiotou

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

A. billi migrazzjoni ekonomika legali tista' tippermetti li jissaħħu t-tkabbir u l-kompetitività ta' l-ekonomija Ewropea u tista' tikkontribwixxi parzjalment sabiex jiġu ffaċċjati l-isfidi demografiċi fil-pajjiżi ospitanti,

B.  billi l-immigrazzjoni, li l-għeruq tagħha issa jmorru lura bosta ġenerazzjonijiet, hija parti integrali tax-xenarju ta' l-Unjoni Ewropea,

C. billi l-migranti nisa jsofru minn akkumulazzjoni ta' diskriminazzjonijiet rigward l-oriġini u s-sess tagħhom,

D. billi l-migrazzjoni legali tista' tikkontribwixxi biex titnaqqas id-differenza ekonomika bejn il-pajjiżi ta' oriġini u l-pajjiżi ospitanti permezz tat-tkabbir fid-dħul ekonomiku, titjib fil-kompetenzi u għarfien imseddaq tal-valuri u l-prattiki demokratiċi,

E.  billi matul dawn l-aħħar snin kien hemm femminizzazzjoni mgħaġġla tal-fenomenu tal-migrazzjoni, kemm dik legali kif ukoll dik illegali,

F.  billi n-nisa jiffaċċjaw riskju doppju ta' esplojtazzjoni, kemm bħala ħaddiema u kemm bħala vittmi ta' diskriminizzazzjoni bbażata fuq il-ġeneru,

1.  Jinnota li l-kwistjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel huma biss imsemmija b'mod vag fil-komunikazzjoni dwar programm ta' azzjoni għall-migrazzjoni legali u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jintegraw rispettivament id-dimensjoni tal-ġeneru fil-proposti leġiżlattivi tal-ġejjieni dwar il-immigrazzjoni legali, kif ukoll fil-politiki nazzjonali ta' l-immigrazzjoni u fil-politiki ta' integrazzjoni;

2.  Ifakkar fl-importanza ta' dejta dwar l-immigrazzjoni, (fejn possibli, maqsuma skond il-ġeneru) kif ukoll l-istudju u l-analiżi fil-fond tagħha li għandhom jippermettu li jkun hemm adattament aħjar tal-politiki għall-immigrazzjoni u għall-integrazzjoni tal-qagħda tan-nisa migrati;

3.  Ifakkar li s-suċċess tal-politika għall-immigrazzjoni legali tiddependi fuq l-adozzjoni ta' approċċ globali bbażat minn naħa fuq l-adattament għal ħtiġijiet differenti tas-swieq tax-xogħol nazzjonali u fuq il-politiki għad-dħul u l-integrazzjoni li jagħtu drittijiet ekonomkiċi u soċjali lill-migranti legali, kemm irġiel u kemm nisa, u min-naħa l-oħra fuq ir-rispett tad-drittijiet u l-qsim ta' l-obbligi bejn dawn u s-soċjetà li tilqagħhom;

4.  Jenfasizza li l-integrazzjoni tikkostitwixxi proċess bidirezzjonali li jassumi minn naħa li l-immigranti jkollhom ir-rieda li jassumu r-responsabbiltà ta' l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà ospitanti, u min-naħa l-oħra li ċ-ċittadini ta' l-Unjoni jkunu disposti li jaċċettaw u jintegraw lill-immigranti; huwa tal-fehma li f'dan il-kuntest ikun hemm lok fejn ikunu jistgħu jiġu żviluppati u applikati miżuri integrati li jkollhom l-għan li jinfluwenzaw l-atteġġjament, kemm tal-immigranti kif ukoll tas-soċjetajiet ospitanti fl-oqsma kollha konċernati u li jiġu mobilizzati riżorsi kemm minn naħa u kemm minn oħra;

5.  Jistieden lill-Istati Membri biex fil-qafas tal-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali għall-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali jinkludu attivitajiet biex jirregolarizzaw u jippromwovu l-parteċipazzjoni tal-migranti legali, u b'mod partikulari tan-nisa fis-suq tax-xogħol, b'kundizzjonijiet komparabbli ma' dawk ta' ċittadini komunitarji sabiex jiggarantixxu r-rispett tad-drittijiet fundamentali, ekonomiċi u soċjali tagħhom bħalma huma t-trattament u l-pagi ugwali, id-dritt għal protezzjoni soċjali u l-pensjoni, l-aċċess għall-kura tas-saħħa u għall-akkomodazzjoni deċenti, biex jinkuraġġixxu spirtu intraprenditorjali, kif ukoll biex jippromwovu l-irwol ta' rappreżentanza soċjali u ta' unions fil-proċess ta' integrazzjoni soċjali u ekonomika tal-migranti, u partikularment tal-migranti nisa;

6.  Jitlob lill-Istati Membri biex jimplimentaw politiki u programmi biex jippromwovu l-integrażżjoni effikaċi tal-migranti, kemm nisa u kemm irgiel, permezz ta' tagħlim tal-lingwa tal-pajjiż ospitanti u ta' l-għarfien u r-rispett tal-leġiżlazzjoni, kultura u tradizzjonijiet, kif ukoll ta' valuri nazzjonali u Ewropej, filwaqt li jiġi rrispettati u mħarsa wkoll it-tradizzjonijiet u l-lingwi tal-pajjiż ta' oriġini;

7   Iqis li għajnuna għar-rinuifikazzjoni tal-familji huwa fattur li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni ekonomika u soċjali u għandu jkun komponent essenzjali tal-politika għall-immigrazzjoni legali;

8.  Jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li nisa immigranti li jidħlu fl-Unjoni permezz ta' arranġamenti għar-rijunifikazzjoni tal-familji jingħatalhom stejtus legali indipendenti minn dak tal-konjugi tagħhom;

9.  Jitlob lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw l-aċċess ta' immigranti żagħżagħ, speċjalment immigranti nisa, għas-sistemi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ tal-pajjiż ospitanti u biex jippromwovu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm ta' Tagħlim għal tul il-Ħajja, 2007-2013; iqis li huwa partikularment importanti li jiġu rikonoxxuti l-kwalifiki professjonali ta' l-immigranti skond ir-regolamenti nazzjonali u komunitarji u li jingħatalhom aċċess għal taħriġ fil-lingwi li jgħinhom jintegraw ruħhom aħjar,

10 Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiġġieldu l-immigrazzjoni irregolari u l-impjegar illegali li jwassal għall-iżvilupp ta' netwerks mafjużi li b'mod partikulari jaqgħu vittmi tagħhom in-nisa u t-tfal vulnerabbli;

11. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex japprofittaw ruħhom bis-sħiħ mill-istrumenti finanzjarji kollha disponibbli (il-Fond Soċjali Ewropew, l-ERDF, l-inizjattiva EQUAL, il-programm PROGRESS, il-programm DAPHNE, il-programm Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji, eċċ.) biex jgħinu fl-integrazzjoni soċjali u ekonomika ta' migranti legali billi tingħata attenzjoni partikulari għas-sitwazzjoni tan-nisa, u b'mod speċjali għal dawk li għandhom obbligazzjonijiet tal-familja, kif ukoll għal dawk li huma l-aktar esposti għall-esplojtazzjoni, għall-abbuż u għall-vjolenza; jirrakkomanda li, bil-kollaborazzjoni tal-pajjiżi ta' oriġini, l-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, u b'mod partikulari dwar id-drittijiet tan-nisa, tiġi tradotta fil-lingwi tal-pajjiż ta' oriġini, u li din tingħata lill-ħaddiema kollha meta jaslu fil-pajjiż ospitanti;

12. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex fil-qafas tas-sena Ewropea ta' l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd jagħmlu kampanji ta' sensibilizzazzjoni ta' l-opinjoni pubblika dwar il-problemi tal-migranti;

13. Jirrakkommanda lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex iseddqu u jappoġġjaw il-kontribuzzjoni ta' l-NGOs u ta' l-assoċjazzjonijiet tal-migranti għall-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni sħiħa fil-ħajja soċjali u ekonomika tal-pajjiż ospitanti;

14. Jitlob lill-Istati Membri biex jippromwovu l-parteċipazzjoni ta' l-immigranti f'organizzazzjonijiet politiċi u soċjali;

15. Iħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet ta' l-immigranti biex jinkuraġġixxu lill-immigranti nisa, kif ukoll lill-familji tagħhom, biex jaħdmu attivament għall-integrazzjoni tagħhom u biex japprofittaw ruħhom mill-opportunitajiet li joffri l-pajjiż ospitanti f'dan ir-rigward, hekk li jappoġġjaw l-isforzi għall-integrazzjoni fis-soċjetà ospitanti; jinnota l-fatt li l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali għandu jkollhom djalogu aktar intensiv u miftuħ biex jiżguraw komunikazzjoni u kollaborazzjoni mal-komunitajiet u man-netwerks tal-immigranti; jenfasizza barra minn hekk l-irwol li għandhom l-NGOs biex joffru pariri, informazzjoni u għajnuna lill-immigranti, partikularment lill-immigranti nisa;

16.  Jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa biex jipproteġu d-drittijiet tan-nisa u tan-nisa immigranti żagħżagħ u biex jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni li dawn jiffaċċjaw fil-komunità ta' oriġini tagħhom, hekk li tiġi miċħuda kull forma ta' relativiżżmu kulturali u reliġjuż li jista' jhedded id-drittijiet fundamentali tan-nisa, u b'mod partikulari biex jiġġieldu kontra l-mutilażżjoni ġenitali femminili, iż-żwieġ bilfors, il-poligamija, id-"delitti ta' l-unur" u kull tip ta' vjolenza u diskriminazzjoni kontra n-nisa immigranti; jitlob li jiġu ffinanzjati servizzi ta' konsultazzjoni b'xejn disponibbli għall-immigranti nisa rigward id-drittijiet tan-nisa, is-saħħa u d-drittijiet dwar sess u għar-riproduzzjoni, kif ukoll drittijiet dwar ix-xogħol u oqsma relatati oħra;

17. Iħeġġeġ lill-Unjoni u lill-Istati Membri biex jistabbilixxu sħubija mill-qrib mal-pajjiżi b'emigrazzjoni qawwija u biex jippromwovu t-tixrid ta' tagħrif dwar xogħol disponibbli fil-livell Ewropew, b'mod partikulari permezz tan-netwerk EURES, u biex joffru informazzjoni sħiħa dwar l-opportunitajiet għal immigrazzjoni legali, dwar id-drittijiet u l-obbligi fil-pajjiż ospitanti, kif ukoll dwar rikonoxximent ta' ċertifikazzjonijiet u ta' kwalfiki sabiex jiġi evitat il-fenomenu tat-telf ta' kapaċitajiet (brain drain) u biex jiġi evitat li l-migranti, b'mod speċjali n-nisa, ma jaħdmux xogħol ta' livell aktar baxx mill-kapaċijiet tagħhom jew f'ekonomiji informali tal-pajjiżi ospitanti;

18. Jenfasizza li dawn is-sħubijiet għandhom jinkludu wkoll l-għoti ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni xierqa tal-migranti, b'mod partikulari lin-nisa, dwar il-problema tat-traffikar tal-bnedmin u dwar il-forom differenti ta' esplojtazzjoni, inkluza dik sesswali u ta' forom oħrajn;

19. Ifakkar li l-politiki nazzjonali dwar l-immigrazzjoni jeħtieġ jgħinu biex tinqered il-vjolenza u d-diskriminazzjoni, speċjalment kontra n-nisa u t-tfal migranti ;

20. Jenfasizza li l-politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp jeħtieġ li fuq perjodu twil ta' żmien tissupplimenta l-politiki għall-integrazzjoni u l-migrazzjoni legali, tirregola u tikkontrolla l-flussi migratorji, b'mod partikulari billi tgħin biex tiġi evitata l-iskjavitu u l-esplojtazzjoni sesswali tal-bnedmin, partikularment tan-nisa u t-tfal, u billi toħloq il-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali li jippermettu r-ritorn lura lejn il-pajjiż ta' oriġini tal-migranti legali, nisa u rġiel, hekk li jkunu jistgħu jużaw l-għerf miksub f'art barranija.

PROĊEDURA

Titolu

dwar programm ta' azzjoni għall-migrazzjoni legali

Numru tal-proċedura

2006/2251(INI)

Kumitat responsabbli

LIBE

Rapporteur għal opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM
26.10.2006

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni:
  Data tal-ħatra

Marie Panayotopoulos-Cassiotou
6.11.2006

Rapporteur għal opinjoni mibdul:

 

Eżami fil-kumitat

24.1.2007

27.2.2007

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

27.2.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Hiltrud Breyer, Ilda Figueiredo, Věra Flasarová, Lissy Gröner, Zita Gurmai, Esther Herranz García, Lívia Járóka, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Urszula Krupa, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Marie-Line Reynaud, Teresa Riera Madurell, Amalia Sartori, Eva-Britt Svensson, Britta Thomsen, Corien Wortmann-Kool, Anna Záborská

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Marusya Ivanova Lyubcheva

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta' l-adozzjoni

12.9.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Alfredo Antoniozzi, Mihael Brejc, Kathalijne Maria Buitenweg, Michael Cashman, Giusto Catania, Carlos Coelho, Fausto Correia, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Bárbara Dührkop Dührkop, Claudio Fava, Kinga Gál, Roland Gewalt, Lilli Gruber, Adeline Hazan, Jeanine Hennis-Plasschaert, Ewa Klamt, Roger Knapman, Magda Kósáné Kovács, Barbara Kudrycka, Esther De Lange, Henrik Lax, Roselyne Lefrancois, Sarah Ludford, Dan Mihalache, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Martine Roure, Inger Segelström, Søren Bo Søndergaard, Károly Ferenc Szabó, Vladimir Urutchev, Manfred Weber, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Edit Bauer, Simon Busuttil, Charlotte Cederschiöld, Gérard Deprez, Iratxe García Pérez, Ignasi Guardans Cambó, Sophia in 't Veld, Carlos José Iturgaiz Angulo, Metin Kazak, Jean Lambert, Antonio Masip Hidalgo, Hubert Pirker, Rainer Wieland

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Vincenzo Aita, Iles Braghetto